This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02024R2642-20251007
Council Regulation (EU) 2024/2642 of 8 October 2024 concerning restrictive measures in view of Russia’s destabilising activities
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
02024R2642 — MT — 07.10.2025 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L 2642 9.10.2024, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3188 tas-16 ta’ Diċembru 2024 |
L 3188 |
1 |
16.12.2024 |
|
|
L 964 |
1 |
20.5.2025 |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/965 tal-20 ta’ Mejju 2025 |
L 965 |
1 |
20.5.2025 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/968 tal-20 ta’ Mejju 2025 |
L 968 |
1 |
21.5.2025 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1278 tas-26 ta’ Ġunju 2025 |
L 1278 |
1 |
26.6.2025 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1444 tal-15 ta’ Lulju 2025 |
L 1444 |
1 |
15.7.2025 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2021 tat-3 ta’ Ottubru 2025 |
L 2021 |
1 |
6.10.2025 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/2642
tat-8 ta’ Ottubru 2024
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni jew b’rabta magħhom, u b’mod partikolari:
pretensjoni għall-prestazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni,jew b’rabta magħhom;
pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta’ kwalunkwe forma;
pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta’ kuntratt jew tranżazzjoni;
kontropretensjoni;
pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż permezz tal-proċedura ta’ exequatur, ta’ sentenza, deċiżjoni arbitrali jew ekwivalenti, kull fejn issir jew tingħata;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni tkun kif tkun il-forma u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dak l-iskop “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni jew li tkun marbuta magħha;
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, li iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi b’kwalunkwe mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;
“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni jew użu ta’, aċċess għal, jew in-negozjar b’fondi b’kwalunkwe mod li jirriżulta f’xi tibdil fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura jew id-destinazzjoni tagħhom jew tibdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta’ portafolli;
“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;
depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta’ dejn;
titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, titoli obbligazzjonarji u kuntratti tad-derivattivi;
imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, poloz ta’ bejgħ;
dokumenti li jagħtu prova ta’ xi interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
Artikolu 1a
Il-lista fl-Anness III għandha tinkludi assi tanġibbli li:
jintużaw f’attivitajiet ta’ karattru destabilizzanti li jipperikolaw jew li jagħmlu ħsara lill-infrastruttura kritika, inkluż l-infrastruttura sottomarina, u li huma attribwibbli għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa;
jintużaw f’attivitajiet ta’ karattru destabilizzanti li jiksru ir-regolamenti nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali dwar it-traffiku tal-ajru, tal-baħar jew tal-art, u li huma attribwibbli għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa;
jintużaw f’attivitajiet ta’ karattru destabbilizzanti, inkluż spjunaġġ u sorveljanza, it-trasport ta’ armi jew tagħmir u persunal militari, manipulazzjoni u interferenza tal-informazzjoni, u li huma attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jew għall-benefiċċju tiegħu;
ikunu proprjetà ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, mikrija jew operata minnhom, jew inkella tintuża f’isem tali persuni, b’rabta magħhom, jew għall-benefiċċju tagħhom.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tali awtorizzazzjoni fi żmien ġimagħtejn minnha.
Artikolu 1b
Għandu jkun ipprojbit l-involviment, dirett jew indirett, fi kwalunkwe tranżazzjoni ma’:
persuna ġuridika, entità jew korp stabbiliti barra mill-Unjoni li jkunu istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja jew entità li tipprovdi servizzi tal-kriptoassi, involuti fi tranżazzjonijiet li jiffaċilitaw, direttament jew indirettament, attivitajiet minn, jew inkella li jappoġġaw lil, persuni, entitajiet jew korpi involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3), kif elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jew li b’xi mod ieħor ikunu ta’ benefiċċju għalihom; jew
persuna fiżika, entità jew korp li jipprovdu għajnuna teknika jew operazzjonali lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3), kif elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;
Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal tranżazzjonijiet li huma:
meħtieġa għall-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew it-trasport ta’ prodotti farmaċewtiċi, mediċi jew agrikoli u tal-ikel, inkluż il-qamħ u l-fertilizzanti;
strettament meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess għal proċedimenti ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali fi Stat Membru, kif ukoll għar-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ sentenza jew deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fi Stat Membru, dment li tali tranżazzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u dawk tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/ ( 1 ); jew
meħtieġa għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet.
Artikolu 1c
Artikolu 2
L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma:
responsabbli għall-implimentazzjoni, l-appoġġ, il-benefiċċju minn, l-involviment fi jew il-faċilitazzjoni ta’azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, f’organizzazzjoni internazzjonali, jew f’pajjiż terz, jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, jew ta’ pajjiż terz, permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment, direttament jew indirettament, l-appoġġ, jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor tat-tfixkil jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku jew tal-ordni pubblika u s-sikurezza, inkluż billi jostakolaw jew jimminaw l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet jew billi jippruvaw jiddestabbilizzaw jew iwaqqgħu l-ordni kostituzzjonali;
l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment, direttament jew indirettament, l-appoġġ jew b’xi mod ieħor l-iffaċilitar ta’ dimostrazzjonijiet vjolenti;
l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment, direttament jew indirettament, l-appoġġ jew b’xi mod ieħor l-iffaċilitar ta’ atti ta’ vjolenza fiżika jew mhux fiżika, inkluż attivitajiet li jsikktu, jintimidaw, jisforzaw, iwasslu għal tpattija kontra persuni li jikkritikaw l-azzjonijiet jew il-politiki tal-Federazzjoni Russa;
l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment, direttament jew indirettament, l-appoġġ jew b’xi mod ieħor l-iffaċilitar tal-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza;
l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment, direttament jew indirettament, l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor ta’ kwalunkwe azzjoni mmirata lejn il-funzjonament ta’ istituzzjonijiet demokratiċi, l-attivitajiet ekonomiċi jew is-servizzi ta’ interess pubbliku, inkluż permezz ta’ dħul mhux awtorizzat fit-territorju ta’ Stat Membru, inkluż l-ispazju tal-ajru tiegħu, jew immirata biex tinterferixxi, tagħmel ħsara jew teqred, inkluż permezz ta’ sabotaġġ jew attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi bħala parti minn attivitajiet ibridi, l-infrastruttura kritika, inkluża infrastruttura submarina;
l-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment, direttament jew indirettament, l-appoġġ jew l-iffaċilitar b’xi mod ieħor tal-istrumentalizzazzjoni tal-migranti kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1359;
it-teħid ta’ vantaġġ minn kunflitt armat, mill-instabbiltà jew mill-insigurtà, inkluż permezz tal-isfruttament ta’, jew il-kummerċ illeċiti ta’, riżorsi naturali u ta’ annimali selvaġġi f’pajjiż terz;
l-istigazzjoni, l-appoġġ jew b’xi mod ieħor l-iffaċilitar ta’ kunflitt vjolenti, f’pajjiż terz;
assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati taħt il-punt (a);
li jappoġġaw lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti f’attivitajiet imsemmijin fil-punt (a).
Artikolu 3
B’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
neċessarji biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattamenti mediċi, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż tas-servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;
iridu jitħallsu fi jew jinħarġu minn kont ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari jew l-organizzazzjoni internazzjonali;
neċessarji għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inkluż delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali; jew
neċessarji għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni, u għall-forniment ta’ faċilitajiet u servizzi assoċjati neċessaarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta’ tali servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika.
Artikolu 4
L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li jkunu neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-Nazzjonijiet Uniti (NU), inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NU u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji koordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;
organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;
aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew
impjegati, benefiċjarji, sussidjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.
Artikolu 5
B’deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 ikunu ġew elenkati fl-Anness I, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 6
B’deroga mill-Artikolu 2(1) u dment li jkun dovut pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I skont kuntratt jew ftehim li jkun ġie konkluż minn, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont il-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u
il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 2(2).
Artikolu 7
L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
l-imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 ikunu ġew inklużi fl-Anness I; jew
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,dment li kwalunkwe mgħax, dħul ieħor u pagament bħal dan ikun iffriżat skont l-Artikolu 2(1).
Artikolu 8
Persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
ifornu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar il-kontijiet u l-ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 2(1), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).
Artikolu 9
Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness I, għandhom:
jirrapportaw fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li jappartjenu lilhom, li huma proprjetà tagħhom, miżmuma jew ikkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi; u
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ tali informazzjoni.
Artikolu 10
Artikolu 11
L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull forma, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I;
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a) jew inkella f’isimhom;
persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi IV jew V ta’ dan ir-Regolament, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti barra l-Unjoni li d-drittijiet proprjetarji tagħhom ikunu proprjetà diretta jew indiretta għal aktar minn 50 % minnhom;
kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ jew f’isem waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 12
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar:
fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt id-derogi stabbiliti f’dan ir-Regolament;
problemi ta’ ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 13
Artikolu 14
Artikolu 15
Artikolu 16
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawk il-kompiti jinkludu:
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u d-dħul ta’ emendi fl-Anness I;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi fl-Anness I;
fir-rigward tal-Kummissjoni:
l-inklużjoni tal-kontenut tal-Anness I fil-lista elettronika, kkonsolidata tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, il-gruppi u l-entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva tas-sanzjonijiet, li t-tnejn huma disponibbli għall-pubbliku;
l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 17
Artikolu 18
Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta- f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tintuża mill-Kummissjoni għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta biss.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp ġuridiku, fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ li jkun sar, interament jew parzjalment, fl-Unjoni.
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2
Persuni fiżiċi
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Artem Sergeevich KUREEV (bir-Russu: Артём Сергеевич КУРЕЕВ) |
Uffiċjal tal-Ħames Servizz tas-Servizz Federali tas-Sigurtà, Kap Editur tal-“African Initative”, Fundatur ta' “Rusafro” Data tat-twelid: 24.10.1980 Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel Numru tal-passaport: 4002209800 Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 782500167259 |
Artem Sergeevich Kureev huwa uffiċjal tas-Servizz Federali tas-Sigurtà Russu involut f'attivitajiet malinni, b'mod partikolari kampanji ta' diżinformazzjoni kkoordinati, kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Afrika. Huwa jwettaq kampanji ta' influwenza fl-Ewropa, inkluż billi jorganizza t-tixrid ta' artikli bir-Russu u bit-traduzzjoni tagħhom bl-Ingliż fuq siti web proxy u billi jagħmel pagamenti għall-pubblikazzjoni ta' artikli favur ir-Russja, bl-għan li jxerred id-diżinformazzjoni Russa fl-Ewropa. Huwa waqqaf żewġ mezzi tal-media fl-Afrika u wettaq kampanji intenzjonati ta' diżinformazzjoni bl-għan li jdgħajfu l-proġetti tas-saħħa tal-Punent fl-Afrika permezz tat-tixrid ta' teoriji ta' kospirazzjoni bħall-użu allegat tal-Afrika għal esperimenti ta' gwerra bijoloġika u provi illeċiti ta' diversi drogi minn kumpaniji farmaċewtiċi tal-Punent. Għalhekk, Artem Sergeevich Kureev qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi billi jippjana u jidderieġi l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
2. |
Nikolai Aleksandrovich TUPIKIN (bir-Russu: Николай Александрович ТУПИКИН) |
Direttur Eżekuttiv ta' Structura National Technologies magħrufa wkoll bħala GK Struktura Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 773402066160 |
Nikolai Aleksandrovich Tupikin huwa l-kap u l-fundatur ta' Structura National Technologies (GK Struktura). Il-kumpanija kienet involuta fil-kampanja hekk imsejħa “Doppelganger”, kampanja diġitali ta’ diżinformazzjoni mmexxija mir-Russja mmirata lejn il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u t-tixrid tad-diżinformazzjoni b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u mmirata lejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-Istati Uniti u l-Ukrajna. Huwa jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Amministrazzjoni Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa. Huwa kien ukoll wieħed mill-persuni ewlenin fil-kampanja ta' diżinformazzjoni tar-Russja fl-Amerka Latina kollha bl-għan li jimmina l-appoġġ għall-Ukrajna. Għalhekk, Nikolai Aleksandrovich Tupikin qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi billi jippjana u jidderieġi l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. Huwa assoċjat ukoll ma' Sofia Avraamovna Zakharova, kap tad-dipartiment fl-Uffiċċju tal-President tal-Federazzjoni Russa għall-Iżvilupp tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. |
16.12.2024 |
|
3. |
Sofia Avraamovna ZAKHAROVA (bir-Russu: София Авраамовна ЗАХАРОВА) |
Kap tad-dipartiment fl-Uffiċċju tal-President tal-Federazzjoni Russa għall-Iżvilupp tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: mara |
Sofia Avraamovna Zakharova hija l-kap tad-dipartiment fl-Uffiċċju tal-President tal-Federazzjoni Russa għall-Iżvilupp tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. Hija kienet involuta fil-kampanja hekk imsejħa “Doppelganger” immirata lejn il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u t-tixrid tad-diżinformazzjoni b'appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u mmirata lejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-Istati Uniti u l-Ukrajna. Hija ilha taħdem direttament ma' Ilya Gambashidze u Nikolai Tupikin, kapijiet ta' Social Design Agency u GK Struktura, rispettivament, fuq din l-operazzjoni. Hija kienet ukoll wieħed mill-mexxejja tat-tim u l-membri attivi tal-hekk imsejjaħ “Tim I” immexxi minn Ilya Gambashidze, li tinsab wara l-kampanja tal-Kremlin għad-diżinformazzjoni fil-Punent, li qed tinterferixxi fl-elezzjonijiet ta' pajjiżi differenti, u qed tħejji proġetti biex tiskredita l-oppożizzjoni Russa. Għalhekk, Sofia Avraamovna Zakharova qed timplimenta azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi billi tippjana u tidderieġi l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
4. |
Andrey Vladimirovich AVERYANOV (bir-Russu: Андрей Владимирович АВЕРЬЯНОВ) |
Kmandant tal-unità 29155 tal-GRU Maġġur Ġeneral Data tat-twelid: 29.9.1967 Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 773378888007 |
Andrey Vladimirovich Averyanov huwa uffiċjal militari għoli tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Wara l-mewt ta' Yevgeny Prigozhin u r-ristrutturar tal-Wagner Group, il-kmand tal-operazzjonijiet militari Russi fl-Afrika ġie ristrutturat u tqiegħed taħt il-Korp Afrikan taħt il-kappa tal-Ministeru għad-Difiża Russu, u Averyanov tqiegħed responsabbli għall-operazzjonijiet. F'ħafna pajjiżi Afrikani, il-forzi Russi jipprovdu sigurtà lill-ġunti militari li waqqgħu l-gvernijiet demokratiċi leġittimi, u b'hekk aggravaw serjament l-istabbiltà, is-sigurtà u d-demokrazija tal-pajjiżi. Barra minn hekk, il-forzi Russi fl-Afrika jisfruttaw ir-riżorsi naturali hemmhekk biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom. Fil-bidu tal-2024, il-forzi Russi ħadu l-kontroll tal-minjiera tad-deheb ta' Intahaka fil-Mali. Għalhekk, Andrey Vladimirovich Averyanov qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà f’pajjiżi terzi billi jdgħajjef il-proċess politiku demokratiku fil-pajjiżi Afrikani fejn joperaw il-forzi Russi u billi jisfrutta kunflitt armat, instabbiltà jew nuqqas ta' sigurtà, inkluż permezz tal-isfruttament illeċitu jew il-kummerċ ta' riżorsi naturali u organiżmi selvaġġi f'pajjiż terz. |
16.12.2024 |
|
5. |
Tinatin Givievna KANDELAKI magħruf ukoll bħala Tina KANDELAKI (bir-Russu: Тинатин Гивиевна КАНДЕЛАКИ) |
Ġurnalista, figura pubblika, ċelebrità, preżentatriċi u produttriċi tat-TV, Viċi Direttur Ġenerali ta' Gazprom Media Holding Data tat-twelid: 10.11.1975 Post tat-twelid: Tbilisi, Georgian SSR (issa Georgia) Ċittadinanza: Georgjana Sess: mara |
Tinatin Givievna Kandelaki hija ġurnalista Russa impjegata mill-kumpanija tal-istat Gazprom Media, u figura pubblika li ilha tuża l-popolarità u l-influwenza tagħha fl-isfera pubblika biex issemma' l-propaganda Russa u biex tiġġustifika l-gwerra ta’aggressjoni Russa li għaddejja kontra l-Ukrajna. Kienet fost dawk li wettqu l-kunċert tal-istadium ta' Luzhniki tat-18 ta' Marzu 2022 li fakkar it-tmien anniversarju tal-annessjoni illegali tal-Krimea u serva bħala simbolu ta' appoġġ għall-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. Wara l-2014, hija appoġġat bis-sħiħ l-annessjoni illegali tal-Krimea. Barra minn hekk, hija Viċi Direttur Ġenerali ta' Gazprom Media Holding, azjenda ta' diversi mezzi tal-media li jxerrdu propaganda kontra l-Ukrajna u jiġġustifikaw l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Diversi stazzjonijiet televiżivi li huma proprjetà ta' Gazprom Media Holding u rregolati minnha ssostitwew l-istazzjonijiet televiżivi Ukreni fuq frekwenzi tat-televiżjoni lokali li qabel kienu ssekwestrati bil-qawwa mir-Russi wara l-invażjoni Russa tal-Krimea u għalhekk ipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess tal-annessjoni illegali tal-Krimea. Għalhekk, Tinatin Givievna Kandelaki hija responsabbli għal, timplimenta, tappoġġa, jew tibbenefika minn, azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-Unjoni, f'organizzazzjoni internazzjonali, jew f'pajjiż terz, jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, jew ta' pajjiż terz, billi tippjana, tiddirieġi, tinvolvi ruħha fi, direttament jew indirettament, tappoġġa jew tiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni u interferenza tal-informazzjoni kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
6. |
Vladimir Vladimirowich SERGIYENKO (bir-Russu: Владимир Владимирович СЕРГИЕНКО) |
Eks assistent tal-Membru tal-Bundestag Eugen Schmidt Data tat-twelid: 23.5.1971 Post tat-twelid: Lviv, Ukrainian SSR (issa Ukraine) Ċittadinanza: Russa /Ukrena Sess: raġel |
Vladimir Vladimirovich Sergiyenko huwa eks assistent parlamentari tal-Membru tal-Bundestag, Eugen Schmidt Ġermaniż. B'mod parallel, Sergiyenko kkollabora b'mod attiv mal-uffiċjali tal-intelligence Russi li fittxew li jisfruttaw l-aċċess parlamentari u politiku privileġġat tiegħu għad-detriment tal-proċess politiku demokratiku u l-ordni kostituzzjonali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Għalhekk, Vladimir Vladimirovich Sergiyenko implimenta u appoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-sigurtà fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja billi involva ruħu fi, direttament jew indirettament, it-tfixkil jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku. |
16.12.2024 |
|
7. |
Denis Alexandrovich SMOLYANINOV (bir-Russu: Денис Александрович СМОЛЯНИНОВ) |
Kurunell tal-GRU Data tat-twelid: 26.8.1976 Post tat-twelid: Chelyabinsk, USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel Numru tal-passaport: 672904784466 |
Denis Alexandrovich Smolyaninov huwa kurunell tal-GRU, li jispeċjalizza f'operazzjonijiet psikoloġiċi. Huwa inkarigat mid-direzzjoni Ukrena tal-GRU. Listi ta' merċenarji li għandhom jintbagħtu lid-Donbass għaddew mid-direzzjoni Ukrena. Huwa ssorvelja wkoll żewġ kumpaniji militari privati (PMCs) assoċjati mal-Ministeru għad-Difiża: Longifolia, kumpanija militari ta' bosses tal-kriminalità mis-snin 90, li permezz tagħha ġew stabbiliti kuntatti mal-PMCs tal-Punent, u Convoy, il-kumpanija tas-sigurtà militari. Ftit qabel l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, huwa bagħat network ta' aġenti fl-Ukrajna. Huwa juża l-mezzi ta' Telegram biex ixerred id-diżinformazzjoni, inkluż fl-Ukrajna. Permezz tal-media soċjali huwa jirrekluta aġenti għal attivitajiet ta' sabotaġġ fl-Unjoni u attivitajiet oħra mmirati lejn il-ħolqien ta' tensjonijiet bejn il-pajjiżi tan-NATO. Il-GRU huwa responsabbli għat-tħejjija attiva ta' splużjonijiet, ħruq, u ħsara lill-infrastruttura fit-territorju tal-Unjoni, bl-għan li jnaqqas ir-ritmu tal-provvista ta' armi lill-Ukrajna u li joħloq diżgwid u l-apparenza ta' nuqqas ta' sodisfazzjon bl-appoġġ għall-Ukrajna fl-Ewropa. Għalhekk, Denis Alexandrovich Smolyaninov huwa responsabbli għal, jimplimenta, jappoġġa, jew jibbenefika minn, azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi, billi jippjana u jidderieġi atti ta' vjolenza, u billi jiffaċilita l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
8. |
Vladimir/Volodymyr LIPCHENKO (bir-Russu: Володимир ЛИПЧЕНКО) |
Uffiċjal tal-GRU Data tat-twelid: 28.9.1974 Post tat-twelid: Mykolaiv, Ukrainian SSR (issa Ukraine) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel Numru tal-passaport: 4015400649 |
Vladimir Lipchenko huwa uffiċjal tal-GRU responsabbli għall-attakki ibridi fl-Ewropa taħt il-psewdonimu tiegħu “Wlodek Lyakh”. Huwa parti minn dipartiment speċjali mmexxi mill-Kurunell tal-GRU Denis Alexandrovich Smolyaninov, stabbilit biex iwettaq attivitajiet ta' sabotaġġ fil-pajjiżi tal-Punent. Huwa rrekluta persuna biex tagħti n-nar lill-Mużew tal-Okkupazzjoni f'Riga billi jwaddab bombi Molotov lejh. Għalhekk, Vladimir Lipchenko huwa responsabbli għal jew jimplimenta azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, billi jippjana u jidderieġi atti ta' vjolenza. |
16.12.2024 |
|
9. |
Yuriy SIZOV (bir-Russu: Юрий СИЗОВ) |
Uffiċjal militari tal-GRU Data tat-twelid: 17.2.1988 Post tat-twelid: St. Petersburg, USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel Numru tal-passaport: 784805190577 |
Yuriy Sizov huwa uffiċjal militari tal-GRU. Huwa jservi fl-unità militari Nru 92154. Personalment ta struzzjonijiet għar-reklutaġġ ta' aġenti biex jimmiraw supermarkets kbar fi Kiev u rreġistra tutorial vidjo dwar l-installazzjoni ta' apparat splussiv f'wieħed mill-ħwienet tal-istess katina fir-reġjun ta' Moska. Huwa kien responsabbli wkoll għall-organizzazzjoni tas-sabotaġġ fl-Ukrajna fir-reġjun ta' Lviv, fi Frar 2024. Huwa ssorvelja u ta ordnijiet lill-aġenti tal-intelligence Russi involuti fl-attività ta' sabotaġġ ippjanata. Għalhekk, Yuriy Sizov huwa responsabbli għal, jimplimenta, jappoġġa, jew jibbenefika minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, billi jippjana u jidderieġi atti ta' vjolenza. |
16.12.2024 |
|
10. |
Visa Nokhayevich MIZAEV (Виса Нохаевич МИЗАЕВ) magħruf ukoll bħala Vishan Nochaevic MIZAYEV; Vysa Nokhaevich MIZAEV; Visa Nokhaievych MIZAIEV; Oleg SHISHKIN |
Imprenditur Data tat-twelid: 9.7.1963 Post tat-twelid: Grozny, USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel Nru tal-Passaport 753870064 (Russian Federation) Nru tal-Passaport PRE0018440 (Federation of Saint Christopher and Nevis) Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 481101523410 |
Visa Nokhayevich Mizaev huwa imprenditur Russu. Huwa kellu rwol ewlieni f'operazzjoni tal-intelligence Russa kontra s-Servizz Federali tal-Intelligence Ġermaniż (BND) li fiha instiga lill-kompliċi tiegħu biex jakkwistaw informazzjoni ta' kunfidenzjalità għolja mill-BND u biex għaddiha lis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB). Għalhekk, Visa Nokhayevich Mizaev jimplimenta u jappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sigurtà fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja billi pprova jiddestabbilizza l-ordni kostituzzjonali. |
16.12.2024 |
|
11. |
Olga Alekseevna BELYAVTSEVA (Ольга Алексеевна БЕЛЯВЦЕВА) magħrufa wkoll bħala Olha Oleksiyivna BIELIAVTSEVA; Olga Alekseevna BELJIAWZEWA; Olga Aleksevna MIZAEV |
Imprenditriċi Data tat-twelid: 25.10.1969 Post tat-twelid: Lipetsk, USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: mara Nru tal-Passaport 768613166 (Russian Federation) Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (INN): 481100083621 |
Olga Alekseevna Belyavtseva hija imprenditriċi Russa. Hija l-mara u s-sieħba fin-negozju ta' Visa Nokhayevich Mizaev. Hija assoċjata ma' Visa Nokhayevichshe Mizaev permezz tas-sjieda konġunta taż-żewġ Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata bbażati fir-Russja “OOO Agronom-sad” u “OOO Biplast”. Hija waqqfet dawk il-kumpaniji u kienet l-unika azzjonista qabel ma ttrasferiet 30 % tal-ishma għal kull kumpanija wara li żżewġu fl-2018. Barra minn hekk, Belyavtseva u Mizaev kellhom arranġament ta' sjieda simili fuq il-kumpanija Agronom-Sad Trading qabel Mizaev biegħ l-ishma tiegħu lil Belyavtseva fit-22 ta' Frar 2023 eżattament fl-istess żmien tal-involviment ta' Visa Mizaev fl-operazzjoni tal-intelligence Russa kontra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u biex b'hekk Mizaev kiseb likwidità addizzjonali u ħeba l-bażi tal-assi tiegħu. Għalhekk, Olga Alekseevna Belyavtseva tappoġġa persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sigurtà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Hija assoċjata wkoll ma' Visa Nokhayevich Mizaev. |
16.12.2024 |
|
12. |
Timofey Vyacheslavovich BORDACHEV (bir-Russu: Тимофей Вячеславович БОРДАЧЕВ) |
Espert fix-xjenza politika Data tat-twelid: 28.1.1973 Post tat-twelid: St. Petersburg, USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Timofey Vyacheslavovich Bordachev huwa espert fix-xjenza politika Russu u jispeċjalizza fl-affarijiet internazzjonali. Huwa d-Direttur tal-Programm ta' Valdai Discussion Club, Kontrollur Akkademiku taċ-Ċentru għall-Istudji Ewropej u Internazzjonali Komprensivi fl-Università Nazzjonali tar-Riċerka - L-Iskola Superjuri tal-Ekonomija, kif ukoll membru tal-Kunsill għall-Politika Estera u ta' Difiża. Permezz tal-attivitajiet tiegħu, huwa jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-bażi ideoloġika u r-razzjonalizzazzjoni tal-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-politiki aggressivi tal-Kremlin, inkluż billi jippromwovi l-fehma li la l-Ukrajna bħala stat u lanqas il-gvern tagħha ma huma leġittimi. Għalhekk, Timofey Vyacheslavovich Bordachev huwa responsabbli għal jew jappoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukrajna billi involva ruħu fi u appoġġa l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
13. |
Harouna DOUAMBA |
Negozjant, direttur tal-Groupe Panafricain pour le Commerce et l'investissement Data tat-twelid: 8.1.1973 Post tat-twelid: Cocody, Ivory Coast Ċittadinanza: Ivorjana Sess: raġel |
Harouna Douamba huwa negozjant Avorjan, u l-kap ta' network ta' diżinformazzjoni pro-Russu u kontra l-Punent fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) u l-Burkina Faso. Fl-2011, Douamba waqqaf organizzazzjoni mhux governattiva msejħa Aimons Notre Afrique (ANACOM) fir-RĊA. Dik l-organizzazzjoni rċeviet finanzjament mingħand Lobaye Invest, li kienet assoċjata mal-Grupp Wagner. Fl-2022, Harouna Douamba stabbilixxa l-Groupe Panafricain pour le Commerce et l'Investissement (GPCI) fil-Burkina Faso. Il-GPCI kien involut f'operazzjonijiet ta' influwenza moħbija. In-networks ta' diżinformazzjoni ta' Harouna Douamba ġew żarmati minn Meta f'Mejju 2021, u aktar tard f'Mejju 2023. Minkejja dan, il-gruppi ta' diżinformazzjoni relatati mal-GPCI għadhom attivi u jmexxu kampanji strutturati u kkoordinati ta' diżinformazzjoni, bl-użu ta' network vast ta' ktajjen ta' informazzjoni. Dawk il-kampanji huma mmirati b'mod partikolari lejn Franza, inkluż permezz ta' akkużi ta' konfoffa, terroriżmu, operazzjonijiet ta' destabbilizzazzjoni jew it-tħejjija ta' kolpi ta' stat kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Għalhekk, Harouna Douamba qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fi Stat Membru jew f'pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
14. |
Anatolii PRIZENKO |
Negozjant Data tat-twelid: 26.11.1974 Post tat-twelid: Moldovan SSR (issa Republic of Moldova) Nazzjonalità: Moldovana Sess: raġel |
Anatolii Prizenko huwa negozjant fir-Repubblika tal-Moldova. Lejn l-aħħar ta’ Ottubru 2023, huwa kkoordina t-trasport ta’ diversi ċittadini tar-Repubblika tal-Moldova lejn Franza, fejn pittru l-Istilla ta’ David fit-toroq bi skambju għal kumpens finanzjarju. Dik l-operazzjoni ġiet irrappurtata b’mod wiesa’ mill-media u kellha effett destabbilizzanti sinifikanti fil-kuntest tal-kunflitt bejn Iżrael u l-Ħamas wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru 2023.Immaġnijiet ta’ dik l-operazzjoni l-ewwel infirxu min-network tal-media Recent Reliable News, li huwa assoċjat mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u użat minn atturi Russi biex iwettqu kampanji ta’ diżinformazzjoni. Anatolii Prizenko pubblikament ħa r-responsabbiltà għar-rwol tiegħu ta’ organizzatur ta’ dik l-operazzjoni. Skont rapporti tal-media, dik l-operazzjoni destabbilizzanti twettqet għall-benefiċċju tas-servizz tal-intelligence militari Russu, il-GRU, u kellha l-għan li żżid it-tensjonijiet fis-soċjetà Franċiża. Għalhekk, Anatolii Prizenko huwa responsabbli għal, jimplimenta, jappoġġa jew jibbenefika minn azzjonijiet jew politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà fi Stat Membru u, għalhekk, fl-Unjoni billi jippjana, jidderieġi, jew jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fl-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
15. |
Alesia MILORADOVICH jew Alesya MILORADOVICH jew Olesya MILORADOVIC Алеся МИЛОРАДОВИЧ jew Олеся МИЛОРАДОВИЧ |
Impjegata tal-Gvern Russu, “Faċilitatur tal-Affarijiet Barranin” Soċju tal-proġett “Ġurnalisti barranin għar-Russja” (“Инностранные журналисты за Россию”) Data tat-twelid: 10.3.1968 Post tat-twelid: Angarsk, USSR (issa Russian Federation) Ċittadinanza: Russa Sess: mara |
Alesya Miloradovich hija kollaboratur tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa fi Franza, u ssejjaħ lilha nnifisha “faċilitatur tal-affarijiet barranin”. Alesya Miloradovich organizzat missjoni ta' hekk imsejħa “osservazzjoni elettorali” fit-territorji Ukreni okkupati illegalment mir-Russja, fil-kuntest tar-referendum dwar l-annessjoni ta' dawk ir-reġjuni mar-Russja, u rreklutat ċittadini Franċiżi li pparteċipaw fil-missjoni. Hija ammettiet pubblikament li għamlet dan għall-benefiċċju tal-Gvern Russu. Hija kienet ukoll koorganizzatriċi ta' vjaġġi għal tfal Franċiżi lejn iċ-Ċentru Internazzjonali tat-Tfal ta' Artek fil-Krimea annessa illegalment, li kienu ffinanzjati mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Hija kienet involuta wkoll fil-proġett ta' propaganda Russa “Ġurnalisti barranin għar-Russja” u pparteċipat fit-tixrid ta' fehmiet favur ir-Russja, inkluż billi sostniet li s-soċjetà Franċiża u dik tal-Punent jappoġġaw l-azzjonijiet Russi kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Alesya Miloradovich hija responsabbli għal, timplimenta, tappoġġa jew tibbenefika minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha, direttament jew indirettament fi, jew tiffaċilita b'xi mod ieħor it-tfixkil jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku ta' pajjiż terz, inkluż billi tipprova tiddestabbilizza l-ordni kostituzzjonali tiegħu. |
16.12.2024 |
|
16. |
Oleg Sergeevich EREMENKO (bir-Russu: Олег Сергеевич ЕРЕМЕНКО) |
Rappreżentant tal-Uffiċjali tar-Russja, eks uffiċjal tal-GRU Data tat-twelid: 18.5.1978 Post tat-twelid: Bischkek, Kyrgyz SSR (issa Kyrgyzstan) Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Oleg Sergeevich Eremenko huwa eks uffiċjal tal-GRU u membru attiv ta' diversi gruppi ta' influwenza Russa. B'mod partikolari, huwa membru ta' Officers of Russia, organizzazzjoni li tintuża mis-servizzi militari u tas-sigurtà Russi biex jinfluwenzaw il-politika domestika billi jikkultivaw rabtiet ma' veterani fost id-dijaspora Russa u ma' persunal militari u membri tas-sigurtà rtirati ta' forzi armati alleati tal-eks Unjoni Sovjetika, fejn huwa jservi bħala r-rappreżentant ewlieni tagħhom fil-Ġermanja. F'dik il-kapaċità, Oleg Sergeevich Eremenko huwa assoċjat mal-entitajiet deżinjati mill-UE Rossotrudnitschestvo, li huwa l-operatur tar-“Russian House” f'Berlin, u l-Grupp Wagner. Fir-rwol tiegħu bħala mibgħut tal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat Russu, Oleg Sergeevich Eremenko qed jikkultiva rabtiet ma' organizzazzjonijiet antidemokratiċi fil-Ġermanja u jappoġġahom. Huwa konness sew ma' gruppi antidemokratiċi tax-xellug estrem u ma' gruppi illegali ta' eks persunal ta' servizzi tas-sigurtà tal-GDR u veterani ta' formazzjonijiet militari tal-GDR, bħal Desant e.V., assoċjazzjoni pro-Russa ta' eks paraxutisti. Għalhekk, Oleg Sergeevich Eremenko qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja billi jdgħajfu l-proċess politiku demokratiku, inkluż billi jipprovaw jiddestabbilizzaw l-ordni kostituzzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
16.12.2024 |
|
17. |
Alik Yuryevich KHUCHBAROV Alik Yuryevich HUCHBAROV Alik HUTŠBAROV (bir-Russu: Алик Юрьевич ХУЧБАРОВ) |
Funzjoni: operattiv tal-GRU Data tat-twelid: 12.11.1992 Ċittadinanza: Russa, Estonjana Sess: raġel Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 601515903509 |
Alik Khuchbarov kien responsabbli għall-ippjanar u t-tħejjija ta' operazzjoni fl-Estonja, li ġabet ħsara lill-proprjetà ta' personaġġi pubbliċi li tkellmu kontra l-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, kif ukoll vandaliżmu fuq monumenti relatati mat-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa u jagħmel dan, aġixxa taħt id-direzzjoni, fl-interessi u fuq it-talba tal-aġenzija tal-intelligence barranija militari (GRU) tar-Russja biex jimpjega awturi biex iwettqu l-attakki. L-attakki kienu mmirati lejn vetturi tal-Ministru għall-Intern tal-Estonja kif ukoll tal-kap editur ta' gazzetta bil-lingwa Russa. Is-servizzi tas-sigurtà tal-Estonja waqqfu attakki ulterjuri mmirati lejn personaġġi pubbliċi oħra. Barra minn hekk, diversi monumenti ta' tifkira fl-Estonja ġew vandalizzati, b'żebgħa mitfugħa u swastiki mpinġija fuqhom. L-għan tal-operazzjoni kien li toħloq biża', paniku u tensjoni fis-soċjetà Estonjana, u li tintimida lill-persuni li kkritikaw l-azzjonijiet u l-politiki tar-Russja. Għaldaqstant, Alik Khuchbarov huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fi Stat Membru bl-ippjanar u t-tmexxija ta' atti ta' vjolenza, inkluż attivitajiet biex isikktu, jintimidaw, jisfurzaw, jew iwettqu tpattija kontra persuni li jikkritikaw l-azzjonijiet jew il-politika tal-Federazzjoni Russa. |
20.5.2025 |
|
18. |
Ilya Sergeevich BOCHAROV Ilja BOTŠAROV (bir-Russu: Илья Сергеевич БОЧАРОВ) |
Funzjoni: operattiv tal-GRU Data tat-twelid: 29.6.1991 Ċittadinanza: Russa Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 561410364291 |
Ilya Bocharov kien responsabbli għall-ippjanar u t-tħejjija ta' operazzjoni fl-Estonja, li ġabet ħsara lill-proprjetà ta' personaġġi pubbliċi li tkellmu kontra l-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, kif ukoll vandaliżmu fuq monumenti relatati mat-Tieni Gwerra Dinjija. Huwa u jagħmel dan, aġixxa taħt id-direzzjoni, fl-interessi u fuq it-talba tal-aġenzija tal-intelligence barranija militari (GRU) tar-Russja biex jimpjega awturi biex iwettqu l-attakki. L-attakki kienu mmirati lejn vetturi tal-Ministru għall-Intern tal-Estonja kif ukoll tal-kap editur ta' gazzetta bil-lingwa Russa. Is-servizzi tas-sigurtà tal-Estonja waqqfu attakki ulterjuri mmirati lejn personaġġi pubbliċi oħra. Barra minn hekk, diversi monumenti ta' tifkira fl-Estonja ġew vandalizzati, b'żebgħa mitfugħa u swastiki mpinġija fuqhom. L-għan tal-operazzjoni kien li toħloq biża', paniku u tensjoni fis-soċjetà Estonjana, u li tintimida lill-persuni li kkritikaw l-azzjonijiet u l-politiki tar-Russja. Għalhekk, Ilya Bocharov huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fi Stat Membru bl-ippjanar u t-tmexxija ta' atti ta' vjolenza, inkluż attivitajiet biex isikktu, jintimidaw, jisfurzaw jew iwettqu tpattija kontra persuni li jikkritikaw l-azzjonijiet jew il-politiki tal-Federazzjoni Russa. |
20.5.2025 |
|
19. |
Elena KOLBASNIKOVA (bir-Russu: Елена КОЛБАСНИКОВА) |
Ċittadinanza: Ukrena, Russa Data tat-twelid: 20.3.1975 Post tat-twelid: Dnipro, USSR (issa Ukraine) |
Elena Kolbasnikova hija ċittadina Russa b'rabtiet mill-qrib mar-Rossotrudnitschestwo, entità tal-istat Russu, u hija appoġġata finanzjarjament minnha. Kolbasnikova ħolqot strutturi politiċi mal-lemin estrem politiku antidemokratiku tal-Ġermanja b'appoġġ għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Ġiet ikkundannata għal diskors ta' mibegħda f'qorti tal-aħħar istanza wara li dgħajfet is-sovranità tal-Ukrajna u ddenunzjat l-istituzzjonijiet pubbliċi tal-Ġermanja. Għadhom għaddejjin investigazzjonijiet kriminali dwar l-appoġġ tagħha għas-separatisti fid-Donbas permezz ta' tagħmir militari, ġbir ta' fondi u għoti ta' għajnuna lill-gruppi separatisti. Barra minn hekk, Kolbasnikova ħeġġet vjolenza li twettqet minn żewġha kontra dimostranti, u organizzat carcades biex tintimida minorenni Ukreni li kienu qed ifittxu rifuġju fil-Ġermanja. B'hekk hija tappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jimminaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà ta' Stat Membru u ta' pajjiż terz permezz ta' attivitajiet maħsuba biex idgħajfu l-proċess politiku demokratiku fil-Ġermanja. Hija tappoġġa wkoll azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu s-sigurtà ta' pajjiż terz (l-Ukrajna), billi tinstiga jew tiffaċilita kunflitt armat, permezz tal-appoġġ għal movimenti separatisti fl-Ukrajna. Elena Kolbasnikova hija assoċjata ma' Rostislav Teslyuk, li huwa suġġett għal miżuri restrittivi. |
20.5.2025 |
|
20. |
Hüseyin DOGRU |
Nazzjonalità: Torka, Ġermaniża Sess: raġel |
Hüseyin Doğru hu l-fundatur u rappreżentant ta’ AFA Medya A.Ș., li hija kumpanija tal-media bbażata f’Istanbul. AFA Medya A.Ș. topera “RED”, li tikkonsisti f’diversi pjattaformi tal-media, u li għandha rabtiet finanzjarji u organizzattivi mill-qrib ma’ entitajiet u atturi ta’ propaganda tal-istat Russi, u rabtiet strutturali fil-fond, inkluż interkonnessjonijiet bejn membri tal-persunal individwali u rotazzjoni tagħhom ma’ organizzazzjonijiet tal-media tal-istat Russi. RED użat il-pjattaformi tagħha tal-media – spiss taħt l-isem “redstreamnet” jew “thered.stream” – biex ixerred sistematikament informazzjoni falza dwar suġġetti politikament kontroversjali bl-għan li toħloq inkwiet etniku, politiku u reliġjuż fost l-udjenza tagħha predominantement Ġermaniża, inkluż billi xxandar in-narrattivi ta’ gruppi terroristiċi Iżlamiċi radikali bħall-Ħamas. Waqt okkupazzjoni vjolenti ta’ università Ġermaniża bi protesta kontra Iżrael, membri tal-persunal ta’ RED ikkoordinaw mal-parteċipanti f’dan l-irvell biex ixandru xbihat tal-vandaliżmu tagħhom – li kienu jinkludu simboli tal-Ħamas –bl-użu tal-kanali online tagħhom, u b’hekk ipprovdewlhom pjattaforma esklużiva tal-media, li ffaċilitat in-natura vjolenti tal-protesta. Hüseyin Doğru qed ikompli jxerred informazzjoni falza permezz ta’ AFA Medya A.Ș. kif ukoll permezz tal-kontijiet tal-media soċjali tiegħu stess. Għaldaqstant, permezz ta’ AFA Medya A.Ș u l-kontijiet tal-media soċjali tiegħu stess, Hüseyin Doğru jappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni u fi Stat Membru inkluż billi indirettament jappoġġa u jiffaċilita dimostrazzjonijiet vjolenti u jieħu sehem f’manipulazzjoni ta’ informazzjoni kkoordinata. |
20.5.2025 |
|
21. |
Yulia Sergeevna PROKHOROVA (bir-Russu: Юлия Сергеевна ПРОХОРОВА) |
Ċittadinanza: Russa Data tat-twelid: 18.2.1992 Indirizz: Russia, United Arab Emirates. Qabel Landshut, Bavaria, Germany |
Yulia Prokhorova hija ċittadina Russa. Kienet residenti l-Ġermanja sal-2024. Hija ssostni kampanja fuq il-media soċjali fejn ħeġġet il-ħela intenzjonali tal-enerġija fil-Ġermanja, biex tipprova tappoġġa l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja. B'mod parallel, xerrdet miżinformazzjoni fil-media tal-istat Russi dwar il-provvista tal-enerġija, l-istat tad-dritt, u r-refuġjati Ukreni fil-Ġermanja. Barra minn hekk, Yulia Prokhorova intimidat refuġjati Ukreni fl-Ewropa permezz ta' attakki pubbliċi u forom oħra ta' fastidju, li rrekordjat u xerrdet fuq l-internet. B'hekk, Yulia Prokhorova tappoġġa azzjonijiet u politika tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew fi Stat Membru bl-użu ta' manipulazzjoni ta' informazzjoni u interferenza kkoordinati u billi indirettament tappoġġa azzjonijiet immirati kontra attivitajiet ekonomiċi u servizzi ta' interess pubbliku. |
20.5.2025 |
|
22. |
Rostislav TESLYUK (bir-Russu: Ростислав ТЕСЛЮК) magħruf ukoll bħala Max SCHLUND (bir-Russu: Макс ШЛУНД) |
Ċittadinanza: Russa Data tat-twelid: 23.4.1982 Post tat-twelid: Moscow Sess: raġel |
Rostislav Teslyuk huwa ċittadin Russu b'rabtiet mill-qrib mar-Rossotrudnitschestwo, entità tal-istat Russu, u appoġġat finanzjarjament minnha. Rostislav Teslyuk ħoloq strutturi politiċi mal-lemin estrem politiku antidemokratiku tal-Ġermanja b'appoġġ għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Għadhom għaddejjin investigazzjonijiet kriminali dwar l-appoġġ tiegħu għas-separatisti fid-Donbas permezz ta' tagħmir militari. Rostislav Teslyuk wettaq atti vjolenti kontra dimostranti u organizza carcades biex jintimida minorenni Ukreni li kienu qed ifittxu rifuġju fil-Ġermanja. B'hekk huwa jappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jimminaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà ta' Stat Membru u ta' pajjiż terz permezz ta' attivitajiet maħsuba biex idgħajfu l-proċess politiku demokratiku fil-Ġermanja u jiddestabbilizzaw l-Ukrajna, inkluż kampanji ta' ġbir ta' fondi għal gruppi separatisti u l-għoti ta' għajnuna lilhom. Huwa responsabbli wkoll għal azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li jdgħajfu s-sigurtà ta' pajjiż terz (l-Ukrajna) billi jinstiga jew jiffaċilita kunflitt armat, permezz tal-appoġġ tiegħu għal movimenti separatisti fl-Ukrajna. Rostislav Teslyuk huwa assoċjat ma' Elena Kolbasnikova, li hija suġġetta għal miżuri restrittivi. |
20.5.2025 |
|
23. |
Alina LIPP |
Funzjoni: korrispondent tal-gwerra Data tat-twelid: 17.9.1993 Post tat-twelid: Hamburg Ċittadinanza: Ġermaniża Sess: mara |
Alina Lipp tmexxi l-blog ‘Neues aus Russland’, li fiha xxerred sistematikament miżinformazzjoni dwar il-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u tiddeleġittimizza l-gvern Ukren, speċjalment bil-ħsieb li timmanipula s-sentiment pubbliku Ġermaniż fir-rigward tal-appoġġ għall-Ukrajna. Barra minn hekk, qed tuża r-rwol tagħha bħala korrispondent tal-gwerra mal-forzi armati Russi fil-Lvant tal-Ukrajna biex ixxerred propaganda tal-gwerra Russa. Tidher regolarment fi spettakli ta' intratteniment tat-truppi u ta' propaganda fuq il-kanal televiżiv militari Russu Zvezda. B'hekk, Alina Lipp timplimenta u tappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sigurtà u l-istabbiltà fl-Unjoni u f'pajjiż terz bl-użu ta' manipulazzjoni ta' informazzjoni u interferenza kkoordinati, u billi tisfrutta konflitt armat f'pajjiż terz. |
20.5.2025 |
|
24. |
Viktor Volodymyrovych MEDVEDCHUK (bir-Russu: Виктор Владимирович МЕДВЕДЧУК) |
Funzjoni: Politiku, negozjant, de facto sid tal-media Data tat-twelid: 7.8.1954 Post tat-twelid: Pochet, Krasnoyarskyi Krai, Russian SFSR, USSR Ċittadinanza: Russa Sess: raġel Indirizz: Moscow Identità tat-taxxa Ukrena (Код ДРФО): 1994214296 (void) |
Viktor Medvedchuk huwa eks politiku u negozjant Ukren, li kien il-promotur ewlieni ta' politika favur ir-Russja fl-Ukrajna u li ppromwova politika u azzjonijiet maħsuba biex inawru l-kredibbiltà u l-leġittimità tal-Gvern tal-Ukrajna. Viktor Medvedchuk għandu rabtiet personali mill-qrib, u huwa assoċjat, mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. Permezz tal-assoċjati tiegħu, inkluż Artem Marchevskyi, Viktor Medvedchuk ikkontrolla aġenziji tax-xandir Ukreni u użahom biex ixerred propaganda favur ir-Russja fl-Ukrajna u lil hinn minnha. Wara l-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Viktor Medvedchuk xerred narrattivi ta' propaganda Russa dwar il-gwerra, li dgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna. Għal dak l-għan, f'April 2023, Victor Medvedchuk waqqaf moviment politiku fir-Russju msejjaħ ‘Anthea Ukraine’ (‘Ukrajna Oħra’). Mal-assoċjati u l-entitajiet assoċjati tiegħu, inkluż Artem Marchevskyi u l-istazzjon tax-xandir Voice of Europe, u f'koordinazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Russi, Viktor Medvedchuk kompla jiffinanzja u jwettaq operazzjonijiet ta' influwenza mmirati lejn partiti politiċi u politiċi individwali fl-Ewropa. Dawk l-attivitajiet kellhom l-għan li jappoġġaw l-interessi tal-politika barranija tal-Federazzjoni Russa u jifirxu l-influwenza tagħha, inkluż qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2024. Dawk l-attivitajiet kienu jinkludu l-għoti ta' riżorsi finanzjarji lil atturi politiċi individwali fl-Ewropa, inkluż kandidati magħżula fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, u għal kooperazzjoni ma' ġurnalisti. Viktor Medvedchuk mexxa u żamm kontroll fuq l-attivitajiet malinni ta' Artem Marchevskyi u l-Voice of Europe, bl-użu tat-tmexxija de facto tal-Voice of Europe minn Artem Marchevskyi. Għaldaqstant, Viktor Medvedchuk huwa responsabbli għall-implimentazzjoni, l-appoġġ jew il-kisba ta' benefiċċju minn azzjonijiet jew politika tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija u l-istabbiltà fl-Unjoni u f'pajjiż terz, u li jdgħajfu s-sovranità jew l-indipendenza ta' diversi Stati Membri tagħha u tal-Ukrajna, permezz tal-ippjanar, it-tmexxija, it-twettiq jew faċilitazzjoni b'xi mod ieħor tal-ostruzzjoni jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku, inkluż l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2024, u bl-ippjanar, it-tmexxija u t-twettiq ta' manipulazzjoni ta' informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
20.5.2025 |
|
25. |
Artem Pavlovich MARCHEVSKYI Artem Pavlovich MARCHEVSKIJ Artem Pavlovich MARCHEVSKIY Artěm Pavlovič MARČEVSKIJ Артем Павлович МАРЧЕВСЬКИЙ Артем Павлович МАРЧЕВСКИЙ |
Funzjoni: Politiku, produttur tax-xandir, propagandist Data tat-twelid: 5.7.1988 Post tat-twelid: Kyiv, Ukrainian SFSR, USSR Ċittadinanza: Ukrena, Iżraeljana Sess: raġel Indirizz: Hovorčovická 1079, 250 65 Líbeznice, Czech Republic Identità tat-taxxa Ukrena (Код ДРФО): 3232824038 |
Artem Marchevskyi huwa eks politiku Ukren assoċjat mill-qrib ma' Viktor Medvedchuk, eks politiku u negozjant Ukren b'rabtiet mill-qrib mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Bis-saħħa tal-pożizzjoni tiegħu fil-partit pro-Russu ‘Opposition Platform – For Life’ u fuq stazzjon televiżiv involut fi propaganda favur ir-Russja, Artem Marchevskyi appoġġa u pprovda assistenza lil Viktor Medvedchuk mill-2018 sal-2021. Artem Marchevskyi u Viktor Medvedchuk komplew jikkoordinaw wara li t-tnejn li huma ħallew l-Ukrajna wara l-invażjoni Russa fl-2022, b'Viktor Medvedchuk imexxi u jikkontrolla l-attivitajiet ta' Artem Marchevskyi li jiffaċilitaw il-bini tan-network ta' influwenza ta' Medvedchuk fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha. Artem Marchevskyi kellu rwol strumentali fit-tixrid miftiehem ta' diżinformazzjoni u narrattivi żbilanċjati mmirati biex jappoġġaw l-interessi tal-politika barranija tal-Federazzjoni Russa u fit-tixrid tal-influwenza tagħha, inkluż qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2024, billi jdgħajfu l-kredibbiltà u l-immaġini pubblika tal-Ukrajna u l-isforzi tagħha biex tiddefendi ruħha mill-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja. Artem Marchevskyi kellu rwol ewlieni fl-akkwist tal-marka tax-xandir Voice of Europe u l-inkorporazzjoni tal-attività tagħha f'kumpanija tal-istess isem. Bħala l-kap mistur tal-‘Voice of Europe’, Artem Marchevskyi uża l-kumpanija biex jgħaddi riżorsi finanzjarji assenjati għall-ħlas lil propagandisti, u biex jibni network ta' influwenza li tikkollega lil Medvedchuk u l-assoċjati tiegħu ma' rappreżentanti ta' partiti politiċi fl-Ewropa. Għaldaqstant, Artem Marchevskyi huwa responsabbli għall-implimentazzjoni, appoġġ għal u li jibbenefika minn azzjonijiet jew mill-politika tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija u l-istabbiltà fl-Unjoni u fl-Ukrajna, u li jdgħajfu s-sovranità jew l-indipendenza ta' diversi Stati Membri tagħha u tal-Ukrajna, permezz tat-twettiq jew faċilitazzjoni b'xi mod ieħor tal-ostruzzjoni jew l-imminar tal-proċess politiku demokratiku u bl-ippjanar, it-tmexxija u t-twettiq ta' manipulazzjoni ta' informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
20.5.2025 |
|
26. |
Natallia SUDLIANKOVA Natallia SUDLENKOVÁ (ŠEVKOVÁ) Natalia SUDLENKOVÁ Natalia SUDLIANKOVÁ (ŠEVKOVÁ) Natalija SUDLIANKOVÁ (ŠEVKOVÁ) Наталья СУДЛЕНКОВА (ШЕВКО) Psewdonimu: Natalyia KORNELYUK Наталья КОРНЕЛЮК |
Funzjoni: Ġurnalista, Konsulent tal-Media u tar-Relazzjonijiet Pubbliċi, Koordinatriċi Data tat-twelid: 9.6.1964 Post tat-twelid: Belarus Ċittadinanza: Belarussa Sess: mara Indirizz: Borovanského 2381/22, 155 00 Prague, Czech Republic Dokumenti tal-identità: Dokument tal-ivvjaġġar: U0002974, validu sat-18.3.2031 Permess ta' residenza: 001631077, validu sat-13.3.2034 |
Natallia Sudliankova hija ġurnalista u konsulent tal-media u tar-relazzjonijiet pubbliċi li kienet qed tipproduċi prodotti għall-media magħmulin apposta li kien fihom il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u t-tixrid ta' narrattivi qarrieqa bl-għan li tappoġġa l-interessi tal-politika barranija tal-Federazzjoni Russa u bl-għan li ddgħajjef il-fiduċja pubblika lejn il-valuri u l-proċessi demokratiċi nazzjonali taċ-Ċekja u tal-Unjoni Ewropea. Sudliankova kienet qed tirċievi missjonijiet fuq perjodu ta' żmien twil u ngħatat rikumpens finanzjarju. Hija taqdi rwol sinifikanti fl-ippjanar u t-tmexxija ta' manipulazzjoni koordinata tal-informazzjoni mmirata lejn il-pubbliku fir-Repubblika Ċeka u fi Stati Membri oħra, u tikkoopera ma' entitajiet statali Russi (Rosatom, Pravfond), entitajiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-Federazzjoni Russa (Immortal Regiment of Russia), u Alexej Nikolayevich Shavrov, uffiċjal tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Sudliankova kellha rwol attiv fl-iskreditar tal-politika tas-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea billi użat kontenut li jiffavorixxi l-interessi tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għaldaqstant, Natallia Sudliankova kienet qed timplimenta u tappoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija u l-istabbiltà fl-Unjoni u fl-Ukrajna, u li jdgħajfu s-sovranità jew l-indipendenza ta' bosta Stati Membri tagħha u tal-Ukrajna, permezz tal-ippjanar, it-tmexxija u l-involviment fl-użu ta' manipulazzjoni koordinata tal-informazzjoni. |
20.5.2025 |
|
27. |
Iurie NECULITI (bir-Russu: Юрие НЕКУЛИТИ) |
Funzjoni: Uffiċjal kap eżekuttiv ta' Stark Industries Ċittadinanza: Republic of Moldova Sess: raġel Indirizz: 71-75 Shelton Street, Covent Garden, London, United Kingdom; Chisinau, Republic of Moldova Post tat-twelid: Bender, Republic of Moldova |
Iurie Neculiti huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv ta' Stark Industries Solutions Ltd., servizz tal-hosting tal-web irreġistrat bħala kumpanija maildrop fir-Renju Unit. Il-kumpanija tipprovdi hosting ta' servers, b'servers madwar id-dinja kollha. Il-kumpanija Stark tippermetti lil diversi atturi sponsorizzati mill-istat Russu u affiljati miegħu jwettqu attivitajiet destabilizzanti inkluż manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati u ċiberattakki kontra l-Unjoni u pajjiżi terzi billi tipprovdi servizzi maħsuba biex jaħbu dawn l-attivitajiet mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà Ewropej. Għaldaqstant, bħala uffiċjal kap eżekuttiv ta' Stark Industries Solutions Ltd., Neculiti qed jappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jheddu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, f'wieħed mill-Istati Membri tagħha u f'pajjiż terz, billi jiffaċilita l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati u billi jiffaċilita azzjonijiet immirati kontra l-funzjonament ta' istituzzjonijiet demokratiċi, attivitajiet ekonomiċi jew servizzi ta' interess pubbliku. Iurie Neculiti huwa assoċjat ma' Ivan Neculiti u ma' Stark Industries. |
20.5.2025 |
|
28. |
Ivan NECULITI (bir-Russu: Иван НЕКУЛИТИ) |
Funzjoni: Uffiċjal kap eżekuttiv ta' Stark Industries u ta' PQ Hosting Ċittadinanza: Repubblika tal-Moldova Sess: raġel Indirizz: 71-75 Shelton Street, Covent Garden, London, United Kingdom; Chisinau, Republic of Moldova Post tat-twelid: Bender, Moldova |
Ivan Neculiti huwa s-CEO ta' Stark Industries Solutions Ltd., servizz tal-hosting tal-web irreġistrat bħala kumpanija maildrop fir-Renju Unit. Il-kumpanija tipprovdi hosting ta' servers b'servers madwar id-dinja kollha. Il-kumpanija Stark tippermetti lil diversi atturi sponsorizzati mill-istat Russu u affiljati miegħu jwettqu attivitajiet destabilizzanti, inkluż manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati u ċiberattakki kontra l-Unjoni u pajjiżi terzi billi tipprovdi servizzi maħsuba biex jaħbu dawn l-attivitajiet mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà Ewropej. Ivan Neculiti huwa assoċjat ma' Iurie Neculiti u ma' Stark Industries. Għaldaqstant, bħala s-CEO ta' Stark Industries Solutions Ltd., Neculiti qed jappoġġa azzjonijiet mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jheddu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, f'wieħed mill-Istati Membri tagħha u f'pajjiż terz, billi jiffaċilita l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati u billi jiffaċilita azzjonijiet immirati kontra l-funzjonament ta' istituzzjonijiet demokratiċi, attivitajiet ekonomiċi jew servizzi ta' interess pubbliku. |
20.5.2025 |
|
29. |
Andrei KHARKOVSKY (bir-Russu: Андрей ХАРКОВСКИЙ) |
Funzjoni: Membru ewlieni tal-Union of Cossack Warriors of Russia and Abroad Ċittadinanza: Russa Post tat-twelid: Tomsk Region, Russia Sess: raġel Indirizz: Germany |
Andrei Kharkovsky huwa ċittadin Russu li jgħix il-Ġermanja. Fil-Ġermanja, Kharkovsky jaġixxi bħala rappreżentant tal-Union of Cossack Warriors of Russia and Abroad inkluż billi jorganizza laqgħat ta' stil militari għall-membri tagħha. Il-Union of Cossack Warriors of Russia and Abroad hija entità marbuta mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa, u li tieħu sehem fil-gwerra ta' aggressjoni u fl-atti ta' vjolenza tar-Russja fl-Ukrajna b'appoġġ għas-separatisti favur ir-Russa taħt il-premessa ta' ‘missjoni storika’ biex jerġa' jiġi stabbilit il-kontroll Russu fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Ukrajna. Andrei Kharkovsky għaldaqstant qed jappoġġa azzjonijiet tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu s-sovranità u s-sigurtà tal-Ukrajna billi jipprova jwaqqa' l-ordni kostituzzjonali tal-Ukrajna. |
20.5.2025 |
|
30. |
Anatoli Yurevich ABRAMOV Anatoly Yurievich ABRAMOV (bir-Russu: Анатолий Юрьевич АБРАМОВ) |
Funzjoni: Direttur tal-fergħa tal-General Radio Frequency Centre fid-Distrett Federali tal-Majjistral Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Anatoly Abramov huwa d-direttur tal-fergħa tal-General Radio Frequency Centre fid-Distrett Federali tal-Majjistral. Il-kapijiet tal-fergħa jinħatru u jitkeċċew mid-Direttur tal-GRFC bi qbil ma' Roskomnadzor, u jaġixxu f'isem il-GRFC. Huwa jissorvelja l-użu ta' frekwenzi tar-radju u tagħmir fir-reġjun ta' Kaliningrad. Dan l-aħħar, irriżulta li l-problemi tas-sinjali tal-GPS f'bosta pajjiżi Ewropej ġejjin minn attivitajiet ta' gwerra elettronika minn Kaliningrad, inkluż disturbazzjoni u spoofing ta' sinjali tal-GPS li jaffettwaw l-aktar lill-Istati Baltiċi. Dawn l-attivitajiet fixklu l-avjazzjoni ċivili. L-approvazzjoni tal-GRFC hija parti minn proċess b'erba' passi li l-entitajiet huma meħtieġa jissodisfaw biex jiksbu permess għall-użu tal-ispettru tal-frekwenza tar-radju. L-għarfien tal-GRFC huwa pass meħtieġ qabel ma jittieħdu passi oħra fil-proċess. Għaldaqstant, Anatoly Abramov huwa responsabbli li ppjana, idderieġa, kien involut fi, direttament jew indirettament, appoġġa jew iffaċilita b'xi mod ieħor azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'bosta Stati Membri tagħha bl-involviment f'azzjonijiet li għandhom fil-mira tagħhom il-funzjonament tal-infrastruttura kritika. |
20.5.2025 |
|
31. |
Ruslan Vasilyevich NESTERENKO Ruslan Vasilievich NESTERENKO (bir-Russu: Руслан Васильевич НЕСТЕРЕНКО) |
Funzjoni: Aġent Direttur Ġenerali tal-GRFC Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Ruslan Nesterenko huwa l-aġent direttur ġenerali tal-General Radio Frequency Centre (GRFC). Huwa jissorvelja l-użu ta' frekwenzi tar-radju u jaċċerta li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni. Dan l-aħħar, irriżulta li l-problemi tas-sinjali tal-GPS f'bosta pajjiżi Ewropej ġejjin minn attivitajiet ta' gwerra elettronika minn Kaliningrad, ir-Russja, inkluż disturbazzjoni u spoofing ta' sinjali tal-GPS li affettwaw l-aktar lill-Istati Baltiċi u fixklu l-avjazzjoni ċivili. L-approvazzjoni tal-GRFC hija parti minn proċess b'erba' passi li l-entitajiet huma meħtieġa jissodisfaw biex jiksbu permess għall-użu tal-ispettru tal-frekwenza tar-radju. L-għarfien tal-GRFC huwa pass meħtieġ qabel ma jittieħdu passi oħra fil-proċess. Taħt it-tmexxija ta' Nesterenko, il-GRFC hija involuta fl-ippjanar u fl-appoġġ ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza koordinati li jolqtu l-Istati Membri tal-Unjoni. Skont il-Karta GRFC, id-direttur ġenerali jirrappreżenta l-interessi tal-intrapriża fir-Russja u lil hinn mill-fruntieri tagħha. Għaldaqstant, Ruslan Nesterenko huwa responsabbli li ppjana, idderieġa, kien involut fi, direttament jew indirettament, appoġġa jew iffaċilita b'xi mod ieħor azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'bosta Stati Membri tagħha bl-involviment f'azzjonijiet li għandhom fil-mira tagħhom il-funzjonament tal-infrastruttura kritika. |
20.5.2025 |
|
32. |
Viktor Aleksandrovitch LUKOVENKO (bir-Russu: Виктор Александрович ЛУКОВЕНКО) magħruf ukoll bħala Viktor VASILEV (bir-Russu: Виктор ВАСИЛЬЕВ) |
Funzjoni: Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet ‘African Initiative’ Data tat-twelid: 6.4.1985 Ċittadinanza: Użbeka Sess: raġel |
Viktor Lukovenko ilu diversi snin attiv fil-kontinent Afrikan, qabel bħala membru tal-Wagner Group u issa bħala l-kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet ‘African Initiative’. Huwa involut fit-tixrid ta' propaganda Russa fil-kontinent. Huwa marbut ma' personaġġi magħrufin sew tal-propaganda Russa fl-Afrika, bħal Kemi Seba. Barra minn hekk, Viktor Lukovenko intbagħat l-Ukrajna fl-2022 qabel il-gwerra, taħt is-superviżjoni ta' kurunell tal-GRU, sabiex jirrekluta simpatizzanti favur ir-Russja. Għaldaqstant, Viktor Lukovenko huwa responsabbli għall-implimentazzjoni, l-appoġġ jew il-benefiċċju minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Unjoni, billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament u indirettament fi, jappoġġa u jiffaċilita l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
20.5.2025 |
|
33. |
Oleg Anatoliyovych VOLOSHIN (bl-Ukren: Олег Анатолійович Волошин; bir-Russu:Олег Анатольевич Волошин) |
Ċittadinanza: Russa Data tat-twelid: 7.4.1981 Post tat-twelid: Nikolaev, USSR (issa Ukraine) Nru tal-passaport: ET870130 Nru tal-ID: 1981040705733; 2968200719 Sess: raġel |
Oleg Voloshin huwa eks membru tal-parlament Ukren u membru tal-partit politiku favur ir-Russja Opposition Platform for Life (OPFL). Jagħmel parti min-network responsabbli għal ‘Voice of Europe’ u huwa attiv fuq Golos.eu u PolitWera, it-tnejn li huma pjattaformi li jxerrdu diżinformazzjoni u narrattivi favur ir-Russja. Kien involut f'pagamenti ta' tixħim li saru lil politiċi tal-Punent. Oleg Voloshin uża l-pożizzjoni tiegħu bħala delegat Ukren għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (2019-2023) biex jimplimenta l-istrateġija ta' interferenza Russa fl-Ewropa mmexxija mill-oligark favur ir-Russja Viktor Medvedchuk, li jmexxi l-OPFL. B'mod partikolari, Voloshin ippromwova l-‘pjan ta' paċi’ għall-Ukrajna ta' Medvedchuk, li huwa marbut man-narrattiva Russa dwar il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja. Sabiex jikseb l-appoġġ tar-rappreżentanti eletti Ewropej għall-kawża tiegħu, huwa organizza konferenzi ma' membri parlamentari Franċiżi u Ġermaniżi, li fihom argumenta li l-‘format tan-Normandija’ (Franza, il-Ġermanja, l-Ukrajna, ir-Russja) għandu hekk imsejħa dimensjoni parlamentari li ma taqa' taħt ebda qafas uffiċjali. L-aktar avvenimenti reċenti ġie organizzat minn Voloshin fis-Senat Franċiż fil-11 ta' Frar 2022 (‘Peace process in Ukraine: how to break the deadlock’), ftit jiem qabel l-invażjoni tal-Ukrajna mill-armata Russa. B’hekk, Oleg Voloshin huwa responsabbli għall-implimentazzjoni, l-appoġġ jew il-benefiċċju minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż il-Ġermanja, billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament u indirettament fi, it-tfixkil u l-imminar tal-proċess politiku demokratiku. |
20.5.2025 |
|
34. |
Justine Blaise TAGOUH (bir-Russu: Жюстин Блез ТАГУ) |
Funzjoni: CEO tal-grupp tal-istampa International Afrique Media (IAM), li jinkludi l-istazzjon televiżiv Afrique Média, l-analiżi tal-istampa IAM u Courrier Confidentiel Data tat-twelid: 1959 Sess: raġel |
Justin Tagouh huwa s-CEO tal-grupp tal-istampa International Africa Media. Dan il-grupp tal-media għandu rabtiet diretti mal-awtoritajiet Russi, u jxerred in-narrattiva Russa u n-narrattiva kontra l-Punent fil-pajjiżi Afrikani. Justin Tagouh huwa għaldaqstant responsabbli għall-implimentazzjoni, l-appoġġ u l-benefiċċju minn azzjonijiet jew politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Unjoni u ta' bosta Stati Membri tagħha billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
20.5.2025 |
|
35. |
Mikhaïl Mikhaïlovich PRUDNIKOV ‘Micha’ (bir-Russu: Михаил Михайлович Прудников) |
Funzjoni: Membru ta' Africa Politology, entità responsabbli għad-diżinformazzjoni u l-propoganda Russa fir-Repubblika Ċentru-Afrikana Post tat-twelid: Tambov Oblast Ċittadinanza: Russa Sess: raġel |
Mikhaïl Prudnikov huwa attivist favur id-diżinformazzjoni Russa li jopera fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) li għandu rabtiet mill-qrib mad-dinja ta' Wagner u l-kampanja ta' diżinformazzjoni li qed issir fir-RĊA minn diversi gazzetti u networks. B'mod partikolari, żviluppa narrattiva kontra l-pajjiżi tal-Punent u pparteċipa f'azzjonijiet ta' komunikazzjoni biex idgħajjef u jhedded ir-reputazzjoni tal-Unjoni fir-RĊA. Mikhaïl Prudnikov huwa għaldaqstant responsabbli għall-implimentazzjoni, l-appoġġ u l-benefiċċju minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Unjoni, f'bosta Stati Membri tagħha billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
20.5.2025 |
|
36. |
Sylvain AFOUA (bir-Russu: Сильвен АФУА) magħruf ukoll bħala Egountchi BEHANZIN (bir-Russu: Эгунчи БЕХАНЗИН) |
Funzjoni: Fundatur tal-grupp pan-Afrikan ‘Ligue de défense noire Africaine’ (LDNA).; influwenzatur/attivist magħruf taħt il-psewdonimu ‘Egountchi Behanzin’ Data tat-twelid: 5.11.1988 Post tat-twelid: Madjikpeto, Togo Ċittadinanza: Franċiża, Togoliża Sess: raġel Indirizz: 61 Avenue D'Alfortville 94600 Choisy-le-Roi; 1 Résidence des Avelines 91940 Les Ulis Numru tat-telefown: 0762655132 / 0753721831 Sit web: www.egountchibehanzin.com |
Sylvain Afoua huwa attivist kontra l-Punent, fundatur tal-‘Ligue de défense noire Africaine’ (LDNA) ‘Black African Defence League’, grupp involut f'attakki bi sparar fuq it-territorju Franċiż. L-istruttura ġiet xolta fid-29 ta' Settembru 2021 b'digriet ministerjali Franċiż talli xerrdet ideoloġija li tippromwovi l-mibegħda, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza. Sylvain Afoua ixerred narrattivi u miżinformazzjoni Russi dwar il-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna, li jwettaq b'mod partikolari fil-kontinent Afrikan. Il-messaġġ tiegħu huwa trażmess permezz ta' networks soċjali u s-sit web tal-assoċjazzjoni tiegħu. Regolarment jiġi mistieden fil-fora Russi u barra minn hekk huwa marbut finanzjarjament ma' Wagner Group. Sylvain Afoua huwa għaldaqstant responsabbli għall-implimentazzjoni, l-appoġġ u l-benefiċċju minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Unjoni, f'bosta Stati Membri tagħha billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
20.5.2025 |
|
37. |
Thomas RÖPER (bir-Russu: Томас Рёпер) |
Funzjoni: korrispondent tal-gwerra Data tat-twelid: 26.11.1971 Post tat-twelid: Bremen Ċittadinanza: Ġermaniża Sess: raġel |
Thomas Röper huwa blogger Ġermaniż. Permezz tan-network tiegħu ta' mezzi online bl-isem ‘Anti-Spiegel’ huwa jxerred sistematikament miżinformazzjoni dwar il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jiddeleġittimizza l-gvern Ukren, speċjalment bil-ħsieb li jimmanipula s-sentiment pubbliku Ġermaniż fir-rigward tal-appoġġ lill-Ukrajna. Barra minn hekk, jilleġittima l-annessjoni illegali mir-Russja tat-territorju Ukren billi jaqdi r-rwol ta' ‘osservatur’ elettorali u jipparteċipa f'kampanja li tippromwovi r-referendum illegali tar-Russja dwar is-seċessjoni tat-territorji okkupati Russi mill-Ukrajna. Barra minn hekk hu serva bħala kelliem għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa biex ixerred narrattivi ta' propoganda Russa, inkluż fil-forum Arria tan-NU. Thomas Röper huwa għaldaqstant involut fl-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati u fl-appoġġ tagħhom, kif ukoll jiffaċilita kunflitt armat f'pajjiż terz. Huwa assoċjat ukoll ma' Alina Lipp. |
20.5.2025 |
|
38. |
Nathalie YAMB |
Data tat-twelid: 22.7.1969 Post tat-twelid: La Chaux-de-Fonds, Switzerland Nazzjonalità: Żvizzera u Kamerunjana Sess: mara |
Nathalie Yamb hija influwenzatur tal-media soċjali. Mis-summit ta’ Sochi li attendiet fl-2019, Nathalie Yamb kienet sostenitur miftuħ tar-Russja, adottat il-lingwa ta’ Moska u mmirat lil Franza u l-Punent b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu esklużi mill-kontinent Afrikan. Hija għandha rabtiet speċifiċi mal-AFRIC, organizzazzjoni marbuta ma’ kumpaniji militari privati Russi. Għalhekk, Nathalie Yamb qed tappoġġa azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew fl-Istati Membri tagħha billi tinvolvi ruħha fl-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni. |
26.6.2025 |
|
39. |
Andrey Yuryevich ROMANCHENKO bir-Russu: Андрей Юрьевич РОМАНЧЕНКО |
Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat Federali ‘Russian Television and Radio Broadcasting Network’ (RTRS) Data tat-twelid: 16.10.1960 Post tat-twelid: Moscow, Russian SSR (now Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Identità tat-Taxxa Russa (ИНН): 771515786260 |
Andrey Yuryevich Romanchenko huwa d-Direttur Ġenerali tal-Intrapriża tal-Istat Federali ‘Russian Television and Radio Broadcasting Network’ (RTRS), intrapriża federali Russa unitarja bi skop ta’ qligħ ta’ sinifikat strateġiku, li topera infrastruttura terrestri tax-xandir tar-radju u t-televiżjoni fir-Russja. Romanchenko, li nħatar Direttur Ġenerali mill-President Russu, jidderieġi l-RTRS, li għandha rwol dirett fl-implimentazzjoni tal-politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa billi tipprovdi l-infrastruttura u l-kapaċitajiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-hekk imsejħa ‘Stazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radju obbligatorji għar-Russja kollha disponibbli għall-pubbliku’ bħal Pervyi Kanal jew Rossiya 24 li jxerrdu l-propaganda tal-istat Russu. Taħt it-tmexxija ta’ Romanchenko, l-RTRS kellha rwol ewlieni fis-sostituzzjoni effettiva tas-sistemi tax-xandir Ukreni antiki fir-reġjuni okkupati b’network li jittrażmetti kontenut approvat mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa maħsub biex irażżan id-dissens, jallinja l-popolazzjoni lokali mal-politiki Russi u jiddelega l-governanza tal-Ukrajna fit-territorji okkupati. Dan jimmina direttament il-kapaċità tal-popolazzjonijiet lokali li jaċċessaw informazzjoni diversa u indipendenti. L-espansjoni tal-operazzjonijiet tal-RTRS fit-territorji okkupati hija ffaċilitata mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jagħti lill-RTRS id-dritt esklussiv li tistabbilixxi infrastruttura ta’ trażmissjoni fit-territorji okkupati. Billi jissorvelja u jidderieġi dawn l-operazzjonijiet, Romanchenko jiffaċilita b’mod attiv l-imblukkar tal-aċċess għal informazzjoni diversa u indipendenti, u b’hekk jassumi r-responsabbiltà għall-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni. Għalhekk, Romanchenko, bħala l-kap tal-RTRS, jibbenefika minn u jimplimenta politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija u l-istabbiltà fl-Ukrajna, u li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, bl-involviment fi jew inkella bil-faċilitazzjoni tal-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza. |
15.7.2025 |
|
40. |
Vladimir NAIDENOV bir-Russu: Владимир НАЙДЕНОВ |
Funzjoni: Direttur tad-Dipartiment għall-Koordinazzjoni tal-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni fit-Territorji Ġodda tal-Intrapriża tal-Istat Federali ‘Russian Television and Radio Broadcasting Network’ (RTRS) Sess: raġel Nazzjonalità: Russa |
Vladimir Naidenov huwa d-Direttur tad-Dipartiment għall-Koordinazzjoni tal-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni fit-Territorji l-Ġodda tal-Intrapriża tal-Istat Federali ‘Russian Television and Radio Broadcasting Network’ (RTRS), intrapriża federali Russa unitarja bi skop ta’ qligħ ta’ sinifikat strateġiku, li topera infrastruttura terrestri tax-xandir tar-radju u t-televiżjoni fir-Russja. Vladimir Naidenov, huwa subordinat għad-Direttur Ġenerali tal-RTRS Andrey Yuryevich Romanchenko, li jmexxi l-RTRS u għandu rwol dirett fl-implimentazzjoni tal-politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. RTRS tipprovdi infrastruttura u kapaċitajiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-hekk imsejħa ‘Stazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radju obbligatorji għar-Russja kollha disponibbli għall-pubbliku’ bħal Pervyi Kanal jew Rossiya 24 li jxerrdu l-propaganda tal-istat Russu. Fil-pożizzjoni tiegħu fi ħdan l-RTRS, Vladimir Naidenov, għad għandu rwol ewlieni fis-sostituzzjoni effettiva tas-sistemi tax-xandir Ukreni antiki fir-reġjuni okkupati b’network li jittrażmetti kontenut approvat mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa maħsub biex irażżan id-dissens, jallinja l-popolazzjoni lokali mal-politiki Russi u jiddelega l-governanza tal-Ukrajna fit-territorji okkupati. Dan jimmina direttament il-kapaċità tal-popolazzjonijiet lokali li jaċċessaw informazzjoni diversa u indipendenti. L-espansjoni tal-operazzjonijiet tal-RTRS fir-reġjuni okkupati hija ffaċilitata mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jagħti lill-RTRS id-dritt li tistabbilixxi infrastruttura ta’ trażmissjoni hemmhekk. Għalhekk, Vladimir Naidenov, bħala d-Direttur tad-Dipartiment għall-Koordinazzjoni tal-Iżvilupp tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni fit-Territorji l-Ġodda fl-RTRS, jiffaċilita t-tfixkil tal-aċċess għal informazzjoni diversa u indipendenti billi jikkoordina l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-RTRS fit-territorji okkupati tal-Ukrajna u b’hekk jimplimenta politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija u l-istabbiltà fl-Ukrajna, u li jdgħajfu s-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, bl-involviment fi jew inkella bil-faċilitazzjoni tal-użu tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza. |
15.7.2025 |
|
41. |
Dmitri BUIMISTRU |
Funzjoni: Preżentatur tat-TV, attur; blogger Data tat-twelid: 26.11.1992 Post tat-twelid: Chișinău, Republic of Moldova Nazzjonalità: Moldovana Sess: raġel |
Dmitri Buimistru intenzjonalment jinvolvi ruħu f’manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni billi jopera bħala propagandist ewlieni fuq MD24, stazzjon televiżiv online bbażat fir-Russja maħluq minn Ilan Shor wara l-irtirar tal-liċenzja mill-istazzjonijiet preċedenti tiegħu għat-tixrid tad-diżinformazzjoni Russa. Għal dak l-għan, Buimistru deliberatament ixerred pretensjonijiet foloz b’mod dimostrabbli esposti b’mod sistematiku minn verifikaturi tal-fatti indipendenti rigward li n-NATO qed tiġbed lill-Moldova f’kunflitt, dwar ir-revoka imminenti tan-newtralità kostituzzjonali, ir-‘Romanizzazzjoni’ tal-istituzzjonijiet, rappreżentazzjoni ingannevoli tal-implikazzjonijiet kostituzzjonali tar-referendum tal-UE, u statistika ffabrikata dwar il-kummerċ. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tiegħu f’kampanji sinkronizzati ta’ diżinformazzjoni fuq diversi pjattaformi hija evidenzjata mill-iskandlu tat-tagħmir ta’ sorveljanza tal-ambaxxata Russa ta’ Lulju 2023, fejn il-messaġġi tiegħu kienu kkoordinati perfettament ma’ aġenziji oħra favur il-Kremlin, li juri orkestrazzjoni ċentralizzata. Barra minn hekk, il-proġett ‘SOSEDI’ ta’ Buimistru ġie identifikat bħala għodda ewlenija f’operazzjoni usa’ ta’ influwenza esterna. Il-promozzjoni sistematika tiegħu ta’ sorsi oħra ta’ informazzjoni favur ir-Russja u l-użu ta’ tattiċi ta’ messaġġi konsistenti mfassla speċifikament biex jimminaw is-sovranità, l-integrazzjoni Ewropea, u l-proċessi demokratiċi tal-Moldova jkomplu jikkonfermaw l-impenn intenzjonat tiegħu fil-manipulazzjoni tal-informazzjoni kkoordinata bil-ħsieb li jservi l-interessi Russi ta’ destabbilizzazzjoni fil-Moldova. Għalhekk, Dmitri Buimistru huwa responsabbli għal, qed jimplimenta u jappoġġa azzjonijiet u politiki attribwibbli għal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà f’pajjiż terz billi jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament, fl-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
|
42. |
Veaceslav VALICO |
Funzjoni: Attivist Data tat-twelid: 10.8.1977 Post tat-twelid: Chișinău, Republic of Moldova Nazzjonalità: Moldovana Sess: raġel |
Veaceslav Valico pparteċipa, flimkien ma’ Anatolii Prizenko, persuna fiżika elenkata mill-Unjoni, fl-operazzjoni ta’ destabbilizzazzjoni Russa li tikkonċerna l-pittura tal-iStar ta’ David fit-toroq ta’ Pariġi wara l-attakk tal-Ħamas tas-7 ta’ Ottubru 2023 fuq Iżrael għal kumpens finanzjarju u sabiex jinħolqu tensjonijiet fis-soċjetà Franċiża. Barra minn hekk, Veaceslav Valico huwa involut fit-tixrid sistematiku tad-diżinformazzjoni fir-Repubblika tal-Moldova u fl-Ukrajna, bħala parti mill-attivitajiet ibridi malizzjużi tal-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, Veaceslav Valico huwa assoċjat ma’ Anatolii Prizenko, li huwa individwu elenkat mill-Unjoni. L-assoċjazzjoni tagħhom ilha minn qabel il-kollaborazzjoni tagħhom fl-inċident ta’ Pariġi. Għalhekk, Veaceslav Vlaico huwa responsabbli għall-implimentazzjoni u l-appoġġ ta’ azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà fi Stat Membru u għaldaqstant, fl-Unjoni, u f’pajjiżi terzi, billi jippjana, jidderieġi, jew jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fl-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
|
43. |
Simeon BOIKOV |
Funzjoni: Blogger favur ir-Russja Data tat-twelid: 15.2.1990 Post tat-twelid: Sydney, Awstralja Sess: raġel Nazzjonalità: Awstraljana/Russa |
Simeon Boikov huwa attivist Awstraljan favur ir-Russja magħruf bil-psewdonimu ‘Aussie Cossack.’ Huwa rikonoxxut għat-tixrid ta’ narrattivi favur il-Kremlin u miżinformazzjoni, b’mod partikolari rigward il-pandemija tal-COVID-19 u l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Boikov ġie implikat ukoll fit-tixrid tad-diżinformazzjoni relatata mal-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti tal-2024, b’mod partikolari billi ħallas lil influwenzatur Amerikan biex ixandar filmat iffabbrikat ta’ Storm-1516 li juri b’mod falz il-frodi tal-votanti fil-Georgia. Għalhekk, Simeon Boikov huwa responsabbli għal, qed jimplimenta u jappoġġa azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi, billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew inkella jiffaċilita l-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
|
44. |
Vitaly KULIKOV (bir-Russu: Виталий КУЛИКОВ) |
Funzjoni: Logutenent Kurunell fil-militar Russu, li jmexxi l-Electronic Warfare (EW) center of the Baltic Fleet Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Il-Logutenent Kurunell Vitaly Kulikov huwa l-kmandant tal-Electroni Warfare (EW) center tal-Flotta tal-Baltiku magħruf ukoll bħala l-841st Separate Electronic Warfare Center. Vitaly Kulikov jissorvelja l-eżerċizzji tat-truppi tiegħu tal-EW fir-reġjun ta’ Kaliningrad. Irriżulta li l-problemi tas-sinjali tal-GPS f’bosta pajjiżi Ewropej ġejjin minn attivitajiet ta’ gwerra elettronika minn Kaliningrad, inkluż disturbazzjoni u ‘spoofing’ ta’ sinjali tal-GPS li jaffettwaw l-aktar lill-Istati Baltiċi. Dawn l-attivitajiet fixklu l-avjazzjoni ċivili. Iċ-Ċentru EW tal-Flotta tal-Baltiku, taħt il-kmand ta’ Kulikov, irċieva tagħmir ta’ disturbazzjoni u wettaq eżerċizzji bl-użu ta’ sistemi avvanzati li kapaċi jfixklu l-komunikazzjoni f’żoni kbar u huwa involut ukoll fl-ippjanar, l-appoġġ u l-eżekuzzjoni ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza fiha kkoordinati li għandhom impatt fuq l-Istati Membri tal-Unjoni. Għalhekk, Vitaly Kulikov huwa responsabbli għall-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment fi, direttament jew indirettament, l-appoġġ jew il-faċilitazzjoni b’xi mod ieħor tal-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni li jaffettwaw direttament lill-Istati Membri tal-Unjoni. |
15.7.2025 |
|
45. |
Yuri Illarionovich LASTOCHKIN (bir-Russu: Юрий Илларионович ЛАСТОЧКИН bl-Ukren: Юрій Iлларіонович ЛАСТОЧКIН) |
Funzjoni: Uffiċjal tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa; Mexxej Militari; Maġġur Ġeneral/Logutenent Ġeneral; Kap tal-Forzi tal-Gwerra Elettronika tal-Federazzjoni Russa/kap tar-Radio-Electronic Warfare (REB) force tal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja Data tat-twelid: 18.8.1967 Post tat-twelid: Rzhavka, Mogilev region, Belarusian SSR (now Belarus) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Il-Logutenent Ġeneral Yuri Lastochkin huwa l-kap tal-Forzi tal-Gwerra Elettronika (EW) tal-Federazzjoni Russa. Yuri Lastochkin jissorvelja l-azzjonijiet u l-eżerċizzji tat-truppi tal-EW tar-Russja, inkluż dawk tal-841st Separate EW center fir-reġjun ta’ Kaliningrad. Dan l-aħħar, irriżulta li l-problemi tas-sinjali tal-GPS f’bosta pajjiżi Ewropej ġejjin minn attivitajiet ta’ gwerra elettronika minn Kaliningrad, inkluż disturbazzjoni u ‘spoofing’ ta’ sinjali tal-GPS li jaffettwaw l-aktar lill-Istati Baltiċi. Dawn l-attivitajiet fixklu l-avjazzjoni ċivili. L-841st Separate EW center fir-reġjun ta’ Kaliningrad, taħt il-kmand ta’ Kastochkin, irċieva tagħmir ta’ disturbazzjoni u wettaq eżerċizzji bl-użu ta’ sistemi avvanzati li kapaċi jfixklu l-komunikazzjoni f’żoni kbar; huwa involut ukoll fl-ippjanar, l-appoġġ u l-eżekuzzjoni ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni li jħallu impatt fuq l-Istati Membri tal-Unjoni. Għalhekk, Y. I. Lastochkin huwa responsabbli għall-ippjanar, id-direzzjoni, l-involviment fi, direttament jew indirettament, l-appoġġ jew il-faċilitazzjoni b’xi mod ieħor tal-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni li jaffettwaw direttament lill-Istati Membri tal-Unjoni. |
15.7.2025 |
|
46. |
Yevgeny Shevchenko (bir-Russu: Евгений ШЕВЧЕНКО) |
Funzjoni: Fundatur ta’ TigerWeb Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: 910202780107 |
Yevgeny Shevchenko huwa żviluppatur tal-web li għal ħafna snin speċjalizza fil-ħolqien ta’ siti web. Huwa l-fundatur ta’ Tigerweb, il-kumpanija web li tmexxi s-sett ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni ‘Portal Kombat’ li jxerred kontenut favur ir-Russja u jqiegħed fil-mira diversi pajjiżi tal-Punent inkluż Franza fuq diversi hekk imsejħa ‘portali ta’ informazzjoni’. Għalhekk, huwa responsabbli għal, qed jimplimenta u jappoġġa azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jheddu l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha billi jinvolvi ruħu jew inkella jiffaċilita l-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
|
47 |
Aleksey Nikolayevich SHAVROV (bir-Russu: Алексей Николаевич ШАВРОВ) magħruf ukoll bħala Andrey PETROV (bir-Russu: Андрей ПЕТРОВ) |
Funzjoni: Uffiċjal tal-Intelligence Militari tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU) Data tat-twelid: 12.12.1989 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Aleksey Shavrov huwa uffiċjal tal-GRU involut f’operazzjonijiet ta’ influwenza Russi diretti biex jiddestabbilizzaw l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. L-attivitajiet malizzjużi ta’ Aleksey Shavrov jinkludu kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u ta’ diżinformazzjoni fir-Repubblika Ċeka u fi Stati Membri oħra tal-Unjoni. Permezz tal-assoċjat moħbi tiegħu, Natallia Sudliankova, Aleksey Shavrov iwettaq kampanji ta’ influwenza, inkluż billi jorganizza t-tixrid ta’ artikli mfassla apposta f’diversi aġenziji tax-xandir Ewropej. Narrattivi qarrieqa jew kompletament foloz għandhom l-għan li jappoġġaw l-interessi tal-politika barranija tal-Federazzjoni Russa u jxerrdu l-influwenza tagħha. Barra minn hekk, il-kontenut huwa mfassal biex ikompli jimmina l-fiduċja pubblika fil-valuri u l-proċessi tal-Unjoni, id-demokrazija u l-koeżjoni tal-Unjoni. L-artikli fihom ukoll narrattivi manipulattivi speċifiċi kontra n-NATO, kontra l-Ukrajna u kontra l-NGOs. Aleksey Shavrov ta struzzjonijiet lil Natalia Sudliankova biex ixxerred u tiddissemina dawk il-messaġġi diviżivi permezz tal-media biex tamplifika l-kontenut polarizzanti tagħhom. Aleksey Shavrov ipprovda benefiċċji finanzjarji għat-twettiq tal-kompiti u għall-pubblikazzjoni ta’ dawk il-kampanji tal-media favur ir-Russja mfassla apposta. Għalhekk, Aleksey Shavrov qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi billi jippjana u jidderieġi l-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Unità 29155 tal-GRU ФКУ “Войсковая Часть 29155” |
Post tar-reġistrazzjoni: 105077, Moscow 11th Parkovaya Street, 38A Nru tar-Reġistrazzjoni: 7719737879 OGRN: 1097746770395 |
L-Unità 29155 tal-GRU hija unità sigrieta fl-aġenzija tal-intelligence militari Russa (GRU), magħrufa għall-involviment tagħha f'assassinji barranin u attivitajiet ta' destabbilizzazzjoni madwar l-Ewropa. Permezz ta' kolpi ta' stat, qtil, attakki bil-bombi, u attakki ċibernetiċi kontra pajjiżi oħra madwar id-dinja b'rabta mal-gwerra fl-Ukrajna, hija fittxet li toħloq kaos u tiddestabbilizza l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Billi twettaq tali azzjonijiet, hija tfittex li tgħin u tkun ta' benefiċċju għar-Russja. L-Unità 29155 tal-GRU wettqet attakki ċibernetiċi u attakki oħra kontra l-infrastruttura kritika. Għalhekk, hija responsabbli għal, timplimenta, tappoġġa jew tibbenefika minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruhu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor atti ta' vjolenza, kif ukoll jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruhu fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor kwalunkwe azzjoni mmirata lejn l-interferenza fi, il-ħsara jew il-qerda ta' infrastruttura kritika, inkluż permezz ta' sabotaġġ jew attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, bħala parti minn attivitajiet ibridi. |
16.12.2024 |
|
2. |
Groupe Panafricain pour le Commerce et l'Investissement GPCI |
Post tar-reġistrazzjoni: Lomé, Togo Data tar-reġistrazzjoni: Jannar 2022 |
Groupe Panafricain pour le Commerce et l'Investissement (GPCI) huwa network ta' diżinformazzjoni li jwettaq operazzjonijiet ta' influwenza moħbija pro-Russa, b'mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u fil-Burkina Faso. Il-GPCI ġie żarmat minn Meta f'Mejju 2023. Minkejja dan, il-GPCI għadu attiv u jmexxi kampanji strutturati u kkoordinati ta' diżinformazzjoni, bl-użu ta' network vast ta' ktajjen ta' informazzjoni. Dawk il-kampanji huma mmirati b'mod partikolari lejn Franza, inkluż permezz ta' akkużi ta' konfoffa, terroriżmu, operazzjonijiet ta' destabbilizzazzjoni jew it-tħejjija ta' kolpi ta' stat kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Il-GPCI ġie ffinanzjat indirettament mill-Grupp Wagner. Għalhekk, il-GPCI huwa responsabbli għal, jimplimenta u jappoġġa azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b'xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
3. |
African Initiative |
Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russia Data tar-reġistrazzjoni: Settembru 2023 |
African Initiative hija aġenzija tal-aħbarijiet li topera fil-kontinent Afrikan. Hija kienet involuta fit-tixrid ta' propaganda u diżinformazzjoni Russi kontra l-Punent, u impjegat ġurnalisti u influwenzaturi għall-fini tat-tixrid tal-propaganda Russa. Hija organizzat ukoll żjarat għall-istampa għal ġurnalisti Afrikani fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna, li matulhom ġew imxerrda narrattivi pro-Russi dwar il-gwerra. African Initiative organizzat ukoll avvenimenti li jservu l-interessi tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa, inkluż billi ffaċilitat l-aċċess għar-riżorsi minerali. Għalhekk, African Initiative hija responsabbli għal jew tappoġġa azzjonijiet u politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jew f'pajjiż terz billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew tiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
16.12.2024 |
|
4. |
AFA Media magħrufa ukoll bħala RED AFA Medya Anonim Șirketi psewdonimu RED AFA Медиа |
Indirizz: Kavacık Mahallesi, Fatih Sultan Mehmet Caddesi, Tonoglu Block No.: 3, Beykoz, Istanbul, Turkey Tip ta' entità: kumpanija tal-media Post tar-reġistrazzjoni: Istanbul Data tar-reġistrazzjoni: 22.11.2022 Nru tal-VAT: 0081804196 Numru ta' reġistrazzjoni 423277-5 Sede prinċipali: Turkey Website: https://thered.stream/imprint/ Fundatur: Hüseyin Dogru |
AFA Medya A.Ș. hija kumpanija tal-media bbażata f'Istanbul. AFA MEDYA A.Ș. topera ‘RED’, li tikkonsisti f’għadd ta’ pjattaformi, u li għandha rabtiet finanzjarji u organizzattivi mill-qrib ma' entitajiet u atturi ta' propaganda tal-istat Russi, u li taqsam rabtiet strutturali fil-fond inkluż interkonnessjonijiet bejn membri tal-persunal individwali u rotazzjoni tagħhom ma' organizzazzjonijiet tal-media tal-istat Russu. RED użat il-pjattaformi tagħha tal-media – spiss taħt l-isem ‘redstreamnet’ jew ‘thered.stream’ – biex ixerred sistematikament informazzjoni falza dwar suġġetti politikament kontroversjali bl-għan li toħloq inkwiet etniku, politiku u reliġjuż fost l-udjenza tagħha predominantement Ġermaniża, inkluż billi xxandar in-narrattivi ta' gruppi terroristiċi Iżlamiċi radikali bħall-Ħamas. Waqt l-okkupazzjoni vjolenti ta' università Ġermaniża f'irvell kontra Iżrael, membri tal-persunal ta' RED ikkoordinaw mal-parteċipanti fl-irvell biex ixandru l-vandaliżmu tagħhom - li kien jinkludi l-użu ta' simboli tal-Ħamas - permezz tal-kanali online tar-RED, u b'hekk ipprovdewlhom pjattaforma esklużiva tal-media. Għaldaqstant AFA Medya Anonim Șirketi tappoġġa azzjonijiet tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni u f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, inkluż billi tappoġġa u tiffaċilita b'mod indirett dimostrazzjonijiet vjolenti u tinvolvi ruħha f'manipulazzjoni ta' informazzjoni kkoordinata. |
20.5.2025 |
|
5. |
Voice of Europe (bir-Russu: Голос Европы) |
Indirizz: Krakovská 583/9, 110 00 Prague, Czech Republic Sit web: www.voiceofeurope.com, www.voiceofeurope.eu Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata (s.r.o.) Post tar-reġistrazzjoni: Prague Data tar-reġistrazzjoni: 14.3.2023 Numru ta' reġistrazzjoni: CZ05185327 Sede prinċipali: Czech Republic |
Voice of Europe hija aġenzija tax-xandir online, involuta f'kampanja internazzjonali sistemika ta' manipulazzjoni tal-media u ta' distorsjoni tal-fatti permezz tas-sit web tagħha u l-kontijiet tagħha fuq Facebook, Youtube, Telegram u X. Voice of Europe xxerred diżinformazzjoni miftiehma relatata mal-Ukrajna, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha bl-għan li tappoġġa l-interessi tal-politika estera tal-Federazzjoni Russa. Dgħajfet b'mod sistematiku l-immaġni pubblika tal-Ukrajna u l-isforzi tagħha li tiddefendi lilha nnifisha kontra l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja, u l-kredibilità tal-assistenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għad-difiża tal-Ukrajna, inkluż qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024. Voice of Europe ġiet iffinanzjata u mmexxija b'mod sigriet minn Viktor Medvedchuk, politiku u negozjant Ukren pro-Russu b'rabtiet mill-qrib mat-tmexxija tal-Federazzjoni Russa, permezz tas-soċju tiegħu Artem Marchevskyi. Voice of Europe intużat biex jingħataw riżorsi finanzjarji maħsuba għar-rimunerazzjoni ta' propagandisti u l-bini ta' network ta' influwenza li jgħaqqad lil Medvedchuk u lis-soċji tiegħu mar-rappreżentanti tal-partiti politiċi fl-Ewropa. Għaldaqstant, Voice of Europe kienet involuta f'attivitajiet li jiffaċilitaw il-bini tan-network ta' influwenza ta' Viktor Medvedchuk fl-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Bl-attivitajiet tagħha, Voice of Europe kienet qed timplimenta u tappoġġa azzjonijiet jew politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija u l-istabbiltà fl-Unjoni u fl-Ukrajna, u li jdgħajfu s-sovranità jew l-indipendenza ta' bosta Stati Membri tagħha, permezz tal-involviment jew l-iffaċilitar b'xi mod ieħor tat-tfixkil jew id-dgħajfin tal-proċess politiku demokratiku, inkluż l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2024, u permezz tal-involviment fl-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati. |
20.5.2025 |
|
6. |
Norebo JSC |
Indirizz: Office 510, 43 Schmidta Street, 183038 Murmansk, Russian Federation Tip ta' entità: Kumpanija b'Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Murmansk Data tar-reġistrazzjoni: 2.11.2007 Numru ta' reġistrazzjoni: 1201000007889 TIN / KPP: 2901170107 / 519001001 |
Norebo JSC hija kumpanija tas-sajd Russa. Il-bastimenti li huma proprjetà ta' Norebo JSC u operati minnha juru xejriet partikolari ta' moviment li huma inkonsistenti mal-prattika ekonomika u mal-attivitajiet tas-sajd regolari. Dawn ix-xejriet ta' moviment jallinjaw ma' objettivi malizzjużi, bħal viċinanza ripetuta għal infrastruttura kritika u miri militari u tlajjar. Għalhekk, dawn il-movimenti kienu marbuta, inkluż mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ta' stati terzi, mal-kampanja ta' sorveljanza Russa sponsorjata mill-istat li timpjega fost l-oħrajn bastimenti tas-sajd tat-tkarkir ċivili, biex jitwettqu missjonijiet ta' spjunaġġ diretti kontra l-infrastruttura ċivili u militari fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku. Dawn l-attivitajiet jistgħu jiffaċilitaw operazzjonijiet futuri ta' sabotaġġ. Il-bastimenti tat-tbaħħir li huma proprjetà ta' Norebo JSC u operati minnha ġew mgħammra wkoll b'teknoloġija li tista' tintuża għall-ispjunaġġ. Bastiment ta' Norebo ġie pprojbit milli jidħol fil-faċilitajiet tal-port Netherlandiżi minħabba l-ispjunaġġ. Norebo JSC irċeviet ukoll bosta self mingħand Sberbank, bank tal-istat Russu. Barra minn hekk, f'Lulju 2022 ir-Russja ħarġet id-‘duttrina marittima’ l-ġdida tagħha, li tenfasizza l-importanza strateġika tal-bastimenti ċivili u l-ekwipaġġi tagħhom għall-prontezza marittima, inkluż billi tippreparahom għal żmien ta' gwerra u tippermettilhom li jintużaw bħala forzi armati fi żmien ta' paċi. Għaldaqstant Norebo JSC timplimenta u tappoġġa azzjonijiet tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sigurtà fl-Unjoni, bosta Stati Membri tagħha u pajjiżi terzi billi tinvolvi ruħha u tappoġġa azzjonijiet li għandhom l-għan li jinterferixxu fl-infrastruttura kritika, inkluż l-infrastruttura sottomarina. |
20.5.2025 |
|
7. |
Murman SeaFood (bir-Russu: Мурман СиФуд, Мурманские морепродукты) |
Indirizz: Ulitsa Karla Marksa, 28, Murmansk, Murmansk Oblast, Russia, 183025 Tip ta' entità: kumpanija b'responsabbiltà limitata Post tar-reġistrazzjoni: Murmansk |
Murman SeaFood (MSF) hija kumpanija tas-sajd Russa. Melkart-5 (bir-Russu Мелькарт–5), bastiment propjetà ta' MSF u operat minnha, wera b'mod ripetut imġiba mhix tipika u prattiki ta' navigazzjoni mhux konsistenti mal-attivitajiet tas-sajd normali tagħha, inkluż preżenza mill-qrib tagħha ma' eżerċizzju militari tan-NATO li kien għaddej, u preżenza mill-qrib b'mod regolari ta' infrastruttura kritika u siti militari Norveġiżi. B'mod partikolari Melkart-5 wera prattiki ta' navigazzjoni tassew mhux tas-soltu fil-viċinanza immedjata ta' kejbil sottomarin fil-Baħar tat-Tramuntana Norveġiż qabel ma l-kejbil ġarrab ħsara kbira. Barra minn hekk, l-ekwipaġġ ta' Melkart-5 kiser regolamenti dwar il-ħatt l-art filwaqt li nqabad jinvestiga b'mod klandestin pont Norveġiż kritiku għal finijiet loġistiċi militari. Barra minn hekk, f'Lulju 2022 ir-Russja ħarġet id- ‘duttrina marittima’ l-ġdida tagħha, li tenfasizza l-importanza strateġika tal-bastimenti ċivili u l-ekwipaġġi tagħhom għall-prontezza marittima, inkluż billi tippreparahom għal żmien ta' gwerra u tippermettilhom li jintużaw bħala forzi armati fi żmien ta' paċi. Għaldaqstant MSF timplimenta u tappoġġa azzjonijiet tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu s-sigurtà fl-Unjoni, bosta Stati Membri tagħha u pajjiżi terzi billi tinvolvi ruħha f'azzjonijiet li għandhom l-għan li jinterferixxu fl-infrastruttura kritika, inkluż l-infrastruttura sottomarina. |
20.5.2025 |
|
8. |
Federal State Unitary Enterprise ‘Main Radio Frequency Centre’ General Radio Frequency Centre GRFC Федеральное Государственное Унитарное Предприятие ‘Главный Радиочастотный Центр’ ФГУП ‘ГРЧЦ’ |
Indirizz: 7, Derbenevskaya nab. 7 p., Moscow 115114. 15 115114, город Москва, Дербеневская наб, д. 7 стр. 15 Tip ta' entità: Aġenzija federali Post tar-reġistrazzjoni:, Moscow, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 30.3.2001 BIN: 1027739334479 INN: 7706228218 KPP: 772501001 Sede prinċipali: Russia |
Il-General Radio Frequency Centre (GRFC) hija responsabbli biex tiżgura l-użu xieraq tal-frekwenzi tar-radju u apparati għal finijiet militari, u tissorvelja l-konformità mal-leġiżlazzjoni. Hija waħda mill-organizzazzjonijiet prinċipali li tikkontribwixxi għal deċiżjonijiet dwar l-użu u s-superviżjoni tas-settur tal-frekwenzi tar-radju. Dan l-aħħar, irriżulta li l-problemi tas-sinjali tal-GPS f'bosta pajjiżi Ewropej ġejjin minn attivitajiet ta' gwerra elettronika minn Kaliningrad, inkluż disturbazzjoni u spoofing ta' sinjali tal-GPS li jaffettwaw l-aktar lill-Istati Baltiċi. Dawn l-attivitajiet fixklu l-avjazzjoni ċivili. L-approvazzjoni tal-GRFC hija parti minn proċess b'erba' passi li l-entitajiet huma meħtieġa jissodisfaw biex jiksbu permess għall-użu tal-ispettru tal-frekwenza tar-radju. L-għarfien tal-GRFC huwa pass meħtieġ qabel ma jittieħdu passi oħra fil-proċess. Iċ-ċentru tal-gwerra elettronika f'Kaliningrad irċieva tagħmir ġdid ta' disturbazzjoni u wettaq eżerċizzji permezz ta' sistemi avvanzati li kapaċi jfixklu komunikazzjonijiet f'żoni mifruxa. Għaldaqstant, GRFC, hija responsabbli li ppjanat, idderiġiet, kienet involuta fi, direttament jew indirettament, appoġġat jew iffaċilitat b'xi mod ieħor azzjonijiet jew politiki tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni u f'bosta Stati Membri tagħha bl-involviment f'azzjonijiet li għandhom fil-mira tagħhom il-funzjonament tal-infrastruttura kritika u permezz tal-appoġġ jew l-iffaċilitar b’mod ieħor tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza. |
20.5.2025 |
|
9. |
Stark Industries Solutions Ltd. |
Data tar-reġistrazzjoni: 10.2.2022 Indirizz: 71-75 Shelton Street, Covent Garden, London, United Kingdom (indirizz maildrop) Numru ta' reġistrazzjoni: 13906017 https://stark-industries.solutions/ https://pq.hosting/ |
Stark Industries Solutions Ltd. hija servizz tal-hosting tal-web irreġistrata bħala kumpanija maildrop fir-Renju Unit. Stark Industries Solutions Ltd. hija propjetà taċ-ċittadini Moldovani Ivan Neculiti u Iurie Neculiti u operata minnhom permezz tas-servizz tal-hosting tal-web PQ Hosting. Il-kumpanija tipprovdi hosting ta' servers, b'servers madwar id-dinja kollha. Il-kumpanija Stark tippermetti lil diversi atturi sponsorizzati mill-istat Russu u affiljati miegħu li jwettqu attivitajiet destabilizzanti inkluż manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati u ċiberattakki kontra l-Unjoni u pajjiżi terzi, billi tipprovdi servizzi maħsuba biex jaħbu dawn l-attivitajiet mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà Ewropej. Għaldaqstant, Stark Industries Solutions Ltd. qed tappoġġa azzjonijiet tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jheddu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, jew f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha u f'pajjiż terz, billi tiffaċilita l-użu ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza kkoordinati u billi tiffaċilita azzjonijiet immirati kontra l-funzjonament ta' istituzzjonijiet demokratiċi, attivitajiet ekonomiċi jew servizzi ta' interess pubbliku. Stark hija assoċjata ma' Ivan Neculiti u Iurie Neculiti. |
20.5.2025 |
|
10. |
L-Intrapriża tal-Istat Federali ‘Russian Television and Radio Broadcasting Network’ (RTRS); Федеральное государственное унитарное предприятие ‘Российская телевизионная и радиовещательная сеть’ |
Indirizz: 13, Korolyov street, Moscow, Russia Sit web: https://moscow.rtrs.ru/ Post tar-reġistrazzjoni: 13, Korolyov street, Moscow, Russia Data tar-reġistrazzjoni: 30.11.2001 Numru tar-reġistrazzjoni: ИНН: 7717127211; ОГРН: 1027739456084 |
L-Intrapriża tal-Istat Federali ‘Russian Television and Radio Broadcasting Network’ (RTRS) topera l-infrastruttura tax-xandir terrestri tar-Russja. Hija direttament subordinata għall-Ministeru għall-Iżvilupp Diġitali, il-Komunikazzjoni u l-Media tal-Massa tal-Federazzjoni Russa u topera taħt l-awtorità ta’ direttur ġenerali maħtur mill-President Russu. L-RTRS tipprovdi infrastruttura u kapaċitajiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-hekk imsejħa ‘Stazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radju obbligatorji għar-Russja kollha disponibbli għall-pubbliku’ bħal Pervyi Kanal jew Rossiya 24. L-RTRS għandha rwol ewlieni fis-sostituzzjoni effettiva tas-sistemi tax-xandir Ukreni antiki fir-reġjuni okkupati b’network li jittrażmetti kontenut approvat mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa maħsub biex irażżan id-dissens, jallinja l-popolazzjoni lokali mal-politiki Russi u jiddelega l-governanza tal-Ukrajna fit-territorji okkupati. Dan jimmina direttament il-kapaċità tal-popolazzjonijiet lokali li jaċċessaw informazzjoni diversa u indipendenti. L-espansjoni tal-operazzjonijiet tal-RTRS fir-reġjuni okkupati hija ffaċilitata mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jagħti lill-RTRS id-dritt li tistabbilixxi infrastruttura ta’ trażmissjoni hemmhekk. Għalhekk, l-RTRS qed timplimenta u tibbenefika minn politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija u l-istabbiltà fl-Ukrajna, u li jdgħajfu s-sovranità jew l-indipendenza tal-Ukrajna, bl-involviment fi jew inkella bil-faċilitazzjoni ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
|
11. |
841st Separate Electronic Warfare Center of the Baltic Fleet 841-й центр радиоэлектронной борьбы |
Indirizz: 238580, Kaliningrad oblast, Yantarny settlement, Balebin street, 09643 238580, Калининградская обл., пгт.Янтарный, ул.Балебина, в/ч 09643 Tip ta’ entità: Unità militari Post tar-reġistrazzjoni: Kalininingrad region, Russian Federation Numru tat-telefown: 8(40153)37- 244 Unità militari 09643 |
L-841st Separate Electronic Warfare Center huwa fil-qalba ta’ wieħed mill-aktar gruppi tal-gwerra elettroniċi b’saħħithom fir-Russja. Iċ-Ċentru huwa responsabbli għall-użu tat-teknoloġija għad-diżorganizzazzjoni ta’ kwalunkwe sistema ta’ komunikazzjoni shortwave, it-twettiq ta’ eżerċizzji tal-gwerra elettronika (EW) biex jiġu sfrattati n-navigazzjoni u l-komunikazzjoni bir-radju tal-għedewwa kif ukoll għall-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni ta’ intelligence miksuba bl-osservazzjoni tar-radjazzjoni elettromanjetika fil-faxxi ‘ultrashort wave’ u ‘short wave’. Diversi pajjiżi Ewropej esperjenzaw ħsarat fis-sinjali tal-GPS, li ġew attribwiti għal attivitajiet ta’ gwerra elettronika mir-Russja, speċifikament minn Kaliningrad. Dan jinkludi d-disturbazzjoni intenzjonata u l-‘ispoofing’ tas-sinjali tal-GPS, li jaffettwaw primarjament lill-Istati Baltiċi. L-interferenza u l-manipulazzjoni tas-sinjali tal-GPS wasslu għal ostakli għall-inżul ta’ ajruplani ċivili. L-841st Separate EW Center f’Kaliningrad irċieva tagħmir ta’ disturbazzjoni u wettaq eżerċizzji bl-użu ta’ sistemi avvanzati li kapaċi jfixklu l-komunikazzjoni f’żoni kbar. Għalhekk, l-841st Separate EW Center, bħala parti mill-forzi militari tar-Russja li jiffaċilitaw l-użu ħażin tas-settur tal-frekwenzi tar-radju, huwa responsabbli għall-involviment, direttament jew indirettament, fl-appoġġ jew il-faċilitazzjoni b’xi mod ieħor tal-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni li jaffettwaw direttament lill-Istati Membri tal-Unjoni. |
15.7.2025 |
|
12. |
BRICS Journalist Association |
Sit web: bricspress.live |
Il-BRICS Journalist Association (BJA) hija NGO Russa marbuta mal-Foundation to Battle Injustice (R-FBI), maħluqa minn Yevgeny Prigozhin, u mmexxija minn Oksana Vovk (Mira Terada). Il-BJA ntużat bħala mezz biex ixxerred narrattivi favur ir-Russja u diżinformazzjoni bl-iskuża ta’ ġurnaliżmu indipendenti, inkluż kontenut falz li joriġina mill-Information Manipulation Set (IMS) ta’ Storm-1516. Għalhekk, il-BJA hija responsabbli għal, qed timplimenta u tappoġġa azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, filwaqt li tibbenefika minnhom, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, jew f’wieħed jew f’diversi mill-Istati Membri tagħha jew f’pajjiż terz billi tinvolvi ruħha jew inkella tiffaċilita l-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
|
13. |
Center for Geopolitical Expertise Центр геополитических экспертиз, CGE |
Sit web: cge.evrazia.ru, cge.su Post tar-reġistrazzjoni: Ul. Dinamovskaya D.1a, Office 409, Moscow, RUS, 109044 Data tar-reġistrazzjoni: 17.12.2002 Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739806940 |
Is-Center for Geopolitical Expertise (CGE) huwa grupp ta’ riflessjoni bbażat f’Moska mwaqqaf minn Aleksandr Dugin, u mmexxi minn Valery Korovin, akkużat li organizza kampanji ta’ diżinformazzjoni mmirati lejn l-interessi Ukreni, li jiddiskreditaw personalitajiet politiċi tal-Punent, u jinfluwenzaw il-proċessi elettorali fil-pajjiżi tal-Punent. CGE u d-direttur tiegħu, Valery Mikhaylovich Korovin, huma allegatament involuti fil-ħolqien u t-tixrid ta’ informazzjoni falza bl-użu ta’ għodod tal-intelliġenza artifiċjali għall-produzzjoni ta’ filmati deepfake, u fl-appoġġ ta’ network ta’ mijiet ta’ siti web tal-aħbarijiet foloz. Is-CGE allegatamemt ħadem mill-qrib mal-aġenzija tal-intelligence militari (GRU) tar-Russja, filwaqt li rċieva appoġġ finanzjarju biex iwettaq dawn l-operazzjonijiet. Għalhekk, is-CGE huwa responsabbli għal, qed jimplimenta u jappoġġa azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, filwaqt li jibbenefika minnhom, li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi, billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu direttament jew indirettament fi, jappoġġa u jiffaċilita l-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
|
14. |
Foundation to Battle Injustice |
Data tal-ħolqien: 23.3.2021 Sit web: fondfbr.ru |
Il-Foundation to Battle Injustice (R-FBI) hija NGO falza għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem maħluqa f’Marzu 2021 mill-fundatur tal-grupp Wagner Yevgeny Prigozhin. L-R-FBI kienet involuta f’diversi operazzjonijiet ta’ informazzjoni li qiegħdu lil Franza u l-Ukrajna fil-mira, inkluż kampanja li takkuża lis-suldati Franċiżi li ħatfu tfal min-Niġer eżatt wara l-kolp ta’ stat militari fl-2023. Sa mill-mewt ta’ Yevgeny Prigozhin f’Awwissu 2023, l-R-FBI kienet involuta fl-amplifikazzjoni ta’ bosta operazzjonijiet ta’ informazzjoni ta’ Storm-1516. Għalhekk, l-R-FBI hija responsabbli għal jew tappoġġa azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Unjoni jew f’wieħed jew f’diversi mill-Istati Membri tagħha, jew f’pajjiżi terzi, billi tippjana, tidderieġi, tinvolvi ruħha direttament jew indirettament fi, tappoġġa jew inkella tiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
|
15. |
Tigerweb |
Sit web: Tigerweb.ru Post tar-reġistrazzjoni: 295000, Krim Republic, Simferopol City, Oktyabirskaya Street, 3, Office 408 Data tar-reġistrazzjoni: 2019 Numru tar-reġistrazzjoni: 1199112018973 |
Tigerweb hija l-kumpanija web ibbażati fil-Krimea Russa li topera l-proġett ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni ‘Portal Kombat’ li jxerred kontenut favur ir-Russja u jqiegħed fil-mira diversi pajjiżi tal-Punent, inkluż Franza, permezz ta’ diversi hekk imsejħa ‘portali ta’ informazzjoni’. Għalhekk, Tigerweb huwa involut fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jew f’pajjiż terz billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew inkella jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta’ manipulazzjoni u interferenza kkoordinati tal-informazzjoni. |
15.7.2025 |
ANNESS II
Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
https://fau.gov.cz/en/international-sanctions
ID-DANIMARKA
https://um.dk/udenrigspolitik/sanktioner
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
ĊIPRU
IL-LATVJA
IL-LITWANJA
IL-LUSSEMBURGU
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission Directorate-General for Financial Stability, Financial Services and Capital Markets Union (DG FISMA) SPA2 The Pavillion Rue de Spa 2 B-1000 Brussels, Belgium
Email: relex-sanctions@ec.europa.eu
ANNESS III
Lista ta’ assi tanġibbli msemmija fl-Artikolu 1a
[…]
ANNESS IV
Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 1b
[…]
ANNESS V
Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 1c
[…]
( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj).
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( 1 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).