Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R0949-20170717

    Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/949 tad- 19 ta' Ġunju 2015 li japprova l-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni mwettqa fuq ċertu ikel minn ċerti pajjiżi terzi għall-preżenza ta' ċerti mikotossini (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/949/2017-07-17

    02015R0949 — MT — 17.07.2017 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/949

    tad-19 ta' Ġunju 2015

    li japprova l-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni mwettqa fuq ċertu ikel minn ċerti pajjiżi terzi għall-preżenza ta' ċerti mikotossini

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 156 20.6.2015, p. 2)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1269 tat-13 ta' Lulju 2017

      L 183

    9

    14.7.2017




    ▼B

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/949

    tad-19 ta' Ġunju 2015

    li japprova l-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni mwettqa fuq ċertu ikel minn ċerti pajjiżi terzi għall-preżenza ta' ċerti mikotossini

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    L-approvazzjoni tal-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni

    1.  Il-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni mwettqa qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-Kummissjoni Kanadiża għall-Qamħ, bħala awtorità kompetenti, fir-rigward tal-okratossina A fil-qamħ u fid-dqiq tal-qamħ imniżżla fl-Anness I u prodotti fit-territorju tal-Kanada huma approvati.

    2.  Il-kontrolli li ġejjin ta' qabel l-esportazzjoni, mwettqa qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni mid-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti (USDA), bħala awtorità kompetenti, huma approvati:

    (a) il-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni fir-rigward tal-aflatossini fil-karawett imniżżla fl-Anness I u prodotti fuq it-territorju tal-Istati Uniti;

    (b) il-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni fir-rigward tal-aflatossini fil-lewż imniżżla fl-Anness I u prodotti fit-territorju tal-Istati Uniti.

    Artikolu 2

    Id-dokumenti ta' akkumpanjament u l-identifikazzjoni tal-kunsinni

    1.  Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata minn:

    (a) rapport li jkun fih ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u tal-analiżi mwettqa f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 ( 1 ), jew b'rekwiżiti ekwivalenti, minn laboratorju approvat għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti;

    (b) ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness II, li jkun imtela, ġie vverifikat u ġie ffirmat minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti; iċ-ċertifikat ikun validu għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ.

    2.  Kull kunsinna ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkollha kodiċi ta' identifikazzjoni li għandu jerġa' jitniżżel fuq ir-rapport u fuq iċ-ċertifikat, imsemmija fil-paragrafu 1. Kull basket individwali, jew forma oħra ta' imballaġġar, jew imballaġġar li jgħaqqad diversi entitajiet individwali f'imballaġġ wieħed, tal-kunsinna għandu jiġi identifikat bl-istess kodiċi.

    Artikolu 3

    Il-qsim tal-kunsinni

    Jekk kunsinna tinqasam, il-kopji taċ-ċertifikat previsti fl-Artikolu 2(1)(b) u ċċertifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ il-qsim, għandhom jakkumpanjaw kull parti tal-kunsinna maqsuma sakemm tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

    Artikolu 4

    Il-kontrolli uffiċjali

    F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(2) u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi mwettqa mill-Istati Membri fuq il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u ppreżentati f'konformità mal-Artikolu 2 għandha titnaqqas għall-perċentwali massimu tal-għadd ta' kunsinni ppreżentati kif previst fl-Anness I.

    Artikolu 5

    It-tħassir

    Id-Deċiżjoni 2008/47/KE u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2011 huma b'dan imħassra.

    Ir-referenzi għad-Deċiżjoni u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u l-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi msemmija fl-Artikolu 4:



    L-ikel

    Il-kodiċi tan-NM (Nomenklatura Magħquda)

    Is-sottodiviżjoni tat-TARIC (Tariffa Integrata tal-Komunità Ewropea)

    Il-pajjiż tal-oriġini

    Il-mikotossina

    Il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi (%) waqt l-importazzjoni

    —  Qamħ

    —  1001

     

    Il-Kanada

    Okratossina A

    < 1

    —  Dqiq tal-qamħ

    —  1101 00

    ▼M1 —————

    ▼B

    —  Lewż, bil-qoxra

    —  0802 11

     

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Aflatossini

    < 1

    —  Lewż, bla qoxra

    —  0802 12




    ANNESS II

    image

    image

    image



    ( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).

    Top