Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019D0570-20210128

    Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta' April 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (notifikata bid-dokument C(2019) 2644) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/570/2021-01-28

    02019D0570 — MT — 28.01.2021 — 003.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/570

    tat-8 ta' April 2019

    li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE

    (notifikata bid-dokument C(2019) 2644)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 099 10.4.2019, p. 41)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1930 tat-18 ta’ Novembru 2019

      L 299

    55

    20.11.2019

    ►M2

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/414 tad-19 ta’ Marzu 2020

      L 82I

    1

    19.3.2020

    ►M3

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/452 tas-26 ta’ Marzu 2020

      L 94I

    1

    27.3.2020

    ►M4

    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/88 tas-26 ta’ Jannar 2021

      L 30

    6

    28.1.2021


    Ikkoreġuta bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 114, 14.4.2020, p.  16 (2020/414)

    ►C2

    Rettifika, ĠU L 195, 19.6.2020, p.  121 (2019/1930)

    ►C3

    Rettifika, ĠU L 195, 19.6.2020, p.  123 (2020/414)

    ►C4

    Rettifika, ĠU L 203, 26.6.2020, p.  96 (2020/452)




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/570

    tat-8 ta' April 2019

    li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE

    (notifikata bid-dokument C(2019) 2644)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Deċiżjoni tistipula regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, fir-rigward:

    (a) 

    Tal-kompożizzjoni inizjali ta' rescEU f'termini ta' kapaċitajiet u r-rekwiżiti ta' kwalità tagħha;

    ▼M1

    (b) 

    il-finanzjament tal-kapaċitajiet matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE;

    ▼M1

    (c) 

    ►C2  l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru; ◄

    ▼M2

    (d) 

    ►C3  l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3; ◄

    ▼M3

    (e) 

    ►C4  l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika; ◄

    ▼M3

    (f) 

    il-kategoriji ta’ riskji bi probabbiltà baxxa b’impatt għoli;

    (g) 

    il-kapaċitajiet ta’ rescEU stabbiliti biex jimmaniġġjaw riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.

    ▼M1

    Artikolu 1a

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    “kapaċità ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru (‘Medevac’)” tfisser kapaċità ta’ reazzjoni li tista’ tintuża għall-evakwazzjoni mill-ajru ta’ pazjenti b’mard li jittieħed ħafna kif ukoll mard li ma jitteħidx, bħal pazjenti li jeħtieġu kura intensiva, pazjenti li jeħtieġu li jiġu immobilizzati matul it-trasport fuq streċers u pazjenti li huma mweġgħin ħafifa;

    (2) 

    “EMT tat-tip 3” tfisser tim ta’ emerġenza skjerabbli ta’ persunal mediku u persunal ewlieni ieħor imħarreġ u mgħammar biex jikkura pazjenti affettwati minn diżastru u li jipprovdi konsultazzjoni ta’ pazjenti inpatient għal kura kirurġika kumplessa, inklużi kapaċità ta’ kura intensiva.

    ▼B

    Artikolu 2

    Il-kompożizzjoni inizjali ta' rescEU

    ▼M1

    1.  

    rescEU għandu jikkonsisti minn dawn il-kapaċitajiet:

    — 
    kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru;
    — 
    kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru;

    ▼M2

    — 
    kapaċitajiet ta’ tim mediku ta’ emerġenza;

    ▼M4

    — 
    kapaċitajiet ta’ ħażniet mediċi;

    ▼M4

    — 
    kapaċitajiet fil-qasam ta’ inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari.

    ▼M1

    2.  

    Il-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

    (a) 

    kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani;

    (b) 

    kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ħelikopters;

    (c) 

    kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru ta’ pazjenti b’mard li jittieħed ħafna;

    (d) 

    kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għall-vittmi ta’ diżastri;

    ▼M2

    (e) 

    kapaċitajiet ta’ tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment;

    ▼M4

    (f) 

    il-ħażna ta’ kontromiżuri mediċi jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, kif imsemmi fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

    ▼M4

    (g) 

    kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN).

    ▼B

    3.  
    Ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 3

    Arranġamenti finanzjarji għall-kapaċitajiet ta' rescEU kif riferuti fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi fil-programm ta' ħidma annwali l-kriterji għall-għoti ta' għotjiet diretti biex ikopru l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE li huma meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess rapidu għall-kapaċitajiet li jikkorrispondu ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 2.
    2.  
    L-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom ikunu spejjeż stand-by, inkluż, jekk applikabbli, spejjeż relatati ma' manutenzjoni, spejjeż relatati ma' taħriġ, inkluż it-taħriġ tal-ekwipaġġ u l-persunal tekniku, spejjeż relatati mal-ħżin, spejjeż relatati mal-assigurazzjoni, kif ukoll spejjeż oħra meħtieġa biex tiġi żgurata d-disponibbiltà effettiva ta' dawn il-kapaċitajiet.

    ▼C2

    Artikolu 3a

    L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika

    1.  
    Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru.
    2.  
    Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika tal-ajru għal pazjenti b’mard li jittieħed ħafna u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal vittmi ta’ diżastri għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jagħtu b’kirja l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
    3.  
    Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal kapaċità ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal pazjenti b’mard li jittieħed ħafna u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal vittmi ta’ diżastri għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Din l-ispiża għandha tintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
    4.  
    L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jikri jew jilloka tali kapaċità tar-rescEU.

    Artikolu 3b

    L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3

    1.  
    Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment.
    2.  
    Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Il-Kura Inpatient b’Riferiment għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq applikabbli fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jillokaw l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
    3.  
    Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Il-Kura Inpatient b’Riferiment għandha tiġi kkalkulata darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Din l-ispiża għandha tintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
    4.  
    L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jikri jew jilloka tali kapaċità tar-rescEU.

    ▼M2

    Artikolu 3c

    ▼C3

    L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika

    1.  
    Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika.
    2.  
    L-ispejjeż tat-tagħmir tal-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-prezzijiet tas-suq fil-mument meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati skont l-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE.

    ▼M2

    Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jillokaw il-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza li tkun ekwivalenti.

    ▼C3

    3.  
    Il-kategoriji tal-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dak il-kalkolu tal-ispejjeż totali stmati għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
    4.  
    L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess li jakkwista, jikri jew jilloka xi kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika.

    ▼M3

    Artikolu 3d

    Kategoriji ta’ riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli

    Għall-finijiet li jiġu stabbiliti kapaċitajiet ta’ rescEU neċessarji għal rispons għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

    (a) 

    l-imprevedibbiltà jew in-natura straordinarja tad-diżastru;

    (b) 

    l-iskala ta’ diżastru, inklużi mases ta’ vittmi, mases ta’ mwiet, u spostament tal-massa;

    (c) 

    id-durata mdewma ta’ diżastru;

    (d) 

    il-grad ta’ kumplessità ta’ diżastru;

    (e) 

    ir-riskju potenzjali ta’ tfixkil serju tal-funzjonament tal-gvern nazzjonali, inkluż il-provvediment ta’ servizzi soċjali, ambjentali, ekonomiċi u tas-saħħa pubblika, jew it-tfixkil tal-infrastruttura kritika msemmija fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE ( 2 );

    (f) 

    il-firxa ġeografika, inkluż il-potenzjal tal-impatti li jinfirxu lil hinn mill-fruntieri;

    (g) 

    fatturi oħrajn bħall-attivazzjoni fil-modalità sħiħa tal-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi (IPCR) tal-Kunsill jew l-invokazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà skont l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3e

    Kapaċitajiet ta’ rescEU stabbiliti biex jirrispondu għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli

    1.  
    Kapaċitajiet li jikkorrespondu għal avvenimenti kkaratterizzati mill-inqas minn tnejn mill-kategoriji, kif speċifikati fl-Artikolu 3d, għandhom jiġu stabbiliti bl-objettiv li jirrispondu għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.
    2.  
    Għal kull kapaċità ta’ rescEU ddefinita skont l-Artikolu 2(2), il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk il-kapaċità tistax tiġi stabbilita biex tirrispondi għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli.

    ▼M4

    3.  
    il-kapaċitajiet ta’ rescEU msemmija fil-punti (c) sa (g) taħt l-Artikolu 2(2) għandhom jiġu stabbiliti bl-għan li jimmaniġġjaw riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri kull spiża neċessarja biex tiżgura d-disponibbiltà u l-iskjerabbiltà tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 21(4) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
    4.  
    Meta l-kapaċitajiet ta’ rescEU msemmija fil-punti (c) sa (g) taħt l-Artikolu 2(2) jiġu skjerati skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tkopri 100 % tal-ispejjeż operazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 23(4b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    ▼M4

    Artikolu 3f

    Stima tal-ispejjeż totali tal-kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRN tar-rescEU

    1.  
    Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika.
    2.  
    Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-kost totali stmat għal kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRN għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq applikabbli fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jinkisbu, jingħataw b’kiri jew jinkrew f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jagħtu b’kirja l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
    3.  
    Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-kost totali stmat għall-kost totali stmat tal-kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRNM għandha tiġi kkalkulata darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dan il-kost għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
    4.  
    Il-kost totali stmat msemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi kkalkolat fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jagħti k’kirja jew jikri tali kapaċità rescEU.

    ▼B

    Artikolu 4

    Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE

    Il-Kapitolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/762/UE jitħassar.

    Artikolu 5

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS

    REKWIŻITI TA' KWALITÀ GĦALL-KAPAĊITAJIET TAR-RESCEU

    1.    Kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani



    Il-kompiti

    — Kontribuzzjoni fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' tifi tan-nar mill-ajru.

    Kapaċitajiet

    — 2 ajruplani b'kapaċità minima ta' 3 000 litru kull wieħed jew ajruplan b'kapaċità minima ta' 8 000 litru (1).

    — Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

    Elementi prinċipali

    — Ajruplan.

    — Minimu ta' żewġ ekwipaġġi.

    — Persunal tekniku.

    — Apparat għall-manutenzjoni fuq il-post.

    — Tagħmir ta' komunikazzjoni li jippermetti komunikazzjoni mill-ajru fuq il-baħar u mill-ajru għall-art.

    Awtosuffiċjenza

    — Ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu.

    — Tagħmir għall-komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta f'każ ta' rispons ta' intervent rapidu (2).

    — L-abbiltà li tintuża f'firxa ta' 2 000 km fi żmien massimu ta' 24 siegħa.

    (1)   

    Tali rekwiżiti jistgħu jkunu soġġetti għal rieżami bbażat fuq l-iżviluppi possibbli fis-suq tal-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar mill-ajru ta' foresti, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà tal-parts tal-bdil.

    (2)   

    Rispons ta' intervent rapidu huwa operazzjoni ta' rispons li ddum sa ġurnata waħda, inkluża t-titjira lejn u mis-sit fejn tinsab il-kapaċità rescEU.

    2.    Kapaċitajiet tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters



    Il-kompiti

    — Kontribuzzjoni fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' tifi tan-nar mill-ajru.

    Kapaċitajiet

    — Ħelikopter b'kapaċità minima ta' 3 000 litru (1).

    — Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

    Elementi prinċipali

    — Ħelikopter b'minimu ta' żewġ ekwipaġġi.

    — Persunal tekniku.

    — Barmil tal-ilma jew kits tar-rilaxx.

    — Sett tal-manutenzjoni.

    — Sett ta' spare parts.

    — Winċijiet għas-salvataġġ.

    — Tagħmir ta' komunikazzjoni li jippermetti komunikazzjoni mill-ajru fuq il-baħar u mill-ajru għall-art.

    Awtosuffiċjenza

    — Ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu;

    — Tagħmir għall-komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta f'każ ta' rispons ta' intervent rapidu (2).

    — L-abbiltà li tintuża f'firxa ta' 2 000 km fi żmien massimu ta' 24 siegħa.

    (1)   

    Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 35 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE u meta jkun iġġustifikat abbażi tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà reġjonali, il-kapaċitajiet ta' tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters jistgħu jkunu magħmula minn massimu ta' 3 ħelikopters b'kapaċità minima totali ta' 3 000 litru.

    (2)   

    Rispons ta' intervent rapidu huwa operazzjoni ta' rispons li ddum sa ġurnata waħda, inkluża t-titjira lejn u mis-sit fejn tinsab il-kapaċità rescEU.

    ▼M1

    3.    Kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru ta’ pazjenti b’mard li jittieħed ħafna;



    Kompiti

    — Trasport bl-ajru, inkluż trattament matul it-titjira ta’ pazjenti b’mard li jittieħed ħafna (HID) għal faċilitajiet tas-saħħa speċjalizzati fl-Unjoni.

    Kapaċitajiet

    — Inġenji tal-ajru li għandhom il-kapaċità li jittrasportaw pazjent wieħed jew aktar ta’ HID għal kull titjira;

    — Kapaċità ta’ titjiriet lejl u nhar.

    Elementi prinċipali

    — Sistema għal trattament mediku għal matul it-titjira ta’ pazjenti HID, inkluża kura intensiva (1):

    — 

    — Persunal mediku mħarreġ b’mod xieraq biex jipprovdi kura lil pazjent wieħed tal-HID jew aktar;

    — Tagħmir tekniku u mediku apposta abbord biex tingħata kura lill-pazjenti HID matul it-titjira;

    — Proċeduri xierqa li jiżguraw l-iżolament u t-trattament ta’ pazjenti HID matul it-trasport bl-ajru.

    — Sostenn:

    — 

    — Ekwipaġġ tal-ajru adattat għall-għadd ta’ pazjenti HID u l-perjodu ta’ żmien tat-titjira;

    — Proċeduri xierqa li jiżguraw it-trattament ta’ tagħmir u skart kif ukoll dekontaminazzjoni skont standards internazzjonali stabbiliti, inkluża, fejn applikabbli, leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti.

    Awtosuffiċjenza

    — Ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu;

    — Tagħmir għal komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 24-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Għal evakwazzjonijiet interkontinentali, l-abbiltà li titwettaq titjira ta’ 12-il siegħa mingħajr riforniment ta’ fjuwil.

    (1)   

    Sistema bħal din tista’ tinkludi l-approċċ ristrett.

    4.    Kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għall-vittmi ta’ diżastri;



    Kompiti

    — Trasport bl-ajru ta’ vittmi ta’ diżastri għal faċilitajiet tas-saħħa fl-Unjoni.

    Kapaċitajiet

    — Inġenji tal-ajru b’kapaċità ġenerali li jittrasportaw mill-inqas sitt pazjenti fil-bżonn ta’ kura intensiva u b’kapaċità għat-trasport ta’ pazjenti fuq streċers jew pazjenti bilqiegħda, jew it-tnejn li huma;

    — Kapaċità ta’ titjiriet lejl u nhar.

    Elementi prinċipali

    — Kura medika matul it-titjira, inkluża kura intensiva:

    — 

    — Persunal mediku mħarreġ kif xieraq li kapaċi jipprovdi trattament mediku abbord għat-tipi differenti ta’ pazjenti;

    — Tagħmir tekniku u mediku apposta abbord biex tingħata kura xierqa kontinwa lid-diversi tipi ta’ pazjenti matul it-titjira;

    — Proċeduri xierqa li jiżguraw it-trasport u t-trattament matul it-titjira tal-pazjenti.

    — Sostenn:

    — 

    — Ekwipaġġ tal-ajru u persunal mediku adattat għall-għadd u għat-tipi ta’ pazjenti u l-perjodu ta’ żmien tat-titjira.

    Awtosuffiċjenza

    — Ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu;

    — Tagħmir għal komunikazzjoni ma’ sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fuq il-post.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 24-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Għall-ajruplani, l-abbiltà li titwettaq titjira ta’ sitt sigħat mingħajr riforniment ta’ fjuwil.

    5.    Kapaċitajiet ta’ tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment



    Kompiti

    — Il-provvista ta’ kura inpatient b’referiment u kirurġija kumplessa kif deskritta mill-inizjattiva globali tal-EMT taħt l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (id-WHO).

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità ta’ trattament minimu skont l-istandards tal-inizjattiva globali tal-EMT taħt id-WHO;

    — Servizzi ta’ bi nhar u ta’ billejl (li jkopru 24/7 jekk ikun meħtieġ).

    Elementi prinċipali

    — F’konformità mal-istandards tal-inizjattiva globali tal-EMT taħt id-WHO.

    Awtosuffiċjenza

    — Jenħtieġ li t-tim jiżgura li jibqa’ awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-iskjerament. L-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE japplika u, barra minn hekk, japplikaw l-istandards tal-inizjattiva globali tal-EMT taħt id-WHO.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq f’ħin massimu ta’ 48-72 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta, u kapaċità li jkun operattiv fuq il-post fi żmien ħames - sebat (5-7) ijiem.

    — Kapaċità li jibqa’ operattiv għal mill-anqas tmien (8) ġimgħat barra mill-Unjoni u għallinqas 14-il jum fi ħdan l-Unjoni.

    ▼M2

    6.    ►C1  Il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi u/jew ta’ tagħmir protettiv personali li għandu l-għan li jiġġieled kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa  ◄



    Kompiti

    —  ►C1  Il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi, li jinkludu l-vaċċini jew aġenti terapewtiċi, it-tagħmir mediku ta’ kura intensiva, it-tagħmir protettiv personali, jew il-provvisti għal-laboratorju, għall-fini ta’ tħejjija u reazzjoni għal theddida transkonfinali serja għas-saħħa ◄  (1).

    Kapaċitajiet

    — Numru adegwat ta’ dożi ta’ vaċċini meħtieġa għall-individwi meqjusa li jkunu f’riskju (2) marbuta ma’ każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa.

    — Numru adegwat ta’ dożi ta’ aġenti terapewtiċi meħtieġa fit-trattament ta’ xi każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa.

    — Il-vaċċini u l-aġenti terapewtiċi għandhom ikunu jissodisfaw xi wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

    — 

    — Awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-EMA;

    — Rakkomandazzjoni pożittiva għall-użu ta’ kompassjoni jew għall-użu f’każ ta’ emerġenza mill-EMA jew minn xi aġenzija regolatorja nazzjonali ta’ xi Stat Membru;

    — Rakkomandazzjoni pożittiva għal użu estiż jew ta’ emerġenza mid-WHO u aċċettazzjoni ta’ mill-inqas Aġenzija Nazzjonali Regolatorja waħda ta’ xi Stat Membru.

    — Tagħmir mediku ta’ kura intensiva adegwat (3), li jipprovdi kura ta’ appoġġ lil xi każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, skont l-istandards tal-WHO.

    — Għadd adegwat ta’ settijiet ta’ tagħmir protettiv personali (4) għal individwi meqjusa li huma f’riskju (5) marbuta ma’ każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, skont l-istandards tal-ECDC u tad-WHO.

    — Għadd adegwat ta’ provvisti ta’ laboratorju, inkluż materjal ta’ kampjunar, reaġenti tal-laboratorju, tagħmir u oġġetti konsumabbli (6), biex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ dijanjożi fil-laboratorju għal każ wieħed jew aktar ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa.

    Elementi prinċipali

    —  ►C1  Faċilitajiet ta’ ħażna xierqa fl-Unjoni (7) u sistema adegwata ta’ monitoraġġ tal- kumulazzjoni ta’ riżerva. ◄

    — Proċeduri xierqa li jiżguraw l-imballaġġ, it-trasport u l-konsenja b’mod adegwat tal-prodotti msemmija taħt il-kapaċitajiet, fejn meħtieġ.

    — Persunal imħarreġ b’mod xieraq biex jittratta, u jamministra l-prodotti msemmija taħt il-kapaċitajiet.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    (1)   

    Kif definit fid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE.

    (2)   

    ►C1   ►C3  Individwi meqjusa f’riskju jistgħu jinkludu: kuntatti b’potenzjal ta’ riskju għoli, dawk li jagħtu l-ewwel rispons, il-ħaddiema tal-laboratorju, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-membri tal-familja u gruppi vulnerabbli oħra definiti. ◄  ◄

    (3)   

    Dan jista’ jinkludi ventilaturi għall-kura intensiva, iżda ma jkunx limitat għalihom.

    (4)   

    Huma koperti dawn il-kategoriji: (i) il-protezzjoni tal-għajnejn; (ii) il-protezzjoni tal-idejn; (iii) il-protezzjoni respiratorja; (iv) il-protezzjoni tal-ġisem; kif ukoll (v) il-protezzjoni tas-saqajn.

    (5)   

    Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.

    (6)   

    ►C1  Din tista’ tinkludi reaġenti ta’ RT-PCR, bħal enżimi, reaġenti tal-estrazzjoni tal-RNA, ħin tal-magna għall-estrazzjoni tal-RNA, ħin tal-magna għall-PCR, reaġenti tal-primer u tas-sonda, reaġenti għall-kontrolli pożittivi, oġġetti konsumabbli tal-laboratorju PCR (eż. tubi, pjanċi) u diżinfettanti, iżda mhux limitata għalihom. ◄

    (7)   

    Għall-finijiet tal-loġistika tal-faċilitajiet tal-ħażna, “fl-Unjoni” tinkludi t-territorji tal-Istati Membri u tal-Istati Parteċipanti fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili.

    ▼M4

    7.    id-dekontaminazzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari



    Kompiti

    — Dekontaminazzjoni minn aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari tal-infrastruttura, bini, vetturi, tagħmir, evidenza kritika jew persuni affettwati, inklużi l-imwiet.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità ta’ dekontaminazzjoni adegwata għall-infrastruttura, il-bini, il-vetturi, it-tagħmir u l-evidenza kritika;

    — Jekk il-kapaċità tkopri d-dekontaminazzjoni ta’ persuni, kapaċità adegwata ta’ dekontaminazzjoni għal mill-inqas 200 persuna ambulanti fis-siegħa u 20 persuna mhux ambulanti fis-siegħa kif ukoll fatalitajiet;

    — Ħila ta’ dekontaminazzjoni minn sustanzi kimiċi industrijali tossiċi komuni, aġenti tal-gwerra rikonoxxuti, aġenti infettivi bijoloġiċi (patoġeni) u tossini, u radjunuklidi;

    — Ħila ta’ ħolqien ta’ faċilitajiet temporanji ta’ dekontaminazzjoni f’raġġ sikur, li jissorvelja ż-żona ta’ dekontaminazzjoni sabiex l-ambjent tax-xogħol jinżamm sikur u li jevalwa l-effettività tad-dekontaminazzjoni.

    Elementi prinċipali

    — Tagħmir xieraq, teknoloġija u soluzzjonijiet xierqa għad-dekontaminazzjoni minn sustanzi kimiċi industrijali tossiċi komuni, aġenti tal-gwerra rikonoxxuti, aġenti bijoloġiċi infettivi (patoġeni) u tossini u radjunuklidi;

    — Tagħmir xieraq għall-monitoraġġ tal-progress tal-operazzjonijiet ta’ dekontaminazzjoni;

    — Tagħmir u persunal xieraq biex iwettaq dekontaminazzjoni tal-infrastruttura, bini, vetturi, tagħmir, evidenza kritika u kapaċitajiet;

    — Jekk il-kapaċità tkopri d-dekontaminazzjoni ta’ persuni, tagħmir u persunal xieraq biex iwettqu dekontaminazzjoni ta’ persuni ambulanti u mhux ambulanti;

    — Kapaċità u proċeduri xierqa għall-monitoraġġ taż-żona ta’ dekontaminazzjoni biex l-ambjent tax-xogħol jinżamm sikur u biex tiġi vverifikata l-effettività tad-dekontaminazzjoni;

    — Tagħmir protettiv personali xieraq biex jopera b’mod sikur f’ambjent ikkontaminat għall-perjodu sħiħ tal-użu;

    — Sistema ta’ ppumpjar u kontenituri adegwati biex jieħdu l-ilma lokalment;

    — Sistema u proċeduri sikuri u siguri għall-ġestjoni tal-iskart matul u wara d-dekontaminazzjoni, inklużi soluzzjonijiet ta’ konteniment għall-ħżin temporanju u sikur ta’ skart ikkontaminat, pompi, fdalijiet tal-kombustjoni tal-iskart, ilma kkontaminat u tagħmir għat-trattament tal-ilma mormi. L-immaniġġjar tal-iskart perikoluż, inkluż l-ilma kkontaminat u prodotti sekondarji oħra, se jitwettaq skont ir-regolamenti rilevanti tal-Unjoni jew internazzjonali, jew il-leġiżlazzjoni tan-nazzjon ospitanti, skont liema tkun l-aktar stretta u bl-appoġġ tan-nazzjon ospitanti.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12(1) u (2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/762/UE;

    — Ħila ta’ dekontaminazzjoni tal-persunal proprju tal-kapaċità.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Ħila li jinżammu l-operazzjonijiet għal mill-inqas 14-il jum kontinwu.



    ( 1 ) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

    ( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

    Top