Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R1188-20170109

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat- 28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1188/2017-01-09

    02015R1188 — MT — 09.01.2017 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1188

    tat-28 ta' April 2015

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 193 21.7.2015, p. 76)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

      L 346

    51

    20.12.2016




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1188

    tat-28 ta' April 2015

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali għal użu domestiku li jkollhom potenza termika nominali ta' 50 kW jew inqas u ta' ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali li jkollhom potenza termika nominali tal-prodott jew ta' segment wieħed minnu ta' 120 kW jew inqas.

    Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

    (a) għall-ħiters tal-post lokali li jużaw ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta' sorbiment għall-ġenerazzjoni tas-sħana u li jaħdmu bil-kompressuri tal-elettriku jew bil-fjuwil;

    (b) għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għal skopijiet oħra minbarra t-tisħin tal-post fuq ġewwa biex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin permezz tal-konvezzjoni jew tar-radjazzjoni tas-sħana;

    (c) għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għall-użu fuq barra biss;

    (d) għall-ħiters tal-post lokali li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika kkombinata diretta u indiretta tagħhom;

    (e) għall-prodotti għat-tisħin bl-arja;

    (f) għall-istufi tas-sawna;

    (g) għall-ħiters dipendenti.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. “ħiter tal-post lokali” tfisser apparat għat-tisħin tal-post li jarmi s-sħana permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett jew permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett flimkien mat-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott, possibbilment flimkien mal-produzzjoni tas-sħana għal spazji oħrajn, u li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jibdlu l-elettriku jew il-fjuwils likwidi jew gassużi direttament fi sħana jew permezz tal-użu tal-effett Joule jew permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils rispettivament;

    2. “ħiter tal-post lokali għal użu domestiku” tfisser ħiter tal-post lokali minbarra dawk għal użu kummerċjali;

    3. “ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils gassużi;

    4. “ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils likwidi;

    5. “ħiter tal-post lokali tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-effett Joule tal-elettriku biex jiġġenera s-sħana;

    6. “ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali” tfisser jew ħiter tal-post lokali mudwal jew ħiter tal-post lokali bit-tubi;

    7. “ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni ma jkunux iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

    8. “ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni jkunu iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

    9. “ħiter tal-post lokali tal-elettriku portabbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li mhuwiex ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss, ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art, ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti, ħiter tal-post lokali tal-elettriku li jiddi b'mod viżibbli jew ħiter dipendenti;

    10. “ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li mhuwiex maħsub biex jakkumula l-enerġija termali u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li ma jkunx inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finituri tiegħu;

    11. “ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li huwa ddisinjat b'tali mod li jaħżen is-sħana fin-nukleu iżolat akkumulanti tiegħu u li mbagħad jirrilaxxa din is-sħana għal bosta sigħat wara l-fażi ta' akkumulazzjoni;

    12. “ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finituri tiegħu;

    13. “ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element li jarmi s-sħana għandu jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex ir-radjazzjoni termali tiegħu ssaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu u li, f'kundizzjonijiet normali tal-użu, jkollu żieda ta' mill-inqas 130 °C fit-temperatura tal-gradilja li tkun qed tgħatti l-element li jarmi s-sħana u/jew żieda ta' 100 °C fit-temperatura tal-uċuħ l-oħra kollha;

    14. “ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddi b'mod viżibbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element tat-tisħin ikun jidher minn barra l-ħiter u li, f'kundizzjonijiet normali tal-użu, jkollu temperatura ta' mill-inqas 650 °C;

    15. “stufa tas-sawna” tfisser prodott għat-tisħin tal-post li jkun inkorporat f'sawna niexfa jew imxarrba jew f'ambjenti simili, jew li jkun maħsub biex jintuża fihom;

    16. “ħiter dipendenti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li ma jkunx kapaċi jaħdem waħdu u li jrid jirċievi sinjali minn apparat ewlieni estern li jintuża biex jirregola l-ħiter li ma jkunx jifforma parti minn dak il-prodott iżda li jkun imqabbad miegħu permezz ta' wajer pilota, mingħajr wajers, permezz ta' kejbil tal-elettriku jew permezz ta' teknika ekwivalenti, sabiex jiġi rregolat kemm toħroġ sħana fil-kamra li fiha l-prodott ikun installat;

    17. “ħiter tal-post lokali mudwal” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras u jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex is-sħana li tkun ħierġa mill-berner, li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha radjazzjoni infraħamra, issaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu, u li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab;

    18. “ħiter tal-post lokali bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras ħdejn l-oġġetti li jridu jissaħħnu, li jsaħħan il-post b'mod ewlieni permezz tar-radjazzjoni infraħamra mit-tubu jew mit-tubi li jissaħħnu permezz tal-passaġġ intern tal-prodotti tal-kombustjoni, u li l-prodotti tal-kombustjoni tiegħu jridu jinħarġu 'l barra permezz ta' kanal tat-tromba taċ-ċumnija;

    19. “sistema ta' ħiter bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali bit-tubi li jkun fih aktar minn berner wieħed, li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta' berner jistgħu jgħaddu għal ġol-berner li jkun imiss, u li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta' diversi berners iridu jinħarġu 'l barra permezz ta' fann tal-egżost wieħed;

    20. “segment tal-ħiter bit-tubi” tfisser parti minn sistema ta' ħiter bit-tubi li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa għat-tħaddim indipendenti u li għalhekk tkun tista' tiġi ttestjata b'mod indipendenti mill-partijiet l-oħra tas-sistema tat-tisħin bit-tubi;

    21. “ħiter bla tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, minbarra ħiter tal-post lokali mudwal, li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab il-prodott;

    22. “ħiter b'fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f'fuklar ta' ċumnija mingħajr ma l-prodott ikun imqabbad mal-fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mis-sodda tan-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija;

    23. “prodott għat-tisħin bl-arja” tfisser prodott li jipprovdi s-sħana għal sistema ta' tisħin bl-arja biss, li jista' jkollu sistema ta' pajpijiet u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li jqassam l-arja permezz ta' fann, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott;

    24. “potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f'kW;

    25. “potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta' ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f'kW;

    26. “funzjonalità ta' tisħin indirett” tfisser il-kapaċità tal-prodott li jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-misħun għall-użu domestiku;

    27. “potenza termika nominali” (Pnom ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

    28. “potenza termika minima” (Pmin ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bl-inqas potenza termika possibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

    29. “potenza termika massima kontinwa” (Pmax,c ) tfisser il-potenza termika ddikjarata ta' ħiter tal-post lokali tal-elettriku meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm b'mod kontinwu fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

    30. “maħsub għall-użu fuq barra” tfisser li l-prodott huwa adattat għat-tħaddim sikur 'il barra mill-postijiet magħluqa, inkluż għall-użu possibbli fuq barra;

    31. “mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1, fit-Tabella 2 jew fit-Tabella 3 tal-punt 3 tal-Anness II, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.

    Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-Annessi II sa V.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

    1.  L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali.

    2.  Il-ħiters tal-post lokali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II mill-1 ta' Jannar 2018.

    3.  Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    1.  Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.

    2.  Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif stabbilit fil-punt 3(b) tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    3.  F'każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta' mudell ikun inkiseb permezz ta' kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta' estrapolazzjoni minn apparat ekwivalenti ieħor, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F'dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.

    Artikolu 5

    Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Valuri indikattivi ta' referenza

    L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza għall-ħiters tal-post lokali li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

    Artikolu 7

    Reviżjoni

    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b'mod partikulari, l-affarijiet li ġejjin:

     jekk huwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx);

     jekk għandhomx jinbidlu t-tolleranzi tal-verifika;

     il-validità tal-fatturi ta' korrezzjoni użati għall-valutazzjoni tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali;

     kemm hu adegwat li tiddaħħal iċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi.

    Artikolu 8

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V

    Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post, li għaliha jintuża ħiter tal-post lokali, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali;

    (2) “koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta': CC = 2,5;

    (3) “emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/kWhinput abbażi tal-valur kalorifiku gross (il-GCV) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi u għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali;

    (4) “valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li jkun fiha l-livell ix-xieraq ta' ndewwa tal-fjuwil, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jerġgħux jinġiebu fit-temperatura ambjentali;

    (5) “valur kalorifiku gross mingħajr indewwa” (GCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li tkun tneħħitilha l-indewwa tagħha, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

    (6) “effiċjenza utli fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija ta' ħiter tal-post lokali, mogħti bħala perċentwali, fejn:

    (a) għall-ħiters tal-post lokali għal użu domestiku, l-input totali tal-enerġija jingħata f'termini tal-NCV u/jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC; u

    (b) għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, l-input totali tal-enerġija jingħata f'termini tal-GCV u f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC;

    (7) “qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

    (8) “qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

    (9) “qawwa elettrika meħtieġa fil-modalità Stennija” (elsb) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

    (10) “l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil likwidu jew gassuż tal-prodott sabiex dan jipprovdi fjamma li sservi bħala sors ta' tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni li jkun meħtieġ għall-potenza termika nominali jew għall-potenza termika fil-każ ta' tagħbija parzjali, jekk din tkun mixgħula għal iktar minn ħames minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, mogħti f'kW;

    (11) “kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat” tfisser sensur imħaddem b'mod manwali integrat fil-prodott, li jkejjel u jirregola t-temperatura interna tiegħu biex ivarja l-ammont ta' sħana akkumulata;

    (12) “kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra” tfisser sensur imħaddem b'mod manwali integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura interna tiegħu u jvarja l-ammont ta' sħana akkumulata fih skont it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra;

    (13) “kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew regolazzjoni mill-fornitur tal-enerġija” tfisser sensur imħaddem b'mod awtomatiku integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura interna tiegħu u jvarja l-ammont ta' sħana akkumulata fih skont it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew apparat li t-tagħbija tas-sħana tiegħu tista' tiġi rregolata mill-fornitur tal-enerġija;

    (14) “potenza termika megħjuna minn fann” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'fann wieħed jew iktar integrati fih li jkunu jistgħu jiġu rregolati biex ivarjaw il-potenza termika skont id-domanda għas-sħana;

    (15) “potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu u ma jagħti l-ebda tagħrif dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b'mod awtomatiku għal magħha;

    (16) “żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li wieħed jista' jvarja b'mod manwali l-potenza termika tal-prodott b'żewġ livelli jew aktar u li l-prodott mhuwiex mgħammar b'apparat li jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa;

    (17) “b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat mhux elettroniku li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

    (18) “b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

    (19) “b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal perjodu ta' 24 siegħa;

    (20) “b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal ġimgħa sħiħa. Il-konfigurazzjoni tal-kronometru għandha tkun tali li tippermetti varjazzjoni minn jum għall-ieħor matul dak il-perjodu ta' sebat ijiem;

    (21) “kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li awtomatikament inaqqas il-livell tat-temperatura ambjentali li għandu jintlaħaq meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra;

    (22) “kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jnaqqas il-potenza termika meta jinfetaħ bieb jew tinfetaħ tieqa. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetaħ bieb jew li nfetħet tieqa, dan jista' jew ikun installat fil-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jewinkella tista' tintuża kombinazzjoni ta' dawn l-għażliet;

    (23) “b'għażla ta' kontroll mill-bogħod” tfisser il-funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod mal-apparat ta' kontroll tal-prodott minn barra l-bini fejn ikun installat il-prodott;

    (24) “b'kontroll ta' bidjien adattabbli” tfisser il-funzjoni li tbassar l-aħjar mument biex jingħata bidu għat-tisħin u li tagħti bidu għal dan it-tisħin sabiex jintlaħaq il-livell tat-temperatura li għandu jintlaħaq fil-ħin mixtieq;

    (25) “b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim” tfisser li l-prodott għandu funzjoni li titfih b'mod awtomatiku wara ċertu perjodu taż-żmien li jkun stabbilit minn qabel;

    (26) “b'sensur b'boċċa sewda” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jkejjel it-temperatura tal-arja u t-temperatura radjanti;

    (27) “stadju wieħed” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu;

    (28) “żewġ stadji” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu f'żewġ livelli separati, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

    (29) “modulabbli” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fi tliet livelli separati jew iktar, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

    (30) “modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus;

    (31) “potenza termika tas-sistema tat-tubi” tfisser il-potenza termika kkombinata tas-segmenti tat-tubi fil-konfigurazzjoni li biha s-sistema titqiegħed fis-suq, mogħtija f'kW;

    (32) “potenza termika ta' segment tat-tubi” tfisser il-potenza termika, mogħtija f'kW, ta' segment tat-tubi li, flimkien ma' segmenti tat-tubi oħrajn, jifforma parti minn konfigurazzjoni ta' sistema tat-tubi;

    (33) “fattur radjanti fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (RFnom jew RFmin rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-potenza termika infraħamra tal-prodott meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali jew il-potenza termika minima, li jiġi kkalkulat billi l-produzzjoni tal-enerġija infraħamra tiġi diviża bl-input totali tal-enerġija abbażi tal-valur kalorifiku nett (NCV) tal-fjuwil meta l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali jew il-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali;

    (34) “l-iżolament tal-involkru” tfisser il-livell ta' iżolament termali tal-involkru jew tal-għata tal-prodott użati biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-telf tas-sħana f'każ li l-prodott ikun jista' jitqiegħed barra;

    (35) “fattur ta' telf mill-involkru” tfisser it-telf tas-sħana, mogħti bħala perċentwali, minn dik il-parti tal-prodott li tkun installata fuq barra tal-ispazju magħluq li jrid jissaħħan u li jiddependi mit-trażmittanza tal-involkru rilevanti ta' dik il-parti;

    (36) “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur;

    (37) “kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali.




    ANNESS II

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.    Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2018 'il quddiem, il-ħiters tal-post lokali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (i) il-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 42 %;

    (ii) il-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 72 %;

    (iii) il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku portabbli għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 36 %;

    (iv) il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku fissi li jkollhom potenza termika nominali ta' iktar minn 250 W għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38 %;

    (v) il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku fissi li jkollhom potenza termika nominali ta' 250 W jew inqas għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 34 %;

    (vi) il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38,5 %;

    (vii) il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 38 %;

    (viii) il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 35 %;

    (ix) il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddu b'mod viżibbli li jkollhom potenza termika nominali ta' iktar minn 1,2 kW għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 35 %;

    (x) il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddu b'mod viżibbli li jkollhom potenza termika nominali ta' 1,2 kW jew inqas għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 31 %;

    (xi) il-ħiters tal-post lokali mudwalin għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 85 %;

    (xii) il-ħiters tal-post lokali bit-tubi għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 74 %.

    2.    Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-emissjonijiet

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

    (i) l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ u mill-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi m'għandhomx jaqbżu l-130 mg/kWhinput abbażi tal-GCV;

    (ii) l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali mudwalin u mill-ħiters tal-post lokali bit-tubi m'għandhomx jaqbżu l-200 mg/kWhinput abbażi tal-GCV.

    3.    Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2018, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali:

    (i) il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

    (1) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 1, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

    (2) għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 2, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

    (3) għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 3, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija taċ-ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

    (4) kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

    (5) tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom;

    (ii) id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

    (1) l-elementi speċifikati fil-punt (a);

    (2) lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, jekk din tkun tapplika.

    (b) Mill-1 ta' Jannar 2018, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali:

    (i) għall-ħiters tal-post lokali bla tromba taċ-ċumnija u għall-ħiters tal-post lokali b'fetħa għaċ-ċumnija biss: il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas u l-pakkett tal-prodott għandhom jinkludu s-sentenza li ġejja, miktuba b'tali mod li tkun tidher u tkun tista' tinqara b'mod ċar u bi kliem li jiftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq: “Dan il-prodott mhux adattat biex jintuża bħala apparat ewlieni għat-tisħin.”;

    (1) fil-każ tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, din is-sentenza għandha tkun fuq il-paġna ta' quddiem tal-manwal;

    (2) fil-każ tas-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħra tal-prodott;

    (3) fil-każ tal-pakkett tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f'post fuq il-pakkett fejn l-utent aħħari jaraha sewwa qabel ma jixtri l-prodott.

    (ii) għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku biss: il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas u l-pakkett tal-prodott għandhom jinkludu s-sentenza li ġejja, miktuba b'tali mod li tkun tidher u tkun tista' tinqara b'mod ċar u bi kliem li jiftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq: “Dan il-prodott huwa adattat biss biex jintuża f'postijiet b'iżolament tajjeb jew biex jintuża darba fil.”;

    (1) fil-każ tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, din is-sentenza għandha tkun fuq il-paġna ta' quddiem tal-manwal;

    (2) fil-każ tas-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħra tal-prodott;

    (3) fil-każ tal-pakkett tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f'post fuq il-pakkett fejn l-utent aħħari jaraha sewwa qabel ma jixtri l-prodott.



    Tabella 1

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi

    Identifikatur(i) tal-mudell:

    Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

    Potenza termika diretta: …(kW)

    Potenza termika indiretta: …(kW)

    Fjuwil

     

     

    L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post (1)

    NOx

    Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil

    [gassuż/likwidu]

    [Jekk jogħġbok speċifika]

    [mg/kWhinput] (abbażi tal-GCV)

     

     

     

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Potenza termika

     

    Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV)

    Potenza termika nominali

    Pnom

    x,x

    kW

     

    Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

    ηth,nom

    x,x

    %

    Potenza termika minima (valur ta' referenza)

    Pmin

    [x,x/N.A.]

    kW

     

    Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza)

    ηth,min

    [x,x/N.A.]

    %

     

     

     

     

     

     

    Konsum tal-elettriku awżiljarju

     

    It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

    Fil-potenza termika nominali

    elmax

    x,xxx

    kW

     

    potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

    Fil-potenza termika minima

    elmin

    x,xxx

    kW

     

    żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

    Fil-modalità Stennija

    elSB

    x,xxx

    kW

     

    b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

    [iva/le]

     

     

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

     

     

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

    [iva/le]

     

     

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

    [iva/le]

     

     

    Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

     

     

    kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

    [iva/le]

     

     

    kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

    [iva/le]

     

     

    b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

    [iva/le]

     

     

    b'kontroll ta' bidjien adattabbli

    [iva/le]

     

     

    b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

    [iva/le]

     

     

    b'sensur b'boċċa sewda

    [iva/le]

    L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

     

     

    L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

    Ppilot

    [x,xxx/N.A.]

    kW

     

     

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)    NOx = l-ossidi tan-nitroġenu



    Tabella 2

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

    Identifikatur(i) tal-mudell:

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Unità

    Potenza termika

     

    It-tip ta' input termiku għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti biss (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

    Potenza termika nominali

    Pnom

    x,x

    kW

     

    kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat

    [iva/le]

    Potenza termika minima (valur ta' referenza)

    Pmin

    [x,x/N.A.]

    kW

     

    kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

    [iva/le]

    Potenza termika massima kontinwa

    Pmax,c

    x,x

    kW

     

    kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

    [iva/le]

    Konsum tal-elettriku awżiljarju

     

     

     

     

    potenza termika megħjuna minn fann

    [iva/le]

    Fil-potenza termika nominali

    elmax

    x,xxx

    kW

     

    It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

    Fil-potenza termika minima

    elmin

    x,xxx

    kW

     

    potenza termika bi stadju wieħed u mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

    Fil-modalità Stennija

    elSB

    x,xxx

    kW

     

    żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

     

     

    b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

    [iva/le]

     

     

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

     

     

    kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

    [iva/le]

     

     

    kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

    [iva/le]

     

     

    Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

     

     

    kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

    [iva/le]

     

     

    kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

    [iva/le]

     

     

    b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

    [iva/le]

     

     

    b'kontroll ta' bidjien adattabbli

    [iva/le]

     

     

    b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

    [iva/le]

     

     

    b'sensur b'boċċa sewda

    [iva/le]

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.



    Tabella 3

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali

    Identifikatur(i) tal-mudell:

    It-tip ta' tisħin: [mudwal/b'tubi radjanti]

    Fjuwil

    Fjuwil

     

     

    L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post (1)

    NOx

    Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil

    [gassuż/likwidu]

    [Jekk jogħġbok speċifika]

     

    mg/kWhinput (abbażi tal-GCV)

     

     

     

     

     

    Karatteristiċi meta l-ħiter ikun qed jaħdem bil-fjuwil ippreferut biss

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Potenza termika

     

    Effiċjenza utli (abbażi tal-GCV) — għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi biss (2)

    Potenza termika nominali

    Pnom

    x,x

    kW

     

    Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

    ηth,nom

    x,x

    %

    Potenza termika minima

    Pmin

    [x,x/N.A.]

    kW

     

    Effiċjenza utli fil-potenza termika minima

    ηth,min

    [x,x/N.A.]

    %

    Potenza termika minima (bħala perċentwali tal-potenza termika nominali)

    ..

    [x]

    %

     

     

     

     

     

    Potenza termika nominali tas-sistema tat-tubi (jekk din tkun applikabbli)

    Psystem

    x,x

    kW

     

     

     

     

     

    Potenza termika nominali tas-segment tat-tubi (jekk din tkun applikabbli)

    Pheater,i

    [x,x/N.A.]

    kW

     

    Effiċjenza utli tas-segment tat-tubi fil-potenza termika minima (jekk din tkun applikabbli)

    ηi

    [x,x/N.A.]

    %

    (jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

    ..

    [x,x/N.A.]

    kW

     

    (jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

    ..

    [x,x/N.A.]

    %

    l-għadd ta' segmenti tat-tubi identiċi

    n

    [x]

    [-]

     

     

     

     

     

    Fattur radjanti

     

     

     

     

    Telf mill-involkru

     

     

     

    fattur radjanti fil-potenza termika nominali

    RFnom

    [x,x]

    [-]

     

    Klassi tal-iżolament tal-involkru

    U

     

    W/(m2K)

    fattur radjanti fil-potenza termika minima

    RFmin

    [x,x]

    [-]

     

    Fattur ta' telf mill-involkru

    Fenv

    [x,x]

    %

    fattur radjanti ta' segment tat-tubi fil-potenza termika nominali

    RFi

    [x,x]

    [-]

     

    Ġeneratur tas-sħana li għandu jiġi installat 'il barra miż-żona msaħħna

     

    [iva/le]

     

    (jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn)

    ..

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Konsum tal-elettriku awżiljarju

     

    It-tip ta' kontroll tal-potenza termika (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

    Fil-potenza termika nominali

    elmax

    x,xxx

    kW

     

    —  bi stadju wieħed

    [iva/le]

     

    Fil-potenza termika minima

    elmin

    x,xxx

    kW

     

    —  b'żewġ stadji

    [iva/le]

     

    Fil-modalità Stennija

    elSB

    x,xxx

    kW

     

    —  modulabbli

    [iva/le]

     

     

     

     

    L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

     

     

    L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

    Ppilot

    [x,xxx/N.A.]

    kW

     

     

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)    NOx = l-ossidi tan-nitroġenu.

    (*2)   Għall-ħiters tal-post lokali mudwalin, l-effiċjenza termali pponderata hija awtomatikament ta' 85,6 %.




    ANNESS III

    Kejl u kalkoli

    1.

    Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2 sa 5.

    2.

    Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

    (a) Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali u għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandhom jitqarrbu għal ċifra wara l-punt deċimali.

    (b) Il-valuri ddikjarati għall-emissjonijiet għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.

    3.

    Kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

    (a) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post (ηS ) għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv (ηS,on ), ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-ħżin tas-sħana u l-kontroll tal-potenza termika, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti.

    (b) Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni (CC) ta' 2,5.

    4.

    Kundizzjonijiet ġenerali għall-emissjonijiet

    (a) Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi, il-kejl għandu jqis l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx). L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-dijossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta' dijossidu tan-nitroġenu.

    5.

    Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

    (a) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija ddefinita kif ġej:

    ηS = ηS,on – 10 % + F(1) + F(2) + F(3) – F(4) – F(5)

    L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija ddefinita kif ġej:

    ηS = ηS,on F(1) – F(4) – F(5)

    fejn:

      ηS,on hija l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv, mogħtija f'perċentwali u kkalkulata kif stabbilit fil-punt 5(b);

      F(1) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv tal-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-għażliet għall-ħżin tas-sħana u għall-potenza termika; u l-kontribut negattiv tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-għażliet għall-potenza termika, mogħti f'perċentwali;

      F(2) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku u ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

      F(3) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali.

      F(4) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-elettriku awżiljarju fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali;

      F(5) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali.

    (b) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv hija kkalkulata kif ġej:

    Għall-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali tal-elettriku u l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:

    ηS,on = ηth,nom

    fejn:

      ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tan-NCV.

    Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku:

    image

    fejn:

      CC huwa “l-koeffiċjent ta' konverżjoni” tal-enerġija elettrika f'enerġija primarja.

     għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, ηth,on għandha valur ta' 100 %.

    Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali:

    ηS,on = ηS,th · ηS,RF

    fejn:

      ηS,th hija l-effiċjenza termali pponderata, mogħtija f'perċentwali;

      ηS,RF hija l-effiċjenza tal-emissjonijiet, mogħtija f'perċentwali.

    Għall-ħiters tal-post lokali mudwalin, ηS,th għandha valur ta' 85,6 %;

    Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi:

    ηS,th = (0,15 · ηth,nom + 0,85 · ηth,min ) – Fenv

    fejn:

      ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tal-GCV, mogħtija f'perċentwali;

      ηth,min hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika minima abbażi tal-GCV, mogħtija f'perċentwali.

      Fenv huwa t-telf mill-involkru tal-ġeneratur tas-sħana, mogħti f'perċentwali;

    Jekk il-manifattur jew il-fornitur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat ġol-ispazju ta' fuq ġewwa li jrid jissaħħan, it-telf mill-involkru jkun ta' 0 (żero).

    Jekk il-manifattur jew il-fornitur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat 'il barra miż-żona msaħħna, il-fattur ta' telf mill-involkru jkun jiddependi fuq it-trażmittanza termali tal-involkru tal-ġeneratur tas-sħana skont it-Tabella 4.



    Tabella 4

    Il-fattur ta' telf mill-involkru tal-ġeneratur tas-sħana

    It-trażmittanza termali tal-involkru (U)

     

    U ≤ 0,5

    2,2 %

    0,5 < U ≤ 1,0

    2,4 %

    1,0 < U ≤ 1,4

    3,2 %

    1,4 < U ≤ 2,0

    3,6 %

    U > 2,0

    6,0 %

    L-effiċjenza tal-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija kkalkulata kif ġej:

    image

    fejn:

      RFS huwa l-fattur radjanti tal-ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali, mogħti f'perċentwali.

    Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali kollha minbarra s-sistemi tat-tubi:

    RFS = 0,15 · RFnom + 0,85 · RFmin

    fejn:

      RFnom , huwa l-fattur radjanti fil-potenza termika nominali, mogħti f'perċentwali;

      RFmin , huwa l-fattur radjanti fil-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali.

    Għas-sistemi tat-tubi:

    image

    fejn:

      RFnom,i , huwa l-fattur radjanti ta' kull segment tat-tubi fil-potenza termika nominali, mogħti f'perċentwali;

      RFmin,i , huwa l-fattur radjanti ta' kull segment tat-tubi fil-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali;

      Pheater,i , hija l-potenza termika ta' kull segment tat-tubi, mogħtija f'kW u bbażata fuq il-GCV;

      Psystem , hija l-potenza termika tas-sistema kollha tat-tubi, mogħtija f'kW u bbażata fuq il-GCV.

    L-ekwazzjoni t'hawn fuq tapplika biss jekk il-berner, it-tubi u r-rifletturi tas-segment tat-tubi użati fis-sistema tat-tubi jkunu tfasslu bl-istess mod bħal ħiter tal-post lokali b'tubu wieħed u jekk il-konfigurazzjonijiet li jiddeterminaw il-prestazzjoni tas-segment tat-tubi jkunu bħal dawk ta' ħiter tal-post lokali b'tubu wieħed.

    (c) Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-input termiku u tal-potenza termika u jekk is-sħana tkunx titqassam permezz tal-konvezzjoni naturali jew megħjuna minn fann għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, u għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-kontribut negattiv marbut mal-kapaċità tal-prodott li jirregola l-potenza termika tiegħu.

    Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza termika, F(1), huwa kkalkulat kif ġej:

    F'każ li l-prodott ikun mgħammar b'waħda mill-għażliet murija fit-Tabella 5 (li jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku), il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għandu jiżdied mal-valur korrispondenti ta' dik l-għażla.



    Tabella 5

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti

    Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

    Perċentwal li bih jiżdied F(1)

    Kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat

    0,0 %

    Kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra

    2,0 %

    Kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew regolazzjoni mill-fornitur tal-enerġija

    3,5 %

    F'każ li l-potenza termika tal-ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti tkun megħjuna minn fann, għandu jiżdied ukoll 1,5 % ieħor mal-fattur ta' korrezzjoni F(1).

    Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza termika huwa kkalkulat kif ġej:



    Tabella 6

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali

    It-tip ta' kontroll tal-potenza termika tal-prodotti:

    Kalkolu ta' F(1):

    bi stadju wieħed

    F(1) = 5 %

    b'żewġ stadji

    image

    modulabbli

    image

    Il-valur minimu tal-fattur ta' korrezzjoni F(1) huwa ta' 2,5 % għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali b'żewġ stadji u ta' 5 % għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali modulabbli.

    Għall-ħiters tal-post lokali li mhumiex ħiters tal-elettriku akkumulanti jew ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għandu jkun ta' 0 (żero).

    (d) Il-fattur ta' korrezzjoni F(2), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku jew ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

    Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(2) jikkorrispondi ma' wieħed mill-fatturi mogħtija fit-Tabella 7, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Jista' jintgħażel biss valur wieħed.



    Tabella 7

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(2)

    Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

    F(2)

    għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

    għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi

    portabbli

    fissi

    akkumulanti

    ta' taħt l-art

    b'diffużjoni radjanti

    Potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    Żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura

    1,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    2,0 %

    1,0 %

    B'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

    6,0 %

    1,0 %

    0,5 %

    1,0 %

    1,0 %

    2,0 %

    B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

    7,0 %

    3,0 %

    1,5 %

    3,0 %

    2,0 %

    4,0 %

    B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

    8,0 %

    5,0 %

    2,5 %

    5,0 %

    3,0 %

    6,0 %

    B'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

    9,0 %

    7,0 %

    3,5 %

    7,0 %

    4,0 %

    7,0 %

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(2) ma japplikax għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali.

    (e) Il-fattur ta' korrezzjoni F(3), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

    Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(3) jikkorrispondi għall-għadd tal-valuri mogħtija fit-Tabella 8, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati.



    Tabella 8

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(3)

    Tagħmir tal-prodott (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet):

    F(3)

    għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

    għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi

    portabbli

    fissi

    akkumulanti

    ta' taħt l-art

    b'diffużjoni radjanti

    Kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

    1,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    2,0 %

    1,0 %

    Kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

    0,0 %

    1,0 %

    0,5 %

    1,0 %

    1,0 %

    1,0 %

    B'għażla ta' kontroll mill-bogħod

    0,0 %

    1,0 %

    0,5 %

    1,0 %

    1,0 %

    1,0 %

    B'kontroll ta' bidjien adattabbli

    0,0 %

    1,0 %

    0,5 %

    1,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    B'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    1,0 %

    0,0 %

    B'sensur b'boċċa sewda

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    0,0 %

    1,0 %

    0,0 %

    (f) Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

    Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis il-konsum tal-elettriku awżiljarju waqt tħaddim tal-apparat fil-modalità Mixgħul u fil-modalità Stennija.

    Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

    Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

    image

    fejn:

      elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

      Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW;

      α huwa fattur li jqis jekk il-prodott huwiex konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 ( 2 ) jew le;

     

     jekk il-prodott ikun konformi mal-valuri ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008, il-valur ta' α jkun awtomatikament ta' 0 (żero);

     jekk il-prodott ma jkunx konformi mal-valuri ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008, il-valur ta' α jkun awtomatikament ta' 1.3.

    Għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej:

    image

    fejn:

      elmax huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, mogħti f'kW;

      elmin huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima, mogħti f'kW. F'każ li l-prodott ma joffrix potenza termika minima, għandu jintuża l-valur tal-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali;

      elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

      Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

    Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej:

    image

    (g) Il-fattur ta' korrezzjoni F(5), li huwa marbut mal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti, huwa kkalkulat kif ġej:

    Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti.

    Għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, dan il-fattur huwa kkalkulat kif ġej:

    image

    fejn:

      Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

      Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

    Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

    image

    F'każ li l-prodott ma jkollux dawl (fjamma) pilota permanenti, il-valur ta' Ppilot ikun ta' 0 (żero).

    fejn:

      Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

      Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

    ▼M1




    ANNESS IV

    Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

    Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

    (1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

    (2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

    (a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

    (b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

    (c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 9.

    (3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati, ħlief għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, meta n-nuqqas ta' konformità jiġi stabbilit mingħajr aktar testijiet, u l-punti 6 u 7 ta' hawn taħt ikunu japplikaw minnufih.. Għall-mudelli l-oħrajn, inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

    (5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.

    (6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 4 jew 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



    Tabella 9

    It-tolleranzi tal-verifika

    Parametri

    It-tolleranzi tal-verifika

    L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs , għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat waqt il-potenza termika nominali tal-unità.

    L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs , għall-ħiters tal-post lokali domestiċi tal-fjuwil gassuż u tal-fjuwil likwidu

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

    L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs , għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u bit-tubi

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

    L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post lokali domestiċi tal-fjuwil likwidu jew gassuż u għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u bit-tubi

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

    ▼B




    ANNESS V

    Il-valuri indikattivi ta' referenza msemmija fl-Artikolu 6

    Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-post lokali f'dak li għandu x'jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:

    1. Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali:

    (a) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali b'fuklar miftuħ li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 65 %;

    (b) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 88 %;

    (c) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-elettriku: iktar minn 39 %;

    (d) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali mudwalin: 92 %;

    (e) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali bit-tubi: 88 %.

    2. Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali:

    (a) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi: 50 mg/kWhinput abbażi tal-GCV;

    (b) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali mudwalin u mill-ħiters tal-post lokali bit-tubi: 50 mg/kWhinput abbażi tal-GCV.

    Il-valuri ta' referenza speċifikati fil-punti 1 u 2 mhux bil-fors ifissru li ħiter tal-post lokali partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta' dawk il-valuri.



    ( 1 ) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

    ( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f'modalità standby u f'modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).

    Top