EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R1860-20210803
Regulation (EU) 2018/1860 of the European Parliament and of the Council of 28 November 2018 on the use of the Schengen Information System for the return of illegally staying third-country nationals
Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali
Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali
02018R1860 — MT — 03.08.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2018/1860 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-28 ta' Novembru 2018 (ĠU L 312 7.12.2018, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2021/1152 TAL-PARLAMENT U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 249 |
15 |
14.7.2021 |
REGOLAMENT (UE) 2018/1860 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-28 ta' Novembru 2018
dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul u l-ipproċessar ta' allerti fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-Istati Membri fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) stabbiliti bir-Regolament (UE) 2018/1861, kif ukoll għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar tali allerti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ritorn” tfisser ritorn kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“deċiżjoni ta' ritorn” tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jistipula jew jiddikjara li s-soġġorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz huwa illegali u li jimponi jew jiddikjara obbligu ta' ritorn li jirrispetta d-Direttiva 2008/115/KE;
“allert” tfisser allert kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;
“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni supplimentari kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;
“tneħħija” tfisser tneħħija kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“tluq volontarju” tfisser tluq volontarju kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;
“Stat Membru emittenti” tfisser Stat Membru emittenti kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;
“Stat Membru tal-għoti” tfisser Stat Membru tal-għoti kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;
“Stat Membru ta' eżekuzzjoni” tfisser Stat Membru ta' eżekuzzjoni kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;
“data personali” tfisser data personali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;
“CS-SIS” tfisser il-funzjoni ta' appoġġ tekniku tas-SIS Ċentrali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/1861;
“permess ta' residenza” tfisser permess ta' residenza kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;
“viża għal soġġorn fit-tul” tfisser viża għal soġġorn fit-tul kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom ( 1 );
“hit” tfisser hit kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;
“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser theddida għas-saħħa pubblika kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;
“fruntieri esterni” tfisser fruntieri esterni kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399.
Artikolu 3
Dħul ta' allerti dwar ritorn fis-SIS
Artikolu 4
Kategoriji ta' data
Allert dwar ritorn imdaħħal fis-SIS skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandu jkun fih biss id-data li ġejja:
kunjomijiet;
ismijiet;
ismijiet u kunjomijiet mat-twelid;
ismijiet u psewdonimi użati preċedentement;
post tat-twelid;
data tat-twelid;
ġeneru;
kwalunkwe nazzjonalità;
jekk il-persuna kkonċernata:
hijiex armata;
hijiex vjolenti;
tkunx evadiet il-ġurisdizzjoni tal-qorti jew ħarbet;
hijiex f'riskju ta' suwiċidju;
hijiex ta' theddida għas-saħħa pubblika; jew
hijiex involuta f'attività msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541;
ir-raġuni għall-allert;
l-awtorità li ħolqot l-allert;
referenza għad-deċiżjoni li wasslet għall-allert;
l-azzjoni li għandha tittieħed f'każ ta' hit;
rabtiet ma' allerti oħra maħruġa skont l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/1861;
jekk id-deċiżjoni ta' ritorn inħarġitx b'rabta ma' ċittadin ta' pajjiż terz li huwa ta' theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali;
it-tip ta' reat;
il-kategorija tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;
il-pajjiż li joħroġ id-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;
in-numru(i) tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;
id-data tal-ħruġ tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;
ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ;
data dattiloskopika;
kopja tad-dokumenti ta' identifikazzjoni, bil-kulur kull fejn possibbli;
l-aħħar data tal-perijodu għal tluq volontarju, jekk tingħata;
jekk id-deċiżjoni ta' ritorn ġietx sospiża jew l-infurzar tad-deċiżjoni ġiex pospost, inkluż b'riżultat tal-preżentazzjoni ta' appell;
jekk id-deċiżjoni ta' ritorn hijiex akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul li tikkostitwixxi l-bażi għal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn skont il-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2018/1861.
Id-data dattiloskopika msemmija fil-punt (v) tal- paragrafu 1 tista' tikkonsisti minn:
wieħed sa għaxar marki tas-swaba' ċatti u minn wieħed sa għaxar marki tas-swaba' rroljati taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat;
sa żewġ marki tal-pala tal-id fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-marki tas-swaba' tagħhom ma jkunux jistgħu jittieħdu;
sa żewġ marki tal-pala tal-id fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni tal-liġi kriminali jew li jkunu wettqu reat kriminali fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ id-deċiżjoni ta' ritorn.
Artikolu 5
Awtorità responsabbli mill-iskambju ta' informazzjoni supplimentari
L-Uffiċċju SIRENE appuntat taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1861 għandu jiżgura l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari kollha dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal allert dwar ritorn, f'konformità mal-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 6
Hits fuq il-fruntieri esterni mal-ħruġ — Konferma ta' ritorn
F'każ ta' hit rigward allert dwar ritorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkun ħiereġ mit-territorju tal-Istati Membri mill-fruntiera esterna ta' Stat Membru, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari:
li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ġie identifikat;
il-post u l-ħin tal-verifika;
li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun telaq mit-territorju tal-Istati Membri;
li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz kien soġġett għal tneħħija, jekk dan ikun il-każ.
Meta ċittadin ta' pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' allert dwar ritorn joħroġ mit-territorju tal-Istati Membri mill-fruntiera esterna tal-Istat Membru emittenti, il-konferma tar-ritorn għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru f'konformità mal-proċeduri nazzjonali.
Artikolu 7
Nonkonformità ma' deċiżjonijiet ta' ritorn
Artikolu 8
Hits fuq il-fruntieri esterni mad-dħul
F'każ ta' hit rigward allert dwar ritorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkun dieħel fit-territorju tal-Istati Membri mill-fruntieri esterni, għandu japplika s-segwenti:
fejn id-deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. L-Istat Membru emittenti għandu immedjatament iħassar l-allert dwar ritorn u jdaħħal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn skont il-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2018/1861;
fejn id-deċiżjoni ta' ritorn ma tkunx akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, sabiex l-Istat Membru emittenti jħassar l-allert dwar ritorn mingħajr dewmien.
Id-deċiżjoni dwar id-dħul taċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandha tittieħed mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.
Artikolu 9
Konsultazzjoni qabel ma jingħata jew jiġi estiż permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul
Fejn Stat Membru jkun qed jikkunsidra l-għoti jew l-estensjoni ta' permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul lil ċittadin ta' pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' allert dwar ritorn imdaħħal minn Stat Membru ieħor li jkun akkumpanjat minn projbizzjoni fuq id-dħul, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:
l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkonsulta lill-Istat Membru emittenti qabel ma jagħti jew jestendi l-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul;
l-Istat Membru emittenti għandu jwieġeb it-talba għal konsultazzjoni fi żmien 10 ijiem kalendarji;
in-nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenza msemmija fil-punt (b) għandu jfisser li l-Istat Membru emittenti ma joġġezzjonax għall-għoti jew l-estensjoni tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;
meta jieħu d-deċiżjoni rilevanti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru emittenti u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;
l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni tiegħu; u
fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru emittenti li huwa biħsiebu jagħti jew jestendi l-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul jew li huwa jkun iddeċieda li jagħmel dan, l-Istat Membru emittenti għandu jħassar l-allert dwar ritorn.
Id-deċiżjoni finali dwar jekk jagħtix permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul lil ċittadin ta' pajjiż terz, għandha tittieħed mill-Istat Membru tal-għoti.
Artikolu 10
Konsultazzjoni qabel ma jiddaħħal allert dwar ritorn
Fejn Stat Membru jkun ħareġ deċiżjoni ta' ritorn f'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115/KE u jkun qed jikkunsidra għandux idaħħal allert dwar ritorn fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew ta' viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, skont ir-regoli li ġejjin:
l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn għandu jinforma lill-Istat Membru tal-għoti dwar id-deċiżjoni;
l-informazzjoni skambjata taħt il-punt (a) għandha tinkludi biżżejjed dettall dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni ta' ritorn;
abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra jekk hemmx raġunijiet għall-irtirar tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;
meta jieħu d-deċiżjoni rilevanti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;
fi żmien 14-il jum kalendarju mill-wasla tat-talba għall-konsultazzjoni l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn jew, fejn ma kienx possibbli li l-Istat Membru tal-għoti jieħu deċiżjoni f'dak il-perijodu, għandu jagħmel talba motivata biex b'mod eċċezzjonali jiġi estiż il-perijodu ta' żmien għat-tweġiba tiegħu għal mhux aktar minn 12-il jum kalendarju ieħor;
fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn li huwa ser iżomm il-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn ma għandux idaħħal l-allert dwar ritorn.
Artikolu 11
Konsultazzjoni a posteriori wara li jiddaħħal allert dwar ritorn
Fejn jirriżulta li Stat Membru jkun daħħal allert dwar ritorn dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru emittenti jista' jiddeċiedi li jirtira d-deċiżjoni ta' ritorn. Fil-każ ta' tali rtirar, huwa għandu jħassar immedjatament l-allert dwar ritorn. Madankollu, fejn l-Istat Membru emittenti jiddeċiedi li jżomm id-deċiżjoni ta' ritorn maħruġa f'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115/KE, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:
l-Istat Membru emittenti għandu jinforma lill-Istat Membru tal-għoti dwar id-deċiżjoni ta' ritorn;
l-informazzjoni skambjata taħt il-punt (a) għandha tinkludi biżżejjed dettall dwar ir-raġunijiet għall-allert dwar ritorn;
abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru emittenti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra jekk hemmx raġunijiet għall-irtirar tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;
meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru emittenti u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;
fi żmien 14-il jum kalendarju mill-wasla tat-talba għall-konsultazzjoni l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru emittenti jew, fejn ma kienx possibbli għall-Istat Membru tal-għoti li jieħu deċiżjoni f'dak il-perijodu, huwa għandu jagħmel talba motivata biex jiġi estiż b'mod eċċezzjonali l-perijodu ta' żmien għat-tweġiba tiegħu għal mhux aktar minn 12-il jum kalendarju ieħor;
fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru emittenti li huwa ser iħalli l-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, l-Istat Membru emittenti għandu jħassar immedjatament l-allert dwar ritorn.
Artikolu 12
Konsultazzjoni f'każ ta' hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkollu permess ta' residenza validu jew viża valida għal soġġorn fit-tul
Fejn Stat Membru jiltaqa' ma' hit rigward allert dwar ritorn imdaħħal minn Stat Membru dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew ta' viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:
l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar is-sitwazzjoni;
l-Istat Membru emittenti għandu jagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11;
l-Istat Membru emittenti għandu jinnotifika lill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni dwar l-eżitu finali wara l-konsultazzjoni.
Artikolu 13
Statistika dwar l-iskambju ta' informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jipprovdu statistika lill-eu-LISA fuq bażi annwali dwar l-iskambji ta' informazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikoli 8 sa 12 u dwar il-każijiet fejn l-iskadenzi previsti f'dawk l-Artikoli ma kinux ġew irrispettati.
Artikolu 14
Tħassir tal-allerti
Artikolu 15
Trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi għall-fini ta' ritorn
It-trasferimenti ta' data lil pajjiż terz għandhom jitwettqu biss meta jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
id-data tiġi trasferita jew issir disponibbli biss għall-fini tal-identifikazzjoni ta', u l-ħruġ ta' dokument ta' identifikazzjoni jew tal-ivvjaġġar lil, ċittadin ta' pajjiż terz b'soġġorn illegali bil-ħsieb tar-ritorn tiegħu;
iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun ġie infurmat li d-data personali u l-informazzjoni supplimentari tiegħu jistgħu jiġu kondiviżi mal-awtoritajiet ta' pajjiż terz.
Artikolu 16
Statistika
L-eu-LISA għandha tipproduċi statistika kuljum, kull xahar u kull sena, kemm għal kull Stat Membru kif ukoll bħala numru aggregat, dwar in-numru ta' allerti dwar ritorn imdaħħla fis-SIS. L-istatistika għandha, tinkludi d-data msemmija fil-punt (y) tal-Artikolu 4(1), in-numru ta' notifiki msemmija fl-Artikolu 7(1) u n-numru ta' allerti dwar ritorn li jkunu tħassru. L-eu-LISA għandha tipproduċi statistika dwar id-data pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 13. L-istatistika ma għandu jkun fiha l-ebda data personali.
Dik l-istatistika għandha tiddaħħal fir-rapport annwali tal-istatistika previst fl-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861.
Artikolu 17
Awtoritajiet kompetenti li għandhom dritt ta' aċċess għal data fis-SIS
Artikolu 18
Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fi żmien sentejn mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni tiegħu. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tas-sinerġiji possibbli bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Artikolu 19
Applikabbiltà tar-Regolament (UE) 2018/1861
Dment li ma jkunux stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-dħul, l-ipproċessar u l-aġġornament ta’ allerti, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u ta’ eu-LISA, il-kondizzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-allerti u l-perjodu ta’ rieżami tagħhom, l-ipproċessar tad-data, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà u l-monitoraġġ u l-istatistika, kif stipulat fl-Artikoli 6 sa 19, l-Artikolu 20(3) u (4), l-Artikoli 21, 23, 32 u 33, l-Artikolu 34(5) u l-Artikoli 36a, 36b, 36c u 38 sa 60 tar-Regolament (UE) 2018/1861, għandhom japplikaw għal data mdaħħla u pproċessata fis-SIS skont dan ir-Regolament.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2018/1861.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
( 1 ) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
( 2 ) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).