Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016D0035(01)-20191231

    Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (riformulazzjoni)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2247/2019-12-31

    02016D0035(01) — MT — 31.12.2019 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI (UE) 2016/2247 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-3 ta' Novembru 2016

    dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35)

    (riformulazzjoni)

    (ĠU L 347 20.12.2016, p. 1)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI (UE) 2017/2239 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta' Novembru 2017

      L 320

    18

    6.12.2017

    ►M2

    DEĊIŻJONI (UE) 2019/2215 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-28 ta’ Novembru 2019

      L 332

    168

    23.12.2019




    ▼B

    DEĊIŻJONI (UE) 2016/2247 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-3 ta' Novembru 2016

    dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35)

    (riformulazzjoni)



    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    1.  It-termini ddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (ECB/2016/34) għandu jkollhom l-istess tifsira meta jintużaw f'din id-Deċiżjoni.

    2.  Termini tekniċi oħra użati f'din id-Deċiżjoni għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fl-Anness II tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    Ir-regoli stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jkopru l-karta tal-bilanċ, elementi rreġistrati fil-kotba tal-BĊE barra l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għall-kontijiet annwali tal-BĊE.

    Artikolu 3

    Karatterisitiċi kwalitattivi

    Il-karatteristiċi kwalitattivi definiti fl-Artikolu 3 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Prinċipji bażiċi tal-kontabilità

    Il-prinċipji fundamentali tal-kontabilità ddefiniti fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

    Bħala deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(3) tal-Linja Gwida ((UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34), avvenimenti li seħħew wara l-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkunsidrati biss sad-data meta l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-BĊE lill-Kunsill Governattiv għall-approvazzjoni.

    Artikolu 5

    Metodi ekonomiċi u metodi ta' kontabilità skont id-data tal-ħlas

    Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Rikonoxximent tal-assi u l-passiv

    Assi/passiv finanzjarju jew ta' tip ieħor għandu jkun rikonoxxut biss fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE skont l-Artikolu 6 tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).



    KAPITOLU II

    KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

    Artikolu 7

    Kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ

    Il-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ għandha tkun ibbażata fuq l-istruttura stabbilita fl-Anness I.

    ▼M2

    Artikolu 8

    Provvediment għal riskji finanzjarji

    Filwaqt li jikkunsidra kif jixraq in-natura tal-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi provvediment għal riskji finanzjarji fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta’ stima mmotivata tal-iskoperturi għar-riskju tal-BĊE.

    ▼B

    Artikolu 9

    Regoli għall-valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ

    1.  Ir-rati u l-prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom jintużaw għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I.

    2.  Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta' valuta barranija, titoli (minbarra titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati), kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm dawk li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk barra l-karta tal-bilanċ, għandha titwettaq fi tmiem is-sena bir-rati u l-prezzijiet medji tas-suq.

    3.  Ebda distinzjoni m'għandha ssir bejn id-differenzi fil-prezz u r-rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, iżda għandha tiġi kontabilizzata d-differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f'euro għal kull unità ddefinita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Għall-kambju barrani, inklużi t-tranżazzjonijiet li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ u dawk barra l-karta tal-bilanċ, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' valuta b'valuta. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, drittijiet speċjali ta' kreditu (SDRs), inklużi investimenti individwali f'kambju barrani indikat bħala bażi għall-basket SDR, għandhom jiġu ttrattati bħala investiment wieħed. Għal titoli, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kodiċi b'kodiċi, jiġiferi l-istess numru/tip ISIN, filwaqt li kwalunkwe opzjonijiet inkorporati ma għandux jiġi sseparat għal finijiet ta' valutazzjoni. Titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja jew inklużi fil-partiti “Assi finanzjarji oħrajn” jew “Varji” għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati.

    4.  Titoli negozjabbli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati u għandhom jiġu vvalutati jew bil-prezz tas-suq jew bi prezz amortizzat (bla ħsara għall-indeboliment), jiddependi fuq kunsiderazzjonijiet ta' politika monetarja.

    5.  Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati u għandhom jiġu vvalutati bħala spejjeż ammortizzati (suġġetti għall-indeboliment). L-istess trattament għandu jingħata lil titoli li mhumiex negozjabbli. Titoli klassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli jistgħu jinbiegħu qabel il-maturità tagħhom f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a) 

    jekk il-kwantità mibjugħa hija meqjusa bħala mhux sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta titoli miżmumin sal-maturità;

    (b) 

    jekk it-titoli jinbiegħu matul xahar qabel id-data tal-maturità;

    (c) 

    f'ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju d-deterjorazzjoni sinjifikanti tal-affidabbiltà kreditizzja ta' min jagħmel il-ħruġ.

    Artikolu 10

    Tranżazzjonijiet bil-maqlub

    Għandu jingħata rendikont għat-tranżazzjonijiet b'lura skont l-Artikolu 10 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    ▼M2

    Artikolu 11

    Ishma azzjonarji negozjabbli

    Għandu jingħata rendikont tal-ishma azzjonarji negozjabbli skont l-Artikolu 11 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    ▼M2

    Artikolu 11a

    Fondi ta’ investiment negozjabbli

    Għandu jingħata rendikont tal-fondi ta’ investiment negozjabbli skont l-Artikolu 11a tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    ▼B

    Artikolu 12

    Hedging tar-riskju tar-rata ta' imgħax fuq titoli b'derivati

    Għandu jingħata rendikont għall-hedging tar-riskju tar-rata' ta' imgħax skont l-Artikolu 12 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    Artikolu 13

    Strumenti sintetiċi

    Għandu jingħata rendikont tal-istrumenti sintetiċi skont l-Artikolu 13 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).



    KAPITOLU III

    RIKONOXXIMENT TAD-DĦUL

    Artikolu 14

    Rikonoxximent tad-dħul

    1.  L-Artikolu 15(1), (2), (3), (5) u (7) tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għar-rikonoxximent tad-dħul.

    2.  Investimenti f'kontijiet ta' rivalutazzjoni speċjali li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal- Banek Centrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem “l-istatut tal-SEBĊ”) fir-rigward tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li għalihom id-deroga tkun ġiet abrogata għandhom jintużaw biex ipaċu telf mhux realizzat meta dan jeċċedi qligħ ta' rivalutazzjoni preċedenti rreġistrat fil-kont ta' rivalutazzjoni standard korrispondenti kif stabbilit fl-Artikolu 15(1)(ċ) tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34), qabel ma dan it-telf jiġi paċut skont l-Artikolu 33.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. L-investimenti f'kontijiet speċjali ta' rivalutazzjoni għad-deheb, għall-valuti u għat-titoli għandhom jitnaqqsu pro rata f'każ ta' tnaqqis fl-investimenti tal-assi rilevanti.

    Artikolu 15

    Prezz tat-tranżazzjonijiet

    L-Artikolu 16 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.



    KAPITOLU IV

    REGOLI TA' KONTABILITA' GĦAL STRUMENTI BARRA L-KARTA TAL-BILANĊ

    Artikolu 16

    Regoli ġenerali

    L-Artikolu 17 tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 17

    Tranżazzjonijiet bil-quddiem b'kambju barrani

    Għandu jingħata rendikont għat-tranżazzjonijiet bil-quddiem skont l-Artikolu 18 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    Artikolu 18

    Swaps tal-kambju barrani

    Għandu jingħata rendikont għall-swaps tal-kambju barrani skont l-Artikolu 19 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    Artikolu 19

    Kuntratti futuri

    Għandu jingħata rendikont ta' kuntratti futuri skont l-Artikolu 20 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    Artikolu 20

    Tpartit tar-rata ta' imgħax

    Għandu jingħata rendikont għall-swaps tar-rata tal-imgħax skont l-Artikolu 21 tal-Linja Gwida(UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    Telf mhux realizzat li jiġi ttrasferit għall-kont tal-qligħ u t-telf fl-aħħar tas-sena għandu jiġi amortizzat fis-snin sussegwenti skont il-metodu tal-linja dritta. Għal swaps tar-rata ta' imgħax bil-quddiem, l-amortizzament għandu jibda sa mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni.

    Artikolu 21

    Ftehim tar-rata bil-quddiem

    Għandu jingħata rendikont tal-ftehim tar-rata bil-quddiem skont l-Artikolu 22 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    Artikolu 22

    Tranżazzjonijiet ta' titoli bl-quddiem

    Għandu jingħata rendikont tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem ta' titoli skont il-Metodu A fl-Artikolu 23(1) tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    Artikolu 23

    Opzjonijiet

    Għandu jingħata rendikont ta' opzjonijiet skont l-Artikolu 24 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).



    KAPITOLU V

    PUBBLIKAZZJONI TAL-KARTA TAL-BILANĊ U TAL-KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF ANNWALI

    Artikolu 24

    Formati

    1.  Il-format tal-karta tal-bilanċ annwali ppubblikata tal-BĊE għandu jsegwi l-format fl-Anness II.

    2.  Il-format tal-kont tal-qligħ u t-telf ippubblikat tal-BĊE għandu jkun konformi mal-Anness III.



    KAPITLU VI

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 25

    Żvilupp, applikazzjoni u interpretazzjoni ta' regoli

    1.  Fl-interpretazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandu jiġi kkunsidrat ukoll ix-xogħol preparatorju, il-prinċipji tal-kontabilità armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u l-istandards tal-kontabilità aċċettati ġeneralment.

    2.  Jekk trattament ta' kontabilità speċifiku mhux stabbilit f'din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta' deċiżjoni bil-kontra mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta' valutazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju kif adottati mill-Unjoni Ewropea, li huma rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE.

    ▼M1

    3.  F'ċirkostanzi estremament rari fejn il-Kunsill Governattiv jikkonkludi li l-konformità ma' rekwiżit ta' din id-Deċiżjoni ma tirriżultax fi preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali, il-BĊE għandu jiddevdja minn dak ir-rekwiżit u jagħti r-raġunijiet fin-noti għall-kontijiet annwali.

    ▼B

    Artikolu 26

    Revoka

    1.  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 hija b'dan irrevokata.

    2.  Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

    Artikolu 27

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2016.

    ▼M2




    ANNESS I

    KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

    ASSI



     

    Partita tal-karta tal-bilanċ

    Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

    Prinċipju tal-valutazzjoni

    1

    Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

    Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew “under way”. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u krediti għar-riċeviment ta’ deheb li jirriżulta mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew purity swaps fejn ikun hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u meta jiġu riċevuti

    Valur tas-suq

    2

    Krediti kontra residenti mhux fiż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

    Krediti kontra kontropartijiet residenti barra miż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra miż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

     

    2.1

    Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

    (a)  Drittijiet ta’ żbank fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

    Kwota nazzjonali bil-bilanċi f’euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita “Obbligazzjonijiet għar-residenti barra miż-żona euro ddenominati f’euro”

    (a)  Drittijiet ta’ żbank fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju

    (b)  Drittijiet speċjali ta’ kreditu (SDR)

    Investimenti f’SDRs (gross)

    (b)  SDRs

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju

    (c)  Krediti oħrajn

    Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta’ self, self taħt arranġamenti speċjali ta’ teħid ta’ self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

    (c)  Krediti oħrajn

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju

    2.2

    Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

    (a)  Bilanċi ma’ banek barra miż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

    Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub

    (a)  Bilanċi ma’ banek barra miż-żona tal-euro

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju

    (b)  Investimenti f’titoli barra miż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

    Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, ishma azzjonarji, fondi ta’ investiment miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra miż-żona tal-euro

    (b)  

    (i)  Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

    Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (ii)  Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

    Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (iii)  Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

    Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (iv)  Ishma azzjonarji negozjabbli

    Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju

    (v)  Fondi ta’ investiment negozjabbli

    Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju

    (c)  Self barrani (depożiti) lil residenti barra miż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

    (c)  Self barrani

    Depożiti skont il-valur nominali, imsarrfa bir-rata tas-suq tal-kambju

    (d)  Assi barranin oħrajn

    Karti tal-flus u muniti mhux fiż-żona tal-euro

    (d)  Assi barranin oħrajn

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju

    3

    Krediti kontra residenti fiż-żona tal-euro ddenominati f’munita barranija

    (a)  Investimenti f’titoli fiż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħra

    Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, ishma azzjonarji miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro

    (a)  

    (i)  Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

    Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (ii)  Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

    Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (iii)  Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

    Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (iv)  Ishma azzjonarji negozjabbli

    Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju

    (v)  Fondi ta’ investiment negozjabbli

    Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju

    (b)  Krediti oħrajn kontra residenti taż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn

    Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub, self varju

    (b)  Krediti oħrajn

    Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju

    4

    Krediti kontra residenti minn barra miż-żona tal-euro ddenominati f’euro

     

     

    4.1

    Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self

    (a)  Bilanċi ma’ banek barra miż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita tal-assi nru. 11.3 “Assi finanzjarji oħraj n

    Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo bil-maqlub b’rabta mal-ġestjoni ta’ titoli ddenominati f’euro

    (a)  Bilanċi ma’ banek barra miż-żona tal-euro

    Valur nominali

    (b)  Investimenti f’titoli barra miż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħraj n

    Ishma azzjonarji, fondi ta’investiment, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti mhux fiż-żona tal-euro

    (b)  

    (i)  Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

    Prezz tas-suq

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (ii)  Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

    Kost suġġett għal indeboliment

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (iii)  Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

    Kost suġġett għal indeboliment

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (iv)  Ishma azzjonarji negozjabbli

    Prezz tas-suq

    (v)  Fondi ta’ investiment negozjabbli

    Prezz tas-suq

    (c)  Self lil residenti mhux fiż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħraj n”

    (c)  Self barra miż-żona tal-euro

    Depożiti skont il-valur nominali

    (d)  Titoli maħruġin minn entitajiet barra miż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn” u l-partita tal-assi 7.1 “Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja”

    Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, u mhux mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja

    (d)  

    (i)  Titoli ta’ dejn egozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

    Prezz tas-suq

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (ii)  Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

    Kost suġġett għal indeboliment

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (iii)  Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

    Kost suġġett għal indeboliment

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    4.2

    Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II)

    Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

    Valur nominali

    5

    Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro

    Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (*1)

     

    5.1

    Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

    Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta’ kull xahar, u b’maturità itwal minn dik ta’ operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament

    Valur nominali jew kost repo

    5.2

    Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin

    Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa.

    Valur nominali jew kost repo

    5.3

    Operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni bil-maqlub

    Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta’ kalibrazzjoni

    Valur nominali jew kost repo

    5.4

    Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

    Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

    Valur nominali jew kost repo

    5.5

    Faċilità ta’ self marġinali

    Faċilità ta’ likwidità mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

    Valur nominali jew kost repo

    5.6

    Krediti relatati ma’ sejħiet marġinali

    Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

    Valur nominali jew kost

    6

    Krediti oħra kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu denominati f’euro

    Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b’rabta mal-amministrazzjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt il-partita 7 tal-attiv “Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro ddenominati f’euro”, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-euro u krediti oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Krediti u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

    Valur nominali jew kost

    7

    Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro ddenominati f’euro

     

     

    7.1

    Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja

    Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta’ dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mixtrijin għal finijiet ta’ kalibrazzjoni

    (a)  Titoli negozjabbli ta’ dejn

    Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

    (i)  Prezz tas-suq

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (ii)  Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt il-partita tal-obbligazzjonijiet nru. 13(b) “Provvedimenti”)

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (b)  Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

    Kost suġġett għal indeboliment

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    7.2

    Titoli oħra

    Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv 7.1 “Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja” u taħt il-partita tal-attiv 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), iddenominati f’euro. Ishma azzjonarji u fondi ta’ investiment

    (a)  Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

    Prezz tas-suq

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (b)  Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

    Kost suġġett għal indeboliment

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (c)  Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

    Kost suġġett għal indeboliment

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (d)  Ishma azzjonarji negozjabbli

    Prezz tas-suq

    (e)  Fondi ta’ investiment negozjabbli

    Prezz tas-suq

    8

    Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f’euro

    Pretensjonijiet kontra l-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

    Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

    9

    Krediti Intra-Eurosistema

     

     

    9.1

    Krediti marbutin mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE

    Pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront ta’ banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE

    Kost

    9.2

    Krediti marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

    Pretensjonijiet marbutin mal-ħruġ ta’ karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*2)

    Valur nominali

    9.3

    Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

    Pożizzjoni netta tas-subpartiti li ġejjin:

    (a)  pretensjonijiet netti li jirriżultaw mill-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet. Ara wkoll il-partita tal-obbligazzjonijiet 10.2 “Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”

    (a)  Valur nominali

    (b)  krediti oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

    (b)  Valur nominali

    10

    Partiti fil-proċess li jiġu saldati

    Bilanċi fil-kont tas-saldu (krediti), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

    Valur nominali

    11

    Assi oħrajn

     

     

    11.1

    Muniti taż-żona tal-euro

    Muniti Euro

    Valur nominali

    11.2

    Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

    Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, softwer

    Kost wara d-deprezzament

    Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta’ assi fuq il-perijodu ta’ utilità tiegħu. Il-perijodu ta’ utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta’ utilità ta’ assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b’perijodi ta’ utilità differenti. Il-perijodi ta’ utilità ta’ dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment.

    Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu inklużi

    Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni)

    11.3

    Assi finanzjarji oħrajn

    — Interessi parteċipanti u investimenti f’sussidjarji, f’ishma ta’ ekwità u f’fondi ta’ investiment miżmuma għal raġunijiet strateġiċi/ta’ politika

    — Titoli inklużi ishma azzjonarji, u strumenti finanzjarji u bilanċi oħrajn inklużi d-depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

    — Tranżazzjonjiet repo bil-maqlub ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt din il-partita tal-attiv

    — Tranżazzjonijiet repo bil-maqlub iddenominati f’euro ma’ istituzzjonijiet finanzjarji taż-żona tal-euro minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli minbarra dawk miżmuma taħt din il-partita

    (a)  Ishma azzonarji negozjabbli

    Prezz tas-suq

    (b)  Fondi ta’ investiment negozjabbli

    Prezz tas-suq

    (c)  Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta’ ishma azzjonarji oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

    Kost suġġett għal indeboliment

    (d)  Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

    Valur tal-assi nett

    (e)  Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

    Primjums/skontijiet fuq il-prezz tas-suq huma amortizzati

    (f)  Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

    Kost suġġett għal indeboliment

    Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

    (g)  Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

    Kost suġġett għal indeboliment

    (h)  Bilanċi ma’ banek u self

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju jekk il-bilanċi/id-depożiti huma ddenominati f’valuti barranin

    11.4

    Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ

    Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, swaps ta’ valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta’ varjazzjoni ta’ kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

    Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju

    11.5

    Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

    Dħul mhux dovut, imma assenjabbli għall-perijodu rrappurtat. Nefqa mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu

    Valur nominali, valuta barranija msarrfa bir-rata tas-suq

    11.6

    Varji

    (a)  Avvanzi, self u partiti minuri oħra. Self mogħti fuq bażi ta’ fiduċja

    (a)  Valur nominali jew kost

    (b)  Investimenti relatati ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijent

    (b)  Valur tas-suq

    (c)  Assi ta’ pensjonijiet netti

    (c)  Skont l-Artikolu 25(2)

    (d)  Pretensjonijiet pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema

    (d)  Valur nominali/li jista’ jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

    (e)  Assi jew pretensjonijiet (fil-konfront ta’ terzi) approprijati u/jew akkwistati fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-kollateral ippreżentat mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

    (e)  Kost (imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji jkuni ddenominati f’valuti barranin)

    12

    Telf ghas-sena

     

    Valur nominali

    (*1)   Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

    (*2)   Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).

    OBBLIGAZZJONIJIET



     

    Partita tal-karta tal-bilanċ

    Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

    Prinċipju tal-valutazzjoni

    1

    Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

    Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

    Valur nominali

    2

    Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro marbutin ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominati f’euro

    Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f’euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

     

    2.1

    Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi)

    Kontijiet iddenominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għal riżervi minimi skont l-Istatut tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (l-“Istatut tas-SEBĊ”). Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

    Valur nominali

    2.2

    Faċilità ta’ depożitu

    Depożiti mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

    Valur nominali

    2.3

    Depożiti b’terminu fiss

    Ġbir għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni

    Valur nominali

    2.4

    Operazzjonijiet ta’ kalibrazzjoni bil-maqlub

    Tranżazzjonijiet b’rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidità

    Valur nominali jew kost repo

    2.5

    Depożiti relatati ma’ sejħiet marġinali

    Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ assi sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

    Valur nominali

    3

    Obbligazzjonijiet oħrajn għal istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra taż-żona tal-euro ddenominati f’euro

    Tranżazzjonijiet repo konnessi ma’ tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv nru 7 “Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro”. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

    Valur nominali jew kost repo

    4

    Ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE

    Ċertifikati ta’ dejn kif deskritt fl-Anness fil-Linja Gwida (UE) (BĊE/2014/60). Karta ta’ skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidata

    Kost

    Kull skont huwa ammortizzat

    5

    Obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ residenti ohra taż-żona tal-euro ddenominati f’euro

     

     

    5.1

    Gvern ġenerali

    Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

    Valur nominali

    5.2

    Obbligazzjonijiet oħrajn

    Kontijiet kurrenti ta’ persunal, kumpaniji u klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-partita tal-obbligazzjonijiet 2.1); tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ġestjoni ta’ titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”; depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

    Valur nominali

    6

    Obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ residenti mhux fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro

    Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta’ ġestjoni tar-riżervi: ta’ banek oħrajn, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta’ depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo għall-ġestjoni ta’ titoli ddenominati f’euro. Bilanċi ta’ kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta’ Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

    Valur nominali jew kost repo

    7

    Obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ residenti fiż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

    Kontijiet kurrenti Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju fi tmiem is-sena

    8

    Obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ residenti barra miż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

     

     

    8.1

    Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn

    Kontijiet kurrenti. Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta’ investiment permezz ta’ assi f’valuta barranija jew deheb

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju fi tmiem is-sena

    8.2

    Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt ERM II

    Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju fi tmiem is-sena

    9

    Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ kreditu allokati mill-IMF

    Element iddenominat bħala SDR li juri l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv

    Valur nominali, imsarraf bir-rata tas-suq tal-kambju fi tmiem is-sena

    10

    Obbligazzjonijiet intra-Eurosistema

     

     

    10.1

    Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

    Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, iddenominat f’euro

    Valur nominali

    10.2

    Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)

    Pożizzjoni netta tas-subpartiti li ġejjin:

    (a)  obbligazzjonijiet netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-krediti u l-obbligazzjonijiet. Ara wkoll il-partita tal-attiv 9.3 “Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”

    (a)  Valur nominali

    (b)  obbligazzjonijiet oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE lill-BĊNi

    (b)  Valur nominali

    11

    Partiti fil-proċess li jiġu saldati

    Bilanċi fil-kont tas-saldu (obbligazzjonijiet), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro

    Valur nominali

    12

    Obbligazzjonijiet oħrajn

     

     

    12.1

    Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ

    Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ valuta barranija, swaps ta’ valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta’ varjazzjoni ta’ kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

    Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju

    12.2

    Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

    Nefqa li ssir dovuta f’perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta’ rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma’ perjodu futur

    Valur nominali, valuta barranija msarrfa bir-rata tas-suq

    12.3

    Varji

    (a)  Kontijiet sospiżi għat-taxxa Kreditu f’valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt il-partita tal-attiv 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Partiti minuri oħrajn. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja.

    (a)  Valur nominali jew kost (repo)

    (b)  Depożiti tad-deheb tal-konsumatur

    (b)  Valur tas-suq

    (c)  Obbligazzjonijiet tal-pensjoni netti

    (c)  Skont l-Artikolu 25(2)

    13

    Provvedimenti

    (a)  Għar-rata tal-kambju, rata ta’ imgħax, riskji fil-kreditu u fil-prezz tad-deheb, u għal finijiet oħra, eż. spejjeż mistennija fil-futur u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ għal dak li jirrigwarda banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati.

    (a)  Kost/valur nominali

    (b)  Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja

    (b)  Valur nominali (ibbażat fuq valutazzjoni fi tmiem is-sena mill-Kunsill Governattiv)

    14

    Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

    (a)  Kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli ddenominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli ddenominati f’valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma’ derivattivi tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni marbutin ma’ ċaqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta’ valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta’ kambju u SDRs

    Kontijiet speċjali ta’ rivalutazzjoni li joriġinaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fil-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati. Ara l-Artikolu 14(2)

    (a)  Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju imsarraf bir-rata tas-suq

    (b)  Ir-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta’ benefiċċju definit nett (attiv) fir-rigward ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg, li hija l-pożizzjoni netta tas-subpartiti li ġejjin:

    (i)  Qligħ u telf attwarjali fil-valur preżenti tal-obbligu tal-benefiċċju ddefinit;

    (ii)  Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq obbligazzjoni ta’ benefiċċju ddefinita netta (attiv);

    (iii)  Kull tibdil fl-effett tal-massimu tal-attiv, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta’ benefiċċju ddefinit nett (attiv)

    (b)  Skont l-Artikolu 25(2)

    15

    Kapital u riżervi

     

     

    15.1

    Kapital

    Kapital imħallas

    Valur nominali

    15.2

    Riżervi

    Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta’ banek ċentrali ta’ Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati

    Valur nominali

    16

    Profitt għas-sena

     

    Valur nominali

    ▼B




    ANNESS II

    Karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE



    (EUR miljun (1) )

    Assi (2)

    Sena tar-rappurtar

    Sena preċedenti

    Passiv

    Sena tar-rappurtar

    Sena preċedenti

    1.  Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

    2.  Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

    2.1.  Ammonti riċevibbli mill-IMF

    2.2.  Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

    3.  Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

    4.  Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro

    4.1.  Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

    4.2.  Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

    5.  Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

    5.1.  Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

    5.2.  Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

    5.3.  Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

    5.4.  Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

    5.5.  Faċilità ta' self marġinali

    5.6.  Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

    6.  Krediti oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro

    7.  Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro

    7.1.  Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

    7.2.  Titoli oħra

    8.  Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

    9.  Krediti Intra-Eurosistema

    9.1.  Krediti marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

    9.2.  Krediti marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

    9.3.  Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

    10.  Partiti fil-proċess li jiġu saldati

    11.  Assi oħrajn

    11.1.  Muniti taż-żona tal-euro

    11.2.  Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

    11.3.  Assi finanzjarji oħrajn

    11.4.  Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

    11.5.  Dovuti u spejjeż imħallsa minn qabel

    11.6.  Varji

    12.  Telf ghas-sena

     

     

    1.  Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

    2.  Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

    2.1.  Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

    2.2.  Faċilità ta' depożitu

    2.3.  Depożiti b'terminu fiss

    2.4.  Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

    2.5.  Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

    3.  Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro

    4.  Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE

    5.  Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro

    5.1.  Gvern ġenerali

    5.2.  Obbligazzjonijiet oħrajn

    6.  Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

    7.  Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

    8.  Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

    8.1.  Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

    8.2.  Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

    9.  Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

    10.  Krediti Intra-Eurosistema

    10.1.  Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin

    10.2.  Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)

    11.  Partiti fil-proċess li jiġu saldati

    12.  Obbligazzjonijiet oħrajn

    12.1.  Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

    12.2.  Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

    12.3.  Varji

    13.  Dispożizzjonijiet

    14.  Kontijiet ta' rivalutazzjoni

    15.  Kapital u riżervi

    15.1.  Kapital

    15.2.  Riżervi

    16.  Profitt għas-sena

     

     

    Assi totali

     

     

    Passiv totali

     

     

    (1)   Alternattivament il-BĊE jista' jippubblika l-ammonti eżzatti f'euro, jew ammonti rrawndjati b'mod differenti

    (2)   It-tabella tal-assi tista' tiġi ppubblikata wkoll fuq it-tabella tal-passiv.

    ▼M2




    ANNESS III

    Kont tal-qligħ u t-telf ippubblikat tal-BĊE



    (EUR miljun (1))

    Kont tal-qligħ u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru...

    Rapportar sena

    Sena preċedenti sena

    1.1.1.

    Dħul minn imgħax fuq assi ta’ riżervi barranin

     

     

    1.1.2.

    Dħul minn imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

     

     

    1.1.3.

    Dħul ieħor minn imgħax

     

     

    1.1.

    Introjtu minn imgħax

     

     

    1.2.1.

    Remunerazzjoni għal krediti tal-BĊNi fir-rigward ta’ riżervi barranin ittrasferiti

     

     

    1.2.2.

    Spejjeż oħra ta’ imgħax

     

     

    1.2.

    Spejjeż ta’ imgħax

     

     

    1

    Dħul nett mill-imgħax

     

     

    2.1.

    Qligħ/telf irrealizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji

     

     

    2.2.

    Tnaqqis fil-valur ta’ assi u pożizzjonijiet finanzjarji

     

     

    2.3.

    Trasferiment lejn/minn dispożizzjonijiet għal riskji finanzjarji

     

     

    2

    Riżultat nett ta’ operazzjonijiet finanzjarji, tnaqqis fil-valur u provvedimenti għal riskji

     

     

    3.1.

    Miżati u dħul minn kummissjonijiet

     

     

    3.2.

    Miżati u spejjeż ta’ kummissjonijiet

     

     

    3

    Dħul/prezz nett ta’ miżati u kummissjonijiet (2)

     

     

    4

    Dħul minn ishma azzjonarji u interessi parteċipatorji

     

     

    5

    Dħul ieħor

     

     

    Dħul totali nett

     

     

    6

    Spejjeż tal-persunal (3)

     

     

    7

    Spejjeż amministrattivi (3)

     

     

    8

    Deprezzament ta’ assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli

     

     

    9

    Servizzi ta’ produzzjoni ta’ karti tal-flus (4)

     

     

    10

    Spejjeż oħra

     

     

    (Telf)/qligħ għas-sena

     

     

    (1)   Alternattivament il-BĊE jista’ jippubblika l-ammonti eżatti f’euro, jew ammonti mqarrba b’mod differenti

    (2)   It-tqassim bejn dħul u spejjeż jista’ jkun ipprovdut alternattivament fin-noti spjegattivi tal-kontijiet annwali.

    (3)   Dan jinkludi provvedimenti amministrattivi.

    (4)   Din il-partita tintuża fil-każ ta’ produzzjoni esternalizzata tal-karti tal-flus (għall-kost tas-servizzi pprovduti mill-kumpaniji esterni responsabbli mill-produzzjoni f’isem il-banek ċentrali). Huwa rrakkomandat li l-kosti mġarrba b’rabta mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-euro għandhom jittieħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf hekk kif tinħareġ fattura għalihom jew meta jiġu mġarrba mod ieħor, ara wkoll il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

    ▼B




    ANNESS IV

    DEĊIŻJONI MĦASSRA BIL-LISTA TAGĦHA TA' EMENDI SUĊĊESSIVI



    Deċiżjoni BĊE/2010/21

    ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1

    Deċiżjoni BĊE/2012/30

    ĠU L 356, 22.12.2012, p. 93

    Deċiżjoni BĊE/2013/52

    ĠU L 33, 4.2.2014, p. 7

    Deċiżjoni BĊE/2014/55

    ĠU L 68, 13.3.2015, p. 53

    Deċiżjoni BĊE/2015/26

    ĠU L 193, 21.7.2015, p. 134




    ANNESS V

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI



    Deċiżjoni BĊE/2010/21

    Din id-Deċiżjoni

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8

    Artikolu 9

    Artikolu 9

    Artikolu 10

    Artikolu 10

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Artikolu 12

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Artikolu 14

    Artikolu 14

    Artikolu 15

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 16

    Artikolu 17

    Artikolu 17

    Artikolu 18

    Artikolu 18

    Artikolu 19

    Artikolu 19

    Artikolu 20

    Artikolu 20

    Artikolu 21

    Artikolu 21

    Artikolu 22

    Artikolu 22

    Artikolu 23

    Artikolu 23

    Artikolu 24

    Artikolu 24

    Artikolu 25

    Artikolu 25

    Artikolu 26

    Artikolu 26

    Artikolu 27

    Top