Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02023L2225-20231030

    Consolidated text: Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/2023-10-30

    02023L2225 — MT — 30.10.2023 — 000.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DIRETTIVA (UE) 2023/2225 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Ottubru 2023

    dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE

    (ĠU L 30.10.2023, p. 1)


    Ikkoreġuta bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L , 22.12.2023, p.  1 ((UE) 2023/22252023/2225)




    ▼B

    DIRETTIVA (UE) 2023/2225 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Ottubru 2023

    dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE



    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi.

    Artikolu 2

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.  
    Din id-Direttiva tapplika għall-ftehimiet ta’ kreditu.
    2.  

    Din id-Direttiva ma tapplikax għal dawn li ġejjin:

    (a) 

    ftehimiet ta’ kreditu li jkunu garantiti b’ipoteka jew b’garanzija komparabbli oħra normalment użata fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli jew bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli;

    (b) 

    ftehimiet ta’ kreditu li l-fini tagħhom ikun l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta’ proprjetà f’art jew f’kostruzzjoni eżistenti jew ipproġettata, inkluż bini li jintuża għall-kummerċ, in-negozju jew professjoni;

    (c) 

    ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ aktar minn EUR 100 000 ;

    (d) 

    ftehimiet ta’ kreditu fejn il-kreditu jingħata minn impjegatur lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja bla imgħax jew offruti b’rati perċentwali annwali ta’ imposta aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq u li ma jkunux offruti lill-pubbliku ġenerali;

    (e) 

    ftehimiet ta’ kreditu li jkunu konklużi ma’ ditti ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1), punt (1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definit fl-Artikolu 4(1), punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex investitur ikun jista’ jwettaq tranżazzjoni relatata ma’ strument finanzjarju wieħed jew aktar minn dawk elenkati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, fejn id-ditta ta’ investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu li tagħti l-kreditu tkun involuta f’dik it-tranżazzjoni;

    (f) 

    ftehimiet ta’ kreditu li jkunu r-riżultat ta’ ftehim milħuq fil-qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra;

    (g) 

    ftehimiet ta’ kiri jew ta’ lokazzjoni fejn m’hemm previst ebda obbligu jew opzjoni għax-xiri tal-oġġett tal-ftehim la fil-ftehim innifsu u lanqas fi kwalunkwe ftehim separat;

    (h) 

    ħlasijiet differiti fejn:

    (i) 

    fornitur ta’ oġġetti jew fornitur ta’ servizzi, mingħajr parti terzi li toffri kreditu, jagħti żmien lill-konsumatur biex iħallas għall-oġġetti jew is-servizzi pprovduti minn dak il-fornitur;

    (ii) 

    il-prezz tax-xiri irid jitħallas mingħajr interessi u mingħajr ebda imposta oħra u b’ imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard imposti skont id-dritt nazzjonali; u

    (iii) 

    il-pagament irid isir kollu kemm hu fi żmien 50 jum mill-konsenja tal-oġġett jew tas-servizz.

    Fil-każ ta’ ħlasijiet differiti offruti minn fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li mhumiex intrapriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fejn tali fornituri joffru servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(1), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li jikkonsistu fil-konklużjoni ta’ kuntratti mill-bogħod ma’ konsumaturi għall-bejgħ ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 2, il-punt 7 tad-Direttiva 2011/83/UE, din l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tapplika biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i) 

    parti terza la tkun qed toffri u lanqas tixtri kreditu;

    (ii) 

    il-ħlas għandu jsir kollu kemm hu fi żmien 14-il jum mill-kunsinna tal-prodotti jew l-provvista tas-servizzi; u

    (iii) 

    il-prezz tax-xiri irid jitħallas mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra u b’imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard imposti f’konformità mad-dritt nazzjonali;

    (i) 

    ftehimiet ta’ kreditu li jirrigwardaw il-ħlas differit, mingħajr imposti, ta’ dejn eżistenti;

    (j) 

    ftehimiet ta’ kreditu fejn il-konsumatur ikun mitlub jiddepożita oġġett bħala garanzija fil-kustodja tal-kreditur u l-obbligu tal-konsumatur ikun strettament limitat għal dak l-oġġett iddepożitat;

    (k) 

    ftehimiet ta’ kreditu li jirrigwardaw self mogħti lil pubbliku ristrett b’dispożizzjoni statutorja b’fini ta’ interess ġenerali u b’rati ta’ imgħax aktar baxxi minn dawk prevalenti fuq is-suq jew mingħajr imgħax jew b’termini oħrajn li jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk prevalenti fis-suq;

    (l) 

    ftehimiet ta’ kreditu eżistenti fl-20 ta’ Novembru 2026; madankollu, l-Artikoli 23 u 24, l-Artikolu 25(1), it-tieni sentenza, l-Artikolu 25(2) u l-Artikoli 28 u 39 għandhom japplikaw għall-ftehimiet kollha ta’ kreditu bla skadenza fissa eżistenti fl-20 ta’ Novembru 2026.

    3.  
    Minkejja l-paragrafu 2, il-punt (c), din id-Direttiva tapplika għal ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ aktar minn EUR 100 000 , li mhumiex garantiti la b’ipoteka, jew b’garanzija komparabbli oħra normalment użata fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli u lanqas bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli, fejn l-għan ta’ dawk il-ftehimiet ta’ kreditu jkun ir-rinnovazzjoni ta’ proprjetà immobbli residenzjali.
    4.  

    Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu fil-forma ta’ overrunning, għandhom japplikaw biss l-Artikoli li ġejjin:

    (a) 

    l-Artikoli 1, 2, 3, 17, 19, 25, 31, 35, 36 u 39 sa 50; u

    (b) 

    l-Artikolu 18 sakemm ma jiġix iddeterminat mod ieħor mill-Istati Membri.

    5.  

    L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ftehimiet ta’ kreditu fil-forma ta’ karti ta’ debitu differit:

    (a) 

    li huma pprovduti minn istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ pagament;

    (b) 

    fejn, skont it-termini tagħhom il-kreditu għandu jitħallas lura fi żmien 40 jum; u

    (c) 

    li huma mingħajr imgħax u b’imposti limitati biss għall-provvista tas-servizz ta’ ħlas.

    6.  

    L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li l-Artikoli 1, 2, 3, 7, 8, 11, 19 u 20, l-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (h) u (l), l-Artikolu 21(3), l-Artikoli 23, 25 u 28 sa 50 biss japplikaw għal ftehimiet ta’ kreditu li jiġu konklużi minn organizzazzjoni li s-sħubija tagħha tkun ristretta għal persuni residenti jew impjegati f’post partikolari jew għal impjegati u impjegati rtirati ta’ impjegatur partikolari, jew għal persuni li jissodisfaw kwalifiki oħra stabbiliti skont id-dritt nazzjonali bħala l-bażi għall-eżistenza ta’ rabta komuni bejn il-membri u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a) 

    tkun stabbilita għall-benefiċċju reċiproku tal-membri tagħha;

    (b) 

    ma tagħmilx profitti għal kwalunkwe persuna oħra jekk mhux membri tagħha;

    (c) 

    tissodisfa għan soċjali meħtieġ mid-dritt nazzjonali;

    (d) 

    tirċievi u tiġġestixxi t-tfaddil tal-membri tagħha biss u tipprovdi sorsi ta’ kreditu lilhom biss;

    (e) 

    tipprovdi kreditu abbażi ta’ rata perċentwali annwali ta’ imposta li tkun aktar baxxa minn dik prevalenti fis-suq jew li jkun soġġett għal-limitu massimu stabbilit bid-dritt nazzjonali.

    L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva l-ftehimiet ta’ kreditu konklużi minn organizzazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu meta l-valur totali tal-ftehimiet ta’ kreditu kollha eżistenti li tkun daħlet għalihom dik l-organizzazzjoni jkun insinifikanti meta mqabbel mal-valur totali tal-ftehimiet ta’ kreditu kollha eżistenti fl-Istat Membru li fih tkun ibbażata l-organizzazzjoni u l-valur totali tal-ftehimiet ta’ kreditu kollha eżistenti li jkunu daħlu għalihom l-organizzazzjonijiet kollha simili f’dak l-Istat Membru jkun inqas minn 1 % tal-valur totali tal-ftehimiet ta’ kreditu kollha eżistenti konklużi f’dak l-Istat Membru.

    L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw kull sena jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ kwalunkwe eżenzjoni bħal dik imsemmija fit-tieni subparagrafu għadhomx issodisfati u għandhom jieħdu azzjoni biex jirtiraw l-eżenzjoni fejn huma jqisu li ma baqgħux issodisfati.

    7.  

    L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li l-Artikoli 1, 2, 3, 7, 8, 11, 19 u 20, l-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (h), (l) u (r), l-Artikolu 21(3) u l-Artikoli 23, 25, 28 sa 38 u 40 sa 50 biss għandhom japplikaw għall-ftehimiet ta’ kreditu bejn il-kreditur u l-konsumatur fir-rigward ta’ ħlas differit jew tal-metodi ta’ ħlas lura, meta l-konsumatur ikun diġà inadempjenti jew aktarx ser isir inadempjenti fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu inizjali u fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

    (a) 

    l-arranġament x’aktarx li jevita l-possibbiltà ta’ proċedimenti legali dwar l-inadempjenza tal-konsumatur;

    (b) 

    jekk jaċċetta l-arranġament il-konsumatur ma jkunx soġġett għal termini inqas favorevoli minn dawk stabbiliti fil-ftehim ta’ kreditu inizjali.

    8.  

    L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li l-Artikoli 8(3), il-punti (d), (e) u (f), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 21(3) ma japplikawx għall-ftehim ta’ kreditu wieħed jew aktar li ġejjin:

    (a) 

    ftehimiet ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu ta’ inqas minn EUR 200;

    (b) 

    ftehimiet ta’ kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u mingħajr ebda imposta oħra;

    (c) 

    ftehimiet ta’ kreditu li skont it-termini tagħhom il-kreditu jrid jitħallas lura fi żmien tliet xhur u huma pagabbli biss imposti insinifikanti.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    “konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għall-finijiet li huma ‘l barra min-negozju, mill-kummerċ jew mill-professjoni tagħha;

    (2) 

    “kreditur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;

    (3) 

    “ftehim ta’ kreditu” tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta’ ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra; ħlief għal ftehimiet għall-provvista fuq bażi kontinwa ta’ servizzi jew il-provvista ta’ oġġetti tal-istess xorta, fejn il-konsumatur iħallas għal tali servizzi jew oġġetti għat-tul ta’ żmien tal-provvista tagħhom permezz ta’ pagamenti rateali;

    (4) 

    “servizz anċillari” tfisser servizz offrut lill-konsumatur flimkien mal-ftehim ta’ kreditu;

    (5) 

    “kost totali tal-kreditu għall-konsumatur” tfisser il-kostijiet kollha, inkluż imgħax, kummissjonijiet, taxxi u kwalunkwe tip ta’ tariffa oħra li l-konsumatur għandu jħallas b’konnessjoni mal-ftehim ta’ kreditu u li huma magħrufin mal-kreditur, ħlief għal kostijiet notarili; il-kostijiet relatati ma’ servizzi anċillari fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu b’mod partikolari premiums tal-assigurazzjoni, huma wkoll inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur fejn, barra minn hekk, il-konklużjoni ta’ kuntratt fir-rigward ta’ tali servizzi anċillari huwa obbligatorju sabiex jinkiseb il-kreditu jew biex dan jinkiseb skont it-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati;

    (6) 

    “ammont totali pagabbli mill-konsumatur” tfisser is-somma tal-ammont totali ta’ kreditu u l-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;

    (7) 

    “rata perċentwali annwali ta’ imposta” jew “RPAI” tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali tal-ammont totali ta’ kreditu u kkalkulat kif imsemmi fl-Artikolu 30;

    (8) 

    “rata tas-self” tfisser ir-rata tal-imgħax espressa bħala perċentwali fiss jew varjabbli applikata fuq bażi annwali għall-ammont ta’ ġbid ta’ kreditu;

    (9) 

    “rata tas-self fissa” tfisser ir-rata tas-self li l-kreditur u l-konsumatur jaqblu dwarha fil-ftehim ta’ kreditu għat-tul kollu tal-ftehim ta’ kreditu, jew diversi rati tas-self li l-kreditur u l-konsumatur jaqblu dwarhom fil-ftehim ta’ kreditu għal perjodi parzjali li għalihom ir-rati tas-self huma determinati esklużivament minn perċentwal speċifiku fiss; jekk fil-ftehim ta’ kreditu ma jkunux determinati r-rati tas-self kollha, ir-rata tas-self għandha titqies bħala fissa biss għall-perjodi parzjali li għalihom ir-rati tas-self huma determinati esklużivament minn perċentwal speċifiku fiss miftiehma fil-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

    (10) 

    “ammont totali ta’ kreditu” tfisser il-limitu massimu jew is-somom totali magħmula disponibbli skont ftehim ta’ kreditu;

    (11) 

    “mezz durabbli” tfisser kull strument li jippermetti lill-konsumatur jaħżen informazzjoni indirizzata lilu personalment b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet ta’ informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

    (12) 

    “intermedjarju tal-kreditu” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur jew nutar u li ma tkunx sempliċiment qed tintroduċi, direttament jew indirettament, konsumatur lil kreditur, u li, fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni ta’ dik il-persuna, għal remunerazzjoni, li tista’ tkun f’forma pekunarja jew fi kwalunkwe forma ta’ kunsiderazzjoni finanzjarja oħra miftiehma:

    (a) 

    tippreżenta jew toffri ftehimiet ta’ kreditu lil konsumaturi;

    (b) 

    tassisti lill-konsumaturi billi tagħmel ħidma preparatorja jew amministrazzjoni prekuntrattwali oħra fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu minbarra kif imsemmi fil-punt (a); jew

    (c) 

    tikkonkludi ftehim ta’ kreditu mal-konsumaturi f’isem il-kreditur;

    (13) 

    “informazzjoni prekuntrattwali” tfisser l-informazzjoni li tingħata qabel li l-konsumatur ikun marbut bi ftehim ta’ kreditu jew, fejn applikabbli, bl-għoti ta’ offerta vinkolanti u li l-konsumatur jeħtieġ sabiex ikun jista’ jqabbel offerti ta’ kreditu differenti u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk għandux jikkonkludi l-ftehim ta’ kreditu;

    (14) 

    “tfassil ta’ profili” tfisser tfassil ta’ profili kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4) tar-Regolament (UE) 2016/679;

    (15) 

    “bejgħ abbinat” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ ftehim ta’ kreditu f’pakkett ma’ prodotti jew servizzi finanzjarji distinti oħra fejn il-ftehim ta’ kreditu ma jkunx disponibbli għall-konsumatur b’mod separat;

    (16) 

    “prattika ta’ raggruppament” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ ftehim ta’ kreditu f’pakkett ma’ prodotti jew servizzi finanzjarji distinti oħra fejn il-ftehim ta’ kreditu huwa disponibbli wkoll għall-konsumatur b’mod separat iżda mhux neċessarjament bl-istess termini jew kundizzjonijiet bħal meta jiġu offruti abbinati flimkien ma’ dawk il-prodotti jew is-servizzi l-oħra;

    (17) 

    “servizzi ta’ konsulenza” tfisser rakkomandazzjonijiet personali lil konsumatur rigward tranżazzjoni waħda jew aktar relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu u li jikkostitwixxu attività separata mill-għoti ta’ kreditu u mill-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni ta’ kreditu kif stabbilit fil-punt (12);

    (18) 

    “faċilità ta’ overdraft” tfisser ftehim ta’ kreditu espliċitu li permezz tiegħu kreditur jagħmel disponibbli għall-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont kurrenti tal-konsumatur;

    (19) 

    “overrunning” tfisser overdraft aċċettat taċitament li permezz tiegħu kreditur jagħmel disponibbli għall-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont kurrenti tal-konsumatur jew fil-faċilità ta’ overdraft miftiehma;

    (20) 

    “ftehim ta’ kreditu konness” tfisser ftehim ta’ kreditu fejn:

    (a) 

    il-kreditu jew is-servizzi in kwistjoni jservu esklużivament biex jiffinanzja ftehim għall-provvista ta’oġġetti speċifiċi jew il-provvista ta’ servizz speċifiku; u

    (b) 

    dawk iż-żewġ ftehimiet jiffurmaw, minn perspettiva oġġettiva, unità kummerċjali; unità kummerċjali għandha titqies li teżisti meta l-fornitur ta’ oġġetti jew il-fornitur ta’ servizz innifsu jiffinanzja l-kreditu lill-konsumatur jew, jekk ikun iffinanzjat minn parti terza, meta l-kreditur juża s-servizzi tal-fornitur ta’ oġġetti jew tal-fornitur ta’ servizz b’konnessjoni mal-kummerċjalizzazzjoni, il-konklużjoni jew it-tħejjija tal-ftehim ta’ kreditu, jew fejn l-oġġetti speċifiċi jew il-provvista ta’ servizz speċifiku huma espliċitament speċifikati fil-ftehim ta’ kreditu;

    (21) 

    “ħlas lura antiċipat” tfisser il-ħelsien sħiħ jew parzjali mill-obbligi tal-konsumatur skont ftehim ta’ kreditu, qabel id-data miftiehma fil-ftehim ta’ kreditu;

    (22) 

    “servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn” tfisser assistenza personalizzata ta’ natura teknika, legali jew psikoloġika pprovduta minn operaturi professjonali indipendenti li mhumiex, b’mod partikolari, kredituri jew intermedjarji tal-kreditu kif definiti f’din id-Direttiva, jew xerrejja tal-kreditu jew servizzjanti tal-kreditu kif definit fl-Artikolu 3, il-punti (6) u (8), tad-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), favur il-konsumaturi li jesperjenzaw jew li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom.

    Artikolu 4

    Konverżjoni ta’ ammonti espressi f’euro f’munita nazzjonali

    1.  
    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dawk l-Istati Membri li jikkonvertu l-ammonti espressi f’euro fil-munita nazzjonali tagħhom għandhom inizjalment jużaw f’dik il-konverżjoni r-rata tal-kambju prevalenti fid-19 ta’ Novembru 2023.
    2.  
    L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1, dment li tali aġġustament ma jaqbiżx EUR 10.

    Artikolu 5

    Obbligu li tingħata informazzjoni mingħajr ħlas lill-konsumaturi

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, meta tingħata informazzjoni lill-konsumaturi f’konformità ma’ din d-Direttiva, tali informazzjoni tingħata mingħajr ħlas lill-konsumatur, irrispettivament mill-mezz li jintuża biex din tingħata.

    Artikolu 6

    Nondiskriminazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati biex jingħata kreditu ma jiddiskriminawx kontra konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom jew għal kwalunkwe raġuni kif imsemmi fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta dawk il-konsumaturi jitolbu, jikkonkludu jew ikollhom ftehim ta’ kreditu fl-Unjoni.

    L-ewwel paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu offruti kundizzjonijiet differenti ta’ aċċess għal kreditu fejn dawk il-kundizzjonijiet differenti huma debitament ġustifikati minn kriterji oġġettivi.

    KAPITOLU II

    INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATAQABEL IL-KONKLUŻJONI TAL-FTEHIM TA’ KREDITU

    Artikolu 7

    Reklamar u kummerċjalizzazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kreditu

    Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kwalunkwe komunikazzjoni ta’ reklamar u kummerċjalizzazzjoni rigward ftehimiet ta’ kreditu tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-kliem f’tali komunikazzjonijiet ta’ reklamar u kummerċjalizzazzjoni li jistgħu joħolqu aspettattivi foloz għal konsumaturi fir-rigward tad-disponibbiltà jew il-kost ta’ kreditu jew l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur għandhom jiġu pprojbiti.

    Artikolu 8

    Informazzjoni standard li għandha tiġi inkluża fir-reklamar ta’ ftehimiet ta’ kreditu

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reklamar li jikkonċerna l-ftehimiet ta’ kreditu jinkludi twissija ċara u prominenti biex il-konsumaturi jsiru konxji li s-self jiswa l-flus, bl-użu tal-kliem “Twissija! Is-self tal-flus jiswa l-flus” jew formulazzjoni ekwivalenti.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-reklamar dwar ftehimiet ta’ kreditu li jindika rata tal-imgħax jew kwalunkwe ċifra relatata ma’ kwalunkwe kost tal-kreditu għall-konsumatur ikun jinkludi informazzjoni standard f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

    L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn id-dritt nazzjonali jirrikjedi l-indikazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta fir-reklamar dwar ftehimiet ta’ kreditu li ma jindikax rata tal-imgħax jew ebda ċifra relatata ma’ kwalunkwe kost tal-kreditu għall-konsumatur fis-sens tal-ewwel subparagrafu.

    3.  

    L-informazzjoni standard għandha tkun tista’ tinqara faċilment jew tinstema’ b’mod ċar, kif xieraq, u adattata għar-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz użat għar-reklamar u għandha tispeċifika b’mod ċar, konċiż u prominenti, l-elementi kollha li ġejjin:

    (a) 

    ir-rata tas-self, fissa jew varjabbli jew it-tnejn li huma, flimkien mad-dettalji ta’ kwalunkwe imposta inkluża fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;

    (b) 

    l-ammont totali tal-kreditu;

    (c) 

    ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta;

    (d) 

    fejn applikabbli, it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;

    (e) 

    fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi, il-prezz fi flus kontanti u l-ammont ta’ kwalunkwe ħlas bil-quddiem;

    (f) 

    fejn applikabbli, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u l-ammont tal-pagamenti rateali.

    F’każijiet speċifiċi u ġġustifikati fejn il-mezz użat biex tiġi kkomunikata l-informazzjoni standard imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx jippermetti li l-informazzjoni tintwera b’mod viżiv, il-punti (e) u (f) ta’ dak is-subparagrafu ma għandhomx japplikaw.

    4.  
    L-informazzjoni standard imsemmija fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, għandha tiġi speċifikata permezz ta’ eżempju rappreżentattiv.
    5.  
    Meta l-konklużjoni ta’ kuntratt dwar servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati, u l-kost ta’ dak is-servizz ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat minn qabel, l-informazzjoni standard imsemmija fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, għandha tispeċifika b’mod ċar, konċiż u prominenti l-obbligu ta’ dħul f’dak il-kuntratt.
    6.  
    Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, f’każijiet speċifiċi u ġustifikati fejn il-mezz elettroniku użat biex tiġi kkomunikata l-informazzjoni standard imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu ma jippermettix li dik l-informazzjoni tintwera viżwalment b’mod prominenti u ċar, il-konsumatur għandu jkun jista’ jaċċessa l-informazzjoni msemmija fil-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu ta’ dak il-paragrafu permezz ta’ kklikkjar, skrolljar jew swiping.
    7.  

    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-reklamar għal prodotti ta’ kreditu li:

    (a) 

    iħeġġeġ lill-konsumaturi jfittxu kreditu billi jissuġġerixxu li l-kreditu jtejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawk il-konsumaturi;

    (b) 

    jispeċifika li l-ftehimiet ta’ kreditu pendenti jew il-kreditu reġistrat f’bażijiet ta’ data ftit li xejn għandhom influwenza fuq il-valutazzjoni ta’ applikazzjoni għal kreditu;

    (c) 

    jissuġġerixxi b’mod falz li l-kreditu jwassal għal żieda fir-riżorsi finanzjarji, jikkostitwixxi sostitut għat-tfaddil jew jista’ jgħolli l-istandards tal-għajxien ta’ konsumatur.

    8.  

    L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu, fost l-oħrajn, ir-reklamar għal prodotti ta’ kreditu li:

    (a) 

    jenfasizza l-faċilità jew il-ħeffa li biha jista’ jinkiseb il-kreditu;

    (b) 

    jiddikjara li roħs huwa kondizzjonali fuq it-teħid ta’ kreditu;

    (c) 

    joffri “perjodi ta’ grazzja” ta’ aktar minn tliet xhur għall-ħlas lura tal-pagamenti rateali tal-kreditu.

    Artikolu 9

    Informazzjoni ġenerali

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jagħmlu disponibbli lill-konsumaturi informazzjoni ġenerali ċara u li tinftiehem dwar il-ftehimiet ta’ kreditu f’kull ħin fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur.

    Informazzjoni ġenerali dwar ftehimiet ta’ kreditu li ssir disponibbli mill-kredituri jew, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu fil-bini tagħhom għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi mill-inqas fuq karta.

    2.  

    L-informazzjoni ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

    (a) 

    l-identità, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-emittent tal-informazzjoni;

    (b) 

    l-għanijiet li għalihom il-kreditu jista’ jintuża;

    (c) 

    it-tul ta’ żmien possibbli tal-ftehim ta’ kreditu;

    (d) 

    it-tipi ta’ rata tas-self disponibbli, b’indikazzjoni jekk tkunx fissa jew varjabbli jew it-tnejn, b’deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi ta’ rata fissa u varjabbli, inkluż l-implikazzjonijiet relatati għall-konsumatur;

    (e) 

    eżempju rappreżentattiv tal-ammont totali ta’ kreditu, il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur u r-rata perċentwali annwali ta’ imposta;

    (f) 

    indikazzjoni ta’ kostijiet ulterjuri possibbli, mhux inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, li għandhom jitħallsu b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ kreditu;

    (g) 

    il-firxa ta’ għażliet differenti disponibbli għar-rimborż tal-kreditu lill-kreditur, inkluż l-għadd, il-frekwenza u l-ammont tal-pagamenti rateali regolari;

    (h) 

    deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet direttament marbuta mal-ħlas lura antiċipat;

    (i) 

    deskrizzjoni tad-dritt ta’ rtirar;

    (j) 

    indikazzjoni tas-servizzi anċillari li l-konsumatur huwa obbligat li jakkwista biex jikseb il-kreditu jew biex jiksbu bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati, u, fejn applikabbli, kjarifika li s-servizzi anċillari jistgħu jinxtraw minn fornitur li ma jkunx il-kreditur; u

    (k) 

    twissija ġenerali dwar il-konsegwenzi possibbli tan-nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbutin mal-ftehim ta’ kreditu.

    Artikolu 10

    Informazzjoni prekuntrattwali

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jagħtu lill-konsumatur l-informazzjoni prekuntrattwali ċara u li tinftiehem meħtieġa biex iqabbel offerti differenti sabiex jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jikkonkludix ftehim ta’ kreditu abbażi tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kreditu offruti mill-kreditur u, fejn applikabbli, il-preferenzi espressi u l-informazzjoni mogħtija mill-konsumatur. Tali informazzjoni prekuntrattwali għandha tingħata lill-konsumatur fi żmien xieraq qabel ma l-konsumatur jintrabat bi kwalunkwe ftehim jew offerta ta’ kreditu, inkluż fejn jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (e) tad-Direttiva 2002/65/KE.

    Fil-każ li l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tingħata inqas minn jum qabel ma l-konsumatur jkun marbut bil-ftehim jew l-offerta ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jibagħtu tfakkira lill-konsumatur dwar il-possibbiltà li jirtira mill-ftehim ta’ kreditu u dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-irtirar, f’konformità mal-Artikolu 26. Dik it-tfakkira għandha tingħata lill-konsumatur, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, bejn jum u sebat ijiem wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu jew, fejn applikabbli, l-għoti tal-offerta vinkolanti ta’ kreditu mill-konsumatur.

    2.  
    L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur permezz tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur stabbilita fl-Anness I. L-informazzjoni kollha mogħtija fil-formola għandha tkun prominenti bl-istess mod. Il-kreditur għandu jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati f’dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2002/65/KE jekk dak il-kreditur ikun ipprovda dik il-formola.
    3.  

    L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin b’mod prominenti fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq paġna waħda:

    (a) 

    l-identità tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu involut;

    (b) 

    l-ammont totali tal-kreditu;

    (c) 

    it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;

    (d) 

    ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha jekk japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti;

    (e) 

    ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

    (f) 

    fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz tagħhom fi flus kontanti;

    (g) 

    il-kostijiet f’każ ta’ ħlasijiet tard, jiġifieri r-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ ħlasijiet tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għall-inadempjenza;

    (h) 

    l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;

    (i) 

    twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;

    (j) 

    l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ rtirar u, fejn applikabbli, il-perjodu ta’ rtirar;

    (k) 

    l-eżistenza ta’ dritt ta’ ħlas lura antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens;

    (l) 

    l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-intermedjarju tal-kreditu involut.

    4.  
    F’każ li l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 3 ma jkunux jistgħu jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, dawn għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mhux aktar minn żewġ paġni. F’dak il-każ, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu għandha tintwera fuq l-ewwel paġna tal-formola.
    5.  

    L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, li għandhom jintwerew wara u jiġu separati b’mod evidenti mill-elementi elenkati fil-paragrafu 3:

    (a) 

    it-tip ta’ kreditu;

    (b) 

    il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid tal-kreditu;

    (c) 

    fejn japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self u, fejn ikun disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għal kull rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perjodi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-bidliet ta’ kull rata tas-self;

    (d) 

    meta ftehim ta’ kreditu jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ kreditu b’imposti jew rati tas-self differenti u l-kreditur juża s-suppożizzjoni stabbilita fl-Anness III, il-Parti II, il-punt (b), indikazzjoni li mekkaniżmi oħrajn ta’ ġbid ta’ kreditu għat-tip rilevanti ta’ ftehim ta’ kreditu jistgħu jirriżultaw f’rati perċentwali annwali ogħla ta’ imposta;

    (e) 

    fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta’ kont wieħed jew ta’ diversi kontijiet obbligatorji biex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu, l-imposti għall-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għall-ġbid ta’ kreditu, kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta’ kreditu, u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom kwalunkwe imposta tista’ tiġi mibdula;

    (f) 

    eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, li lkoll jirreferu għas-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata; meta l-konsumatur ikun informa lill-kreditur b’komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu u l-ammont totali ta’ kreditu, il-kreditur għandu jqis dawk il-komponenti;

    (g) 

    fejn applikabbli, kwalunkwe kost pagabbli mill-konsumatur lil nutar mal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

    (h) 

    l-obbligu, jekk ikun hemm, li wieħed jidħol f’kuntratt għal servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu, meta il-konklużjoni ta’ tali kuntratt tkun obbligatorja biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati;

    (i) 

    fejn applikabbli, il-garanziji meħtieġa;

    (j) 

    fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-mod li bih il-kumpens tal-kreditur ser jiġi determinat fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat;

    (k) 

    id-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skont l-Artikolu 19(6), bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi tad-data li ssir biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu;

    (l) 

    id-dritt tal-konsumatur, kif stabbilit fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, li għandu jingħata, fuq talba fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor u mingħajr ħlas, flimkien ma’ kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu, dment li l-kreditur, meta ssir it-talba, ikun lest li jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

    (m) 

    fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prezz ġie personalizzat abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili;

    (n) 

    fejn applikabbli, il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali mogħtija f’konformità ma’ dan l-Artikolu;

    (o) 

    il-possibilità għall-konsumatur li juża mekkaniżmu barra mill-qorti ta’ lment u ta’ rimedju u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;

    (p) 

    twissija u spjegazzjoni dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji tan-nonkonformità mal-impenji l-oħra marbuta mal-ftehim ta’ kreditu speċifiku;

    (q) 

    skeda ta’ ħlas lura li fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha matul id-durata tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż dawk il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura għal kwalunkwe servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu li jinbiegħ simultanjament, fejn il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura, f’każ li japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, huma bbażati fuq bidliet raġonevoli ‘l fuq fir-rata tas-self.

    Meta l-ftehim ta’ kreditu jagħmel referenza għal parametru referenzjarju kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), l-isem ta’ dak il-parametru referenzjarju u tal-amministratur tiegħu u l-implikazzjonijiet potenzjali ta’ dak il-parametru referenzjarju għall-konsumatur għandhom jiġu speċifikati f’dokument separat li jista’ jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur.

    6.  
    L-informazzjoni murija fil-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur għandha tkun konsistenti. Din għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandhom jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz li fuqu tintwera. L-informazzjoni għandha tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-mezzi differenti, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà.

    Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur jista’ jagħti lill-konsumatur għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u tingħata f’dokument separat, li jista’ jiġi anness mal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur.

    7.  
    B’deroga mill-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet ta’ telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li għandha tingħata skont l-Artikolu 3(3), il-punt (b), it-tieni inċiż ta’ dik id-Direttiva għandha tinkludi tal-inqas l-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jagħtu lill-konsumatur il-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mezz durabbli immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu.
    8.  
    Fuq talba tal-konsumatur, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, minbarra l-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, jagħtu lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu mingħajr ħlas fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor, dment li l-kreditur, fiż-żmien tat-talba, ikun lest jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mal-konsumatur.
    9.  
    Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu li permezz tagħhom il-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat tal-ammont totali ta’ kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u b’kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kreditu, jew fi ftehim anċillari, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jinkludu fl-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehimiet ta’ kreditu ma jipprevedux garanzija ta’ ħlas lura tal-ammont totali ta’ kreditu miġbud skont il-ftehim ta’ kreditu, sakemm garanzija bħal din ma tingħatax espressament.
    10.  
    Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jkunu qed jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kreditur, jew fejn applikabbli, l-obbligu tal-intermedjarju tal-kreditu li jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija f’dan l-Artikolu.

    Artikolu 11

    Informazzjoni prekuntrattwali fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7)

    1.  
    Għall-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7), l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-Artikolu 10(1) għandha, b’deroga mill-Artikolu 10(2), tingħata fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur permezz tal-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur stabbilita fl-Anness II. Dik l-informazzjoni għandha tkun ċara u tinftiehem sew. L-informazzjoni kollha mogħtija f’dik il-formola għandha tkun prominenti b’mod indaqs. Il-kreditur għandu jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(1) u (2), tad-Direttiva 2002/65/KE jekk dak il-kreditur ikun ipprovda dik il-formola.
    2.  

    Għall-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7), l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-Artikolu 10(1) għandha, b’deroga mill-Artikolu 10(3), tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, b’mod prominenti fuq paġna waħda fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur:

    (a) 

    l-identità tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu involut;

    (b) 

    l-ammont totali tal-kreditu;

    (c) 

    it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;

    (d) 

    ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha jekk japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti;

    (e) 

    ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

    (f) 

    fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz tagħhom fi flus kontanti;

    (g) 

    il-kostijiet f’każ ta’ ħlasijiet tard, jiġifieri r-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ ħlasijiet tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha, u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għal inadempjenza;

    (h) 

    l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;

    (i) 

    twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;

    (j) 

    l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ rtirar;

    (k) 

    l-eżistenza ta’ dritt ta’ ħlas lura antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens;

    (l) 

    l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-intermedjarju tal-kreditu involut.

    3.  
    F’każ li l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux jistgħu jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, dawn għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mhux aktar minn żewġ paġni. F’dak il-każ, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu għandha tintwera fuq l-ewwel paġna tal-formola.
    4.  

    L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, li għandhom jintwerew wara u jiġu separati b’mod evidenti mill-elementi elenkati fil-paragrafu 2:

    (a) 

    it-tip ta’ kreditu;

    (b) 

    fejn japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali, l-imposti applikabbli miż-żmien li fih jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu, u, fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom dawk l-imposti jistgħu jinbidlu;

    (c) 

    eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, li lkoll jirreferu għas-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata;

    (d) 

    il-kundizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

    (e) 

    fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-mod li bih il-kumpens tal-kreditur ser jiġi determinat fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat;

    (f) 

    fejn applikabbli, indikazzjoni li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas lura l-ammont totali tal-kreditu fi kwalunkwe ħin;

    (g) 

    referenza għad-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skont l-Artikolu 19(6), bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi tad-data li ssir biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu;

    (h) 

    fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prezz ġie personalizzat abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili;

    (i) 

    fejn applikabbli, il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali mogħtija f’konformità ma’ dan l-Artikolu;

    (j) 

    referenza għall-possibilità li l-konsumatur juża mekkaniżmu ta’ lment u ta’ rimedju barra mill-qorti u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;

    (k) 

    twissija u spjegazzjoni dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji tan-nonkonformità mal-impenji l-oħra marbuta mal-ftehim ta’ kreditu speċifiku;

    (l) 

    skeda ta’ ħlas lura li fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha matul id-durata tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż dawk il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura għal kwalunkwe servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu li jinbiegħ simultanjament, fejn il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura, f’każ li japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, huma bbażati fuq bidliet raġonevoli ‘l fuq fir-rata tas-self.

    5.  
    L-informazzjoni murija fil-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur għandha tkun konsistenti. Din għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandhom jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz li fuqu tintwera. L-informazzjoni għandha tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-kanali differenti, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà.
    6.  
    B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet ta’ telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li għandha tingħata skont l-Artikolu 3(3), il-punt (b), it-tieni inċiż ta’ dik id-Direttiva għandha tinkludi tal-inqas l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jagħtu lill-konsumatur il-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mezz durabbli immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu.
    7.  
    Fuq talba tal-konsumatur, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, minbarra l-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, jagħtu lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu mingħajr ħlas, dment li l-kreditur, fiż-żmien tat-talba, ikun lest jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mal-konsumatur.
    8.  
    Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jkunu qed jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kreditur, jew fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu li jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija f’dan l-Artikolu.

    Artikolu 12

    Spjegazzjonijiet adegwati

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jkunu meħtieġa jagħtu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-ftehimiet ta’ kreditu proposti u kwalunkwe servizz anċillari li jippermettu lill-konsumatur jivvaluta jekk il-ftehimiet ta’ kreditu u s-servizzi anċillari proposti jkunux adattati għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur. Dawn l-ispjegazzjonijiet għandhom jingħataw mingħajr ħlas u qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. L-ispjegazzjonijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

    (a) 

    l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 10, 11 u 38;

    (b) 

    il-karatteristiċi essenzjali tal-ftehim ta’ kreditu jew tas-servizzi anċillari proposti;

    (c) 

    l-effetti speċifiċi li l-ftehim ta’ kreditu jew is-servizzi anċillari proposti jista’ jkollhom fuq il-konsumatur, inkluż il-konsegwenzi ta’ inadempjenza fil-ħlas jew ta’ ħlas tard mill-konsumatur;

    (d) 

    meta s-servizzi anċillari jkunu raggruppati ma’ ftehim ta’ kreditu, jekk kull komponent tal-grupp jistax jiġi tterminat separatament u l-implikazzjonijiet ta’ tali terminazzjoni għall-konsumatur.

    2.  

    L-Istati Membri jistgħu, f’każijiet ġustifikati, jadattaw ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-mod li bih għandhom jingħataw l-ispjegazzjonijiet u l-punt sa fejn għandhom jingħataw għal dawn li ġejjin:

    (a) 

    iċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-kreditu;

    (b) 

    il-persuna li lilha jiġi offrut il-kreditu;

    (c) 

    it-tip ta’ kreditu offrut.

    Artikolu 13

    Offerti personalizzati abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat

    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jinfurmaw lill-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem meta jiġu ppreżentati b’offerta personalizzata li tkun ibbażata fuq ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali.

    KAPITOLU III

    BEJGĦ ABBINAT U PRATTIKI TA’ RAGGRUPPAMENT, QBIL INFERIT, SERVIZZI TA’ KONSULENZA U GĦOTI TA’ KREDITU MHUX MITLUB

    Artikolu 14

    Bejgħ abbinat u prattiki ta’ raggruppament

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jippermettu prattiki ta’ raggruppament iżda għandhom jipprojbixxu l-bejgħ abbinat.
    2.  

    B’deroga mill-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kredituri jitolbu lill-konsumatur jiftaħ jew iżomm kont ta’ ħlas jew ta’ tfaddil, li l-uniku għan ta’ tali kont ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    li jiġi akkumulat il-kapital biex jitħallas lura l-kreditu;

    (b) 

    li jiġi pprovdut il-kreditu;

    (c) 

    li jinġabru flimkien ir-riżorsi biex jinkiseb il-kreditu;

    (d) 

    li jipprovdi garanzija addizzjonali għall-kreditur f’każ ta’ inadempjenza.

    3.  
    L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kredituri jirrikjedu li l-konsumatur ikollu polza tal-assigurazzjoni rilevanti relatata mal-ftehim ta’ kreditu, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta’ proporzjonalità. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ikun meħtieġ jaċċetta l-polza ta’ assigurazzjoni minn fornitur differenti mill-fornitur preferut tiegħu jew tagħha meta tali polza jkollha livell ta’ garanzija ekwivalenti għal dik li jkun ippropona l-kreditur, mingħajr ma jibdel il-kundizzjonijiet tal- kreditu offrut lill-konsumatur.
    4.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-data personali li tikkonċerna d-dijanjożi tal-konsumaturi ta’ mard onkoloġiku ma tintużax għall-fini ta’ polza tal-assigurazzjoni relatata ma’ ftehim ta’ kreditu wara perjodu ta’ żmien determinat mill-Istati Membri, li ma jaqbiżx il-15-il sena wara t-tmiem tat-trattament mediku tal-konsumaturi.
    5.  
    Sabiex il-konsumaturi jkollhom żmien addizzjonali biex iqabblu l-offerti tal-assigurazzjoni relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu qabel ma jixtru polza tal-assigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-konsumaturi jingħataw mill-inqas tlett ijiem biex iqabblu l-offerti tal-assigurazzjoni relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu mingħajr ma jinbidlu tali offerti, u l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati b’dan. Il-konsumaturi jistgħu jikkonkludu polza tal-assigurazzjoni qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ tlett ijiem jekk jitolbu dan b’mod espliċitu.

    Artikolu 15

    Qbil inferit għall-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kreditu jew ix-xiri ta’ servizzi anċillari

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ma jinferux il-qbil tal-konsumatur mal-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kreditu jew max-xiri ta’ servizzi anċillari ppreżentati permezz ta’ għażliet prestabbiliti. L-għażliet prestabbiliti jinkludu kaxxi mmarkati minn qabel.
    2.  
    Il-qbil tal-konsumatur mal-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ kreditu jew max-xiri ta’ servizzi anċillari ppreżentati permezz ta’ kaxxi għandu jingħata permezz ta’ att affermattiv mhux ambigwu u ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-qbil tal-konsumatur mal-kontenut u s-sustanza assoċjati mal-kaxxi.

    Artikolu 16

    Servizzi ta’ konsulenza

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jinfurmaw b’mod espliċitu lill-konsumatur, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni partikolari, jekk ikunux qed jingħataw jew jistgħux jingħataw servizzi ta’ konsulenza lill-konsumatur.
    2.  

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li qabel l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza jew il-konklużjoni ta’ kuntratt għall-provvista ta’ tali servizzi, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu, jagħtu lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur:

    (a) 

    indikazzjoni ta’ jekk ir-rakkomandazzjoni hijiex ser tkun ibbażata biss fuq il-firxa ta’ prodotti tagħhom stess jew fuq firxa wiesgħa ta’ prodotti mis-suq kollu f’konformità mal-paragrafu 3, il-punt (c);

    (b) 

    fejn applikabbli, indikazzjoni tat-tariffa pagabbli mill-konsumatur għas-servizzi ta’ konsulenza jew tal-metodu użat għall-kalkolu tagħha, meta l-ammont ta’ tali tariffa ma jkunx jista’ jiġi stabbilit fil-mument li tingħata l-informazzjoni.

    L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tingħata lill-konsumatur fil-forma ta’ informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 10(6), it-tieni subparagrafu.

    3.  

    Meta jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza lill-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu:

    (a) 

    jiksbu l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-objettivi relatati mal-ftehim ta’ kreditu, sabiex il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jirrakkomandaw ftehimiet ta’ kreditu li huma adatti għall-konsumatur;

    (b) 

    jivvalutaw is-sitwazzjoni finanzjarja u l-ħtiġijiet tal-konsumatur abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a), li għandha tkun aġġornata fiż-żmien tal-valutazzjoni, filwaqt li jqisu suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur matul it-terminu tal-ftehim ta’ kreditu rakkomandat;

    (c) 

    jikkunsidraw għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu fil-firxa tal-prodotti tagħhom u fuq dik il-bażi jirrakkomandaw ftehim ta’ kreditu wieħed jew aktar minn fost dik il-firxa ta’ prodotti li jkunu adattati għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur;

    (d) 

    jaġixxu fl-aħjar interessi tal-konsumatur; u

    (e) 

    jagħtu lill-konsumatur rekord tar-rakkomandazzjoni pprovduta, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza.

    4.  
    L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili meta s-servizzi ta’ konsulenza jiġu kkummerċjalizzati u pprovduti lill-konsumaturi minn kredituri jew fejn applikabbli, minn intermedjarji tal-kreditu.

    Fejn l-Istati Membri ma jipprojbixxux l-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili, huma għandhom jimponu l-kundizzjonijiet li ġejjin fuq l-użu tat-terminu “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” minn kredituri u intermedjarji tal-kreditu li jagħtu servizzi ta’ konsulenza:

    (a) 

    il-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom iqisu għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu disponibbli fis-suq; u

    (b) 

    l-intermedjarji tal-kreditu ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi ta’ konsulenza minn kreditur wieħed jew aktar.

    Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandu japplika biss meta l-għadd ta’ kredituri meqjusa jkun inqas minn maġġoranza tas-suq.

    L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti għall-użu tat-termini “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” mill-kredituri u, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu.

    5.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jwissu lil konsumatur meta ftehim ta’ kreditu jista’ jwassal għal riskju speċifiku għall-konsumatur meta titqies is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur.
    6.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta’ konsulenza jistgħu jiġu pprovduti biss mill-kredituri u, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu.

    L-Istati Membri jistgħu, b’deroga mill-ewwel subparagrafu, jippermettu lil persuni oħra għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti b’mod inċidentali waqt attività professjonali li tkun irregolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi ta’ etika li ma jeskludix il-provvista ta’ dawk is-servizzi;

    (b) 

    is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti fil-kuntest tal-immaniġġar tad-dejn eżistenti mill-prattikanti tal-insolvenza u fejn dik l-attività ta’ mmaniġġar tkun regolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji;

    (c) 

    is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti fil-kuntest tal-immaniġġar tad-dejn eżistenti minn fornituri tas-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn pubbliċi jew volontarji kif imsemmi fl-Artikolu 36 li ma joperawx fuq bażi kummerċjali;

    (d) 

    is-servizzi ta’ konsulenza jiġu pprovduti minn persuni li jkunu awtorizzati u ssorveljati minn awtoritajiet kompetenti.

    Artikolu 17

    Projbizzjoni fuq għoti ta’ kreditu mhux mitluba

    L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu kwalunkwe għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi mingħajr it-talba minn qabel tagħhom u l-qbil espliċitu tagħhom.

    KAPITOLU IV

    VALUTAZZJONI TAL-AFFIDABBILTÀ KREDITIZJA U AĊĊESS GĦAL BAŻI TA’ DATA

    Artikolu 18

    Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, il-kreditur iwettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dik il-valutazzjoni għandha ssir fl-interess tal-konsumatur, biex jiġu evitati prattiki ta’ self irresponsabbli u dejn eċċessiv, u għandha tqis kif xieraq il-fatturi rilevanti għall-verifika tal-prospett li l-konsumatur jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-ftehim ta’ kreditu.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu jippreżentaw b’mod preċiż l-informazzjoni neċessarja miksuba mill-konsumatur lill-kreditur rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 sabiex il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tkun tista’ titwettaq.
    3.  
    Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha titwettaq abbażi ta’ informazzjoni rilevanti u preċiża dwar l-introjtu u l-ispejjeż tal-konsumatur u ċirkostanzi finanzjarji u ekonomiċi oħra li hija meħtieġa u proporzjonata għan-natura, id-durata, il-valur u r-riskji tal-kreditu għall-konsumatur. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi evidenza ta’ dħul jew sorsi oħra ta’ ħlas lura, informazzjoni dwar assi u obbligi finanzjarji, jew informazzjoni dwar impenji finanzjarji oħra. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tinkludi kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-informazzjoni għandha tinkiseb minn sorsi interni jew esterni rilevanti, inkluż il-konsumatur u, fejn meħtieġ, abbażi ta’ konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva. In-networks soċjali ma għandhomx jitqiesu bħala sors estern għall-fini ta’ din id-Direttiva.

    L-informazzjoni miksuba f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata kif xieraq, fejn meħtieġ permezz ta’ referenza għal dokumentazzjoni verifikabbli b’mod indipendenti.

    4.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jistabbilixxi proċeduri għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u li jiddokumenta u jżomm tali proċeduri.

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll li l-kreditur jiddokumenta u jżomm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

    5.  
    Jekk l-applikazzjoni ta’ kreditu tiġi ppreżentata b’mod konġunt minn aktar minn konsumatur wieħed, il-kreditur għandu jwettaq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja abbażi tal-kapaċità konġunta ta’ ħlas lura tal-konsumaturi.
    6.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jagħmel il-kreditu disponibbli għall-konsumatur biss meta r-riżultat tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim ta’ kreditu x’aktarx li jiġu ssodisfati kif meħtieġ skont dak il-ftehim, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 1.
    7.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta kreditur jikkonkludi ftehim ta’ kreditu ma’ konsumatur, il-kreditur ma għandux sussegwentement jikkanċella jew jimmodifika l-ftehim ta’ kreditu għad-detriment tal-konsumatur għar-raġunijiet li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja twettqet b’mod skorrett. Dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn jintwera li l-konsumatur b’mod konxju żamm jew iffalsifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 mogħtija lill-kreditur.
    8.  

    Meta l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tinvolvi l-użu ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu d-dritt li jitlob u jikseb mingħand il-kreditur intervent uman, li jikkonsisti fid-dritt li:

    (a) 

    jitlob u jikseb mill-kreditur spjegazzjoni ċara u komprensibbli tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, inkluż dwar il-loġika u r-riskji involuti fl-ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali kif ukoll is-sinifikat u l-effetti tiegħu fuq id-deċiżjoni;

    (b) 

    jesprimil-fiehma proprja tal-konsumatur mal-kreditur; u

    (c) 

    jitlob rieżami tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kreditu mill-kreditur.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun infurmat bid-dritt kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

    9.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-applikazzjoni għall-kreditu tiġi miċħuda, il-kreditur ikun meħtieġ jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien dwar ir-rifjut u, fejn rilevanti, jirreferi lill-konsumatur għal servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn li huma aċċessibbli faċilment. Fejn applikabbli, il-kreditur għandu jkun meħtieġ jinforma lill-konsumatur dwar il-fatt li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja hija bbażata fuq ipproċessar awtomatizzat tad-data u dwar id-dritt tal-konsumatur għal valutazzjoni umana u l-proċedura għall-kontestazzjoni tad-deċiżjoni.
    10.  
    Meta l-partijiet jaqblu li jibdlu l-ammont totali ta’ kreditu wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ikun meħtieġ li jivvaluta mill-ġdid l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel ma tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali ta’ kreditu.
    11.  
    L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-kredituri jivvalutaw l-affidabilità kreditizja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni tal-bażi ta’ data rilevanti. Madankollu, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq l-istorja tal-kreditu tal-konsumatur.

    Artikolu 19

    Bażijiet ta’ data

    1.  
    Kull Stat Membru għandu fil-każ ta’ kreditu transfruntier jiżgura l-aċċess għal kredituri minn Stati Membri oħra għal bażijiet ta’ data użati f’dak l-Istat Membru għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi. Il-kundizzjonijiet għall-aċċess għal dawn il-bażijiet ta’ data ma għandhomx ikunu diskriminatorji.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-kredituri biss li jkunu taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti nazzjonali u li jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament (UE) 2016/679 ikollhom aċċess għall-bażijiet ta’ data użati għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi.
    3.  
    Il-paragrafu 1 għandu japplika kemm għall-bażijiet ta’ data pubbliċi kif ukoll għal dawk privati.
    4.  
    Il-bażijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 li fihom informazzjoni dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi għandu jkollhom mill-inqas informazzjoni dwar l-arretrati tal-konsumaturi fil-ħlas lura tal-kreditu, it-tip ta’ kreditu u l-identità tal-kreditur.
    5.  
    Il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ma għandhomx jipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u data personali pproċessata minn networks soċjali li tista’ tkun inkluża fil-bażijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
    6.  
    Fejn applikazzjoni għall-kreditu tiġi miċħuda abbażi ta’ konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas bir-riżultat ta’ tali konsultazzjoni u bid-dettalji tal-bażi tad-data kkonsultata kif ukoll bil-kategoriji ta’ data meqjusa.
    7.  

    Għall-finijiet tal-ftehimiet ta’ kreditu, il-fornituri ta’ bażijiet ta’ data għandu jkollhom fis-seħħ proċessi biex jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fil-bażijiet ta’ data tagħhom tkun aġġornata u preċiża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati:

    (a) 

    fi żmien 30 jum mir-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe arretrati fil-ħlas lura tal-kreditu f’bażi ta’ data; u

    (b) 

    dwar id-drittijiet tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

    8.  
    Għall-finijiet tal-ftehimiet ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri ta’ ilmenti sabiex jiffaċilitaw l-isfidi tal-konsumaturi għall-kontenut tal-bażijiet tad-data, inkluż l-informazzjoni li tista’ tinkiseb minn persuni terzi permezz ta’ dawk l-bażijiet tad-data.

    KAPITOLU V

    FORMA U KONTENUT TAL-FTEHIMIET TA’ KREDITU

    Artikolu 20

    Forma tal-ftehim ta’ kreditu

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ftehimiet ta’ kreditu u kwalunkwe modifika għal tali ftehimiet jitfasslu fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor u li l-partijiet kontraenti kollha jiġu pprovduti kopja tal-ftehim ta’ kreditu.
    2.  
    L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu regoli nazzjonali dwar il-validità tal-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kreditu li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni.

    Artikolu 21

    Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta’ kreditu

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ftehim ta’ kreditu jispeċifika b’mod ċar u konċiż l-elementi kollha li ġejjin:

    (a) 

    it-tip ta’ kreditu;

    (b) 

    l-identitajiet, l-indirizzi ġeografiċi, in-numri tat-telefon u l-email tal-partijiet kontraenti kif ukoll, fejn applikabbli, l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-intermedjarju tal-kreditu involut;

    (c) 

    l-ammont totali ta’ kreditu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid ta’ kreditu;

    (d) 

    it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;

    (e) 

    f’każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizz speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz fi flus kontanti tagħhom;

    (f) 

    ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha fejn japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self u, fejn ikun disponibbli, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għal kull rata inizjali tas-self, kif ukoll il-perjodi, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinbidel kull rata tas-self;

    (g) 

    ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ikkalkulati fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu jiġu konklużi u indikazzjoni tas-suppożizzjonijiet kollha użati f’dak il-kalkolu;

    (h) 

    l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;

    (i) 

    fejn ikun involut amortizzament ta’ kapital ta’ ftehim ta’ kreditu b’tul ta’ żmien fiss, referenza għad-dritt tal-konsumatur li jirċievi, fuq talba u mingħajr ħlas, fi kwalunkwe ħin tul il-ftehim ta’ kreditu kollu, rendikont fil-forma ta’ tabella ta’ amortizzament;

    (j) 

    fejn ikollhom jitħallsu imposti u mgħaxijiet mingħajr amortizzament ta’ kapital, rendikont li juri l-perjodi u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-imgħax u ta’ kwalunkwe imposta rikorrenti u mhux rikorrenti assoċjata;

    (k) 

    fejn applikabbli, l-imposti għaż-żamma ta’ kont obbligatorju wieħed jew aktar biex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu, l-imposti għall-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għall-ġbid ta’ kreditu, kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta’ kreditu, u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom dawk l-imposti jistgħu jiġu mibdula;

    (l) 

    ir-rata tal-imgħax applikabbli f’każ ta’ ħlasijiet tard kif applikabbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għall-inadempjenza;

    (m) 

    twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;

    (n) 

    fejn applikabbli, dikjarazzjoni li għandhom jitħallsu tariffi notarili;

    (o) 

    fejn applikabbli, il-garanziji u l-assigurazzjoni meħtieġa;

    (p) 

    l-eżistenza jew l-assenza ta’ dritt ta’ rtirar, il-perjodu ta’ rtirar, fejn applikabbli, u kundizzjonijiet oħra li jirregolaw l-eżerċizzju tiegħu, inkluż il-mezz durabbli li għandu jintuża għan-notifika msemmija fl-Artikolu 26(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), informazzjoni dwar l-obbligu tal-konsumatur stabbilit fl-Artikolu 26(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), li jħallas il-kapital miġbud u l-imgħax, u l-ammont ta’ imgħax pagabbli kuljum;

    (q) 

    it-tip ta’ mezz durabbli li fuqu l-konsumatur jagħżel li jirċievi dan li ġej:

    (i) 

    fejn applikabbli, it-tfakkira msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu;

    (ii) 

    l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22;

    (iii) 

    l-informazzjoni dwar il-bidla fir-rata tas-self imsemmija fl-Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu;

    (iv) 

    fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(1) u (2); u

    (v) 

    fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar it-terminazzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa msemmija fl-Artikolu 28(1), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 28(2);

    (r) 

    fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet;

    (s) 

    referenza għad-dritt ta’ ħlas lura antiċipat stabbilit fl-Artikolu 29, il-proċedura għall-ħlas lura antiċipat, kif ukoll, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens spjegazzjoni trasparenti u komprensibbli dwar kif il-kumpens dovut lill-kreditur mill-konsumatur għandu jiġi kkalkulat;

    (t) 

    il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

    (u) 

    il-possibbiltà għall-konsumatur li jirrikorri għal mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;

    (v) 

    fejn applikabbli, termini u kundizzjonijiet kuntrattwali oħrajn;

    (w) 

    l-isem u l-indirizz tal-awtorità superviżorja kompetenti;

    (x) 

    id-dettalji ta’ kuntatt rilevanti ta’ fornituri tas-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn u rakkomandazzjoni biex il-konsumatur jikkuntattja tali fornituri fil-każ ta’ diffikultajiet ta’ ħlas lura.

    L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u adattata biex jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz li fuqu tintwera. L-informazzjoni għandha tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-mezzi differenti.

    2.  
    Fejn japplika l-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (i), il-kreditur għandu jagħmel disponibbli għall-konsumatur, mingħajr ħlas u fi kwalunkwe ħin tul iż-żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu, rendikont fil-forma ta’ tabella ta’ amortizzament.

    It-tabella ta’ amortizzament imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tindika l-ħlasijiet dovuti u l-perjodi u l-kundizzjonijiet relatati mal-ħlas ta’ tali ammonti.

    It-tabella ta’ amortizzament għandu jkun fiha wkoll diżaggregazzjoni ta’ kull ħlas lura li tispeċifika l-amortizzament tal-kapital, l-imgħax ikkalkulat fuq il-bażi tar-rata tas-self u, fejn applikabbli, kwalunkwe kost addizzjonali.

    Fejn ir-rata tas-self ma tkunx fissa jew il-kostijiet addizzjonali jistgħu jinbidlu skont il-ftehim ta’ kreditu, it-tabella ta’ amortizzament għandha tindika, b’mod ċar u konċiż, li d-data li tinsab fit-tabella tibqa’ valida biss sa meta dik ir-rata tas-self jew dawk il-kostijiet jinbidlu f’konformità mal-ftehim ta’ kreditu.

    3.  
    Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu li permezz tiegħu l-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat tal-ammont totali ta’ kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u taħt kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kreditu, jew fi ftehim anċillari, il-ftehim ta’ kreditu għandu, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehimiet ta’ kreditu ma jipprevedux garanzija ta’ ħlas lura tal-ammont totali ta’ kreditu miġbud skont il-ftehim ta’ kreditu, sakemm tali garanzija ma tingħatax espressament.

    KAPITOLU VI

    MODIFIKI TAL-FTEHIM TA’ KREDITU U BIDLIET FIR-RATA TAS-SELF

    Artikolu 22

    Informazzjoni rigward il-modifika tal-ftehim ta’ kreditu

    Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel il-modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ kreditu, il-kreditur jikkomunika lill-konsumatur fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu l-informazzjoni li ġejja:

    (a) 

    deskrizzjoni ċara tal-bidliet proposti u, fejn applikabbli, il-ħtieġa li l-konsumatur jagħti l-kunsens tiegħu jew spjegazzjoni tal-bidliet introdotti ex lege;

    (b) 

    l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);

    (c) 

    il-mezzi għall-ilmenti disponibbli għall-konsumatur fir-rigward tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);

    (d) 

    il-perjodu ta’ żmien disponibbli għat-tressiq ta’ kwalunkwe lment bħal dan;

    (e) 

    l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti fejn dak l-ilment ikun jista’ jitressaq.

    Artikolu 23

    Bidliet fir-rata tas-self

    1.  
    Meta l-kredituri jitħallew ibiddlu r-rati tas-self tal-ftehimiet ta’ kreditu eżistenti, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur bi kwalunkwe bidla fir-rata tas-self, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, fi żmien xieraq qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ.

    L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi l-ammont tal-ħlasijiet li għandhom isiru wara d-dħul fis-seħħ tar-rata tas-self il-ġdida u, fejn l-għadd jew il-frekwenza tal-ħlasijiet jinbidlu, id-dettalji tagħhom.

    2.  

    B’deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu tista’ tingħata lill-konsumatur perjodikament meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a) 

    il-partijiet ikunu qablu dwar tali informazzjoni perjodika fil-ftehim ta’ kreditu;

    (b) 

    il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla fir-rata ta’ referenza;

    (c) 

    ir-rata ta’ referenza l-ġdida ssir disponibbli għall-pubbliku fil-ħin u b’mezzi xierqa;

    (d) 

    l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ referenza l-ġdida tkun disponibbli wkoll:

    (i) 

    fil-bini tal-kreditur;

    (ii) 

    meta l-kreditur ikollu sit web, fuq dak is-sit web; u

    (iii) 

    meta l-kreditur ikollu applikazzjoni għall-apparati mobbli, permezz ta’ dik l-applikazzjoni.

    KAPITOLU VII

    FAĊILITAJIET TA’ OVERDRAFT U OVERRUNNING

    Artikolu 24

    Faċilitajiet ta’ overdraft

    1.  

    Meta kreditu jkun ingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur, tul iż-żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu, iżomm lill-konsumatur infurmat regolarment, mill-inqas darba fix-xahar, permezz ta’ rendikonti, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, li jkun fihom l-elementi li ġejjin:

    (a) 

    il-perjodu preċiż li għalih jirreferi r-rendikont;

    (b) 

    l-ammonti u d-dati ta’ ġbid ta’ kreditu;

    (c) 

    il-bilanċ mir-rendikont preċedenti, u d-data tiegħu;

    (d) 

    il-bilanċ il-ġdid;

    (e) 

    id-dati u l-ammonti tal-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur;

    (f) 

    ir-rata tas-self applikata;

    (g) 

    kwalunkwe imposta li ġiet applikata;

    (h) 

    fejn applikabbli, l-ammont minimu li għandu jitħallas mill-konsumatur.

    2.  
    Meta kreditu jkun ingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, b’żidiet fir-rata tas-self jew fi kwalunkwe imposta pagabbli, fi żmien xieraq qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla inkwistjoni.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni msemmija f’dak is-subparagrafu tista’ tingħata perjodikament bil-mod previst fil-paragrafu 1 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-partijiet ikunu qablu dwar tali informazzjoni perjodika fil-ftehim ta’ kreditu;

    (b) 

    il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla fir-rata ta’ referenza;

    (c) 

    ir-rata ta’ referenza l-ġdida ssir disponibbli għall-pubbliku b’mezzi xierqa;

    (d) 

    l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ referenza l-ġdida tkun disponibbli wkoll:

    (i) 

    fil-bini tal-kreditur;

    (ii) 

    meta l-kreditur ikollu sit web, fuq dak is-sit web; u

    (iii) 

    meta l-kreditur ikollu applikazzjoni għall-apparati mobbli, permezz ta’ dik l-applikazzjoni.

    3.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinnotifika lill-konsumatur b’mod miftiehem dwar kull tnaqqis jew kanċellazzjoni tal-faċilità ta’ overdraft mill-inqas 30 jum qabel il-jum meta t-tnaqqis jew il-kanċellazzjoni attwali tal-faċilità ta’ overdraft tidħol fis-seħħ.
    4.  
    Fejn il-faċilità ta’ overdraft titnaqqas jew tiġi kkanċellata, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur joffri lill-konsumatur, qabel ma jkunu nbdew il-proċedimenti ta’ infurzar, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-possibbiltà li jħallas lura l-ammont fil-fatt miġbud sal-limitu ta’ dak it-tnaqqis jew ta’ dik il-kanċellazzjoni. Tali ħlas lura għandu jsir fi 12-il pagament rateali mensili ugwali sakemm il-konsumatur ma jagħżilx li jħallas lura aktar kmieni, bir-rata tas-self applikabbli għall-faċilità ta’ overdraft.
    5.  
    L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi li jkollhom faċilità ta’ overdraft minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

    Artikolu 25

    Overrunning

    1.  
    Fil-każ ta’ ftehim għall-ftuħ ta’ kont kurrenti, fejn ikun hemm possibbiltà li l-konsumatur jingħata overrun, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinkludi informazzjoni dwar dik il-possibbiltà f’dak il-ftehim, kif ukoll informazzjoni dwar ir-rata tas-self, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ dik ir-rata, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali, l-imposti applikabbli mill-ħin li fih il-ftehim ta’ kreditu jiġi konkluż, u, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet li taħthom dawk l-imposti jistgħu jinbidlu. Il-kreditur għandu fi kwalunkwe każ jipprovdi lill-konsumatur b’dik l-informazzjoni fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim li jiftaħ kont kurrenti, fuq bażi regolari.
    2.  

    Fil-każ ta’ overrunning sinifikanti li jaqbeż perjodu ta’ xahar, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim li jiftaħ kont kurrenti, dwar dawn kollha li ġejjin:

    (a) 

    l-overrunning;

    (b) 

    l-ammont involut;

    (c) 

    ir-rata tas-self;

    (d) 

    kwalunkwe penali, imposta jew imgħax fuq l-arretrati applikabbli;

    (e) 

    id-data ta’ ħlas lura.

    Barra minn hekk, fil-każ ta’ overrunning regolari, il-kreditur għandu joffri servizzi ta’ konsulenza lill-konsumatur, fejn disponibbli, u jiggwida lill-konsumatur, mingħajr ħlas, lejn servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn.

    3.  
    Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kwalunkwe regola tad-dritt nazzjonali li tirrikjedi lill-kreditur joffri tip ieħor ta’ prodott ta’ kreditu meta t-tul ta’ żmien tal-overrunning ikun sinifikanti.
    4.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinnotifika lill-konsumatur b’mod miftiehem meta l-overrunning ma tkunx aktar permessa jew meta l-limitu ta’ overrunning jitnaqqas mill-inqas 30 jum qabel il-jum meta tidħol fis-seħħ il-kanċellazzjoni jew it-tnaqqis attwali tal-overrunning.
    5.  
    Fejn l-overrunning titnaqqas jew tiġi kkanċellata, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur joffri lill-konsumatur, qabel ma jkunu nbdew il-proċedimenti ta’ infurzar, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-possibbiltà li jħallas lura l-ammont fil-fatt miġbud sal-limitu ta’ dak it-tnaqqis jew ta’ dik il-kanċellazzjoni. Tali ħlas lura għandu jsir fi 12-il pagament rateali mensili ugwali sakemm il-konsumatur ma jagħżilx li jħallas lura aktar kmieni, bir-rata tas-self applikabbli għall-overrunning., fi 12-il pagament rateali mensili ugwali sakemm il-konsumatur ma jħallasx lura aktar kmieni bir-rata tas-self applikabbli għall-overrunning.
    6.  
    L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi li jkollhom overrunning minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

    KAPITOLU VIII

    IRTIRAR, TERMINAZZJONI U HLAS LURA ANTICIPAT

    Artikolu 26

    Dritt ta’ rtirar

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur jista’ jirtira mill-ftehim ta’ kreditu mingħajr ma jagħti ebda raġuni fi żmien 14-il jum kalendarju.

    Il-perjodu tal-irtirar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibda jew:

    (a) 

    mill-jum tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu; jew

    (b) 

    mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi t-termini u l-kundizzjonijiet u l-informazzjoni kuntrattwali f’konformità mal-Artikoli 20 u 21, jekk dak il-jum ikun aktar tard mid-data msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu.

    L-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titqies li tkun ġiet issodisfata jekk in-notifika msemmija fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tintbagħat mill-konsumatur lill-kreditur qabel ma tiskadi dik l-iskadenza.

    2.  
    Jekk il-konsumatur ma jkunx irċieva t-termini u l-kundizzjonijiet u l-informazzjoni kuntrattwali f’konformità mal-Artikoli 20 u 21, il-perjodu ta’ rtirar għandu fi kwalunkwe każ jiskadi 12-il xahar u 14-il jum wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. Dan ma għandux japplika jekk il-konsumatur ma jkunx ġie infurmat dwar id-dritt tiegħu ta’ rtirar f’konformità mal-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (p).
    3.  
    Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu marbut max-xiri ta’ oġġett li għandu politika ta’ ritorn tajba li tiżgura rifużjoni sħiħa għal ċertu perjodu li jaqbeż l-14-il jum kalendarju, id-dritt ta’ rtirar għandu jiġi estiż biex jaqbel mat-tul ta’ żmien ta’ tali politika ta’ ritorn.
    4.  
    Meta, fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu konness, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fid-19 ta’ Novembru 2023 diġà tipprovdi li l-fondi ma jistgħux isiru disponibbli għall-konsumatur qabel l-iskadenza ta’ perjodu speċifiku, l-Istati Membri jistgħu, b’deroga mill-paragrafu 1, jipprovdu li l-perjodu msemmi f’dak il-paragrafu jista’ jitnaqqas għall-istess tul ta’ żmien ta’ dak il-perjodu speċifiku fuq it-talba espliċita tal-konsumatur.
    5.  

    Jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar, huwa għandu jieħu l-miżuri li ġejjin:

    (a) 

    jinnotifika lill-kreditur f’konformità mal-informazzjoni mogħtija mill-kreditur skont l-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (p), fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur u speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu fl-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

    (b) 

    iħallas lill-kreditur il-kapital u l-imgħax akkumulat fuqu mid-data li fiha nġibed il-kreditu sad-data li fiha l-kapital jitħallas lura, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju wara li tintbagħat in-notifika msemmija fil-punt (a).

    L-imgħax imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat abbażi tar-rata tas-self miftiehma. Il-kreditur ma għandu jkun intitolat għal ebda kumpens ieħor mill-konsumatur fil-każ ta’ rtirar, ħlief kumpens għal kwalunkwe imposta mhux rimborżabbli mħallsa mill-kreditur lil kwalunkwe korp amministrattiv pubbliku.

    6.  
    Meta servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu jiġi pprovdut mill-kreditur jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ ftehim bejn dik il-parti terza u l-kreditur, il-konsumatur ma għandux jibqa’ marbut bil-kuntratt ta’ servizz anċillari jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar mill-ftehim ta’ kreditu f’konformità mal-Artikolu.
    7.  
    Jekk il-konsumatur ikollu dritt ta’ rtirar skont il-paragrafi 1, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/65/KE ma għandhomx japplikaw.
    8.  
    L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal ftehimiet ta’ kreditu li skont id-dritt nazzjonali għandhom jiġu konklużi permezz tas-servizzi ta’ nutar, dment li n-nutar jikkonferma li l-konsumatur ikollu l-garanzija tad-drittijiet previsti fl-Artikoli 10, 11, 20 u 21.
    9.  
    Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola tad-dritt nazzjonali li tistabbilixxi perjodu ta’ żmien li matulu ma jistax jibda t-twettiq tal-kuntratt.

    Artikolu 27

    Ftehimiet ta’ kreditu konnessi

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li konsumatur li jkun eżerċita d-dritt ta’ rtirar, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta’ kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew il-forniment ta’servizzi, ma jibqax marbut bi ftehim ta’ kreditu konness.
    2.  
    Meta l-oġġetti jew is-servizzi koperti minn ftehim ta’ kreditu konness ma jiġux fornuti, jew jiġu fornuti parzjalment biss, jew ma jkunux konformi mal-kuntratt għall-provvista jew il-forniment tagħhom, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jfittex rimedji kontra l-kreditur jekk il-konsumatur ikun fittex rimedji kontra l-fornitur iżda ma jkunx irnexxielu jikseb is-sodisfazzjon li għalih huwa intitolat f’konformità mal-liġi jew il-kuntratt għall-provvista ta’ dawk l-oġġetti jew il-forniment ta’ dawk is-servizzi. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw sa liema punt u b’liema kundizzjonijiet dawk ir-rimedji jkunu eżerċitabbli.
    3.  
    Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali li jagħmel lill-kreditur in solidum fir-rigward ta’ kwalunkwe pretensjoni li l-konsumatur jista’ jkollu kontra l-fornitur fejn ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi mill-fornitur ikun ġie ffinanzjat minn ftehim ta’ kreditu.

    Artikolu 28

    Ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur jista’ jaffettwa terminazzjoni standard ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa mingħajr ħlas u fi kwalunkwe ħin, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu dwar perjodu ta’ avviż. Tali perjodu ma għandux jaqbeż xahar.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ikun jista’, fejn miftiehem fil-ftehim ta’ kreditu, iwettaq terminazzjoni standard ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa billi jagħti lill-konsumatur mill-inqas xahrejn avviż fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu.

    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur, meta jkun miftiehem fil-ftehim ta’ kreditu jista’, għal raġunijiet ġustifikati b’mod oġġettiv, jittermina d-dritt tal-konsumatur li jiġbed kreditu minn ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa. Il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar it-terminazzjoni u r-raġunijiet għaliha fuq karta jew b’mezz durabbli speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, fejn possibbli qabel it-terminazzjoni u mhux aktar tard minn immedjatament wara, sakemm l-għoti ta’ tali informazzjoni ma jkunx ipprojbit mid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni jew ma jkunx imur kontra l-objettivi tal-politika pubblika jew tas-sigurtà pubblika.

    Artikolu 29

    Ħlas lura antiċipat

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun fi kwalunkwe ħin intitolat għal ħlas lura antiċipat. F’tali każijiet, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur għat-tul taż-żmien li jifdal tal-kuntratt. Meta jiġi kkalkulat dak it-tnaqqis, għandhom jitqiesu l-kostijiet kollha imposti fuq il-konsumatur mill-kreditur.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur, fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat, ikun intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament ġustifikat għal kostijiet possibbli marbuta direttament mal-ħlas lura antiċipat, dment li l-ħlas lura antiċipat jaqa’ f’perjodu ta’ żmien li għalih ir-rata tas-self hija fissa.

    Il-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż il-1 % tal-ammont ta’ kreditu soġġett għal ħlas lura antiċipat meta l-perjodu ta’ żmien bejn il-ħlas lura antiċipat u d-data tat-terminazzjoni miftiehma tal-ftehim ta’ kreditu jaqbeż sena. Fejn dak il-perjodu ma jaqbiżx sena, il-kumpens ma għandux jaqbeż iż-0.5 % tal-ammont ta’ kreditu soġġett għal ħlas lura antiċipat.

    3.  

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ma jkunx intitolat għall-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-ħlas lura jkun sar skont kuntratt ta’ assigurazzjoni maħsub biex jipprovdi garanzija ta’ ħlas lura ta’ kreditu;

    (b) 

    il-kreditu jingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft;

    (c) 

    il-ħlas lura jaqa’ f’perjodu li għalih ir-rata tas-self ma tkunx fissa.

    4.  

    B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li:

    (a) 

    il-kreditur ikun intitolat biss għall-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 sakemm l-ammont tal-ħlas lura antiċipat jaqbeż il-limitu stabbilit fid-dritt nazzjonali, li ma għandux jaqbeż EUR 10 000 fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar;

    (b) 

    il-kreditur jista’ jitlob eċċezzjonalment kumpens ogħla jekk ikun jista’ juri li t-telf imġarrab minħabba l-ħlas lura antiċipat jaqbeż l-ammont iddeterminat f’konformità mal-paragrafu 2.

    Meta l-kumpens mitlub mill-kreditur jaqbeż it-telf reali mġarrab minħabba l-ħlas lura antiċipat, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis korrispondenti.

    F’dak il-każ, it-telf għandu jikkonsisti fid-differenza bejn ir-rata tas-self miftiehma inizjalment u r-rata tas-self li biha l-kreditur jista’ jsellef l-ammont soġġett għal ħlas lura antiċipat fis-suq fiż-żmien ta’ dak il-ħlas lura, u għandu jqis l-impatt tal-ħlas lura antiċipat fuq il-kostijiet amministrattivi.

    5.  
    Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 2 u fil-paragrafu 4, il-punt (b), ma għandu fl-ebda każ jaqbeż l-ammont ta’ imgħax li l-konsumatur kien ikollu jħallas matul il-perjodu ta’ żmien bejn il-ħlas lura antiċipat u d-data miftiehma tat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu.

    KAPITOLU IX

    RATA PERĊENTWALI ANNWALI TA’ IMPOSTI U MIŻURI BIEX JIĠU LIMITATI R-RATI U L-KOSTIJIET

    Artikolu 30

    Kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta

    1.  
    Ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-formula matematika li tinsab fil-Parti I tal-Anness III. Din għandha tammonta, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti tal-impenji kollha (ġbid ta’ kreditu, ħlas lura u imposti), futuri jew eżistenti, miftiehma mill-kreditur u mill-konsumatur.
    2.  
    Għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta, għandu jiġi ddeterminat il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe imposta pagabbli mill-konsumatur għan-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe wieħed mill-impenji tiegħu stabbiliti fil-ftehim ta’ kreditu u l-imposti minbarra l-prezz tax-xiri li, għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, ikun obbligat iħallas kemm jekk it-tranżazzjoni ssir fi flus kontanti kif ukoll bi kreditu.

    Il-kostijiet taż-żamma ta’ kont li jirreġistra kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu, il-kostijiet tal-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll għall-ġbid ta’ kreditu, u kostijiet oħra relatati mat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv u l-kostijiet tal-kont ikunu ġew identifikati b’mod ċar u separat fil-ftehim ta’ kreditu, jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

    3.  
    Il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta għandu jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-ftehim ta’ kreditu għandu jibqa’ validu għall-perjodu miftiehem u li l-kreditur u l-konsumatur jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim ta’ kreditu.
    4.  
    Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu li fihom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tas-self jew varjazzjonijiet f’ċerti imposti li jinsabu fir-rata perċentwali annwali ta’ imposta li jagħmluhom mhux kwantifikabbli fiż-żmien tal-kalkolu, ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkulata fuq is-suppożizzjoni li r-rata tas-self u imposti oħra jibqgħu fissi fir-rigward tal-livell inizjali u jibqgħu applikabbli sa tmiem il-ftehim ta’ kreditu.
    5.  
    Fejn ikun meħtieġ, is-suppożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-Parti II tal-Anness III għandhom jintużaw fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta.

    Fejn is-suppożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Parti II tal-Anness III ma jkunux biżżejjed biex tiġi kkalkulata r-rata perċentwali annwali ta’ imposta b’mod uniformi jew ma jibqgħux adattati għas-sitwazzjonijiet kummerċjali fis-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 45 sabiex temenda dan l-Artikolu u l-Parti II tal-Anness III biex iżżid is-suppożizzjonijiet addizzjonali meħtieġa għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta jew biex timmodifika dawk eżistenti.

    Artikolu 31

    Miżuri biex jiġu limitati r-rati tas-self, ir-rati perċentwali annwali ta’ imposta jew il-kostijiet totali ta’ kreditu lill-konsumatur

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri, bħal limiti massimi, biex jipprevjenu l-abbuż b’mod effettiv u biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jintalbu jħallsu rati tas-self, rati perċentwali annwali tal-imposti jew kostijiet totali tal-kreditu għall-konsumatur li huma eċċessivament għoljin.
    2.  
    L-Istati Membri jistgħu jadottaw projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet rigward imposti jew tariffi speċifiċi applikati mill-kredituri fit-territorju tagħhom.
    3.  
    Sal-20 ta’ Novembru 2027, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-miżuri introdotti mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri sal-20 ta’ Novembru 2026.
    4.  
    Sal-20 ta’ Novembru 2029 l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Istati Membri, inkluż metodoloġiji biex jiġu stabbiliti limiti massimi fejn rilevanti, u tal-effettività tagħhom biex jillimitaw ir-rati tas-self, ir-rati perċentwali annwali tal-imposti jew il-kostijiet totali tal-kreditu għall-konsumatur li huma eċċessivament għoljin, u għandu jinkludi approċċ tal-aħjar prattika għall-istabbiliment ta’ tali miżuri.

    KAPITOLU X

    OBBLIGI TA’ KONDOTTA KUMMERĊJALI U REKWIŻITI GĦALL-PERSUNAL

    Artikolu 32

    Obbligi ta’ kondotta kummerċjali meta jingħata kreditu lill-konsumaturi

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u l-intermedjarju tal-kreditu jaġixxu b’mod onest, ġust, trasparenti u professjonali u jqisu d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi meta jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

    (a) 

    il-manifattura ta’ prodotti ta’ kreditu;

    (b) 

    ir-reklamar ta’ prodotti ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 7 u 8;

    (c) 

    l-għoti, l-intermedjazzjoni jew l-iffaċilitar tal-għoti ta’ kreditu;

    (d) 

    l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza;

    (e) 

    il-provvista ta’ servizzi anċillari lill-konsumaturi;

    (f) 

    l-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu.

    L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d), għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u kwalunkwe rekwiżit speċifiku kkomunikat minn konsumatur u fuq suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni tal-konsumatur matul id-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu.

    L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) għandhom ikunu bbażati wkoll fuq l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 16(3), il-punt (a).

    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri jħallsu lill-persunal u lill-intermedjarji tal-kreditu tagħhom u l-mod li bih l-intermedjarji tal-kreditu jħallsu lill-persunal tagħhom ma jxekklux il-konformità mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.
    3.  

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw politiki ta’ remunerazzjoni għall-persunal responsabbli għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, il-kredituri jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u sal-punt li jkun xieraq għad-daqs, għall-organizzazzjoni interna u għan-natura, għall-kamp ta’ applikazzjoni u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:

    (a) 

    il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju u ma tinkoraġġix it-teħid tar-riskju li jaqbeż il-livell ta’ riskju ttollerat tal-kreditur;

    (b) 

    il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-kreditur, u tinkorpora miżuri biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess, b’mod partikolari billi tipprovdi li r-remunerazzjoni ma tkunx kontinġenti fuq l-għadd jew il-proporzjon ta’ applikazzjonijiet aċċettati għall-kreditu.

    4.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza, l-istruttura tar-remunerazzjoni tal-persunal involut ma tippreġudikax il-kapaċità tagħhom li jaġixxu fl-aħjar interess tal-konsumatur u ma tkunx kontinġenti fuq il-miri tal-bejgħ. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu wkoll il-kummissjonijiet imħallsa mill-kreditur lill-intermedjarju tal-kreditu.
    5.  
    L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu jew jimponu restrizzjonijiet fuq il-ħlasijiet minn konsumatur għal kreditur jew intermedjarju tal-kreditur qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu.

    Artikolu 33

    Rekwiżiti ta’ għarfien u ta’ kompetenza għall-persunal

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jirrikjedu li l-persunal tagħhom ikollu u jżomm aġġornat livell xieraq ta’ għarfien u kompetenza fir-rigward tal-manifattura, l-offerta u l-għoti ta’ ftehimiet ta’ kreditu, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu u l-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza, kif ukoll fir-rigward tad-drittijiet tal-konsumatur fil-qasam tal-kummerċ tagħhom. Meta l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu tinkludi servizzi anċillari, għandhom ikunu meħtieġa għarfien u kompetenza adatta b’rabta ma’ dawk is-servizzi anċillari.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta’ għarfien u kompetenza għall-persunal tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tiġi ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti, u li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat li jirrikjedu lill-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jipprovdu l-evidenza li l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa biex tippermetti tali superviżjoni.

    KAPITOLU XI

    EDUKAZZJONI FINANZJARJA U APPOĠĠ LILL-KONSUMATURI F’DIFFIKULTAJIET FINANZJARJI

    Artikolu 34

    Edukazzjoni finanzjarja

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jippromwovu miżuri li jappoġġaw l-edukazzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ teħid ta’ self responsabbli u l-immaniġġjar tad-dejn, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur. Għandha tingħata informazzjoni ċara u ġenerali dwar il-proċess tal-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi sabiex dawn jiġu ggwidati, speċjalment min jieħu kreditu għall-konsumatur għall-ewwel darba, b’mod partikolari bl-użu ta’ għodod diġitali. Meta joħolqu u jippromwovu dawk il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw il-partijiet kkonċernati rilevanti, inkluż l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tiġi disseminata informazzjoni dwar il-gwida li l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jagħtu lill-konsumaturi.

    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tippubblika rapport dwar l-edukazzjoni finanzjarja disponibbli għall-konsumaturi fl-Istati Membri u tidentifika eżempji tal-aħjar prattiki li jistgħu jiġu żviluppati aktar sabiex jiżdied l-għarfien finanzjarju tal-konsumaturi.

    Artikolu 35

    Arretrati u miżuri ta’ tolleranza

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kredituri jeżerċitaw, fejn xieraq, tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew proċedimenti ta’ infurzar. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi individwali tal-konsumatur. Il-kredituri ma għandhomx ikunu mitluba joffru miżuri ta’ tolleranza b’mod ripetut lill-konsumaturi, jekk mhux f’każijiet ġustifikati.

    Il-kredituri ma għandhomx ikunu mitluba jwettqu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja f’konformità mal-Artikolu 18 meta jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ ftehim ta’ kreditu f’konformità mat-tielet subparagrafu, il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, dment li l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur ma jiżdiedx b’mod sinifikanti meta jiġi modifikat il-ftehim ta’ kreditu.

    Il-miżuri ta’ tolleranza msemmija fl-ewwel subparagrafu:

    (a) 

    jistgħu jinkludu, fost possibiltajiet oħrajn, rifinanzjament totali jew parzjali ta’ ftehim ta’ kreditu;

    (b) 

    għandhom jinkludu modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ ftehim ta’ kreditu, li tista’, fost possibiltajiet oħrajn, tinkludi:

    (i) 

    estensjoni tat-terminu tal-ftehim ta’ kreditu;

    (ii) 

    bidla fit-tip tal-ftehim ta’ kreditu;

    (iii) 

    differiment tal-ħlas ta’ parti mill-pagamenti rateali jew tal-pagamenti rateali kollha għal perjodu;

    (iv) 

    tnaqqis tar-rata tas-self;

    (v) 

    offerta ta’ moratorju fuq il-ħlasijiet;

    (vi) 

    ħlasijiet lura parzjali;

    (vii) 

    kambju tal-munita;

    (viii) 

    kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn.

    2.  
    Il-lista ta’ miżuri potenzjali fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, il-punt (b), għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali u ma tirrikjedix li l-Istati Membri jipprevedu dawk il-miżuri kollha fid-dritt nazzjonali.
    3.  
    Fejn l-Istati Membri jippermettu li l-kredituri jiddefinixxu u jimponu imposti fuq il-konsumatur minħabba inadempjenza, dawk l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li dawk l-imposti ma jkunux akbar milli jkun meħtieġ biex jikkumpensaw lill-kreditur għall-kostijiet li jkun ġarrab b’riżultat tal-inadempjenza.
    4.  
    Fejn l-Istati Membri jippermettu li l-kredituri jimponu imposti addizzjonali fuq il-konsumatur f’każ ta’ inadempjenza, dawk l-Istati Membri għandhom ipoġġu limitu massimu fuq dawk l-imposti.
    5.  
    L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu lill-partijiet fi ftehim ta’ kreditu milli jaqblu b’mod espliċitu li r-ritorn jew it-trasferiment lill-kreditur ta’ oġġetti koperti minn ftehim ta’ kreditu konness jew tad-dħul mill-bejgħ ta’ tali oġġetti jkun biżżejjed biex jitħallas lura l-kreditu.

    Artikolu 36

    Servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li servizzi ta’ konsulenza indipendenti dwar id-dejn isiru disponibbli għall-konsumaturi li jesperjenzaw jew li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom, u li l-imposti għal dawk is-servizzi jkunu biss ta’ ammont limitat.
    2.  
    Għall-finijiet tal-issodisfar tal-obbligi stipulati fil-paragrafu 1, il-kredituri għandu jkollhom proċessi u politiki fis-seħħ għad-detezzjoni bikrija tal-konsumaturi li jesperjenzaw diffikultajiet finanzjarji.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jirreferu lill-konsumaturi li jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom għand servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn li jkunu faċilment aċċessibbli għall-konsumatur.
    4.  
    Il-Kummissjoni għandha, sal-20 ta’ Novembru 2028, tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali lejn id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn fl-Istati Membri u li jidentifika l-aħjar prattiki għall-iżviluppi ulterjuri ta’ tali servizzi. L-Istati Membri għandhom, sal-20 ta’ Novembru 2026, u kull sena wara, jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn disponibbli.

    KAPITOLU XII

    KREDITURI U INTERMEDJARJI TA’ KREDITU

    Artikolu 37

    Ammissjoni, reġistrazzjoni u superviżjoni ta’ istituzzjonijiet mhux tal-kreditu u istituzzjonijiet mhux ta’ pagament

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jkunu soġġetti għal proċess ta’ ammissjoni adegwat, għal arranġamenti ta’ reġistrazzjoni u ta’ superviżjoni stabbiliti minn awtorità kompetenti indipendenti.
    2.  

    Ir-rekwiżit ta’ proċess ta’ ammissjoni adegwat u ta’ reġistrazzjoni ma għandux japplika għal kredituri li jkunu:

    (a) 

    istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (b) 

    istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366, għas-servizzi msemmija fl-Anness I, il-punt 4, ta’ dik id-Direttiva; jew

    (c) 

    istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt 1, tad-Direttiva 2009/110/KE, għall-għoti ta’ kreditu msemmi fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva.

    3.  

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti ta’ ammissjoni u reġistrazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, li jaġixxu bħala:

    (a) 

    intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari; jew

    (b) 

    kredituri f’kapaċità anċillari, li jagħtu kreditu fil-forma ta’ ħlas differit biex jixtru oġġetti u servizzi offruti minnhom, jekk il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u b’imposti limitati biss pagabbli mill-konsumatur għal ħlasijiet tard, skont id-dritt nazzjonali.

    Artikolu 38

    Obbligi speċifiċi għall-intermedjarji tal-kreditu

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji tal-kreditu:

    (a) 

    jindikaw, fir-reklamar u fid-dokumentazzjoni maħsuba għall-konsumaturi, il-firxa tas-setgħat tagħhom u jekk jaħdmux esklużivament ma’ kreditur wieħed jew aktar jew bħala intermedjarju indipendenti;

    (b) 

    jiżvelaw lill-konsumatur kwalunkwe tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi li ser jiġu pprovduti;

    (c) 

    jilħqu ftehim mal-konsumatur dwar kwalunkwe tariffa msemmija fil-punt (b) fuq il-karta jew fuq mezz durabbli qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

    (d) 

    jikkomunikaw kwalunkwe tariffa msemmija fil-punt (b) lill-kreditur, għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta.

    KAPITOLU XIII

    ĊESSJONIJIET TA’ DRITTIJIET U SOLUZZJONI TA’ TILWIM

    Artikolu 39

    Ċessjoni ta’ drittijiet

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur, fil-każ ta’ ċessjoni lil parti terza tad-drittijiet tal-kreditur skont ftehim ta’ kreditu jew tal-ftehim ta’ kreditu nnifsu, ikun intitolat li jinvoka kontra ċ-ċessjonarju kwalunkwe difiża li kienet disponibbli għalih kontra l-kreditur oriġinali, inkluż tpaċija fejn tali difiża tkun permessa fl-Istat Membru kkonċernat.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur oriġinali jinforma lill-konsumatur dwar iċ-ċessjoni msemmija fil-paragrafu 1, ħlief meta il-kreditur oriġinali, bi ftehim maċ-ċessjonarju, ikompli jipprovdi l-kreditu fir-rigward tal-konsumatur.

    Artikolu 40

    Soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal proċeduri adegwati, effettivi u fil-pront ta’ soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim bejn il-konsumaturi u l-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-ftehimiet ta’ kreditu stabbiliti skont din id-Direttiva, bl-użu ta’ entitajiet eżistenti li jwettqu soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim, fejn ikun xieraq. Tali proċeduri ta’ soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim u l-entitajiet li joffruhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti bid-Direttiva 2013/11/UE.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-entitajiet li jwettqu s-soluzzjoni barra mill-qorti għat-tilwim imsemmija fil-paragrafu 1 biex jikkooperaw sabiex isolvu tilwim transfruntier dwar ftehimiet ta’ kreditu.

    KAPITOLU XIV

    AWTORITAJIET KOMPETENTI

    Artikolu 41

    Awtoritajiet kompetenti

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkollhom is-setgħa li jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar ta’ din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jingħataw setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar u riżorsi adegwati meħtieġa għat-twettiq effiċjenti u effettiv ta’ dmirijiethom.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jew awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti mid-dritt nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi espressament mogħtija s-setgħa għal dak il-għan bid-dritt nazzjonali. Ma għandhomx ikunu kredituri jew intermedjarji tal-kreditu.

    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri u l-esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Ebda informazzjoni kunfidenzjali li jistgħu jirċievu waqt l-eżerċizzju ta’ dmirijiethom ma tista’ tiġi divulgata lil kwalunkwe persuna jew awtorità tkun xi tkun, ħlief f’forma fil-qosor jew aggregata, mingħajr preġudizzju għal kawżi koperti mid-dritt kriminali jew minn din id-Direttiva. Madankollu, dan ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali skont id-dritt tal-Unjoni u nazzjonali.
    3.  

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ); u

    (b) 

    awtoritajiet minbarra l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (a), dment li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jirrikjedu lil dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (a) kull meta jkun meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva.

    4.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2394.
    5.  
    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u bi kwalunkwe bidla fihom, u, fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fit-territorju tagħhom, jindikaw kwalunkwe tqassim tad-dmirijiet rispettivi bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti. L-ewwel notifika bħal din għandha ssir kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard mill-20 ta’ Novembru 2025.
    6.  

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom f’konformità mad-dritt nazzjonali:

    (a) 

    direttament taħt l-awtorità tagħhom stess jew taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji; jew

    (b) 

    permezz ta’ talba lill-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b’appell, jekk it-talba għall-għoti tad-deċiżjoni meħtieġa ma tintlaqax.

    7.  
    Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi tagħhom ikunu ddefiniti b’mod ċar u li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effettiv.
    8.  
    Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-inqas darba fis-sena, u għandha taġġorna dik il-lista kontinwament fis-sit web tagħha.
    9.  
    L-Istati Membri jistgħu japplikaw leġiżlazzjoni nazzjonali biex jagħtu setgħat ta’ intervent tal-prodott lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali sabiex jirtiraw prodotti ta’ kreditu f’każijiet ġustifikati.

    KAPITOLU XV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 42

    Livell ta’ armonizzazzjoni

    1.  
    Sa fejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fid-dritt nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din id-Direttiva.
    2.  
    Sakemm issir aktar armonizzazzjoni, meta Stat Membru jagħmel użu mill-għażliet regolatorji previsti fl-Artikolu 2(5) sa (8), l-Artikolu 8(8), l-Artikolu 14(2) u (3), l-Artikolu 16(4) u (6), l-Artikolu 18(11), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(6), l-Artikolu 26(4) u (8), l-Artikolu 29(4), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 32(4) u (5), l-Artikolu 35(3) u (4), l-Artikolu 37(3) u l-Artikolu 41(9), dak l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jinnotifika lill-Kummissjoni bihom, kif ukoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni pubblika fuq sit web jew b’mod ieħor li jkun faċilment aċċessibbli. L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri xierqa biex ixerrdu dik l-informazzjoni fost il-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u l-konsumaturi nazzjonali.

    Artikolu 43

    In-natura imperattiva ta’ din id-Direttiva

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jirrinunzjaw id-drittijiet mogħtija lilhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati sabiex jittrasponu din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jiġu evitati b’riżultat tal-mod li bih jiġu fformulati l-ftehimiet.

    Artikolu 44

    Penali

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sal-20 ta’ Novembru 2026, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jew jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddivulgaw lill-pubbliku kwalunkwe penali amministrattiva li tiġi imposta għal ksur tal-miżuri adottati skont din id-Direttiva, sakemm tali divulgazzjoni ma tippreġudikax serjament is-swieq finanzjarji jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

    Artikolu 45

    Eżerċizzju ta’ delega

    1.  
    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
    2.  
    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 30(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-19 ta’ Novembru 2023. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
    3.  
    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 30(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
    4.  
    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
    5.  
    Mal-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.
    6.  
    Att delegat adottat skont l-Artikolu 30(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 46

    Rieżami u monitoraġġ

    1.  

    Sal-20 ta’ Novembru 2029 u kull erba’ snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tinkludi:

    (a) 

    valutazzjoni ta’ jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għadux adatt fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu li huma ggarantiti minn proprjetà immobbli mhux residenzjali;

    (b) 

    valutazzjoni tal-limiti stipulati fl-Artikolu 2(2), il-punt (c), u fil-Parti II tal-Anness III, u tal-perċentwali użati għall-kalkolu tal-kumpens pagabbli fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat kif imsemmi fl-Artikolu 29(2), fid-dawl tax-xejriet ekonomiċi fl-Unjoni u tas-sitwazzjoni fis-suq ikkonċernat;

    (c) 

    analiżi tal-evoluzzjoni tas-suq għall-krediti tal-konsumatur li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar miżuri relatati ma’ tali krediti; u

    (d) 

    valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 44(1) u (2), u b’mod partikolari tal-effettività u l-effett deterrenti tal-penali imposti skont dak l-Artikolu.

    2.  
    Sal-20 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tipproteġi lill-konsumaturi li jissellfu u jinvestu permezz ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2020/1503, fejn dawk il-pjattaformi ma jaġixxux bħala kredituri jew intermedjarji tal-kreditu, iżda jiffaċilitaw l-għoti ta’ kreditu bejn il-konsumaturi.
    3.  
    Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, timmonitorja l-effett tal-eżistenza tal-għażliet regolatorji msemmija fl-Artikolu 42 dwar il-funzjonament tas-suq intern u dwar il-konsumaturi.
    4.  
    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjati, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

    Artikolu 47

    Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    Id-Direttiva 2008/48/KE hija mħassra b’effett mill-20 ta’ Novembru 2026.

    Minkejja l-ewwel paragrafu, id-Direttiva 2008/48/KE għandha tibqa’ tapplika għal ftehimiet ta’ kreditu eżistenti fl-20 ta’ Novembru 2026.

    Madankollu, l-Artikoli 23 u 24, l-Artikolu 25(1), it-tieni sentenza, l-Artikolu 25(2) u l-Artikoli 28 u 39 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ftehimiet kollha ta’ kreditu bla skadenza fissa eżistenti fl-20 ta’ Novembru 2026.

    Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness IV.

    Artikolu 48

    Traspożizzjoni

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-20 ta’ Novembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-20 ta’ Novembru 2026.

    ▼C1

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.

    ▼B

    2.  
    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 49

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 50

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    INFORMAZZJONI STANDARD EWROPEA DWAR IL-KREDITU GĦALL-KONSUMATUR  ( 6 )

    Informazzjoni Prinċipali

    Parti I    [Dejjem fuq l-ewwel paġna tal-formola]:



    Kreditur

    Fejn applikabbli

    Intermedjarju tal-kreditu

    [Identità]

    [Identità]

    L-ammont totali tal-kreditu

    Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali mqiegħda għad-dispożizzjoni skont il-ftehim ta’ kreditu.

     

    Durata tal-ftehim ta’ kreditu

     

    Ir-rata tas-self jew, fejn applikabbli, ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

    [ %

    — fissa, jew

    — varjabbli,

    — perjodi]

    Rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI)

    Din hija l-kost totali espress bħala perċentwali annwali tal-ammont totali ta’ kreditu.

    Ir-RPAI qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

     

    L-ammont totali li ser ikollok tħallas

    Dan ifisser l-ammont ta’ kapital missellef miżjud bl-imgħax u l-ispejjeż possibbli relatati mal-kreditu tiegħek.

    [Is-somma tal-ammont totali ta’ kreditu u l-kost totali ta’ kreditu għall-konsumatur]

    Fejn applikabbli

    Il-kreditu jingħata fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti speċifiċi jew servizzi speċifiċi jew huwa marbut mal-provvista ta’ oġġetti speċifiċi jew il-forniment ta’ servizzi speċifiċi

    Isem tal-oġġett/tas-servizz

    Prezz fi flus kontanti

     

    Kostijiet fil-każ ta’ ħlasijiet tard

    Inti jkollok tħallas [... (rata tal-imgħax applikabbli u arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, imposti minħabba inadempjenza)] għal ħlasijiet tard.

    Parti II    [Jekk l-elementi li ġejjin ma jistgħux jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola fuq it-tieni paġna]:



    Pagamenti rateali u, fejn xieraq, l-ordni li fih il-pagamenti rateali ser ikunu allokati

    Ser ikollok tħallas dan li ġej:

    [L-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

    L-imgħax u/jew l-imposti ser ikollhom jitħallsu bil-mod li ġej:

    Twissija dwar il-konsegwenzi meta l-ħlasijiet ma jsirux jew isiru tard

    Ħlasijiet nieqsa jew li jsiru tard jista’ jkollhom konsegwenzi serji għalik (pereżempju, bejgħ furzat) u jagħmluha aktar diffiċli għalik biex tikseb kreditu fil-futur.

     

    Dritt ta’ rtirar

    Għandek id-dritt li tirtira mill-ftehim ta’ kreditu fi żmien 14-il jum kalendarju.

    Iva/le

    Ħlas lura antiċipat

    Għandek id-dritt li tantiċipa l-ħlas lura tal-kreditu kollu jew ta’ parti minnu fi kwalunkwe ħin.

    Fejn applikabbli

    Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat.

    Iva

    Kreditur

    Indirizz ġeografiku

    Numru tat-telefown

    Indirizz tal-posta elettronika

    Indirizz web (*1)

     

    Fejn applikabbli

    Intermedjarju tal-kreditu

    Indirizz ġeografiku

    Numru tat-telefown

    Indirizz tal-posta elettronika

    Indirizz web (*1)

     

    (*1)   

    Din l-informazzjoni hija fakultattiva.

    Informazzjoni addizzjonali dwar il-ftehim ta’ kreditu

    1.    Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta’ kreditu



    It-tip ta’ kreditu

     

    Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġbid tal-kreditu

    Dan ifisser kif u meta inti tkun tista’ tikseb il-flus.

    Fejn applikabbli

    Mekkaniżmi oħra ta’ ġbid ta’ kreditu għat-tip rilevanti ta’ ftehim ta’ kreditu jistgħu jirriżultaw f’rati perċentwali annwali ogħla ta’ imposta

    [Meta l-ftehim ta’ kreditu jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ kreditu b’imposti jew rati tas-self differenti u l-kreditur juża s-suppożizzjoni mogħtija fil-Parti II, il-punt (b), tal-Anness III, inkludi indikazzjoni li mekkaniżmi oħrajn ta’ ġbid ta’ kreditu għat-tip rilevanti ta’ ftehim ta’ kreditu jistgħu jirriżultaw f’rati perċentwali annwali ogħla ta’ imposta]

    Fejn applikabbli

    Garanziji meħtieġa

    Din hija deskrizzjoni tal-garanzija li inti għandek tagħti rigward il-ftehim ta’ kreditu.

    [Tipi ta’ garanziji]

    Fejn applikabbli

    Il-ħlasijiet lura ma jagħtux lok għal amortizzament immedjat tal-kapital.

     

    Fejn applikabbli

    Il-prezz kien personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat.

     

    2.    Kostijiet tal-kreditu



    Fejn applikabbli

    Ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

    [%

    — fissa, jew

    — varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali),

    — perjodi,

    — kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self,

    — perjodi, kundizzjonijiet u proċeduri biex tinbidel kull rata tas-self]

    Eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI) u l-ammont totali li jitħallas mill-konsumatur

    [% Hawn għandu jiġi ppreżentat eżempju rappreżentattiv li jsemmi s-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta]

    Biex tikseb il-kreditu jew biex tikseb il-kreditu skont it-termini u l-kundizzjonijiet ikkummerċjalizzati, huwa obbligatorju li tieħu

    — polza tal-assigurazzjoni li tassigura l-kreditu, jew

    — kuntratt ta’ servizz anċillari ieħor?

    Jekk il-kostijiet ta’ dawn is-servizzi mhumiex magħrufa mill-kreditur, dawn ma jiġux inklużi fir-RPAI.

    Iva/le [jekk iva, indika t-tip ta’ assigurazzjoni]

    Iva/le [jekk iva, indika t-tip ta’ servizz anċillari]

    Kostijiet relatati

    Fejn applikabbli

    Imposti għaż-żamma ta’ kont wieħed jew aktar li huma meħtieġa biex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid tal-kreditu

     

    Fejn applikabbli

    L-ammont ta’ kostijiet għall-użu ta’ mezz ta’ ħlas speċifiku (pereżempju, karta ta’ kreditu)

     

    Fejn applikabbli

    Kwalunkwe kost ieħor li jirriżulta mill-ftehim ta’ kreditu

     

    Fejn applikabbli

    Il-kundizzjonijiet li bihom il-kostijiet imsemmija hawn fuq relatati mal-ftehim ta’ kreditu jkunu jistgħu jinbidlu

     

    Fejn applikabbli

    Obbligu tal-ħlas ta’ onorarji notarili

     

    3.    Aspetti legali importanti oħra



    Fejn applikabbli

    Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat

    [Determinazzjoni tal-kumpens (metodu tal-kalkolu) f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)]

    Konsultazzjoni ta’ bażi tad-data

    Il-kreditur għandu jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat tal-konsultazzjoni ta’ bażi tad-data jekk applikazzjoni għal kreditu tkun irrifjutata abbażi ta’ tali konsultazzjoni.

     

    Dritt għal abbozz ta’ ftehim ta’ kreditu

    Għandek id-dritt, fuq talba, li tikseb kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni tapplika jekk, fiż-żmien tat-talba tiegħek, il-kreditur ikun jixtieq jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu miegħek.

     

    Fejn applikabbli

    Il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali

    L-informazzjoni li tinsab f’din il-formola hija valida minn […] sa […].

    Rigward rimedju

    Għandek id-dritt li jkollok aċċess għal mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti.

    [Il-mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti għall-konsumatur u kif għandu jiġi aċċessat]

    Twissija dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji ta’ nuqqas ta’ konformità

    Nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbuta mal-ftehim ta’ kreditu għajr ħlasijiet tard jew maqbuża jista’ jkollu konsegwenzi serji għalik.

     

    Skeda tal-ħlas lura

    [Skeda tal-ħlas lura li jkun fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha li jridu jsiru mill-konsumatur matul il-ftehim ta’ kreditu, inkluż il-ħlasijiet għal kwalunkwe servizz anċillari]

    (1)   

    Id-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE (ĠU L, 2023/2225, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj).

    Fejn applikabbli

    4.    Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji



    (a)  Dwar il-kreditur

     

    Fejn applikabbli

    Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħek

    Indirizz

    Numru tat-telefown

    Indirizz tal-posta elettronika

    Indirizz web (*1)

    [Identità]

    [Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

    Fejn applikabbli

    Reġistrazzjoni

    [Ir-reġistru kummerċjali fejn huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru]

    Fejn applikabbli

    L-awtorità superviżorja

     

    (b)  Dwar il-ftehim ta’ kreditu

     

    Fejn applikabbli

    Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar

    [Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar li jindikaw, fost oħrajn, il-perjodu għall-eżerċizzju tad-dritt, l-indirizz fejn għandha tintbagħat in-notifika tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar]

    Fejn applikabbli

    Il-liġi meħuda mill-kreditur bħala l-bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu

     

    Fejn applikabbli

    Klawżola li tistipula l-liġi applikabbli għall-ftehim ta’ kreditu u/jew il-qorti kompetenti

    [Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

    Fejn applikabbli

    Reġim lingwistiku

    L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali ser jingħataw bi [lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, għat-tul tal-ftehim ta’ kreditu bi ħsiebna nikkomunikaw bi [lingwa speċifika/lingwi speċifiċi].

    (*1)   

    Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.




    ANNESS II

    INFORMAZZJONI EWROPEA DWAR IL-KREDITU GĦALL-KONSUMATUR  ( 7 )

    Kreditu għall-konsumatur offrut minn ċerti organizzazzjonijiet ta’ kreditu (Artikolu 2(6) tad-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  ( 8 ) )

    Konverżjoni tad-dejn (Artikoli 2(7) tad-Direttiva (UE) 2023/2225)

    Informazzjoni Prinċipali

    Parti I    [Dejjem fuq l-ewwel paġna tal-formola]:



    Kreditur

    Fejn applikabbli

    Intermedjarju tal-kreditu

    [Identità]

    [Identità]

    L-ammont totali tal-kreditu

    Dan ifisser il-limitu massimu jew is-somom totali mqiegħda għad-dispożizzjoni skont il-ftehim ta’ kreditu.

     

    It-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu

     

    Ir-rata tas-self jew, fejn applikabbli, ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

    [%

    — fissa, jew

    — varjabbli,

    — perjodi]

    Rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI)

    Din hija l-kost totali espress bħala perċentwali annwali tal-ammont totali ta’ kreditu.

    Ir-RPAI qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

     

    L-ammont totali li ser ikollok tħallas

    Dan ifisser l-ammont ta’ kapital missellef miżjud bl-imgħax u l-ispejjeż possibbli relatati mal-kreditu tiegħek.

    [Is-somma tal-ammont totali ta’ kreditu u l-kost totali ta’ kreditu għall-konsumatur]

    Fejn applikabbli

    Il-kreditu jingħata fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti speċifiċi jew servizzi speċifiċi jew huwa marbut mal-provvista ta’ oġġetti speċifiċi jew il-forniment ta’ servizzi speċifiċi

    Isem tal-oġġett/tas-servizz

    Prezz fi flus kontanti

     

    Kostijiet fil-każ ta’ ħlasijiet tard

    Inti jkollok tħallas [... (rata tal-imgħax applikabbli u arranġamenti għall-aġġustament tagħha u, fejn applikabbli, imposti minħabba inadempjenza)] għal ħlasijiet tard.

    Parti II    [Jekk l-elementi li ġejjin ma jistgħux jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola fuq it-tieni paġna]:



    Pagamenti rateali u, fejn xieraq, l-ordni li fih il-pagamenti rateali ser ikunu allokati

    Ser ikollok tħallas dan li ġej:

    [L-ammont, in-numru u l-frekwenza tal-ħlasijiet li għandhom isiru mill-konsumatur]

    L-imgħax u/jew l-imposti ser ikollhom jitħallsu bil-mod li ġej:

    Twissija dwar il-konsegwenzi meta l-ħlasijiet ma jsirux jew isiru tard

    Ħlasijiet nieqsa jew li jsiru tard jista’ jkollhom konsegwenzi serji għalik (pereżempju, bejgħ furzat) u jagħmluha aktar diffiċli għalik biex tikseb kreditu fil-futur.

     

    Id-dritt ta’ rtirar

    Iva/le

    Ħlas lura antiċipat

    Għandek id-dritt li tantiċipa l-ħlas lura tal-kreditu kollu jew ta’ parti minnu fi kwalunkwe ħin.

    Fejn applikabbli

    Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat.

     

    Kreditur

    Indirizz ġeografiku

    Numru tat-telefown

    Indirizz tal-posta elettronika

    Indirizz web (*1)

     

    Fejn applikabbli

    Intermedjarju tal-kreditu

    Indirizz ġeografiku

    Numru tat-telefown

    Indirizz tal-posta elettronika

    Indirizz web (*1)

     

    (*1)   

    Din l-informazzjoni hija fakultattiva.

    Informazzjoni addizzjonali dwar il-ftehim ta’ kreditu

    1.    Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-prodott ta’ kreditu



    It-tip ta’ kreditu

     

    Fejn applikabbli

    Indikazzjoni li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas lura l-ammont totali tal-kreditu fi kwalunkwe ħin

     

    Fejn applikabbli

    Il-prezz kien personalizzat abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat.

     

    2.    Kostijiet tal-kreditu



    Fejn applikabbli

    Ir-rati tas-self differenti li japplikaw għall-ftehim ta’ kreditu

    [%

    — fissa, jew

    — varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali),

    — perjodi,

    — kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self,

    Eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI) u l-ammont totali li jitħallas mill-konsumatur

    [% Hawn għandu jiġi ppreżentat eżempju rappreżentattiv li jsemmi s-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta]

    Fejn applikabbli

    Spejjeż

    Fejn applikabbli

    Il-kundizzjonijiet li bihom dawk il-kostijiet jistgħu jinbidlu

    [Il-kostijiet applikabbli mill-mument li fih jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu]

    3.    Aspetti legali importanti oħra



    Terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu

    [Il-kundizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu]

    Fejn applikabbli

    Il-kreditur huwa intitolat għal kumpens fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat

    [Determinazzjoni tal-kumpens (metodu ta’ kalkolu) f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2023/2225]

    Konsultazzjoni ta’ bażi tad-data

    Il-kreditur għandu jinfurmak immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat tal-konsultazzjoni ta’ bażi tad-data, jekk applikazzjoni għal kreditu tkun irrifjutata abbażi ta’ tali konsultazzjoni.

     

    Fejn applikabbli

    Il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali

    L-informazzjoni li tinsab f’din il-formola hija valida minn […] sa […].

    Rigward rimedju

    Għandek id-dritt li jkollok aċċess għal mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti.

    [Il-mekkaniżmu ta’ lment u rimedju barra mill-qorti għall-konsumatur u kif għandu jiġi aċċessat]

    Twissija dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji ta’ nuqqas ta’ konformità

    Nuqqas ta’ konformità mal-impenji marbuta mal-ftehim ta’ kreditu għajr ħlasijiet tard jew maqbuża jista’ jkollu konsegwenzi serji għalik.

     

    Skeda tal-ħlas lura

    [Skeda tal-ħlas lura li jkun fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha li jridu jsiru mill-konsumatur matul il-kuntratt, inkluż dawk il-ħlasijiet għal kwalunkwe servizz anċillari]

    Fejn applikabbli

    4.    Informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji



    (a)  Dwar il-kreditur

     

    Fejn applikabbli

    Rappreżentant tal-kreditur fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħek

    Indirizz

    Numru tat-telefown

    Indirizz tal-posta elettronika

    Indirizz web (*1)

    [Identità]

    [Indirizz ġeografiku li għandu jintuża mill-konsumatur]

    Fejn applikabbli

    Reġistrazzjoni

    [Ir-reġistru kummerċjali li fih huwa mdaħħal il-kreditur u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru]

    Fejn applikabbli

    L-awtorità superviżorja

     

    (b)  Dwar il-ftehim ta’ kreditu

     

    Fejn applikabbli

    Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar

    [Struzzjonijiet prattiċi għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar li jindikaw, fost oħrajn, il-perjodu għall-irtirar, l-indirizz fejn għandha tintbagħat in-notifika tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar]

    Fejn applikabbli

    Il-liġi meħuda mill-kreditur bħala bażi għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu

     

    Fejn applikabbli

    Klawżola li tistipula l-liġi applikabbli għall-ftehim ta’ kreditu u/jew il-qorti kompetenti

    [Il-klawżola rilevanti għandha titniżżel hawn]

    Fejn applikabbli

    Reġim lingwistiku

    L-informazzjoni u t-termini kuntrattwali ser jingħataw bi [lingwa speċifika]. Bil-kunsens tiegħek, għat-tul tal-ftehim ta’ kreditu bi ħsiebna nikkomunikaw bi [lingwa speċifika/lingwi speċifiċi].

    (*1)   

    Din l-informazzjoni hija fakultattiva għall-kreditur.




    ANNESS III

    I.   L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza ta’ ġbid ta’ kreditu minn naħa waħda u l-ħlas lura u l-imposti min-naħa l-oħra.

    L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata perċentwali annwali ta’ imposta (RPAI), tammonta, fuq bażi annwali, għall-valur totali preżenti ta’ ġbid ta’ kreditu min-naħa l-waħda u t-total tal-valur preżenti ta’ ħlasijiet lura u tal-ħlasijiet ta’ imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:

    image

    fejn:



    — X

    hija r-RPAI,

    — m

    hija n-numru tal-aħħar ġbid ta’ kreditu,

    — k

    hija n-numru ta’ ġbid ta’ kreditu, għalhekk 1 ≤ k ≤ m,

    — Ck

    hija l-ammont ta’ ġbid ta’ kreditu k,

    — tk

    hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel ġbid ta’ kreditu u d-data ta’ kull ġbid ta’ kreditu sussegwenti, għalhekk t1 = 0,

    — m’

    hija n-numru tal-aħħar ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

    — l

    hija n-numru ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

    — Dl

    hija l-ammont ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti,

    — sl

    hija l-intervall, espress fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel ġbid ta’ kreditu u d-data ta’ kull ħlas lura jew ħlas ta’ imposti.

    Rimarki

    (a) 

    L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti ma għandhomx neċessarjament ikunu indaqs u ma għandhomx neċessarjament jitħallsu f’intervalli ugwali.

    (b) 

    Id-data tal-bidu għandha tkun dik tal-ewwel ġbid ta’ kreditu.

    (c) 

    L-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkoli għandhom jiġu espressi fi snin jew fi frazzjonijiet ta’ sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar huwa preżunt li fih 30.41666 jum (jiġifieri 365/12) irrispettivament minn jekk tkunx sena biżestili jew le.

    Fejn l-intervalli bejn id-dati użati fil-kalkoli ma jkunux jistgħu jiġu espressi f’numru sħiħ ta’ ġimgħat, xhur jew snin, l-intervalli għandhom jiġu espressi bħala numru sħiħ ta’ wieħed minn dawk il-perjodi flimkien ma’ numru ta’ jiem. Meta jintużaw il-jiem:

    (i) 

    kull jum għandu jingħadd, inkluż tmiem il-ġimgħa u btajjel;

    (ii) 

    perjodi ugwali u mbagħad il-jiem għandhom jingħaddu b’lura sad-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali;

    (iii) 

    it-tul tal-perjodu ta’ jiem għandu jinkiseb billi jiġi eskluż l-ewwel jum u inkluż l-aħħar jum u għandu jiġi espress fi snin billi dan il-perjodu jiġi diviż bin-numru ta’ jiem (365 jew 366) tas-sena sħiħa magħduda b’lura mill-aħħar jum sal-istess jum tas-sena preċedenti.

    (d) 

    Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress bi preċiżjoni ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-post deċimali segwenti tkun ugwali għal 5 jew akbar, iċ-ċifra f’dak il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b’wieħed.

    (e) 

    L-ekwazzjoni tista’ tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta’ somma waħda u l-kunċett ta’ flussi (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor imħallsa jew riċevuta matul il-perjodi 1 sa n, espressi fi snin, jiġifieri:

    image,

    fejn S hija l-bilanċ preżenti ta’ flussi. Jekk l-għan ikun li tinżamm l-ekwivalenza tal-flussi, il-valur ta’ S ikun żero.

    II.   Is-suppożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-RPAI għandhom ikunu kif ġej.

    (a) 

    Meta kuntratt ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà ta’ ġbid ta’ kreditu, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li ġie prelevat minnufih u kompletament.

    (b) 

    Meta kuntratt ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà ta’ ġbid ta’ kreditu b’mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta’ prelevament, limitazzjoni fir-rigward tal-ammont ta’ kreditu u l-perjodu ta’ żmien, l-ammont ta’ kreditu għandu jitqies bħala prelevat fl-eqreb data stabbilita fil-ftehim ta’ kreditu u f’konformità ma’ dawk il-limiti ta’ ġbid ta’ kreditu.

    (c) 

    Fejn kuntratt ta’ kreditu jipprovdi modi differenti ta’ ġbid ta’ flus b’imposti jew rati ta’ self differenti, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li ġie prelevat bl-ogħla imposta u rata ta’ self applikata għall-mekkaniżmu ta’ ġbid ta’ kreditu l-aktar komuni għal dak it-tip ta’ ftehim ta’ kreditu.

    (d) 

    Fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li huwa miġbud kompletament u għad-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk id-durata tal-faċilità ta’ overdraft ma tkunx magħrufa, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li d-durata tal-kreditu hija ta’ tliet xhur.

    (e) 

    Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa, għajr faċilità ta’ overdraft, għandu jiġi preżunt li:

    (i) 

    il-kreditu huwa pprovdut għal perjodu ta’ sena li jibda mid-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali, u li l-ħlas finali magħmul mill-konsumatur iħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm;

    (ii) 

    il-kapital huwa mħallas lura mill-konsumatur fi ħlasijiet indaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali. Madankollu, f’każijiet fejn il-kapital irid jitħallas lura biss kompletament fi ħlas uniku, f’kull perjodu ta’ ħlas, il-ġbid ta’ kreditu suċċessiv u l-ħlasijiet lura tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru fuq il-perjodu ta’ sena. L-imgħax u imposti oħra għandhom jiġu applikati f’konformità ma’ dawk il-ġbid ta’ kreditu u l-ħlasijiet lura ta’ kapital u kif stabbilit fil-ftehim ta’ kreditu.

    Għall-finijiet ta’ dan il-punt, ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa huwa ftehim ta’ kreditu mingħajr durata fissa u jinkludi krediti li jridu jitħallsu lura kompletament fi żmien jew wara perjodu iżda, ladarba jitħallsu lura, isiru disponibbli biex jerġgħu jiġu prelevati.

    (f) 

    Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu minbarra overdrafts u ftehimiet ta’ kreditu bla skadenza fissa kif imsemmija fil-preżunzjonijiet imniżżla fil-punti (d) u (e):

    (i) 

    meta d-data jew l-ammont ta’ ħlas lura ta’ kapital li għandu jsir mill-konsumatur ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati, għandu jiġi preżunt li l-ħlas lura jsir fl-eqreb data prevista fil-ftehim ta’ kreditu u huwa għall-aktar ammont baxx li għalih jipprevedi l-kuntratt ta’ kreditu;

    (ii) 

    fejn l-intervall bejn id-data tal-ġbid ta’ kreditu inizjali u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistax jiġi aċċertat, għandu jiġi preżunt li huwa l-iqsar intervall.

    (g) 

    Meta d-data jew l-ammont ta’ ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jkunux jistgħu jiġu aċċertati abbażi tal-ftehim ta’ kreditu jew is-suppożizzjonijiet imniżżla fil-punti (d), (e) jew (f), għandu jiġi preżunt li l-ħlas isir f’konformità mad-dati u l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-kreditur u, meta dawk id-dati u l-kundizzjonijiet ma jkunux magħrufa:

    (i) 

    l-imposti tal-imgħax jitħallsu flimkien mal-ħlas lura tal-kapital;

    (ii) 

    imposta mingħajr imgħax espressa bħala somma unika titħallas fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

    (iii) 

    imposti mingħajr imgħax espressi bħala diversi ħlasijiet jitħallsu f’intervalli regolari, li jibdew mad-data tal-ewwel ħlas lura tal-kapital, u fejn l-ammont ta’ tali ħlasijiet ma jkunx magħruf għandhom jiġu preżunti bħala ammonti indaqs;

    (iv) 

    il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.

    (h) 

    Fejn il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu jkun għadu ma ġiex miftiehem, ikun preżunt li huwa EUR 1 500 .

    (i) 

    Meta jiġu offruti rati tas-self u imposti differenti għal perjodu limitat jew ammont limitat, ir-rata tas-self u l-imposti għandhom jitqiesu bħala l-ogħla rata għad-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu.

    (j) 

    Għal ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi li għalihom tiġi miftiehma rata tas-self fissa għall-perjodu inizjali, li fi tmiemu tiġi ddeterminata rata tas-self ġdida u sussegwentement aġġustata perjodikament skont indikatur maqbul, il-kalkolu tar-RPAI għandu jkun ibbażat fuq il-preżunzjoni li, fi tmiem il-perjodu tar-rata tas-self fissa, ir-rata tas-self tkun l-istess bħal fil-mument tal-kalkolu tar-RPAI, abbażi tal-valur tal-indikatur maqbul f’dak il-mument.




    ANNESS IV

    Tabella ta’ korrelazzjoni



    Direttiva 2008/48/KE

    Din id-Direttiva

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 2(1)

     

    Artikolu 2(2), il-punti (a), (b) u (c)

    Artikolu 2(2), il-punti (a), (b) u (c)

    Artikolu 2(2), il-punt (d)

    Artikolu 2(2), il-punt (g)

    Artikolu 2(2), il-punti (e) u (f)

    -

    Artikolu 2(2), il-punti (g), (h), (i), (j), (k) u (l)

    Artikolu 2(2), il-punti (d), (e), (f), (i), (j) u (k)

    Artikolu 2(2a)

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 2(3)

    -

    Artikolu 2(4), (5) u (6)

    Artikolu 2(4), (6) u (7)

    Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (c)

    Artikolu 3, il-punti 1, 2 u 3

    -

    Artikolu 3, il-punti 4

    Artikolu 3, il-punti (d) u (e)

    Artikolu 3, il-punti 18 u 19

    Artikolu 3, punt (f)

    Artikolu 3, punt 12

    Artikolu 3, il-punti (g), (h), (i), (j), (k), (l) u (m)

    Artikolu 3, il-punti 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11

    Artikolu 3, il-punt (n)

    Artikolu 3, il-punt 20

    -

    Artikolu 3, il-punti 13, 14, 15, 16, 17, 18, 21 u 22

    -

    Artikolu 5

    -

    Artikolu 6

    -

    Artikolu 7

    Artikolu 4

    Artikolu 8

    -

    Artikolu 9

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 10(1), (3), (5) u (6)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 10(7)

    Artikolu 5(4)

    Artikolu 10(8)

    Artikolu 5(5)

    Artikolu 10(9)

    Artikolu 5(6)

    Artikolu 12(1), il-punti (a), (b) u (c) u Artikolu 12(2)

    Artikolu 6(1) u (3)

    Artikolu 11(1), (2) u (4)

    Artikolu 6(2)

    -

    Artikolu 6(4)

    Artikolu 11(6)

    Artikolu 6(5)

    -

    Artikolu 6(6)

    Artikolu 11(7)

    Artikolu 6(7)

    -

    Artikolu 7

    Artikolu 10(10) u Artikolu 11(8)

    -

    Artikolu 13

    Artikolu 8

    Artikolu 18

    -

    Artikolu 14

    -

    Artikolu 15

    -

    Artikolu 16

    -

    Artikolu 17

    Artikolu 9

    Artikolu 19

    Artikolu 10(1)

    Artikolu 20

    Artikolu 10(2), 10(3) u 10(4)

    Artikolu 21

    Artikolu 10(5)

    -

    Artikolu 11a

    Artikolu 22

    Artikolu 11

    Artikolu 23

    Artikolu 12

    Artikolu 24

    Artikolu 13

    Artikolu 28

    Artikolu 14

    Artikolu 26

    Artikolu 15

    Artikolu 27

    Artikolu 16

    Artikolu 29

    Artikolu 17

    Artikolu 39

    Artikolu 18

    Artikolu 25

    Artikolu 19

    Artikolu 30

    -

    Artikolu 31

    -

    Artikolu 32

    -

    Artikolu 33

    -

    Artikolu 34

    Artikolu 16a

    Artikolu 35

    -

    Artikolu 36

    Artikolu 20

    Artikolu 37

    Artikolu 21

    Artikolu 38

    -

    Artikolu 41

    Artikolu 22

    Artikolu 42, 43

    Artikolu 23

    Artikolu 44

    Artikolu 24

    Artikolu 40

    Artikolu 24a

    Artikolu 45

    Artikolu 26

    Artikolu 42(2)

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 48

    Artikolu 27(2)

    Artikolu 46

    Artikolu 28

    Artikolu 4

    Artikolu 29

    Artikolu 47

    Artikolu 30

    Artikolu 47

    Artikolu 31

    Artikolu 49

    Artikolu 32

    Artikolu 50

    Anness I

    Anness III

    Anness II

    Anness I

    Anness III

    Anness II

    -

    Anness IV



    ( 1 ) Ir-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

    ( 2 ) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

    ( 3 ) Id-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE (ĠU L 438, 8.12.2021, p. 1).

    ( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

    ( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

    ( 6 ) Kull fejn hemm indikat “fejn applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni tkun rilevanti għat-tip ta’ kreditu, jew iħassar l-informazzjoni jew ir-ringiela kollha fejn l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għat-tip ta’ kreditu kkonċernat.

    L-ispjegazzjonijiet bil-korsiv għandhom jgħinu lill-konsumatur jifhem iċ-ċifri aħjar.

    L-indikazzjonijiet bejn il-parentesi kwadri jagħtu spjegazzjoni lill-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu u jridu jiġu ssostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

    ( 7 ) Kull fejn hemm indikat “fejn applikabbli”, il-kreditur għandu jimla l-kaxxa jekk l-informazzjoni tkun rilevanti għat-tip ta’ kreditu, jew iħassar l-informazzjoni jew ir-ringiela kollha fejn l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għat-tip ta’ kreditu kkonċernat.

    L-ispjegazzjonijiet bil-korsiv għandhom jgħinu lill-konsumatur jifhem iċ-ċifri aħjar.

    L-indikazzjonijiet bejn il-parentesi kwadri jagħtu spjegazzjoni lill-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu u jridu jiġu sostitwiti bl-informazzjoni korrispondenti.

    ( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE (ĠU L, 2023/2225, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj).

    Top