This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R1232-20240515
Regulation (EU) 2021/1232 of the European Parliament and of the Council of 14 July 2021 on a temporary derogation from certain provisions of Directive 2002/58/EC as regards the use of technologies by providers of number-independent interpersonal communications services for the processing of personal and other data for the purpose of combating online child sexual abuse (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) 2021/1232.tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) 2021/1232.tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02021R1232 — MT — 15.05.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1232.TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (ĠU L 274 30.7.2021, p. 41) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2024/1307 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2024 |
L 1307 |
1 |
14.5.2024 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1232.TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Lulju 2021
dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri” jfisser servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972;
“materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online” tfisser:
pedopornografija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (c), tad-Direttiva 2011/93/UE;
prestazzjoni pornografika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (e), tad-Direttiva 2011/93/UE;
“solleċitazzjoni tat-tfal” tfisser kwalunkwe mġiba intenzjonali li tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/93/UE;
“abbuż sesswali tat-tfal online” tfisser “materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online” u solleċitazzjoni tat-tfal.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga
L-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE m’għandhomx japplikaw għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet li jinvolvu l-ipproċessar minn fornituri ta’ data personali u data oħra b’rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm:
l-ipproċessar ikun:
strettament meħtieġ għall-użu ta’ teknoloġija speċifika għall-iskop uniku li jiġi identifikat u jitneħħa l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u li dan jiġi rrapportat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal u li tiġi identifikata s-solleċitazzjoni tat-tfal u din tiġi rrapportata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;
proporzjonat u limitat għal teknoloġiji li jintużaw mill-fornituri għall-iskop stabbilit fil-punt (i):
limitat għal data dwar il-kontenut u data relatata dwar it-traffiku li hija strettament meħtieġa għall-iskop stabbilit fil-punt (i);
limitat għal dak li hu strettament meħtieġ għall-iskop stabbilit fil-punt (i);
it-teknoloġiji użati għall-iskop stabbilit fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu huma f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-industrija u huma l-inqas intrużivi possibbli għall-privatezza, inkluż fir-rigward tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku kif stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, sal-punt li jintużaw biex jiskennjaw komunikazzjonijiet li fihom test, ma jkunux kapaċi jiddeduċu s-sustanza tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet iżda jistgħu jidentifikaw biss xejriet li jindikaw il-possibbiltà ta’ abbuż sesswali tat-tfal online;
fir-rigward ta’ kwalunkwe teknoloġija speċifika użata għall-iskopstabbilit fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu, ikunu twettqu valutazzjoni minn qabel tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 u proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament;
fir-rigward ta’ teknoloġija ġdida, jiġifieri teknoloġija użata għall-iskop tal-identifikazzjoni ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online li ma tkunx intużat minn xi fornitur fir-rigward ta’ servizzi pprovduti lill-utenti tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (“utenti”) fl-Unjoni qabel it-2 ta’ Awwissu 2021, u fir-rigward tat-teknoloġija użata għall-iskop tal-identifikazzjoni ta’ solleċitazzjoni possibbli tat-tfal, il-fornitur jirrapporta lura lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri meħuda biex juri l-konformità mal-parir bil-miktub maħruġ f’konformità mal-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-awtorità superviżorja kompetenti ddeżinjata skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 1, ta’ dan ir-Regolament (“awtorità superviżorja”) matul il-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel;
it-teknoloġiji użati jkunu affidabbli biżżejjed fis-sens li jillimitaw kemm jista’ jkun ir-rata tal-iżbalji fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ kontenut li jirrappreżenta l-abbuż sesswali tat-tfal online u, fejn iseħħu tali żbalji okkażjonali, il-konsegwenzi tagħhom jiġu rettifikati mingħajr dewmien;
it-teknoloġiji użati għall-identifikazzjoni tax-xejriet tas-solleċitazzjoni possibbli tat-tfal tkun limitata għall-użu tal-indikaturi ewlenin rilevanti u fatturi ta’ riskju identifikati b’mod oġġettiv bħad-differenza fl-età u l-involviment probabbli ta’ xi tifel jew tifla fil-komunikazzjoni skennjata, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rieżami uman.
il-fonituri:
ikunu stabbilixxew proċeduri interni biex jipprevjenu l-abbuż tal-aċċess mhux awtorizzat għal, u t-trasferimenti mhux awtorizzati ta’, data personali u data oħra;
jiżguraw is-sorveljanza mill-bniedem tal-ipproċessar tad-data personali u data oħra u, fejn meħtieġ, l-intervent tal-bniedem f’tali pproċessar, bl-użu ta’ teknoloġiji li jaqgħu taħt dan ir-Regolament;
jiżguraw li materjal li ma jkunx ġie identifikat preċedentement bħala materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online jew ta’ solleċitazzjoni tat-tfal, ma jiġix irrappurtat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal mingħajr il-konferma minn qabel mill-bniedem;
ikunu stabbilixxew proċeduri xierqa u mekkaniżmi ta’ rimedju biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jressqu lmenti magħhom fi żmien raġonevoli bil-għan li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom;
jinfurmaw lill-utenti b’mod ċar, prominenti u komprensibbli dwar il-fatt li invokaw, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-deroga legali mill-Artikoli 5(1) u 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-utenti għall-iskop uniku stabbilit fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu, il-loġika wara l-miżuri li ħadu taħt id-deroga u l-impatt fuq il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-utenti, inkluża l-possibbiltà li d-data personali tiġi kondiviża mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;
jinfurmaw lill-utenti dwar dan li ġej, fejn il-kontneut tagħhom ikun tneħħa jew il-kont tagħhom ikun ġie mblukkat jew servizz offrut lilhom ikun ġie sospiż:
il-perkorsi għal tfittix ta’ rimedju mingħandhom;
il-possibbiltà li jressqu ilment quddiem awtorità superviżorja; u
id-dritt għal rimedju ġudizzjarju;
sat-3 ta’ Frar 2022, u minn hemm ’il quddiem sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, jippubblikaw u jissottomettu lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kummissjoni rapport tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament, inkluż dwar:
it-tip u l-volumi tad-data pproċessata;
ir-raġuni speċifika invokata għall-ipproċessar skont ir-Regolament (UE) 2016/679;
ir-raġuni invokata għat-trasferimenti tad-data personali barra mill-Unjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn ikun applikabbli;
l-għadd ta’ każijiet identifikati ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u s-solleċitazzjoni tat-tfal online;
l-għadd ta’ każijiet li fihom utent ikun ressaq ilment lill-mekkaniżmu ta’ rimedju intern jew lil xi awtorità ġudizzjarja u l-eżitu ta’ dawk l-ilmenti;
in-numri u l-proporzjonijiet tal-iżbalji (pożittivi foloz) tat-teknoloġiji differenti użati;
il-miżuri applikati biex jiġu limitati r-rata ta’ żball u r-rata ta’ żball miksuba;
il-politika taż-żamma u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data applikati skont ir-Regolament (UE) 2016/679;
l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li magħhom tkun ġiet kondiviża d-data skont dan ir-Regolament;
fejn ikun ġie identifikat abbuż sesswali tat-tfal online suspettat, id-data dwar il-kontenut u d-data relatata dwar it-traffiku pproċessata għall-fini stabbilit fil-punt (a)(i)„ u d-data personali ġġenerata permezz ta’ tali pproċessar jinħażnu b’mod sigur, unikament għall-finijiet ta’:
rapportar, mingħajr dewmien, tal-abbuż sesswali tat-tfal online suspettat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kompetenti u lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;
imblukkar tal-kont tal-utent ikkonċernat, jew sospensjoni jew terminazzjoni tal-forniment tas-servizz lill-utent ikkonċernat;
ħolqien ta’ firma diġitali unika, mhux konvertibbli mill-ġdid (“hash”) ta’ data identifikata b’mod affidabbli bħala materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online;
għoti ta’ possibilità lill-utent ikkonċernat li jfittex rimedju mill-fornitur jew ifittex rieżami amministrattiv jew rimedji ġudizzjarji dwar kwistjonijiet relatati mal-abbuż sesswali tat-tfal online suspettat; jew
għoti ta’ tweġiba għal talbiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji f’konformità mal-liġi applikabbli biex jipprovdulhom id-data meħtieġa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali kif stipulat fid-Direttiva 2011/93/UE;
id-data ma tinħażinx għal aktar minn kemm ikun strettament meħtieġ għall-iskop rilevanti stabbilit fil-punt (h) u, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali suspettat tat-tfal online;
kull każ ta’ suspett raġunat u vverifikat ta’ abbuż sesswali tat-tfal online jiġi rrapportat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.
Sat-3 ta’ April 2022, il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (c), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:
kienu qed jużaw teknoloġija speċifika qabel it-2 ta’ Awwissu 2021 għal-iskop stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i), mingħajr ma kienu kkompletaw proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ dik it-teknoloġija;
jibdew proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel, qabel it-3 ta’ Settembru 2021; u;
jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b’rabta ma l-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel msemmija fil-punt (b).
Sat-3 ta’ April 2022, il-kundizzjoni stabbilita fil--paragrafu 1, il-punt (d), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:
kienu qed jużaw xi teknoloġija kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel it-2 ta’ Awwissu 2021 mingħajr ma kienu kkompletawproċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ dik it-teknoloġija;
jibdew proċedura kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel it-3 ta’ Settembru 2021; u
jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b’rabta mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d).
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 9a(2).
Artikolu 4
Linji gwida tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Sat-3 ta’ Settembru 2021, u skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jippubblika linji gwida sabiex jassisti lill-awtoritajiet superviżorji fil-valutazzjoni ta’ jekk l-ipproċessar li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għal teknoloġiji eżistenti u ġodda użati għall-iskop stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(i), ta’ dan ir-Regolament, jikkonformax mar-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 5
Rimedji ġudizzjarji effettivi
F’konformità mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2002/58/KE, l-utenti għandu jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn huma jqisu li d-drittijiet tagħhom ikunu nkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali u data oħra għall-iskop stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(i) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Awtoritajiet superviżorji
L-awtoritajiet superviżorji maħtura skont il-Kapitolu VI, Taqsima 1, tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jimmonitorjaw l-ipproċessar li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kompetenzi u s-setgħat tagħhom skont dak il-Kapitolu.
Artikolu 7
Lista pubblika tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal
Artikolu 8
Statistika
Sat-3 ta’ Awwissu 2022, u fuq bażi annwali minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti bl-istatistika dwar dan li ġej:
l-għadd totali ta’ rapporti ta’ abbuż sesswali tat-tfal online identifikat li ġew sottomessi mill-fornituri u l-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi, li jagħmlu distinzjoni, fejn taliinformazzjoni tkun disponibbli, bejn l-għadd assolut ta’ każijiet u dawk il-każijiet irrapportati diversi drabi u t-tip ta’ fornitur li fuq is-servizz tiegħu ikun ġie identifikat l-abbuż sesswali tat-tfal online;
l-għadd ta’ tfal identifikati permezz ta’ azzjonijiet previsti fl-Artikolu 3, iddifferenzjat mill-ġeneru;
l-għadd ta’ awturi ta’ reat ikkundannati.
Artikolu 9
Rapport ta’ implimentazzjoni
Fir-rapport ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis, b’mod partikolari:
il-kundizzjonijiet kollha għall-ipproċessar tad-data personali u ta’ data oħra stabbilita fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(ii), u l-punti (b), (c) u (d);
il-proporzjonalità tad-deroga prevista minn dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni tal-istatistika sottomessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8;
l-iżviluppi fil-progress teknoloġiku fir-rigward tal-attivitajiet koperti b’dan ir-Regolament, u l-punt sa fejn dawn l-iżviluppi jtejbu l-akkuratezza u jnaqqsu l-għadd u l-proporzjon tal-iżbalji (pożittivi foloz).
Artikolu 9a
Proċedura ta’ kumitat
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.