Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R0340-20240804

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/340/2024-08-04

    Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:

    Att li jemenda Tip ta’ emenda Is-subdiviżjoni kkonċernata Data tal-effett
    32023R0203 Emendata minn anness II parti ATCO.AR punt ATCO.AR.A.020 punt (c) 22/02/2026
    32023R0203 Emendata minn anness II parti ATCO.AR punt ATCO.AR.B.001 punt (e) 22/02/2026
    32023R0203 Emendata minn anness II parti ATCO.AR punt ATCO.AR.B.005 punt (c) 22/02/2026
    32023R0203 Emendata minn anness III parti ATCO.OR punt ATCO.OR.C.001A 22/02/2026
    32023R0203 Emendata minn anness II parti ATCO.AR punt ATCO.AR.B.005 titolu 22/02/2026
    32023R0203 Emendata minn anness II parti ATCO.AR punt ATCO.AR.C.001 punt (f) 22/02/2026
    32023R0203 Emendata minn anness II parti ATCO.AR punt ATCO.AR.E.010A 22/02/2026
    32023R0203 Emendata minn anness II parti ATCO.AR punt ATCO.AR.A.025A 22/02/2026

    02015R0340 — MT — 04.08.2024 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/340

    tal-20 ta' Frar 2015

    li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 063 6.3.2015, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/893 tal-21 ta’ April 2023

      L 118

    1

    4.5.2023

    ►M2

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2163 tas-17 ta’ Ottubru 2023

      L 2163

    1

    18.10.2023


    Ikkoreġut bi:

     C1

    Rettifika, ĠU L 159, 22.6.2023, p.  152 ((UE) 2015/340)

    ►C2

    Rettifika, ĠU L 163, 29.6.2023, p.  106 ((UE) 2023/893)




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/340

    tal-20 ta' Frar 2015

    li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Ambitu u kamp ta' applikazzjoni

    1.  

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati għal:

    ▼M1

    (a) 

    ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, għaż-żamma, għall-emendar, għal-limitazzjoni, għas-sospensjoni jew għar-revoka tal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u tal-istudenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet assoċjati, inklużi r-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru miksuba matul is-servizz militari fil-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru tal-Unjoni, u l-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta’ dawk il-liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet;

    ▼B

    (b) 

    il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, il-limitazzjoni, is-sospensjoni u r-revoka taċ-ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-kontrolluri studenti tat-traffiku tal-ajru, u l-privileġġi u r-responsabbiltajiet ta' dawk fil-pussess tagħhom;

    (c) 

    iċ-ċertifikazzjoni tal-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-kontrolluri studenti tat-traffiku tal-ajru;

    (d) 

    iċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

    (e) 

    il-kundizzjonijiet għall-validazzjoni, ir-rivalidazzjoni, it-tiġdid u l-użu ta' tali liċenzji, klassifikazzjonijiet, approvazzjonijiet u ċertifikati.

    2.  

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

    ▼M1

    (a) 

    l-istudenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139;

    ▼B

    (b) 

    persuni u organizzazzjonijiet involuti fil-liċenzjar, it-taħriġ, l-ittestjar, il-kontrolli u l-valutazzjoni medika tal-applikanti skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Konformità mar-rekwiżiti u l-proċeduri

    1.  
    Il-kontrolluri studenti tat-traffiku tal-ajru, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-persuni involuti fil-ħruġ ta' liċenzji, it-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-kontroll u l-valutazzjoni medika tal-applikanti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) għandhom ikunu kkwalifikati u liċenzjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, III u IV mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 6.
    2.  
    L-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom ikunu kkwalifikati skont ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Annessi I, III u IV u għandhom jiġu ċċertifikati minn awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 6.
    3.  
    Iċ-ċertifikazzjoni medika tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Annessi III u IV.
    4.  

    Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru impjegati mill-fornituri tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li japplika għalih it-Trattat u li s-sede prinċipali tal-attività u l-uffiċċju rreġistrat tagħhom, jekk ikollhom, ikun jinsab barra mit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, għandhom jitqiesu li jkunu ġew liċenzjati skont il-paragrafu 1, meta jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    ikollhom liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru maħruġa minn pajjiż terz skont l-Anness I tal-Konvenzjoni ta' Chicago;

    (b) 

    ikunu urew lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 6 li ngħataw taħriġ u rnexxielhom jgħaddu minn eżamijiet u valutazzjonijiet ekwivalenti għal dawk meħtieġa mill-Parti ATCO, Sottoparti D, Sezzjonijiet 1-4, stabbiliti fl-Anness I.

    Il-kompiti u l-funzjonijiet assenjati lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-ewwel sottoparagrafu ma għandhomx jisbqu l-privileġġi tal-liċenzja maħruġa mill-pajjiż terz.

    5.  

    Għalliema u assessuri prattiċi impjegati minn organizzazzjoni tat-taħriġ li tinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri għandhom jitqiesu li huma kkwalifikati skont il-paragrafu 1, meta dawn jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    ikollhom liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru maħruġa minn pajjiż terz skont l-Anness I tal-Konvenzjoni ta' Chicago, bi klassifikazzjoni, u jekk ikun applikabbli, l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni li tikkorrispondi għal dik li għaliha huma awtorizzati biex jgħallmu u jivvalutaw;

    (b) 

    ikunu wrew lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 6 li ngħataw taħriġ u rnexxielhom jgħaddu minn kontrolli u eżamijiet ekwivalenti għal dawk meħtieġa mill-Parti ATCO, Sottoparti D, Sezzjoni 5, stabbiliti fl-Anness I.

    Il-privileġġi msemmija fl-ewwel sottoparagrafu għandhom ikunu speċifikati f'ċertifikat minn pajjiż terz u għandhom ikunu limitati biex jipprovdu struzzjoni u valutazzjoni għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri.

    ▼M1

    Artikolu 3

    Għoti ta’ servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

    1.  
    Is-servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom jiġu pprovduti biss minn kontrolluri tat-traffiku tal-ajru kkwalifikati u liċenzjati f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan ir-Regolament għall-persunal militari tagħhom li jipprovdi servizzi lill-pubbliku.

    ▼B

    Artikolu 4

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    “sitwazzjoni anormali” tfisser, iċ-ċirkostanzi inkluż sitwazzjonijiet degradati, li la huma ta' rutina u lanqas esperjenzati b'mod komuni u li kontrollur tat-traffiku tal-ajru ikun għadu ma żviluppax ħiliet awtomatiċi;

    ▼M1

    (2) 

    “mezzi aċċettabbli ta’ konformità (AMC)” tfisser standards mhux vinkolanti adottati mill-Aġenzija sabiex juru l-mezzi li bihom tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

    ▼B

    (3) 

    “servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)” tfisser servizz ipprovdut bl-iskop:

    (a) 

    li jevita l-kolliżjonijiet:

    — 
    bejn inġenji tal-ajru, u
    — 
    fiż-żona ta' mmanuvrar bejn inġenji tal-ajru u ingombri; u
    (b) 

    li jħaffef u jżomm fluss ordnat ta' traffiku tal-ajru;

    (4) 

    “unità ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)” tfisser terminu ġeneriku li jfisser, skont il-każ, ċentru ta' kontroll taż-żona, unità ta' kontroll tal-avviċinament jew torri ta' kontroll tal-ajrudrom;

    ▼M1

    (5) 

    “mezzi alternattivi ta’ konformità” tfisser alternattiva għal AMC eżistenti, jew mezz ġdid biex jistabbilixxi konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu u li għalihom ma ġie adottat l-ebda AMC assoċjat mill-Aġenzija;

    ▼B

    (6) 

    “valutazzjoni” tfisser evalwazzjoni tal-ħiliet prattiċi li jwasslu għall-għoti tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni u/jew l-approvazzjoni(jiet) u r-rivalidazzjoni u/jew it-tiġdid tagħhom, inkluż l-imġiba u l-applikazzjoni prattika tal-għarfien u l-fehim li jintwerew mill-persuna li tkun qiegħda tiġi vvalutata;

    (7) 

    “approvazzjoni ta' assessur” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza tad-detentur li jivvaluta l-ħiliet prattiċi tal-kontrollur student tat-traffiku tal-ajru u l-kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

    ▼M1

    (7a) 

    “kreditu” tfisser ir-rikonoxximent tat-taħriġ imwettaq minn kontrollur tat-traffiku tal-ajru matul is-servizz militari tiegħu għall-fini tal-applikazzjoni għal liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru li għandha tinħareġ f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

    (7b) 

    “rapport nazzjonali ta’ konverżjoni” tfisser rapport li abbażi tiegħu taħriġ minn qabel mill-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jista’ jingħata kreditu mill-awtorità kompetenti li lilha tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

    ▼B

    (8) 

    “stress ta' inċident kritiku” tfisser il-manifestazzjoni ta' reazzjonijiet emozzjonali, fiżiċi u/jew ta' imġiba mhux tas-soltu f'individwu wara avveniment mhux mistenni, aċċident, inċident jew inċident serju;

    (9) 

    “sitwazzjoni ta' emerġenza” tfisser sitwazzjoni serja u perikoluża li teħtieġ azzjonijiet immedjati;

    (10) 

    “eżami” tfisser test formalizzat li jevalwa l-għarfien u l-fehim tal-persuna;

    ▼M1

    (11) 

    “materjal ta’ gwida (GM)” tfisser materjal mhux vinkolanti maħruġ mill-Aġenzija, li jgħin biex tiġi spjegata t-tifsira ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni u li jintuża biex jappoġġa l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu;

    ▼B

    (12) 

    “indikatur tal-pożizzjoni tal-ICAO” tfisser il-kodiċi b'erba' ittri fformulat skont ir-regoli preskritti mill-ICAO fil-manwal “DOC 7910” fl-aħħar verżjoni aġġornata tiegħu u assenjat lill-pożizzjoni ta' stazzjon ajrunawtiku fiss;

    (13) 

    “approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika” tfisser id-dikjarazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza lingwistika tad-detentur;

    (14) 

    “liċenzja” tfisser dokument, maħruġ u approvat skont dan ir-Regolament u li jagħti d-dritt lid-detentur leġittimu tiegħu biex jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li jkun hemm fih;

    ▼M1

    (14a) 

    “approvazzjoni tal-liċenzja” tfisser l-awtorizzazzjoni mdaħħla fuq u li tifforma parti mil-liċenzja, li tindika kwalifika speċifika tad-detentur tal-liċenzja. Huwa terminu ġeneriku użat biex jiddeskrivi l-inklużjoni ta’ approvazzjonijiet ta’ għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol, ta’ għalliem ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku, ta’ assessur u tal-profiċjenza tal-lingwa;

    ▼B

    (15) 

    “struzzjoni ta' taħriġ fuq ix-xogħol” tfisser il-fażi ta' taħriġ unitarju li matulha, rutini u ħiliet relatati mal-impjieg miksuba, jiġu integrati fil-prattika taħt is-superviżjoni ta' għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol ikkwalifikat f'sitwazzjoni ta' traffiku dak il-ħin stess;

    (16) 

    “approvazzjoni ta' għalliem ta' taħriġ fuq ix-xogħol (OJTI)” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza tad-detentur li jagħti tagħlim ta' taħriġ fuq ix-xogħol u struzzjoni fuq tagħmir ta' taħriġ sintetiku;

    (17) 

    “għalliem parti minn kompitu (PTT)” tfisser tagħmir ta' taħriġ sintetiku li jipprovdi taħriġ għal kompiti operattivi speċifiċi u magħżula mingħajr ma l-istruttur ikollu bżonn jipprattika l-kompiti kollha li ġeneralment huma assoċjati ma' ambjent operattiv b'mod sħiħ;

    (18) 

    “objettiv tal-prestazzjoni” tfisser dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa tal-prestazzjoni mistennija tal-persuna li tkun qed tagħti t-taħriġ, il-kundizzjonijiet li taħthom tkun qed issir il-prestazzjoni u l-istandards li l-persuna li tkun qiegħda tieħu t-taħriġ għandha tissodisfa;

    ▼M1

    (19) 

    “inabbiltà provviżorja” tfisser stat temporanju li fih id-detentur tal-liċenzja jiġi pprevenut milli jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja meta l-klassifikazzjonijiet, l-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikat mediku tiegħu jkunu validi;

    ▼B

    (20) 

    “sustanza psikoattiva” tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, filwaqt li l-kaffeina u t-tabakk huma esklużi;

    ▼M1

    (20a) 

    “klassifikazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja jew assoċjata magħha u li tifforma parti minnha, li ssemmi l-kundizzjonijiet, il-privileġġi, jew il-limitazzjonijiet speċjali li jappartjenu għal din il-liċenzja;

    ▼B

    (21) 

    “approvazzjoni tal-klassifikazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tagħmel parti minnha, li tindika l-kundizzjonijiet, il-privileġġi jew il-limitazzjonijiet speċifiċi relatati mal-klassifikazzjoni rilevanti;

    (22) 

    “tiġdid” tfisser l-att amministrattiv meħud wara li jkunu skadew klassifikazzjoni, approvazzjoni jew ċertifikat li jġedded il-privileġġi tal-klassifikazzjoni, l-approvazzjoni jew iċ-ċertifikat għal perjodu speċifikat ulterjorment soġġett għall-issodisfar ta' rekwiżiti speċifikati;

    (23) 

    “rivalidazzjoni” tfisser l-att amministrattiv meħud fi ħdan il-perjodu ta' validità ta' klassifikazzjoni, approvazzjoni jew ċertifikat li jippermetti lid-detentur ikompli jeżerċita l-privileġġi ta' klassifikazzjoni, approvazzjoni jew ċertifikat għal perjodu speċifikat ieħor soġġett għall-issodisfar tar-rekwiżiti speċifikati;

    (24) 

    “settur” tfisser parti minn żona ta' kontroll u/jew parti minn reġjun jew reġjun superjuri ta' informazzjoni dwar it-titjir;

    (25) 

    “simulatur” tfisser tagħmir ta' taħriġ sintetiku li jippreżenta l-karatteristiċi importanti tal-ambjent operattiv reali u li jirriproduċi l-kundizzjonijiet operattivi li taħthom il-persuna li twettaq it-taħriġ tista' tipprattika kompiti prattiċi dak il-ħin stess direttament;

    (26) 

    “tagħmir ta' taħriġ sintetiku” tfisser kwalunkwe tip ta' tagħmir li permezz tiegħu huma stimulati l-kundizzjonijiet operattivi, inklużi simulaturi u l-għalliema parti mill-kompitu;

    (27) 

    “approvazzjoni ta' għalliem ta' tagħmir tat-taħriġ sintetiku (STDI)” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-kompetenza tad-detentur biex jagħti struzzjoni fuq tagħmir ta' taħriġ sintetiku;

    (28) 

    “kors ta' taħriġ” tfisser struzzjoni teoretika u/jew prattika żviluppata fi ħdan qafas strutturat u mogħti sa żmien iddefinit;

    (29) 

    “organizzazzjoni ta' taħriġ” tfisser organizzazzjoni li tkun ġiet iċċertifikata mill-awtorità kompetenti sabiex tipprovdi tip wieħed jew aktar ta' taħriġ;

    (30) 

    “approvazzjoni ta' unità” tfisser l-awtorizzazzjoni mniżżla fuq liċenzja u li tifforma parti minnha, li tindika l-indikatur tal-pożizzjoni tal-ICAO u s-settur, il-grupp ta' setturi jew il-pożizzjonijiet ta' ħidma li fihom id-detentur tal-liċenzja jkollu l-kompetenza li jaħdem;

    ▼M1

    (31) 

    “validazzjoni” tfisser proċess li permezz tiegħu, bit-tlestija b’suċċess ta’ kors ta’ approvazzjoni unitarju assoċjat ma’ klassifikazzjoni jew approvazzjoni ta’ klassifikazzjoni, id-detentur jista’ jibda jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-klassifikazzjoni jew approvazzjoni ta’ klassifikazzjoni.

    ▼B

    Artikolu 5

    Awtorità kompetenti

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew jistabbilixxu awtorità kompetenti waħda jew aktar b'responsabbiltajiet allokati għaċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tal-persuni u l-organizzazzjonijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.
    2.  
    Fi blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali fil-każ ta' għoti ta' servizzi transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinħatru bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati.
    3.  
    Jekk Stat Membru jinnomina jew jistabbilixxi aktar minn awtorità kompetenti waħda, l-oqsma ta' kompetenza ta' kull awtorità kompetenti għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar f'termini ta' responsabbiltajiet u qasam ġeografiku, fejn ikun xieraq. Għandha tiġi stabbilita koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet biex tiġi żgurata sorveljanza xierqa tal-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha suġġetti għal dan ir-Regolament fil-mandati rispettivi tagħhom.
    4.  
    L-awtorita/awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u mill-organizzazzjonijiet ta' taħriġ. Din l-indipendenza għandha tintlaħaq permezz ta' separazzjoni adegwata, tal-anqas fil-livell funzjonali, tal-awtoritajiet kompetenti minn naħa waħda u l-fornituri tas-servizz ta' navigazzjoni bl-ajru u l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ min-naħa l-oħra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta' imparzjalità u trasparenza.

    L-ewwel sottoparagrafu japplika wkoll għall-Aġenzija, fejn taġixxi bħala awtorità kompetenti skont l-Artikolu 6(2)(b) u (3)(a)(ii).

    5.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-kapaċità meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza koperti mill-programmi ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza tagħhom, inklużi riżorsi suffiċjenti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Anness II (Parti ATCO.AR). B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jużaw il-valutazzjonijiet prodotti mill-awtoritajiet kompetenti skont il-punt ATCO.AR.A.005(a) tal-Anness II sabiex juru l-kapaċità tagħhom.
    6.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-attivitajiet ta' sorveljanza u ċertifikazzjoni taħt dan ir-Regolament, m'hemm ebda kunflitt dirett jew indirett ta' interess, b'mod partikolari għall-interessi familjari jew finanzjarji tal-persunal ikkonċernat.
    7.  
    L-awtorità/aworitajiet kompetenti nominati jew stabbiliti mill-Istat Membru għall-finijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 għandhom jitqiesu li jibqgħu l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mill-Istat Membru kkonċernat. Fit-tieni każ, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija bl-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-awtorità/awtoritajiet kompetenti li jinnominaw jew jistabbilixxu b'applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, kif ukoll kwalunkwe bidla fih.

    Artikolu 6

    Awtorità kompetenti għall-fini tal-Annessi I, III u IV

    1.  
    Għall-finijiet tal-Anness I, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità(jiet) nominati jew stabbiliti mill-Istat Membru għand min il-persuna tapplika sabiex tinħarġilha liċenzja.
    2.  

    Għall-finijiet tal-Anness III u għas-sorveljanza tar-rekwiżiti tal-Anness I fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tkun:

    (a) 

    l-awtorità nominata jew stabbilita mill-Istat Membru bħala l-awtorità kompetenti tagħha għas-sorveljanza fejn l-applikant ikollu l-post prinċipali tal-attività tiegħu jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, jekk applikabbli, sakemm ma jkunx previst mod ieħor għall-ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

    (b) 

    l-Aġenzija, jekk l-applikant ikollu l-post prinċipali tal-attività tiegħu jew, jekk ikollu, l-uffiċċju reġistrat, barra mit-territorju tal-Istati Membri.

    3.  

    Għall-finijiet ta' dan l-Anness IV, l-awtorità kompetenti għandha tkun:

    (a) 

    għaċ-ċentri ajrumediċi:

    (i) 

    l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn iċ-ċentru ajrumediku jkollu l-post prinċipali tal-attività tiegħu;

    (ii) 

    l-Aġenzija, meta ċ-ċentru ajrumediku jkun jinsab f'pajjiż terz;

    (b) 

    għall-eżaminaturi ajrumediċi:

    (i) 

    l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-eżaminatur ajrumediku għandu jew għandha l-post prinċipali tal-attività tiegħu/tagħha;

    (ii) 

    jekk il-post prinċipali tal-attività ta' eżaminatur ajrumediku jkun jinsab f'pajjiż terz, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li magħha japplika l-eżaminatur ajrumediku għall-ħruġ taċ-ċertifikat.

    ▼M1

    Artikolu 7

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1.  
    Il-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet maħruġin f’konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali abbażi tad-Direttiva 2006/23/KE, u l-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet maħruġin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 805/2011 għandhom jitqiesu bħala maħruġin f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Id-detenturi tal-klassifikazzjoni tal-Viżwali tal-Kontroll tal-Ajrudrom (ADV), li ma għandhomx klassifikazzjoni ta’ Kontroll Strumentali ta’ Ajrudrom (ADI), għandhom ikomplu jkunu awtorizzati jipprovdu servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lit-traffiku tal-ajrudrom f’ajrudrom li ma jkollu l-ebda approċċ ta’ strument jew proċedura ta’ tluq ippubblikati, sakemm tinżamm il-validità tal-approvazzjoni tal-unità relatata mal-klassifikazzjoni ADV.

    Artikolu 8

    Bidliet fil-klassifikazzjoni u fl-approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom ibiddlu l-isem tal-klassifikazzjoni tal-Kontroll Strumentali ta’ Ajrudrom (ADI) maħruġa qabel l-4 ta’ Awwissu 2024 għal Kontroll tal-Ajrudrom (ADC) mhux aktar tard mill-4 ta’ Awwissu 2027 b’mod stabbilit mill-awtorità kompetenti.
    2.  
    L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx joħorġu liċenzji li jinkludu l-klassifikazzjoni Viżwali tal-Kontroll tal-Ajrudrom (ADV) wara l-4 ta’ Awwissu 2024 ħlief għal dawk il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 7.
    3.  
    L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx joħorġu liċenzji inklużi approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Ajru (AIR), tal-Kontroll tal-Moviment fl-Art (GMC), tal-Kontroll mit-Torri (TWR), tas-Sorveljanza tal-Moviment fl-Art (GMS), tal-Kontroll bir-Radar tal-Ajrudrom (RAD) u tal-Kontroll tat-Terminal (TCL) wara l-4 ta’ Awwissu 2024.
    4.  
    Il-privileġġi tal-approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Ajru (AJRU), tal-Kontroll tal-Moviment fl-Art (GMC) u tal-Kontroll mit-Torri (TWR) maħruġa qabel l-4 ta’ Awwissu 2024 għandhom isiru parti mill-privileġġi ta’ klassifikazzjoni ta’ Kontroll tal-Ajrudrom (ADC). Jekk l-eżerċitar tal-privileġġi tad-detentur ikun limitat għall-kontroll tal-ajru jew għall-kontroll fuq l-art biss, dan għandu jiġi indikat fl-approvazzjoni tal-unità, f’konformità mal-punt ATCO.B.020(d) tal-Anness I, fil-ħin tal-bidla fl-isem tal-klassifikazzjoni ta’ Kontroll Strumentali ta’ Ajrudrom (ADI) fil-Kontroll tal-Ajrudrom (ADC) f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
    5.  
    Il-privileġġi tal-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-Sorveljanza tal-Moviment fl-Art (GMS) maħruġa qabel l-4 ta’ Awwissu 2024 għandhom isiru parti mill-privileġġi tal-approvazzjoni tal-unità assoċjata mal-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Ajrudrom.
    6.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom ibiddlu l-isem tal-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-Kontroll bir-Radar tal-Ajrudrom (RAD) maħruġa qabel l-4 ta’ Awwissu 2024 għall-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-Sorveljanza tal-Kontroll tal-Ajrudrom (SUR) fil-ħin tal-bidla fl-isem tal-klassifikazzjoni ta’ Kontroll Strumentali ta’ Ajrudrom (ADI) għal Kontroll tal-Ajrudrom (ADC) f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
    7.  
    Il-privileġġi tal-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-Kontroll tat-Terminal (TCL) maħruġa qabel l-4 ta’ Awwissu 2024 għandhom isiru parti mill-privileġġi tal-approvazzjoni tal-unità assoċjata mal-klassifikazzjoni tas-Sorveljanza tal-Kontroll tal-Approċċ (APS) jew tas-Sorveljanza tal-Kontroll taż-Żona (ACS).

    ▼M1

    Artikolu 8a

    Konverżjoni ta’ liċenzji militari nazzjonali ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru f’liċenzji ta’ studenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    1.  
    Detentur ta’ liċenzja militari nazzjonali ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru maħruġa minn Stat Membru jista’ japplika għall-konverżjoni ta’ dik il-liċenzja f’liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru msemmija fil-punt ATCO.B.001. L-applikazzjoni għall-konverżjoni tal-liċenzja għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-applikant ikun serva fil-forzi militari tiegħu.
    2.  
    L-awtorità kompetenti li tkun irċeviet l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti kreditu lill-applikant għall-fini li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Anness I (il-Parti ATCO) f’konformità mar-rapport nazzjonali ta’ konverżjoni stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
    3.  

    Ir-rapport nazzjonali ta’ konverżjoni għandu jiġi nnotifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat lill-Aġenzija u għandu:

    (a) 

    jiddeskrivi r-rekwiżiti nazzjonali li abbażi tagħhom jinħarġu l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru militari f’dak l-Istat Membru;

    (b) 

    jiddeskrivi l-ambitu tal-privileġġi tal-liċenzji militari tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fil-punt (a);

    (c) 

    jindika għal liema rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti ATCO) għandu jingħata kreditu;

    (d) 

    jindika t-taħriġ addizzjonali, inklużi l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa, li għandhom jitwettqu mill-applikanti; l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa għandhom jitwettqu minn organizzazzjoni tat-taħriġ li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III (il-Parti ATCO.OR), u li tkun iċċertifikata biex tipprovdi taħriġ inizjali għall-fini tal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ studenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

    (e) 

    jinkludi dikjarazzjoni li tikkonferma li l-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti tat-taħriġ, ta’ eżami u ta’ valutazzjoni deskritti fir-rapport nazzjonali ta’ konverżjoni jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għat-tlestija b’suċċess tat-taħriġ inizjali meħtieġ skont dan ir-Regolament għall-fini tal-ħruġ ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

    (f) 

    jinkludi kopji tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn rilevanti kollha, inklużi kopji tar-rekwiżiti u tal-proċeduri nazzjonali rilevanti, li juru kif l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun stabbiliet l-elementi elenkati fil-punti (a) sa (e) hawn fuq.

    ▼B

    Artikolu 9

    Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

    Fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 923/2012, il-punt 104 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “104. ‘sustanza psikoattiva’ tfisser alkoħol, opjojdi, kannabinojdi, sedattivi u ipnotiċi, kokaina, psikostimulanti oħrajn, alluċinoġeni u solventi volatili, filwaqt li l-kaffeina u t-tabakk huma esklużi;”

    Artikolu 10

    Revoka

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 huwa revokat.

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    1.  
    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan japplika mit-30 ta' Ġunju 2015.

    2.  
    Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Annessi I sa IV, b'mod sħiħ jew parzjali, qabel il-31 ta' Diċembru 2016.

    Meta Stat Membru jagħmel użu minn din il-possibbiltà, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015. Din in-notifika għandha tiddeskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga/derogi kif ukoll il-programm tal-implimentazzjoni bl-azzjonijiet previsti u l-iskedar relatat tagħhom. F'dak il-każ, għandhom jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    WERREJ

    ANNESS I —

    PARTI ATCO — REKWIŻITI GĦAL-LIĊENZJAR TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUBPARTI A —

    REKWIŻITI ĠENERALI

    ATCO.A.001

    Kamp ta' applikazzjoni

    ATCO.A.005

    Applikazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet

    ATCO.A.010

    Applikazzjoni għal bidla tal-awtorità kompetenti

    ATCO.A.015

    Eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzji u inabbiltà proviżorja

    ATCO.A.020

    Revoka u sospensjoni ta' liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet

    SUBPARTI B —

    LIĊENZJI, KLASSIFIKAZZJONIJIET U APPROVAZZJONIJIET

    ATCO.B.001

    Liċenzja ta' student kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    ATCO.B.005

    Liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    ATCO.B.010

    Klassifikazzjonijiet tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    ATCO.B.015

    Approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni

    ATCO.B.020

    Approvazzjonijiet tal-unità

    ATCO.B.025

    Skema ta' kompetenzi tal-unità

    ATCO.B.030

    Approvazzjoni tal-profiċjenza tal-lingwa

    ATCO.B.035

    Validità tal-approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika

    ATCO.B.040

    Valutazzjoni tal-kompetenza lingwistika

    ATCO.B.045

    Taħriġ fil-lingwa

    SUBPARTI C —

    REKWIŻITI GĦALL-GĦALLIEMA U L-ASSESSURI

    SEZZJONI 1 —

    GĦALLIEMA

    ATCO.C.001

    Għalliema teoretiċi

    ATCO.C.005

    Għalliema prattiċi

    ATCO.C.010

    Privileġġi tal-għalliem ta' taħriġ fuq ix-xogħol (OJTI)

    ATCO.C.015

    Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol

    ATCO.C.020

    Validità ta' approvazzjoni ta' għalliem għal taħriġ fuq ix-xogħol

    ATCO.C.025

    Awtorizzazzjoni OJTI temporanja

    ATCO.C.030

    Privileġġi ta' għalliem ta' tagħmir ta' taħriġ sintetiku (STDI)

    ATCO.C.035

    Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' għalliem ta' apparat ta' taħriġ sintetiku

    ATCO.C.040

    Validità ta' approvazzjoni ta' għalliem ta' tagħmir ta' taħriġ sintetiku

    SEZZJONI 2 —

    ASSESSURI

    ATCO.C.045

    Privileġġi tal-assessuri

    ATCO.C.050

    Interessi inerenti

    ATCO.C.055

    Applikazzjoni għal approvazzjoni ta' assessur

    ATCO.C.060

    Validità tal-approvazzjoni tal-assessur

    ATCO.C.065

    Awtorizzazzjoni ta' assessur temporanju

    SUBPARTI D —

    TAĦRIĠ TAL-KONTROLLUR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SEZZJONI 1 —

    REKWIŻITI ĠENERALI

    ATCO.D.001

    Objettivi ta' taħriġ ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    ATCO.D.005

    Tipi ta' taħriġ ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    SEZZJONI 2 —

    REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ INIZJALI

    ATCO.D.010

    Kompożizzjoni tat-taħriġ inizjali

    ATCO.D.015

    Pjan ta' taħriġ inizjali

    ATCO.D.020

    Korsijiet ta' taħriġ bażiċi u ta' klassifikazzjoni

    ATCO.D.025

    Eżamijiet u valutazzjoni ta' taħriġ bażiku

    ATCO.D.030

    Objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ bażiku

    ATCO.D.035

    Eżamijiet u valutazzjoni ta' taħriġ ta' klassifikazzjoni

    ATCO.D.040

    Objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ ta' klassifikazzjoni

    SEZZJONI 3 —

    REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ TAL-UNITÀ

    ATCO.D.045

    Kompożizzjoni tat-taħriġ tal-unità

    ATCO.D.050

    Prerekwiżiti ta' taħriġ tal-unità

    ATCO.D.055

    Pjan ta' taħriġ tal-unità

    ATCO.D.060

    Kors ta' approvazzjoni tal-unità

    ATCO.D.065

    Turija tal-għarfien teoretiku u tal-fehim

    ATCO.D.070

    Valutazzjonijiet matul il-korsijiet ta' approvazzjoni tal-unità

    SEZZJONI 4 —

    REKWIŻITI TA' TAĦRIĠ TA' KONTINWAZZJONI

    ATCO.D.075

    Taħriġ ta' kontinwazzjoni

    ATCO.D.080

    Taħriġ ta' aġġornament

    ATCO.D.085

    Taħriġ ta' konverżjoni

    SEZZJONI 5 —

    TAĦRIĠ TA' GĦALLIEMA U ASSESSURI

    ATCO.D.090

    Taħriġ ta' għalliema prattiċi

    ATCO.D.095

    Taħriġ ta' assessuri

    APPENDIĊI 1 tal-Anness I —

    SKALA TA' KLASSIFIKAZZJONI TAL-KOMPETENZA LINGWISTIKA — REKWIŻITI GĦALL-KOMPETENZA FIL-LINGWI

    APPENDIĊI 2 tal-Anness I —

    TAĦRIĠ BAŻIKU

    Suġġett 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    Suġġett 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    Suġġett 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Suġġett 4:

    METEOROLOĠIJA

    Suġġett 5:

    NAVIGAZZJONI

    Suġġett 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    Suġġett 7:

    FATTURI UMANI

    Suġġett 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    Suġġett 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    APPENDIĊI 3 tal-Anness I —

    KLASSIFIKAZZJONI TA’ KONTROLL TAL-AJRUDROM (ADC)

    Suġġett 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    Suġġett 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    Suġġett 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Suġġett 4:

    METEOROLOĠIJA

    Suġġett 5:

    NAVIGAZZJONI

    Suġġett 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    Suġġett 7:

    FATTURI UMANI

    Suġġett 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    Suġġett 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    Suġġett 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    Suġġett 11:

    AJRUDROMI

    APPENDIĊI 4 tal-Anness I —

    KLASSIFIKAZZJONI TAL-KONTROLL TAL-APPROĊĊ PROĊEDURALI (APP)

    Suġġett 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    Suġġett 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    Suġġett 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Suġġett 4:

    METEOROLOĠIJA

    Suġġett 5:

    NAVIGAZZJONI

    Suġġett 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    Suġġett 7:

    FATTURI UMANI

    Suġġett 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    Suġġett 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    Suġġett 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    Suġġett 11:

    AJRUDROMI

    APPENDIĊI 5 tal-Anness I —

    KLASSIFIKAZZJONI PROĊEDURALI TAL-KONTROLL TAŻ-ŻONA (AKP)

    Suġġett 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    Suġġett 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    Suġġett 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Suġġett 4:

    METEOROLOĠIJA

    Suġġett 5:

    NAVIGAZZJONI

    Suġġett 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    Suġġett 7:

    FATTURI UMANI

    Suġġett 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    Suġġett 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    Suġġett 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    APPENDIĊI 6 tal-Anness I —

    KLASSIFIKAZZJONI TA’ SORVELJANZA TAL-KONTROLL TAL-AVVIĊINAMENT (APS)

    Suġġett 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    Suġġett 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    Suġġett 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Suġġett 4:

    METEOROLOĠIJA

    Suġġett 5:

    NAVIGAZZJONI

    Suġġett 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    Suġġett 7:

    FATTURI UMANI

    Suġġett 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    Suġġett 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    Suġġett 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    Suġġett 11:

    AJRUDROMI

    APPENDIĊI 7 tal-Anness I —

    KLASSIFIKAZZJONI TAS-SORVELJANZA TAL-KONTROLL TAŻ-ŻONA (ACS)

    Suġġett 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    Suġġett 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    Suġġett 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Suġġett 4:

    METEOROLOĠIJA

    Suġġett 5:

    NAVIGAZZJONI

    Suġġett 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    Suġġett 7:

    FATTURI UMANI

    Suġġett 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    Suġġett 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    Suġġett 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    ANNESS II —

    PARTI ATCO.AR — REKWIŻITI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

    SUBPARTI A —

    REKWIŻITI ĠENERALI

    ATCO.AR.A.001

    Kamp ta' applikazzjoni

    ATCO.AR.A.005

    Persunal

    ATCO.AR.A.010

    Kompiti tal-awtoritajiet kompetenti

    ATCO.AR.A.015

    Mezzi ta' konformità

    ATCO.AR.A.020

    Informazzjoni lill-Aġenzija

    ATCO.AR.A.025

    Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza

    SUBPARTI B —

    ĠESTJONI

    ATCO.AR.B.001

    Sistema ta' ġestjoni

    ATCO.AR.B.005

    Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

    ADR.AR.B.010

    Tibdil fis-sistema tal-immaniġġjar

    ATCO.AR.B.015

    Żamma tar-rekords

    SOTTOPARTI C —

    SORVELJANZA U INFURZAR

    ATCO.AR.C.001

    Superviżjoni

    ATCO.AR.C.005

    Programm ta' superviżjoni

    ATCO.AR.C.010

    Sejbiet u miżuri ta' infurzar għall-persunal

    SUBPARTI D —

    ĦRUĠ, RIVALIDAZZJONI, TIĠDID, SOSPENSJONI U REVOKA TA' LIĊENZJI, KLASSIFIKAZZJONIJIET U APPROVAZZJONIJIET

    ATCO.AR.D.001

    Proċedura għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet, l-approvazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet

    ATCO.AR.D.003

    Bdil tal-awtorità kompetenti

    ATCO.AR.D.005

    Revoka u sospensjoni ta' liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet

    SOTTOPARTI E —

    PROĊEDURA TA' ĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU U L-APPROVAZZJONI TAL-KORSIJIET TAT-TAĦRIĠ

    ATCO.AR.E.001

    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-ħruġ taċ-ċertifikat

    ATCO.AR.E.005

    Approvazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ u pjanijiet ta' taħriġ

    ATCO.AR.E.010

    Bidliet fl-organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    ATCO.AR.E.015

    Sejbiet, azzjonijiet korrettivi u miżuri ta’ infurzar

    SOTTOPARTI F —

    REKWIŻITI SPEĊIFIĊI RELATATI MAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI AJRUMEDIKA

    SEZZJONI 1 —

    REKWIŻITI ĠENERALI

    ATCO.AR.F.001

    Ċentri ajrumediċi u ċertifikazzjoni ajrumedika

    SEZZJONI 2 —

    DOKUMENTAZZJONI

    ATCO.AR.F.005

    Ċertifikat mediku

    ATCO.AR.F.010

    Ċertifikati AME

    ATCO.AR.F.015

    Ċertifikat AeMC

    ATCO.AR.F.020

    Formoli ajrumediċi

    APPENDIĊI 1 tal-Anness II —

    Format għal-liċenzja — LIĊENJZA TA’ (STUDENT) KONTROLLUR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    APPENDIĊI 2 tal-Anness II —

    ĊERTIFIKAT GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU (ATCO TOs)

    APPENDIĊI 3 tal-Anness II —

    ĊERTIFIKAT GĦALL-EŻAMINATURI AJRUMEDIĊI (AMEs)

    APPENDIĊI 4 tal-Anness II —

    ĊERTIFIKAT GĦAL ĊENTRI AJRUMEDIĊI (AeMCs)

    ANNESS III —

    PARTI ATCO.OR — REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU U Ċ-ĊENTRI AJRUMEDIĊI

    SOTTOPARTI A —

    REKWIŻITI ĠENERALI

    ATCO.OR.A.001

    Kamp ta' applikazzjoni

    SOTTOPARTI B —

    REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    ATCO.OR.B.001

    Applikazzjoni għal ċertifikat ta' organizzazzjoni tat-taħriġ

    ATCO.OR.B.005

    Mezzi ta' konformità

    ATCO.OR.B.010

    Termini ta' approvazzjoni u privileġġi ta' ċertifikat ta' organizzazzjoni tat-taħriġ

    ATCO.OR.B.015

    Bidliet fl-organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    ATCO.OR.B.020

    Validità kontinwa

    ATCO.OR.B.025

    Aċċess għal faċilitajiet u dejta ta' organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    ATCO.OR.B.030

    Sejbiet

    ATCO.OR.B.035

    Reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza

    ATCO.OR.B.040

    Rappurtar ta' okkorrenza

    SUBPARTI C —

    ĠESTJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAT-TAĦRIĠ TAL-KONTROLLUR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    ATCO.OR.C.001

    Sistema ta' ġestjoni tal-organizzazzjonijiet ta' taħriġ

    ATCO.OR.C.005

    Attivitajiet kuntrattati

    ATCO.OR.C.010

    Rekwiżiti dwar il-persunal

    ATCO.OR.C.015

    Faċilitajiet u tagħmir

    ATCO.OR.C.020

    Żamma tar-rekords

    ATCO.OR.C.025

    Fondi u assigurazzjonijiet

    SUBPARTI D —

    REKWIŻITI GĦALL-KORSIJIET TAT-TAĦRIĠ U L-PJANIJIET TA' TAĦRIĠ

    ATCO.OR.D.001

    Rekwiżiti għall-korsijiet ta' taħriġ u pjanijiet ta' taħriġ

    ATCO.OR.D.005

    Riżultati u ċertifikati tal-eżaminazzjoni u l-valutazzjoni

    SOTTOPARTI E —

    REKWŻITI GĦAĊ-ĊENTRI AJRUMEDIĊI

    ATCO.OR.E.001

    Ċentri ajrumediċi

    ANNESS IV —

    PARTI ATCO.MED -REKWIŻITI MEDIĊI GĦALL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUBPARTI A —

    REKWIŻITI ĠENERALI

    SEZZJONI 1 —

    ĠENERALI

    ATCO.MED.A.001

    Awtorità kompetenti

    ATCO.MED.A.005

    Kamp ta' applikazzjoni

    ATCO.MED.A.010

    Definizzjonijiet

    ATCO.MED.A.015

    Kunfidenzjalità medika

    ATCO.MED.A.020

    Tnaqqis ta' adegwatezza medika

    ATCO.MED.A.025

    Obbligazzjonijiet tal-AeMC u l-AME

    SEZZJONI 2 —

    REKWIŻITI GĦAL ĊERTIFIKATI MEDIĊI

    ATCO.MED.A.030

    Ċertifikati mediċi

    ATCO.MED.A.035

    Applikazzjoni għal ċertifikat mediku

    ATCO.MED.A.040

    Ħruġ, rivalidazzjoni u tiġdid taċ-ċertifikati mediċi

    ATCO.MED.A.045

    Validità, rivalidazzjoni u tiġdid ta' ċertifikati mediċi

    ATCO.MED.A.046

    Sospensjoni jew revoka ta' ċertifikat mediku

    ATCO.MED.A.050

    Riferiment

    SOTTOPARTI B —

    REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI MEDIĊI TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SEZZJONI 1 —

    ĠENERALI

    ATCO.MED.B.001

    Limitazzjonijiet taċ-ċertifikati mediċi

    SEZZJONI 2 —

    REKWIŻITI MEDIĊI GĦAL ĊERTIFIKATI MEDIĊI TA' KLASSI 3

    ATCO.MED.B.005

    Ġenerali

    ATCO.MED.B.010

    Sistema kardjovaskulari

    ATCO.MED.B.015

    Apparat respiratorju

    ATCO.MED.B.020

    Sistema diġestiva

    ATCO.MED.B.025

    Sistemi metaboliċi u endokrinarji

    ATCO.MED.B.030

    Ematoloġija

    ATCO.MED.B.035

    Sistema ġenitourinarja

    ATCO.MED.B.040

    Mard infettiv

    ATCO.MED.B.045

    Ostetriċja u ġinekoloġija

    ATCO.MED.B.050

    Sistema muskoluskeletali

    ATCO.MED.B.055

    Psikjatrija

    ATCO.MED.B.060

    Psikoloġija

    ATCO.MED.B.065

    Newroloġija

    ATCO.MED.B.070

    Sistema viżwali

    ATCO.MED.B.075

    Viżjoni tal-kulur

    ATCO.MED.B.080

    Otorinolaringoloġija

    ATCO.MED.B.085

    Dermatoloġija

    ATCO.MED.B.090

    Onkoloġija

    SUBPARTI C —

    EŻAMINATURI AJRUMEDIĊI (AMEs)

    ATCO.MED.C.001

    Privileġġi

    ATCO.MED.C.005

    Applikazzjoni

    ATCO.MED.C.010

    Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat AME

    ATCO.MED.C.015

    Korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni

    ATCO.MED.C.020

    Bidliet fiċ-ċertifikat AME

    ATCO.MED.C.025

    Validità taċ-ċertifikati AME




    ANNESS I

    PARTI ATCO

    REKWIŻITI GĦALL-ĦRUĠ TA' LIĊENZJI GĦALL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUBPARTI A

    REKWIŻITI ĠENERALI

    ATCO.A.001    Kamp ta' applikazzjoni

    Din il-Parti, stabbilita f'dan l-Anness, tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħruġ, ir-revoka u s-sospensjoni tal-liċenzji tal-istudenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet assoċjati tagħhom, u l-kundizzjonijiet tal-validità u l-użu tagħhom.

    ATCO.A.005    Applikazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet

    (a) 

    Applikazzjoni għall-ħruġ, ta' liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet assoċjati, għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti skont il-proċedura stabbilita minn dik l-awtorità.

    (b) 

    Għandha tiġi sottomessa applikazzjoni għall-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet jew approvazzjonijiet ulterjuri, għar-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta' approvazzjonijiet u għall-ħruġ mill-ġdid tal-liċenzja lill-awtorità kompetenti li ħarġet dik il-liċenzja.

    (c) 

    Il-liċenzja għandha tibqa' l-proprjetà tal-persuna li lilha tkun ingħatat, sakemm ma tiġix revokata mill-awtorità kompetenti. Id-detentur tal-liċenzja għandu jiffirma l-liċenzja.

    (d) 

    Il-liċenzja għandha tispeċifika l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-privileġġi li jingħataw bil-liċenzja u għandha tikkonforma mar-rekwiżiti fl-Appendiċi 1 tal-Anness II.

    ▼M1

    ATCO.A.010    Applikazzjoni għal bidla tal-awtorità kompetenti

    (a) 

    Jekk id-detentur tal-liċenzja jkollu jeżerċita l-privileġġi ta’ approvazzjoni tal-unità fi Stat Membru li l-awtorità kompetenti tiegħu ma tkunx dik li tkun ħarġet il-liċenzja, id-detentur tal-liċenzja għandu jitlob bidla tal-awtorità kompetenti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dawk il-privileġġi jridu jiġu eżerċitati f’konformità mal-proċedura stabbilita minn dik l-awtorità. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti involuti għandhom jikkondividu l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex titwettaq il-bidla tal-awtorità kompetenti u biex isir l-iskambju tal-liċenzja skont il-proċeduri msemmija fil-punt ATCO.AR.B.001(c) u l-punt ATCO.AR.D.003.

    (b) 

    B’deroga mill-punt (a) ta’ hawn fuq, bidla tal-awtorità kompetenti ma hijiex meħtieġa meta jiġu eżerċitati biss privileġġi ta’ għalliem jew ta’ assessur ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku f’ambjent ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku jew meta jiġu eżerċitati l-privileġġi ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru.

    (c) 

    Għall-finijiet tal-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja fi Stat Membru għajr dak li fih tkun inħarġet il-liċenzja, id-detentur tal-liċenzja jrid jissodisfa r-rekwiżiti tal-profiċjenza fil-lingwa msemmija fil-punt ATCO.B.030 stabbiliti mill-Istat Membru fejn għandhom jiġu eżerċitati l-privileġġi.

    ATCO.A.015    Eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzji u inabbiltà proviżorja

    (a) 

    L-eżerċitar tal-privileġġi mogħtija minn liċenzja għandu jiddependi mill-klassifikazzjonijiet u mill-approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni, il-validità tal-approvazzjonijiet tal-unità u tal-liċenzja, u taċ-ċertifikat mediku, sakemm iċ-ċertifikat mediku ma jkunx meħtieġ f’konformità mal-punt (b).

    (b) 

    Iċ-ċertifikat mediku ma jkunx meħtieġ meta jiġu eżerċitati privileġġi ta’ għalliem jew ta’ assessur f’ambjent ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku.

    (c) 

    Id-detenturi tal-liċenzji ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom meta jkollhom dubji dwar jekk jistgħux jeżerċitaw b’mod sikur il-privileġġi tal-liċenzja u għandhom f’każijiet bħal dawn jinnotifikaw immedjatament lill-fornitur tan-navigazzjoni tal-ajru rilevanti dwar l-inabbiltà provviżorja biex jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom.

    (d) 

    Il-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru jistgħu jiddikjaraw l-inabbiltà provviżorja tad-detentur tal-liċenzja jekk isiru jafu b’xi dubju li jikkonċerna l-inabbiltà tad-detentur tal-liċenzja biex jeżerċita b’mod sikur il-privileġġi tal-liċenzja.

    (e) 

    Il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw proċeduri oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji biex jippermettu lid-detenturi tal-liċenzja jiddikjaraw l-inabbiltà provviżorja tagħhom li jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom f’konformità mal-punt (c), biex jiddikjaraw l-inabbiltà provviżorja tad-detentur tal-liċenzja f’konformità mal-punt (d), u biex jinfurmaw lill-awtorità kompetenti kif iddefinit f’dik il-proċedura.

    (f) 

    Il-proċeduri msemmija fil-punt (e) għandhom jiġu inklużi fl-iskema ta’ kompetenza tal-unità skont il-punt ATCO.B.025(a)(13).

    ▼B

    ATCO.A.020    Revoka u sospensjoni ta' liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet

    (a) 

    Il-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet jistgħu jiġu sospiżi jew revokati mill-awtorità kompetenti skont ATCO.AR.D.005 meta d-detentur tal-liċenzja ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din il-Parti.

    (b) 

    Meta d-detentur tal-liċenzja jkollu l-liċenzja tiegħu/tagħha revokata, huwa/hija għandu/għandha jirritorna l-liċenzja lill-awtorità kompetenti skont il-proċeduri amministrattivi stabbiliti minn dik l-awtorità.

    (c) 

    Bil-ħruġ tal-liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru, il-liċenzja tal-istudent kontrollur tat-traffiku tal-ajru hija revokata u għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti li qiegħda toħroġ il-liċenzja tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru.

    SUBPARTI B

    LIĊENZJI, KLASSIFIKAZZJONIJIET U APPROVAZZJONIJIET

    ▼M1

    ATCO.B.001    Liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    (a) 

    Id-detenturi ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu awtorizzati jipprovdu servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru f’konformità mal-klassifikazzjoni(jiet) u mal-approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni li jinsabu fil-liċenzja tagħhom taħt is-superviżjoni ta’ għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol u li jagħmlu taħriġ għal approvazzjoni(jiet) ta’ klassifikazzjoni u approvazzjoni(jiet) tal-unità addizzjonali.

    (b) 

    L-applikanti għal liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom:

    (1) 

    ikollhom mill-inqas 18-il sena;

    (2) 

    fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni, ikunu temmew b’suċċess it-taħriġ inizjali f’organizzazzjoni tat-taħriġ li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III (il-Parti ATCO.OR) rilevanti għall-klassifikazzjoni, u jekk ikun applikabbli, għall-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, kif stabbilit fil-Parti ATCO, is-Sottoparti D, it-Taqsima 2;

    (3) 

    ikollhom ċertifikat mediku validu;

    (4) 

    ikunu wrew livell adegwat ta’ profiċjenza lingwistika f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt ATCO.B.030.

    (c) 

    Il-liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandha tinkludi l-approvazzjoni(jiet) tal-profiċjenza lingwistika u mill-inqas klassifikazzjoni waħda u, jekk applikabbli, approvazzjoni waħda tal-klassifikazzjoni.

    (d) 

    Id-detentur ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru li ma jkunx beda jeżerċita l-privileġġi ta’ dik il-liċenzja fi żmien sena mid-data tal-ħruġ tagħha jew li jkun waqqaf temporanjament l-eżerċitar ta’ dawk il-privileġġi għal perjodu ta’ aktar minn sena jista’ jibda jew jista’ jkompli t-taħriġ fuq ix-xogħol biss f’dik il-klassifikazzjoni:

    (1) 

    jekk organizzazzjoni tat-taħriġ li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III (il-Parti ATCO.OR) u ċċertifikata li tipprovdi taħriġ inizjali rilevanti għall-klassifikazzjoni tkun wettqet valutazzjoni tal-kompetenza preċedenti dwar jekk id-detentur ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru għadux jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti għal dik il-klassifikazzjoni, u

    (2) 

    wara li jkun issodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ li jirriżulta mill-valutazzjoni msemmija fil-punt (d)(1) hawn fuq.

    ▼B

    ATCO.B.005    Liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    (a) 

    Id-detenturi ta' liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu awtorizzati jipprovdu servizzi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru skont il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-liċenzja tagħhom, u jeżerċitaw il-privileġġi tal-approvazzjonijiet fiha.

    (b) 

    Il-privileġġi ta' liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandhom jinkludu l-privileġġi ta' liċenzja ta' student kontrollur tat-traffiku tal-ajru kif stipulat f'ATCO.B.001(a).

    (c) 

    L-applikanti għall-ħruġ ta' liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru jeħtieġ li:

    (1) 

    ikollhom liċenzja ta' student kontrollur tat-traffiku tal-ajru;

    (2) 

    ikunu temmew kors ta' approvazzjoni tal-unità u jkunu għaddew b'suċċess mill-eżamijiet u l-valutazzjonijiet xierqa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti ATCO, Sottoparti D, Sezzjoni 3;

    (3) 

    ikollhom ċertifikat mediku validu;

    (4) 

    ikunu wrew livell adegwat ta' kompetenza lingwistika skont ir-rekwiżiti stipulati f'ATCO.B.030.

    (d) 

    Il-liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandha tiġi validata bl-inklużjoni ta' klassifikazzjoni waħda jew aktar u l-approvazzjonijiet ta' kompetenza rilevanti tal-klassifikazzjoni, tal-unità u lingwistiċi li għalihom ikun intemm b'suċċess it-taħriġ.

    ▼M1

    (e) 

    Id-detentur ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru li ma jkunx beda jeżerċita l-privileġġi ta’ klassifikazzjoni fi żmien sena mid-data tal-ħruġ tagħha jista’ jibda biss taħriġ fuq ix-xogħol f’dik il-klassifikazzjoni:

    (1) 

    jekk organizzazzjoni tat-taħriġ li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III (il-Parti ATCO.OR) u li tkun iċċertifikata sabiex tipprovdi taħriġ inizjali rilevanti għall-klassifikazzjoni tkun wettqet valutazzjoni tal-kompetenza preċedenti dwar jekk il-kompetenza preċedenti tad-detentur ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti għal dik il-klassifikazzjoni, u

    (2) 

    wara li jkun issodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ li jirriżulta mill-valutazzjoni msemmija fil-punt (e)(1) ta’ hawn fuq.

    ATCO.B.010    Klassifikazzjonijiet tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    (a) 

    Il-liċenzji għandhom jinkludu klassifikazzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin sabiex jindikaw it-tip ta’ servizz li d-detentur tal-liċenzja jkun awtorizzat biex jipprovdi:

    (1) 

    il-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Ajrudrom (ADC), li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti biex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku tal-ajrudrom;

    (2) 

    il-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Approċċ Proċedurali (APP), li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru li jaslu, li jitilqu jew li jagħmlu tranżitu, mingħajr l-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

    (3) 

    il-klassifikazzjoni ta’ Kontroll tal-Approċċ Proċedurali (APS), li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru li jaslu, li jitilqu jew li jagħmlu tranżitu, bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

    (4) 

    il-klassifikazzjoni tal-Kontroll taż-Żona Proċedurali (ACP), li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru mingħajr l-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza;

    (5) 

    il-klassifikazzjoni tal-Kontroll taż-Żona Proċedurali (ACS), li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza.

    (b) 

    Id-detentur ta’ klassifikazzjoni li jkun interrompa l-eżerċitar tal-privileġġi assoċjati ma’ dik il-klassifikazzjoni għal perjodu ta’ 4 snin konsekuttivi jew aktar immedjatament qabel is-snin konsekuttivi jista’ jibda biss taħriġ fuq ix-xogħol f’dik il-klassifikazzjoni:

    (1) 

    jekk organizzazzjoni tat-taħriġ li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III (il-Parti ATCO.OR) u ċċertifikata li tipprovdi taħriġ rilevanti għall-klassifikazzjoni, tkun wettqet valutazzjoni tal-kompetenza preċedenti dwar jekk dak id-detentur ta’ klassifikazzjoni għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dik il-klassifikazzjoni, u;

    (2) 

    wara li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ taħriġ li jirriżulta mill-valutazzjoni msemmija fil-punt (b)(1) ta’ hawn fuq.

    ATCO.B.015    Approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni

    (a) 

    Il-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Ajrudrom (ADC) jista’ jkollha l-approvazzjoni tas-Sorveljanza tal-Kontroll tal-Ajrudrom (SUR), li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti biex jipprovdi kontroll tal-ajrudrom bl-għajnuna ta’ sistemi ta’ sorveljanza.

    (b) 

    Il-klassifikazzjoni tas-Sorveljanza tal-Kontroll tal-Avviċinament (APS) jista’ jkollha mill-inqas waħda jew aktar mill-approvazzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    l-approvazzjoni ta’ Avviċinament b’Radar ta’ Preċiżjoni (PAR), li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi lill-inġenji tal-ajru li jkunu fil-fażi finali ta’ avviċinament għar-runway, avviċinamenti ta’ preċiżjoni kkontrollati mill-art bl-użu ta’ tagħmir tar-radar għall-avviċinament ta’ preċiżjoni;

    (2) 

    l-approvazzjoni ta’ Avviċinament b’Radar ta’ Sorveljanza (SRA), li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi lill-inġenji tal-ajru li jkunu fil-fażi finali ta’ avviċinament għar-runway, kontroll mill-art ta’ avviċinamenti mhux ta’ preċiżjoni, bl-użu ta’ tagħmir ta’ sorveljanza.

    (c) 

    Il-klassifikazzjoni tal-Kontroll taż-Żona Proċedurali (ACP) jista’ jkollha l-approvazzjoni tal-Kontroll Oċeaniku (OCN), li tindika li d-detentur huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru li joperaw f’Żona ta’ Kontroll Oċeaniku.

    (d) 

    Il-klassifikazzjoni tal-Kontroll taż-Żona Proċedurali (ACS) jista’ jkollha l-approvazzjoni OCN, li tindika li d-detentur tal-liċenzja huwa kompetenti sabiex jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru li joperaw f’Żona ta’ Kontroll Oċeaniku.

    ATCO.B.020    Approvazzjonijiet tal-unità

    (a) 

    L-approvazzjoni tal-unità għandha tawtorizza lid-detentur tal-liċenzja biex jipprovdi servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru għal settur speċifiku, grupp ta’ setturi u/jew pożizzjonijiet ta’ ħidma taħt ir-responsabbiltà ta’ unità ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru.

    (b) 

    L-applikanti għal approvazzjoni ta’ unità għandhom ikunu temmew b’suċċess kors ta’ approvazzjoni tal-unità f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti ATCO, is-Sottoparti D, it-Taqsima 3.

    (c) 

    Bħala eċċezzjoni għall-punt (b), il-fażi ta’ taħriġ fuq ix-xogħol fil-Parti ATCO, is-Subparti D, it-Taqsima 3 tista’ ma tkunx meħtieġa meta tinħareġ l-approvazzjoni tal-unità b’rabta mal-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni temporanja tal-OJTI għall-istess unità.

    (d) 

    Il-limitazzjonijiet fuq l-eżerċitar tal-privileġġi tal-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Ajrudrom (ADC) għandhom jiġu indikati fl-approvazzjoni tal-unità.

    (e) 

    L-applikanti għal approvazzjoni tal-unità li jbiddlu l-awtorità kompetenti tagħhom kif imsemmi fil-punt ATCO.A.010 għandhom, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt ATCO.B.020(b), jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt ATCO.D.060(f).

    (f) 

    Għal kontrolluri tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru lil inġenji tal-ajru li jwettqu testijiet tat-titjira, l-awtorità kompetenti tista’, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b), tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali li għandhom jiġu ssodisfati.

    (g) 

    L-approvazzjonijiet tal-unità għandhom ikunu validi għal perjodu definit fl-iskema ta’ kompetenza tal-unità. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż it-3 snin.

    (h) 

    Il-perjodu ta’ validità ta’ approvazzjonijiet tal-unità għal ħruġ u għal tiġdid inizjali għandu jibda sa mhux aktar tard minn 30 jum mid-data wara li tkun tlestiet b’suċċess il-valutazzjoni.

    (i) 

    L-approvazzjonijiet tal-unità għandhom jiġu rivalidati jekk:

    (1) 

    l-applikant ikun eżerċita l-privileġġi tal-liċenzja għal għadd minimu ta’ sigħat kif iddefinit fl-iskema ta’ kompetenza tal-unità;

    (2) 

    l-applikant ikun wettaq taħriġ ta’ aġġornament fil-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni tal-unità skont l-iskema ta’ kompetenza tal-unità;

    (3) 

    il-kompetenza tal-applikant tkun ġiet ivvalutata f’konformità mal-iskema ta’ kompetenza tal-unità mhux aktar kmieni minn 3 xhur qabel id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-unità.

    (j) 

    L-approvazzjonijiet tal-unità għandhom jiġu rivalidati dment li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti fil-punt (i) f’perjodu ta’ 3 xhur immedjatament qabel id-data ta’ skadenza. F’każijiet bħal dawn, il-perjodu ta’ validità, għandu jibda jgħodd minn dik id-data ta’ skadenza.

    (k) 

    Jekk l-approvazzjoni tal-unità tiġi rivalidata qabel il-perjodu previst fil-punt (j), il-perjodu ta’ validità tagħha ma għandux jibda aktar tard mit-30 jum mid-data li fiha tkun tlestiet b’suċċess il-valutazzjoni, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punt (i)(1) u (2).

    (l) 

    Jekk il-validità tal-approvazzjoni tal-unità tiskadi, id-detentur tal-liċenzja għandu jtemm b’suċċess kors tal-approvazzjoni tal-unità f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti ATCO, is-Sottoparti D, it-Taqsima 3, sabiex iġedded l-approvazzjoni.

    ATCO.B.025    Skema ta’ kompetenza tal-unità

    (a) 

    Għandha/hom tiġi/jiġu stabbilita/i l-iskema/i ta’ kompetenza tal-unità mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għandha/hom tiġi/jiġu approvata/i mill-awtorità kompetenti. Skema ta’ kompetenza tal-unità għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

    (1) 

    il-validità tal-approvazzjoni(jiet) tal-unità f’konformità mal-punt ATCO.B.020(g);

    (2) 

    il-perjodu kontinwu massimu meta l-privileġġi tal-approvazzjoni tal-unità ma jiġux eżerċitati matul il-validità tagħha. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż id-90 jum kalendarju;

    (3) 

    l-għadd minimu ta’ sigħat jew, fil-każ ta’ approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni SRA u PAR, l-għadd minimu ta’ avviċinamenti, għall-eżerċitar tal-privileġġi tal-approvazzjoni tal-unità f’perjodu ta’ żmien definit, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar, għall-fini tal-punt ATCO.B.020(i)(1). Għall-għalliema ta’ taħriġ fuq ix-xogħol li jeżerċitaw il-privileġġi tal-approvazzjoni OJTI, il-ħin imqatta’ jgħallmu għandu jingħadd sa massimu ta’ 50 % tas-sigħat meħtieġa għar-rivalidazzjoni tal-approvazzjoni tal-unità;

    (4) 

    il-proċeduri għall-każijiet fejn id-detentur tal-liċenzja ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a)(2) u (3);

    (5) 

    il-proċessi għall-valutazzjoni tal-kompetenza, inkluż il-valutazzjoni tas-suġġetti ta’ taħriġ ta’ aġġornament skont il-punt ATCO.D.080(b);

    (6) 

    il-proċessi għall-eżaminazzjoni tal-għarfien u l-fehim teoretiku meħtieġa biex jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-klassifikazzjonijiet u tal-approvazzjonijiet;

    (7) 

    il-proċessi biex jiġu identifikati t-temi u s-sottotemi, l-objettivi u l-metodi ta’ taħriġ għat-taħriġ ta’ kontinwazzjoni;

    (8) 

    il-perjodu minimu u l-frekwenza tat-taħriġ ta’ aġġornament;

    (9) 

    il-proċessi għall-eżaminazzjoni tal-għarfien teoretiku u/jew il-valutazzjoni tal-ħiliet prattiċi miksuba matul it-taħriġ ta’ konverżjoni, inkluż il-marki biex wieħed jgħaddi mill-eżamijiet;

    (10) 

    il-proċessi f’każ ta’ nuqqas ta’ suċċess f’eżami jew valutazzjoni, inkluż il-proċessi ta’ appell;

    (11) 

    il-kwalifiki, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal tat-taħriġ;

    (12) 

    proċedura biex jiġi żgurat li l-għalliema prattiċi jkunu pprattikaw tekniki struzzjonali fil-proċeduri fejn tiġi pprovduta struzzjoni f’konformità mal-punt ATCO.C.010(b)(3) u ATCO.C.030(b)(3);

    (13) 

    il-proċeduri għad-dikjarazzjoni u għall-ġestjoni tal-każijiet ta’ inabbiltà provviżorja biex jiġu eżerċitati l-privileġġi ta’ liċenzja, kif ukoll biex tiġi infurmata l-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ATCO.A.015(e);

    (14) 

    l-identifikazzjoni tar-rekords li għandhom jinżammu speċifiċi għal taħriġ u valutazzjonijiet ta’ kontinwazzjoni, f’konformità mal-punt ATCO.OR.C.020;

    (15) 

    proċess u raġunijiet għar-rieżami u għall-emenda tal-iskema ta’ kompetenza tal-unità u s-sottomissjoni tagħha lill-awtorità kompetenti. Ir-rieżami tal-iskema ta’ kompetenza tal-unità għandu jsir mill-inqas kull 3 snin.

    (b) 

    Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a)(3), il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom iżommu rekord tas-sigħat, li matulhom, kull detentur ta’ liċenzja jeżerċita l-privileġġi tal-approvazzjoni(jiet) tal-unità tiegħu li jaħdem fis-setturi, fil-grupp ta’ setturi u/jew f’pożizzjonijiet ta’ ħidma fl-unità ATC u għandu jipprovdi dik id-data lill-awtoritajiet kompetenti u lid-detentur tal-liċenzja fuq talba.

    (c) 

    Meta jiġu stabbiliti l-proċeduri msemmija fil-punt (a)(4) u (13), il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jiżguraw li jiġu applikati mekkaniżmi biex jiġi ggarantit trattament ġust tad-detenturi tal-liċenzji meta l-validità tal-approvazzjonijiet tagħhom ma tkunx tista’ tiġi eskluża.

    ▼B

    ATCO.B.030    Approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika

    (a) 

    Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-istudenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru ma għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzji tagħhom sakemm ma jkollhomx approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika fl-Ingliż u, jekk ikun applikabbli, fil-lingwa/lingwi imposti mill-Istat Membru għal raġunijiet ta' sikurezza fl-unità ATC kif ippubblikat fil-Pubblikazzjonijiet dwar l-Informazzjoni Ajrunawtika. L-approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika għandha tinkludi l-lingwa/lingwi, il-livell(i) ta' kompetenza u d-data/dati ta' skadenza.

    (b) 

    Il-livell ta' kompetenza lingwistika għandu jiġi determinat skont l-iskala ta' klassifikazzjoni ppreżentata fl-Appendiċi 1 tal-Anness I.

    (c) 

    L-applikant għal kwalunkwe approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika għandu juri, skont l-iskala tal-klassifikazzjoni msemmija fil-punt (b), tal-anqas livell operattiv (livell erbgħa) tal-kompetenza lingwistika.

    Biex jagħmel dan, l-applikant għandu:

    (1) 

    jikkomunika b'mod effettiv f'sitwazzjonijiet ta' kuntatt orali biss (bit-telefon/bir-radjutelefonija) u f'sitwazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ;

    (2) 

    jikkomunika bi preċiżjoni u ċarezza dwar argumenti komuni, konkreti u relatati max-xogħol;

    (3) 

    juża strateġiji komunikattivi xierqa sabiex jiskambja messaġġi u biex jagħraf u jsolvi nuqqas ta' ftehim f'kuntest ġenerali jew relatat max-xogħol;

    (4) 

    jirnexxielu jindirizza, b'faċilità relattiva, id-diffikultajiet lingwistiċi li jinħolqu minn kumplikazzjoni jew żvilupp mhux mistenni ta' sitwazzjonijiet li jseħħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni tax-xogħol ta' rutina jew kompitu ta' komunikazzjoni li normalment ikunu familjari miegħu; u

    (5) 

    juża djalett jew aċċent li jinftiehem mill-komunità ajrunawtika.

    (d) 

    Minkejja l-punt (c), il-fornitur tas-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru jista' jitlob għal livell ogħla (livell ħamsa) tal-iskala ta' klassifikazzjoni tal-kompetenza lingwistika stipulata fl-Appendiċi 1 tal-Anness I fejn iċ-ċirkustanzi operattivi tal-klassifikazzjoni jew l-approvazzjoni partikolari jitolbu livell ogħla ta' kompetenza lingwistika għal raġunijiet imperattivi ta' sikurezza. Tali rekwiżit għandu jkun nondiskriminatorju, proporzjonat, trasparenti u ġġustifikat b'mod oġġettiv mill-fornitur ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru li jkun jixtieq japplika l-livell ogħla ta' kompetenza u għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.

    (e) 

    Il-kompetenza lingwistika għandha tintwera b'ċertifikat li jafferma r-riżultat tal-valutazzjoni.

    ATCO.B.035    Validità tal-approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika

    (a) 

    Il-validità tal-approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika, skont il-livell determinat skont l-Appendiċi 1 tal-Anness I, għandha tkun:

    (1) 

    għal livell operattiv (livell erbgħa), tliet snin mid-data ta' valutazzjoni; jew

    (2) 

    għal livell estiż (livell ħamsa), sitt snin mid-data ta' valutazzjoni;

    (3) 

    għal livell espert (livell sitta):

    (i) 

    disa' snin mid-data ta' valutazzjoni, għall-Ingliż;

    (ii) 

    bla limitu, għal kwalunkwe lingwa/lingwi oħra msemmija f'ATCO.B.030(a).

    (b) 

    Il-perjodu ta' validità tal-approvazzjonijiet tal-kompetenza lingwisitika għall-ħruġ inizjali u t-tiġdid ma għandux jibda aktar tard minn 30 jum mid-data meta tkun tlestiet il-valutazzjoni tal-kompetenza lingwistika.

    (c) 

    L-approvazzjonijiet tal-kompetenza lingwistika għandhom jiġu rivalidati wara t-tlestija b'suċċess tal-valutazzjoni tal-kompetenza lingwistika li sseħħ fi żmien tliet xhur eżattament qabel id-data ta' skadenza tagħhom. F'tali każijiet il-perjodu ta' validità ġdid, għandu jibda jgħodd minn dik id-data ta' skadenza.

    (d) 

    Jekk l-approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika tiġi rivalidata qabel il-perjodu previst fil-punt (c), il-perjodu ta' validità tagħha ma għandux jibda aktar tard mit-30 jum mid-data li fiha tkun tlestiet b'suċċess il-valutazzjoni tal-kompetenza lingwistika.

    (e) 

    Meta l-validità ta' approvazzjoni tal-kompetenza lingwistika tiskadi, id-detentur tal-liċenzja għandu jlesti b'suċċess valutazzjoni tal-kompetenza lingwistika sabiex ikollu l-approvazzjoni tiegħu/tagħha mġedda.

    ATCO.B.040    Valutazzjoni tal-kompetenza lingwistika

    ▼M1

    (a) 

    It-turija ta’ profiċjenza lingwistika għandha ssir permezz ta’ metodu ta’ valutazzjoni approvat minn kwalunkwe awtorità kompetenti, li għandha tinkludi:

    (1) 

    il-proċess li permezz tiegħu ssir valutazzjoni;

    (2) 

    il-kwalifika tal-assessuri;

    (3) 

    il-proċedura ta’ appell.

    ▼B

    (b) 

    Il-korpi ta' valutazzjoni lingwistika għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti skont ATCO.AR.A.010.

    ATCO.B.045    Taħriġ tal-lingwa

    (a) 

    Il-fornituri tas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni taħriġ fil-lingwa biex iżommu l-livell meħtieġ ta' kompetenza lingwisitika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru lil:

    (1) 

    detenturi ta' approvazzjoni ta' kompetenza lingwistika fil-livell operattiv (livell erbgħa);

    (2) 

    detenturi tal-liċenzja mingħajr l-opportunità li japplikaw il-ħiliet tagħhom fuq bażi regolari sabiex iżommu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom.

    (b) 

    It-taħriġ fil-lingwa jista' wkoll jitqiegħed għad-dispożizzjoni fil-forma ta' taħriġ kontinwu.

    SOTTOPARTI C

    REKWIŻITI GĦALL-GĦALLIEMA U L-ASSESSURI

    SEZZJONI 1

    Għalliema

    ATCO.C.001    Għalliema teoretiċi

    (a) 

    Taħriġ teoretiku għandu jsir biss minn għalliema kkwalifikati b'mod xieraq.

    (b) 

    Għalliem teoretiku huwa kkwalifikat b'mod xieraq jekk:

    (1) 

    ikollu liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru u/jew ikollu kwalifika professjonali xierqa għas-suġġett li jkun qed jgħallem u/jew ikun wera għarfien u esperjenza xierqa lill-organizzazzjoni tat-taħriġ;

    (2) 

    ikun wera ħiliet fl-istruzzjoni lill-organizzazzjoni tat-taħriġ.

    ATCO.C.005    Għalliema prattiċi

    Persuna għandha twettaq biss taħriġ prattiku meta jkollha liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru b'approvazzjoni ta' għalliem tat-taħriġ fuq il-post (OJTI) jew approvazzjoni ta' għalliem ta' tagħmir ta' taħriġ sintetiku (STDI).

    ATCO.C.010    Privileġġi tal-għalliem ta' taħriġ fuq il-post (OJTI)

    (a) 

    Id-detenturi ta' approvazzjoni OJTI huma awtorizzati biex jipprovdu taħriġ u superviżjoni prattika fuq pożizzjonijiet ta' ħidma operattivi li għandhom approvazzjoni tal-unità valida għalihom fuq tagħmir ta' taħriġ sintetiku fil-klassifikazzjonijiet li għandhom.

    (b) 

    Detenturi ta' approvazzjoni OJTI għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-approvazzjoni jekk:

    (1) 

    ikunu eżerċitaw għal tal-anqas sentejn il-privileġġi tal-klassifikazzjoni li sejrin jgħallmu fiha;

    (2) 

    ikunu eżerċitaw għal perjodu eżattament qabel ta' mill-anqas sitt xhur il-privileġġ tal-approvazzjoni tal-unità valida, fejn sejra tingħata struzzjoni;

    (3) 

    ikunu pprattikaw ħiliet struzzjonali f'dawk il-proċeduri fejn għandhom l-intenzjoni li jipprovdu struzzjoni.

    (c) 

    Il-perjodu ta' sentejn imsemmi fil-punt (b)(1) jista' jitqassar għal mhux anqas minn sena mill-awtorità kompetenti meta mitlub mill-organizzazzjoni tat-taħriġ.

    ▼M1

    ATCO.C.015    Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol

    L-applikanti għall-ħruġ ta’ approvazzjoni OJTI għandu:

    (a) 

    ikollhom liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru b’approvazzjoni tal-unità valida;

    (b) 

    ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur ta’ traffiku tal-ajru għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn immedjatament wara l-applikazzjoni. Dan il-perjodu jista’ jitqassar għal mhux anqas minn sena mill-awtorità kompetenti meta mitlub mill-organizzazzjoni tat-taħriġ; u

    (c) 

    matul it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni, ikunu temmew b’suċċess kors ta’ tekniki struzzjonali prattiċi li matulu jiġu mgħallma l-għarfien u l-ħiliet pedagoġiċi meħtieġa u dawn ikunu ġew ivvalutati b’mod xieraq.

    ATCO.C.020    Validità ta’ approvazzjoni ta’ għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol

    (a) 

    L-approvazzjoni ta’ OJTI għandha tkun valida għal perjodu ta’ 3 snin.

    (b) 

    L-approvazzjoni OJTI tista’ tiġi rivalidata bit-tlestija b’suċċess tat-taħriġ ta’ aġġornament fuq il-ħiliet struzzjonali prattiċi matul il-validità tiegħu, dment li jiġi ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punt ATCO.C.015(a).

    (c) 

    Jekk l-approvazzjoni tal-OJTI tkun skadiet, dment li r-rekwiżit tal-punt ATCO.C.015(a) jiġi ssodisfat, din tista’ tiġġedded jekk, fi żmien 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid, id-detentur tal-approvazzjoni tal-OJTI jkun:

    (1) 

    ingħata taħriġ ta’ aġġornament fuq ħiliet struzzjonali prattiċi; u

    (2) 

    għadda b’suċċess minn valutazzjoni prattika tal-kompetenzi tal-għalliem.

    (d) 

    Fil-każ tal-ewwel ħruġ u tiġdid, il-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni OJTI ma għandux jibda aktar tard minn 30 jum mid-data li fiha, il-valutazzjoni tkun tlestiet b’suċċess.

    (e) 

    Jekk ir-rekwiżit tal-punt ATCO.C.015(a) ma jiġix issodisfat, l-approvazzjoni OJTI tista’ tiġi skambjata għal approvazzjoni STDI, dment li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-punt ATCO.C.040(b) u (c).

    ▼B

    ATCO.C.025    Awtorizzazzjoni OJTI temporanja

    (a) 

    Meta ma tkunx possibbli konformità mar-rekwiżiti previsti f'ATCO.C.010(b)(2), l-awtorità kompetenti tista' tagħti awtorizzazzjoni OJTI temporanja abbażi ta' analiżi tas-sikurezza ppreżentata mill-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni bl-ajru.

    (b) 

    L-awtorizzazzjoni OJTI temporanja msemmija fil-punt (a) tista' tinħareġ lid-detenturi ta' approvazzjoni OJTI valida maħruġa skont ATCO.C.015.

    (c) 

    L-awtorizzazzjoni OJTI temporanja msemmija fil-punt (a) għandha tkun limitata għall-istruzzjoni meħtieġa biex tkopri sitwazzjonijiet eċċezzjonali u l-validità tagħha ma għandhiex taqbeż sena jew l-iskadenza tal-validità tal-approvazzjoni OJTI maħruġa skont ATCO.C.015, skont liema tiġi qabel.

    ▼M1

    ATCO.C.030    Privileġġi ta’ għalliem ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku (STDI)

    (a) 

    Id-detenturi ta’ approvazzjoni ta’ STDI huma awtorizzati jipprovdu taħriġ prattiku fuq apparati ta’ taħriġ sintetiku:

    (1) 

    għal suġġetti ta’ natura prattika matul it-taħriġ inizjali;

    (2) 

    għal taħriġ tal-unità minbarra l-OJT; u

    (3) 

    għal taħriġ ta’ kontinwazzjoni.

    Meta l-STDI jipprovdi pre-OJT, huwa/hija għandha/għandu jkollu/jkollha l-approvazzjoni tal-unità rilevanti.

    (b) 

    Id-detenturi ta’ approvazzjoni STDI għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-approvazzjoni jekk:

    (1) 

    ikollhom mill-inqas sentejn esperjenza fil-klassifikazzjoni li se jgħallmu fiha;

    (2) 

    ikunu wrew għarfien tal-prattiki operazzjonali attwali;

    (3) 

    ikunu pprattikaw tekniki struzzjonali f’dawk il-proċeduri li dwarhom ikun se jingħata t-tagħlim.

    (c) 

    Bħala eċċezzjoni għall-punt (b)(1),

    (1) 

    il-perjodu ta’ sentejn jista’ jitqassar għal mhux anqas minn sena mill-awtorità kompetenti meta mitlub mill-organizzazzjoni tat-taħriġ;

    (2) 

    għall-finijiet ta’ taħriġ bażiku, kwalunkwe klassifikazzjoni hija xierqa;

    (3) 

    għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tat-taħriġ, jista’ jiġi pprovdut taħriġ għal kompiti operazzjonali speċifiċi u magħżula minn STDI li jkollu klassifikazzjoni li hija rilevanti għal dak il-kompitu operazzjonali speċifiku u magħżul.

    ATCO.C.035    Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ għalliem ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku

    L-applikanti għall-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ STDI għandhom:

    (a) 

    ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur ta’ traffiku tal-ajru fi kwalunkwe klassifikazzjoni għal mill-inqas sentejn. Dan il-perjodu jista’ jitqassar għal mhux anqas minn sena mill-awtorità kompetenti meta mitlub mill-organizzazzjoni tat-taħriġ; u

    (b) 

    matul it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni, ikunu temmew b’suċċess kors ta’ tekniki struzzjonali prattiċi li matulu jiġu mgħallma l-għarfien u l-ħiliet pedagoġiċi meħtieġa permezz ta’ metodi teoretiċi u prattiċi u jkunu ġew ivvalutati b’mod xieraq.

    ATCO.C.040    Validità ta’ approvazzjoni ta’ għalliem ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku

    (a) 

    L-approvazzjoni ta’ STDI għandha tkun valida għal perjodu ta’ 3 snin.

    (b) 

    L-approvazzjoni ta’ STDI tista’ tiġi rivalidata billi jitlesta b’suċċess taħriġ ta’ aġġornament fuq ħiliet struzzjonali prattiċi u fuq prattiki operazzjonali attwali matul il-perjodu ta’ validità tagħha.

    (c) 

    Jekk l-approvazzjoni ta’ STDI tkun skadiet, din tista’ tiġġedded jekk, fi żmien it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni għat-tiġdid, id-detentur tal-approvazzjoni ta’ STDI ikun:

    (1) 

    irċieva taħriġ ta’ aġġornament fuq ħiliet struzzjonali prattiċi u fuq prattiki operazzjonali attwali; u

    (2) 

    għadda b’suċċess minn valutazzjoni prattika tal-kompetenzi tal-għalliem.

    (d) 

    Fil-każ tal-ewwel ħruġ u tiġdid, il-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni ta’ STDI ma għandux jibda aktar tard minn 30 jum mid-data li fiha l-valutazzjoni tlestiet b’suċċess.

    ▼B

    SEZZJONI 2

    Assessuri

    ▼M1

    ATCO.C.045    Privileġġi tal-assessuri

    (a) 

    Persuna għandha twettaq biss valutazzjonijiet meta jkollha approvazzjoni ta’ assessur.

    (b) 

    Id-detenturi ta’ approvazzjoni ta’ assessur huma awtorizzati biex iwettqu valutazzjonijiet:

    (1) 

    matul it-taħriġ inizjali għall-ħruġ ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni u/jew approvazzjoni ta’ klassifikazzjoni ġdida, jekk ikun applikabbli;

    (2) 

    tal-kompetenza preċedenti għall-finijiet tal-punti ATCO.B.001(d), ATCO.B.005(e) u ATCO.B.010(b);

    (3) 

    ta’ studenti kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għall-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-unità u approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni, jekk ikun applikabbli;

    (4) 

    tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għall-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-unità u l-approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni, jekk ikun applikabbli, kif ukoll għar-rivalidazzjoni u għat-tiġdid ta’ approvazzjoni tal-unità;

    (5) 

    tal-għalliema prattiċi tal-applikant jew tal-assessuri tal-applikant meta tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-punti (d)(2) sa (4).

    (c) 

    Id-detenturi ta’ approvazzjoni ta’ assessur għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-approvazzjoni jekk ikollhom:

    (1) 

    mill-inqas esperjenza ta’ sentejn fil-klassifikazzjoni u l-approvazzjoni(jiet) ta’ klassifikazzjoni li se jivvalutaw; u

    (2) 

    juru għarfien tal-prattiki operazzjonali attwali.

    (d) 

    Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c), id-detenturi ta’ approvazzjoni ta’ assessur għandhom jeżerċitaw biss il-privileġġi tal-approvazzjoni:

    (1) 

    għal valutazzjonijiet li jwasslu għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid ta’ approvazzjoni tal-unità, jekk ikollhom ukoll l-approvazzjoni tal-unità assoċjata mal-valutazzjoni għall-perjodu eżattament qabel ta’ mill-inqas sena;

    (2) 

    għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ approvazzjoni ta’ STDI, jekk ikollhom approvazzjoni ta’ STDI jew OJTI u jkunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ dik l-approvazzjoni għal mill-inqas 3 snin;

    (3) 

    għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ approvazzjoni ta’ OJTI, jekk ikollhom approvazzjoni ta’ OJTI u jkunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ dik l-approvazzjoni għal mill-inqas 3 snin;

    (4) 

    għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ applikant għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ approvazzjoni ta’ assessur, jekk ikunu eżerċitaw il-privileġġi tal-approvazzjoni tal-assessur għal mill-inqas 3 snin.

    (e) 

    Meta ssir valutazzjoni għall-fini tal-ħruġ u tiġdid ta’ approvazzjoni ta’ unità, u għall-iżgurar tas-superviżjoni fuq il-pożizzjoni ta’ ħidma operazzjonali, l-assessur għandu jkollu wkoll approvazzjoni ta’ OJTI, jew għandu jkun preżenti OJTI li jkollu l-approvazzjoni tal-unità valida assoċjata mal-valutazzjoni.

    ▼B

    ATCO.C.050    Interessi personali

    L-assessuri ma għandhomx iwettqu valutazzjoni, kull meta l-objettività tagħhom jaf tkun affettwata.

    ▼M1

    ATCO.C.055    Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ assessur

    L-applikanti għall-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ assessur għandhom:

    (a) 

    ikunu eżerċitaw il-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur ta’ traffiku tal-ajru għal mill-inqas sentejn; u

    (b) 

    matul it-12-il xahar ta’ qabel l-applikazzjoni, ikunu lestew b’suċċess kors ta’ assessur li matulu jiġu mgħallma l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa permezz ta’ metodi teoretiċi u prattiċi u jkunu ġew ivvalutati b’mod xieraq.

    ATCO.C.060    Validità tal-approvazzjoni tal-assessur

    (a) 

    L-approvazzjoni ta’ assessur għandha tkun valida għal perjodu ta’ 3 snin.

    (b) 

    L-approvazzjoni ta’ assessur tista’ tiġi rivalidata billi jitlesta b’suċċess taħriġ ta’ aġġornament fuq ħiliet ta’ valutazzjoni u fuq prattiki operazzjonali attwali matul il-perjodu ta’ validità tagħha.

    (c) 

    Jekk l-approvazzjoni tal-assessur tkun skadiet, din tista’ tiġġedded jekk, fi żmien it-12-il xahar qabel l-applikazzjoni għal tiġdid, id-detentur tal-approvazzjoni tal-assessur ikun:

    (1) 

    ingħata taħriġ ta’ aġġornament fuq ħiliet ta’ valutazzjoni u fuq prattiki operazzjonali attwali; u

    (2) 

    għadda b’suċċess minn valutazzjoni ta’ kompetenza tal-assessur.

    (d) 

    Fil-każ tal-ewwel ħruġ u tiġdid, il-perjodu ta’ validità tal-approvazzjoni tal-assessur ma għandux jibda aktar tard minn 30 jum mid-data li fiha l-valutazzjoni tkun tlestiet b’suċċess.

    ▼B

    ATCO.C.065    Awtorizzazzjoni ta' assessur temporanju

    (a) 

    Meta r-rekwiżit previst f'ATCO.C.045 (d)(1) ma jkunx jista' jiġi ssodisfat, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza lid-detenturi ta' approvazzjoni ta' assessur maħruġa skont ATCO.C.055 biex iwettqu l-valutazzjoni msemmija f'ATCO.C.045(b)(3) u (4) biex ikopru sitwazzjonijiet eċċezzjonali jew tiġi żgurata l-indipendenza tal-valutazzjoni, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (c).

    (b) 

    Għall-finijiet li jiġu koperti sitwazzjonijiet eċċezzjonali, id-detentur tal-approvazzjoni ta' assessur għandu jkollu approvazzjoni tal-unità bil-klassifikazzjoni assoċjata u, jekk ikun applikabbli, l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, rilevanti għall-valutazzjoni għall perjodu eżattament qabel ta' mill-inqas sena. L-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-valutazzjonijiet meħtieġa biex ikopru sitwazzjonijiet eċċezzjonali u ma għandhiex tkun ta' aktar minn sena jew mill-validità tal-approvazzjoni tal-assessur maħruġa skont ATCO.C.055, skont liema tiġi qabel.

    (c) 

    Għall-finijiet li tiġi żgurata l-indipendenza tal-valutazzjoni għal raġunijiet ta' natura rikorrenti, id-detentur tal-approvazzjoni ta' assessur għandu jkollu approvazzjoni tal-unità bil-klassifikazzjoni assoċjata u, jekk ikun applikabbli, l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, rilevanti għall-valutazzjoni għal perjodu eżattament qabel ta' mill-inqas sena. Il-validità tal-awtorizzazzjoni għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti iżda ma għandhiex taqbeż il-validità tal-approvazzjoni tal-assessur maħruġa skont ATCO.C.055.

    (d) 

    Għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' assessur temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-punti (b) u (c), l-awtorità kompetenti tista' titlob li tiġi ppreżentata analiżi tas-sikurezza mill-fornitur tas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru.

    SOTTOPARTI D

    KONTROLLUR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SEZZJONI 1

    Rekwiżiti Ġenerali

    ATCO.D.001    Objettivi ta' taħriġ ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    It-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandu jkopri l-korsijiet teoretiċi kollha, l-eżerċizzji prattiċi, inkluż is-simulazzjoni, u t-taħriġ fuq ix-xogħol meħtieġ sabiex jinkisbu u jinżammu l-ħiliet biex jingħataw servizzi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru siguri, b'ordni u fil-pront.

    ATCO.D.005    Tipi ta' taħriġ ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru

    (a) 

    It-taħriġ tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikkonsisti mit-tipi li ġejjin:

    (1) 

    it-taħriġ inizjali, li jwassal għall-ħruġ ta' liċenzja ta' student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni addizzjonali u, jekk ikun applikabbli, l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, li tipprovdi:

    (i)

    'taħriġ bażiku' : taħriġ teoretiku u prattiku maħsub biex jagħti l-għarfien fundamentali u ħiliet prattiċi relatati mal-proċeduri operattivi bażiċi;

    (i)

    'taħriġ ta' klassifikazzjoni' : taħriġ teoretiku u prattiku maħsub biex jagħti l-għarfien fundamentali u ħiliet prattiċi relatati għal klassifikazzjoni speċifika u, jekk ikun applikabbli, għall-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni;

    (2) 

    taħriġ tal-unità, li jwassal għall-ħruġ ta' liċenzja ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru, il-ħruġ ta' approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, il-validazzjoni tal-klassifikazzjoni(jiet) jew l-approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni u/jew il-ħruġ jew it-tiġdid ta' approvazzjoni tal-unità. Dan jinkludi l-fażijiet li ġejjin:

    (i) 

    fażi ta' taħriġ tranżitorju, imfassla primarjament biex twassal l-għarfien u l-fehim ta' proċeduri operattivi speċifiċi għas-sit u aspetti speċifiċi għall-kompitu; u

    (ii) 

    fażi ta' taħriġ fuq ix-xogħol, li hija l-fażi finali tat-taħriġ tal-unità li matulha, rutini u ħiliet relatati mal-impjieg miksuba huma integrati fil-prattika taħt is-superviżjoni ta' għalliem ta' taħriġ fuq ix-xogħol ikkwalifikat f'sitwazzjoni ta' traffiku dak il-ħin stess.

    (iii) 

    Minbarra l-punti (i) u (ii), għal approvazzjoni(jiet) li jeħtieġu l-immaniġġjar ta' sitwazzjoni tat-traffiku kumplessi u densi, hija meħtieġa fażi ta' taħriġ minn qabel fuq ix-xogħol biex jissaħħu r-rutini ta' klassifikazzjoni miksuba qabel u biex ikun hemm preparazzjoni għal sitwazzjoni tat-traffiku dak il-ħin stess li wieħed jista' jiltaqa' magħhom f'dik l-unità.

    (3) 

    taħriġ ta' kontinwazzjoni, imfassal biex iżomm il-validità tal-approvazzjonijiet tal-liċenzja, li jikkonsisti minn:

    (i) 

    taħriġ ta' aġġornament;

    (ii) 

    taħriġ ta' konverżjoni, fejn ikun rilevanti.

    (b) 

    Minbarra t-tipi ta' taħriġ imsemmija fil-punt (a), il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jistgħu jwettqu t-tipi li ġejjin:

    (1) 

    taħriġ għal għalliema prattiċi, li jwassal għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta' approvazzjoni ta' OJTI jew STDI;

    (2) 

    taħriġ ta' assessur, li jwassal għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta' approvazzjoni ta' assessur.

    SEZZJONI 2

    Rekwiżiti ta' taħriġ inizjali

    ▼M1

    ATCO.D.010    Kompożizzjoni tat-taħriġ inizjali

    (a) 

    Taħriġ inizjali, maħsub għal applikant għal liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni addizzjonali u/jew, jekk ikun applikabbli, approvazzjoni tal-klassifikazzjoni, għandu jikkonsisti minn:

    (1) 

    taħriġ bażiku, li jinkludi s-suġġetti kollha, it-temi u s-sottotemi li jinsabu fl-Appendiċi 2 tal-Anness I; u

    (2) 

    taħriġ tal-klassifikazzjoni, li jinkludi s-suġġetti, it-temi u s-sottotemi ta’ mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    (i) 

    Klassifikazzjoni ta’ Kontroll tal-Ajrudrom — ADC, definita fl-Appendiċi 3 tal-Anness I;

    (ii) 

    Klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Avviċinament Proċedurali — APP, definita fl-Appendiċi 4 tal-Anness I;

    (iii) 

    Klassifikazzjoni tal-Kontroll taż-Żona Proċedurali — ACP, definita fl-Appendiċi 5 tal-Anness I;

    (iv) 

    Klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Avviċinament ta’ Sorveljanza — APS, definita fl-Appendiċi 6 tal-Anness I;

    (v) 

    Klassifikazzjoni ta’ Kontroll taż-Żona ta’ Sorveljanza — ACS, definita fl-Appendiċi 7 tal-Anness I.

    (b) 

    It-taħriġ maħsub għal klassifikazzjoni addizzjonali għandu jikkonsisti mis-suġġetti, mit-temi u s-sottotemi applikabbli għal mill-inqas waħda mill-klassifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(2).

    (c) 

    It-taħriġ maħsub għall-attivazzjoni mill-ġdid ta’ klassifikazzjoni wara valutazzjoni bla suċċess ta’ kompetenza preċedenti skont il-punt ATCO.B.010(b) għandu jitfassal skont ir-riżultat ta’ dik il-valutazzjoni.

    (d) 

    It-taħriġ maħsub għal approvazzjoni tal-klassifikazzjoni għandu jikkonsisti minn suġġetti, temi u sottotemi żviluppati mill-organizzazzjoni tat-taħriġ u approvati bħala parti minn kors tat-taħriġ.

    (e) 

    It-taħriġ bażiku u/jew tal-klassifikazzjoni jista’ jiġi kkomplementat b’suġġetti, b’temi u b’sottotemi li huma addizzjonali jew speċifiċi għall-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali (FAB) jew għall-ambjent nazzjonali.

    ▼B

    ATCO.D.015    Pjan ta' taħriġ inzjali

    Għandu jiġi stabbilit pjan ta' taħriġ inizjali mill-organizzazzjoni tat-taħriġ u approvat mill-awtorità kompetenti. Dan għandu jkun fih tal-anqas:

    (a) 

    il-kompożizzjoni tal-kors ta' taħriġ inizjali pprovdut skont ATCO.D.010;

    (b) 

    l-istruttura tat-taħriġ inizjali pprovdut skont ATCO.D.020(b);

    (c) 

    il-proċess għat-tmexxija tal-kors(ijiet) ta' taħriġ inizjali;

    (d) 

    il-metodi ta' taħriġ;

    (e) 

    il-perjodu minimu u massimu inizjali tal-kors(ijiet) ta' taħriġ;

    (f) 

    fir-rigward ta' ATCO.D.010(b), il-proċess għall-adattament tal-kors(ijiet) ta' taħriġ inizjali biex jitqies b'mod xieraq kors ta' taħriġ bażiku li jitlesta b'suċċess;

    (g) 

    il-proċessi għall-eżamijiet u l-valutazzjonijiet skont ATCO.D.025 u ATCO.D.035, kif ukoll l-objettivi ta' prestazzjoni skont ATCO.D.030 u ATCO.D.040;

    (h) 

    il-kwalifiki, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal tat-taħriġ;

    (i) 

    il-proċess għat-terminazzjoni bikrija tat-taħriġ;

    (j) 

    il-proċess ta' appell;

    (k) 

    l-identifikazzjoni tar-rekords li għandhom jinżammu speċifiċi għat-taħriġ inizjali;

    (l) 

    il-proċess u r-raġunijiet għar-reviżjoni u l-emenda tal-pjan ta' taħriġ inizjali u s-sottomissjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti. Ir-reviżjoni tal-pjan ta' taħriġ inizjali għandha ssir tal-anqas darba kull tliet snin.

    ATCO.D.020    Korsijiet ta' taħriġ bażiku u ta' klassifikazzjoni

    (a) 

    It-taħriġ bażiku u ta' klassifikazzjoni għandu jiġi pprovdut bħala kors separat jew integrat.

    (b) 

    Għandhom jiġu żviluppati korsijiet ta' taħriġ bażiku u ta' klassifikazzjoni jew kors ta' taħriġ inizjali integrat li għandhom jiġu pprovduti minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ u approvati mill-awtorità kompetenti.

    (c) 

    Meta t-taħriġ inizjali jiġi pprovdut bħala kors integrat, għandha ssir distinzjoni ċara bejn l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet għal:

    (1) 

    taħriġ bażiku; u

    (2) 

    kull taħriġ tal-klassifikazzjoni.

    (d) 

    It-tlestija b'suċċess tat-taħriġ inizjali, jew tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni addizzjonali, għandha tintwera permezz ta' ċertifikat maħruġ mill-organizzazzjoni tat-taħriġ.

    (e) 

    It-tlestija b'suċċess tat-taħriġ bażiku għandha tintwera permezz ta' ċertifikat maħruġ mill-organizzazzjoni tat-taħriġ fuq talba mill-applikant.

    ATCO.D.025    Eżamijiet u valutazzjoni ta' taħriġ bażiku

    (a) 

    Il-korsijiet ta' taħriġ bażiku għandhom jinkludu eżami(jiet) u valutazzjoni(jiet) teoretiċi.

    ▼M1

    (b) 

    Għandu jingħata pass f’eżami(jiet) teoretiku/ċi lil kandidat li jġib minimu ta’ 75 % tal-marki allokati għal dak l-eżami.

    ▼B

    (c) 

    Għandhom jitwettqu valutazzjoni(jiet) ta' objettivi ta' prestazzjoni kif elenkat f'ATCO.D.030 fuq ħarrieġ ta' parti mill-kompitu jew simulatur.

    ▼M1

    (d) 

    Għandu jingħata pass fil-valutazzjoni(jiet) lil kandidat li konsistentement juri l-prestazzjoni meħtieġa kif elenkat fil-punt ATCO.D.030 u juri l-imġiba meħtieġa għall-forniment sikur tas-servizz tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

    ▼B

    ATCO.D.030    Objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ bażiku

    Il-valutazzjoni(jiet) għandhom jinkludu l-evalwazzjoni tal-objettivi ta' prestazzjoni li ġejjin:

    (a) 

    l-ivverifikar u l-użu tat-tagħmir ta' pożizzjoni tal-ħidma;

    (b) 

    l-iżvilupp u ż-żamma ta' għarfien tas-sitwazzjoni billi jiġi ssorveljat it-traffiku u l-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru meta jkun applikabbli;

    (c) 

    is-sorveljanza u l-aġġornament tad-displej(s) tad-dejta tat-titjira;

    (d) 

    iż-żamma ta' sorveljanza bi smiegħ kontinwu fuq il-frekwenza x-xierqa;

    (e) 

    il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet, struzzjonijiet u informazzjoni xierqa għat-traffiku;

    (f) 

    l-użu ta' frażjoloġija xierqa;

    (g) 

    komunikazzjoni effikaċi;

    (h) 

    l-applikazzjoni ta' separazzjoni;

    (i) 

    l-applikazzjoni ta' koordinazzjoni kif ikun meħtieġ;

    (j) 

    l-applikazzjoni ta' proċeduri stabbiliti għal spazju tal-ajru simulat;

    (k) 

    l-iskoperta ta' kunflitti potenzjali bejn l-inġenji tal-ajru;

    (l) 

    l-apprezzar tal-prijorità ta' azzjoni;

    (m) 

    l-għażla ta' metodi ta' separazzjoni xierqa.

    ATCO.D.035    Eżamijiet u valutazzjoni ta' taħriġ ta' klassifikazzjoni

    (a) 

    Il-korsijiet ta' taħriġ tal-klassifikazzjoni għandhom jinkludu eżami(jiet) u valutazzjoni(jiet) teoretiċi.

    (b) 

    Għandu jingħata pass f'eżami(jiet) teoretiċi lil applikant li jġib minimu ta' 75 % tal-marki allokati għal dak l-eżami.

    (c) 

    Il-valutazzjoni(jiet) għandhom ikunu bbażati fuq l-objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni deskritti f'ATCO.D.040.

    (d) 

    Għandhom jitwettqu valutazzjoni(jiet) fuq simulatur.

    ▼M1

    (e) 

    Għandu jingħata pass fil-valutazzjoni(jiet) lil applikant li konsistentement juri l-prestazzjoni meħtieġa deskritta fil-punt ATCO.D.040 u juri l-imġiba meħtieġa għall-forniment sikur tas-servizz tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

    ATCO.D.040    Objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ ta’ klassifikazzjoni

    (a) 

    Għandhom jiġu ddefiniti objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għal kull kors ta’ taħriġ tal-klassifikazzjoni.

    (b) 

    L-objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għandhom jitolbu lill-applikant:

    (1) 

    juri l-abbiltà biex jimmaniġġa t-traffiku tal-ajru b’mod li jiżgura servizzi sikuri, f’ordni u fil-pront; u

    (2) 

    jimmaniġġa sitwazzjonijiet ta’ traffiku kumpless u dens.

    (c) 

    Minbarra l-punt (b), l-objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Ajrudrom (ADC) għandhom jiżguraw li l-applikanti:

    (1) 

    jimmaniġġaw l-ammont ta’ xogħol u jipprovdu servizzi ta’ traffiku tal-ajru fi ħdan qasam ta’ responsabbiltà definita tal-ajrudrom; u

    (2) 

    japplikaw tekniki ta’ kontroll tal-ajrudrom u proċeduri operazzjonali għat-traffiku tal-ajrudrom.

    (d) 

    Minbarra l-punt (b), l-objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-Kontroll tal-Avviċinament Proċedurali (APP) għandhom jiżguraw li l-applikanti:

    (1) 

    jimmaniġġaw l-ammont ta’ xogħol u jipprovdu servizzi ta’ traffiku tal-ajru f’qasam ta’ responsabbiltà tal-kontroll tal-avviċinament definit; u

    (2) 

    japplikaw kontroll tal-avviċinament proċedurali, jippjanaw tekniki u proċeduri operazzjonali għat-traffiku li jkun ġej, li jkun se jitlaq, u ta’ tranżitu.

    (e) 

    Minbarra l-punt (b), l-objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tas-Sorveljanza tal-Kontroll tal-Avviċinament (APS) għandhom jiżguraw li l-applikanti:

    (1) 

    jimmaniġġaw l-ammont ta’ xogħol u jipprovdu servizzi ta’ traffiku tal-ajru f’qasam ta’ responsabbiltà tal-kontroll tal-avviċinament definit; u

    (2) 

    japplikaw kontroll tas-sorveljanza tal-avviċinament, jippjanaw tekniki u proċeduri operazzjonali għat-traffiku li jkun ġej, li jkun se jitlaq, u ta’ tranżitu.

    (f) 

    Minbarra l-punt (b), l-objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-Kontroll taż-Żona Proċedurali (ACP) għandhom jiżguraw li l-applikanti:

    (1) 

    jimmaniġġaw l-ammont ta’ xogħol u jipprovdu servizzi ta’ traffiku tal-ajru f’qasam ta’ responsabbiltà definit tal-kontroll taż-żona; u

    (2) 

    japplikaw kontroll tal-avviċinament proċedurali, jippjanaw tekniki u proċeduri operazzjonali għat-traffiku taż-żona.

    (g) 

    Minbarra l-punt (b), l-objettivi tal-prestazzjoni tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tas-Sorveljanza tal-Kontroll taż-Żona (ACS) għandhom jiżguraw li l-applikanti:

    (1) 

    jimmaniġġaw l-ammont ta’ xogħol u jipprovdu servizzi ta’ traffiku tal-ajru f’qasam ta’ responsabbiltà definit tal-kontroll taż-żona; u

    (2) 

    japplikaw kontroll ta’ sorveljanza taż-żona, jippjanaw tekniki u proċeduri operazzjonali għat-traffiku taż-żona.

    ▼B

    SEZZJONI 3

    Rekwiżiti ta' taħriġ inizjali

    ATCO.D.045    Kompożizzjoni tat-taħriġ tal-unità

    (a) 

    It-taħriġ tal-unità għandu jikkonsisti minn kors(ijiet) ta' taħriġ għal kull approvazzjoni tal-unità stabbilita fl-unità ATC kif iddefinit fil-pjan ta' taħriġ tal-unità.

    (b) 

    Il-kors(ijiet) ta' approvazzjoni tal-unità għandhom jiġu żviluppati u pprovduti minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ skont ATCO.D.060 u approvati mill-awtorità kompetenti.

    (c) 

    It-taħriġ tal-unità għandu jinkludi taħriġ fi:

    (1) 

    il-proċeduri operattivi;

    (2) 

    aspetti speċifiċi għall-kompitu;

    (3) 

    sitwazzjonijiet anormali u ta' emerġenza; u

    (4) 

    fatturi umani.

    ▼M1

    ATCO.D.050    Prerekwiżiti ta’ taħriġ tal-unità

    Dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti ATCO.B.001(d), ATCO.B.005(e) u ATCO.B.010(b):

    (a) 

    it-taħriġ tal-unità jista’ jinbeda biss minn persuni li jkunu temmew b’suċċess it-taħriġ inizjali rilevanti għall-klassifikazzjoni u, jekk applikabbli, l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni;

    (b) 

    il-fażi ta’ taħriġ fuq ix-xogħol tat-taħriġ tal-unità tista’ tinbeda biss minn persuni li huma detenturi ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru bil-klassifikazzjoni xierqa u, jekk applikabbli, bl-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni.

    ▼B

    ATCO.D.055    Pjan ta' taħriġ tal-unità

    (a) 

    Għandu jiġi stabbilit pjan ta' taħriġ tal-unità mill-organizzazzjoni tat-taħriġ għal kull unità ATC li għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.

    (b) 

    Il-pjan ta' taħriġ tal-unità għandu jinkludi:

    (1) 

    il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li għalihom jitwettaq it-taħriġ;

    (2) 

    l-istruttura tat-taħriġ tal-unità;

    (3) 

    il-lista ta' kors(ijiet) ta' approvazzjoni tal-unità skont ATCO.D.060;

    (4) 

    il-proċess għat-tmexxija tal-kors ta' approvazzjoni tal-unità;

    (5) 

    il-metodi ta' taħriġ;

    (6) 

    il-perjodu minimu tal-kors(ijiet) ta' approvazzjoni tal-unità;

    (7) 

    proċess għall-adattament tal-kors(ijiet) tal-approvazzjoni tal-unità biex jitqiesu b'mod xieraq il-klassifikazzjonijiet u/jew l-approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni miksuba u l-esperjenza tal-applikanti, fejn ikun rilevanti;

    (8) 

    proċessi biex jintwera għarfien u fehim teoretiku skont ATCO.D.065, inkluż in-numru, il-frekwenza u t-tip ta', kif ukoll il-marki biex tgħaddi mill-eżamijiet, li għandhom ikunu tal-inqas 75 % tal-marki allokati għal dawn l-eżamijiet;

    (9) 

    proċessi għall-valutazzjoni skont ATCO.D.070, inkluż in-numru u l-frekwenza ta' valutazzjonijiet;

    (10) 

    il-kwalifiki, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal tat-taħriġ;

    (11) 

    il-proċess għat-terminazzjoni bikrija tat-taħriġ;

    (12) 

    il-proċess ta' appell;

    (13) 

    l-identifikazzjoni tar-rekords li għandhom jinżammu speċifiċi għat-taħriġ inizjali;

    (14) 

    lista ta' sitwazzjonijiet anormali u ta' emerġenza identifikati speċifiċi għal kull approvazzjoni tal-unità;

    (15) 

    proċess u raġunijiet għar-reviżjoni u l-emenda tal-pjan ta' taħriġ tal-unità u s-sottomissjoni tiegħu lill-awtorità kompetenti. Ir-reviżjoni tal-pjan ta' taħriġ tal-unità għandha ssir tal-anqas darba kull tliet snin.

    ATCO.D.060    Kors ta' approvazzjoni tal-unità

    (a) 

    Kors tal-approvazzjoni tal-unità għandu jkun il-kombinazzjoni tal-fażijiet ta' taħriġ tal-unità rilevanti għall-ħruġ jew it-tiġdid ta' approvazzjoni tal-unità fil-liċenzja. Kull kors għandu jinkludi:

    (1) 

    fażi ta' taħriġ ta' tranżizzjoni:

    (2) 

    fażi ta' taħriġ fuq ix-xogħol.

    Għandha tiġi inkluża fażi ta' taħriġ minn qabel fuq ix-xogħol, jekk ikun meħtieġ, skont ATCO.D.005(a)(2).

    (b) 

    Il-fażijiet ta' taħriġ tal-unità msemmija fil-paragrafu (a) għandhom jiġu pprovduti b'mod separat jew integrat.

    (c) 

    Il-korsijiet tal-approvazzjoni tal-unità għandhom jiddefinixxu s-sillabu u l-objettivi ta' prestazzjoni skont ATCO.D.045(c) u għandhom jitwettqu skont il-pjan ta' taħriġ tal-unità.

    (d) 

    Il-korsijiet ta' approvazzjoni tal-unità li jinkludu t-taħriġ għall-approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni skont ATCO.B.015 għandhom jiġu ssupplimentati b'taħriġ addizzjonali li jippermetti l-kisba ta' ħiliet ta' approvazzjoni tal-klassifikazzjoni kkonċernati.

    ▼M1

    (e) 

    It-taħriġ maħsub għal approvazzjoni tal-klassifikazzjoni għandu jikkonsisti minn suġġetti, temi u sottotemi żviluppati mill-organizzazzjoni tat-taħriġ u approvati bħala parti minn kors tat-taħriġ.

    (f) 

    Il-korsijiet ta’ approvazzjoni tal-unità mwettqa mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jew mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru studenti fi Stat Membru li għalihom l-awtorità kompetenti ma tkunx l-istess waħda li tkun ħarġet il-liċenzja, għandhom jiġu adattati biex jinkludu elementi ta’ taħriġ inizjali li huma speċifiċi għall-FAB jew għall-ambjent nazzjonali. L-istess rekwiżit għandu japplika għal każijiet fejn l-applikant għal-liċenzja tal-istudenti jkun temm taħriġ inizjali fi Stat Membru li jkun differenti mill-Istat Membru li se joħroġ il-liċenzja tal-istudenti.

    ▼B

    ATCO.D.065    Dimostrazzjoni ta' għarfien u fehim teoretiku

    Għandu jintwera għarfien u fehim teoretiku mill-eżamijiet.

    ATCO.D.070    Valutazzjonijiet matul il-korsijiet ta' approvazzjoni tal-unità

    (a) 

    Il-valutazzjoni tal-applikant għandha titwettaq f'ambjent operattiv taħt kundizzjonijiet operattivi normali tal-anqas darba fi tmiem it-taħriġ fuq ix-xogħol.

    (b) 

    Meta l-kors ta' approvazzjoni tal-unità jkun fih fażi ta' taħriġ minn qabel fuq ix-xogħol, il-ħiliet tal-applikant għandhom jiġu vvalutati fuq tagħmir ta' taħriġ sintentiku tal-anqas fl-aħħar ta' din il-fażi.

    (c) 

    Minkejja punt (a), jista' jintuża tagħmir ta' taħriġ sintetiku matul valutazzjoni tal-approvazzjoni tal-unità biex tintwera l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' taħriġ li wieħed ma ltaqax magħhom fl-ambjent operattiv fil-valutazzjoni.

    SEZZJONI 4

    Rekwiżiti ta' taħriġ ta' kontinwazzjoni

    ATCO.D.075    Taħriġ ta' kontinwazzjoni

    Taħriġ ta' kontinwazzjoni għandu jikkonsisti minn korsijiet ta' taħriġ ta' aġġornament u ta' konverżjoni u għandu jiġi pprovdut skont ir-rekwiżiti inklużi fl-iskema ta' kompetenza tal-unità skont ATCO.B.025.

    ATCO.D.080    Taħriġ ta' aġġornament

    (a) 

    Għandhom jiġu żviluppati kors(ijiet) ta' taħriġ ta' aġġornament u pprovduti minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ u approvati mill-awtorità kompetenti.

    (b) 

    Għandu jiġi ddisinjat taħriġ ta' aġġornament biex jirrevedi, isaħħaħ jew itejjeb l-għarfien u l-ħiliet eżistenti tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru biex jipprovdi fluss sikur, ordnat u fil-pront ta' traffiku tal-ajru u għandu jkun fih tal-anqas:

    (1) 

    prattiki u proċeduri ta' taħriġ standard, permezz ta' frażjoloġija approvata u komunikazzjoni effikaċi;

    (2) 

    taħriġ f'sitwazzjonijiet anormali u ta' emerġenza, permezz ta' frażjoloġija approvata u komunikazzjoni effikaċi; u

    (3) 

    taħriġ ta' fatturi umani.

    (c) 

    Għandu jiġi ddefinit sillabu għall-kors ta' taħriġ ta' aġġornament, u fejn suġġett jaġġorna l-ħiliet ta' kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, għandhom jiġu żviluppati wkoll objettivi ta' prestazzjoni.

    ATCO.D.085    Taħriġ ta' konverżjoni

    (a) 

    Għandhom jiġu żviluppati kors(ijiet) ta' taħriġ ta' konverżjoni u pprovduti minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ u approvati mill-awtorità kompetenti.

    (b) 

    It-taħriġ ta' konverżjoni għandu jkun iddisinjat biex jipprovdi għarfien u ħiliet xierqa għal bidla fl-ambjent operattiv u għandu jkun ipprovdut minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ meta l-valutazzjoni tas-sikurezza tal-bidla tikkonkludi l-ħtieġa għal tali taħriġ.

    (c) 

    Il-korsijiet ta' taħriġ ta' konverżjoni għandhom jinkludu d-determinazzjoni ta':

    (1) 

    il-metodu ta' taħriġ għal u matul il-perjodu tal-kors, meta wieħed iqis in-natura u l-estent tal-bidla; u

    (2) 

    il-metodi ta' eżami u/jew valutazzjoni għat-taħriġ ta' konverżjoni.

    (d) 

    Għandu jiġi pprovdut taħriġ ta' konverżjoni qabel ma l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fl-ambjent operattiv mibdul.

    SEZZJONI 5

    Taħriġ ta' għalliemau assessuri

    ATCO.D.090    Taħriġ ta' għalliema prattiċi

    (a) 

    Għandu jiġi żviluppat taħriġ ta' għalliema prattiċi u pprovdut minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ li għandu jikkonsisti minn:

    (1) 

    kors ta' tekniki ta' struzzjoni prattika għal OJTI u/jew STDI, inkluż valutazzjoni;

    (2) 

    kors ta' taħriġ ta' aġġornament fuq ħiliet ta' struzzjoni prattika;

    (3) 

    metodu/metodi għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta' għalliema prattiċi.

    (b) 

    Il-korsijiet ta' taħriġ u l-metodi ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.

    ATCO.D.095    Taħriġ ta' assessuri

    (a) 

    Għandu jiġi żviluppat taħriġ ta' assessuri u pprovdut minn organizzazzjonijiet ta' taħriġ li għandu jikkonsisti minn:

    (1) 

    kors ta' taħriġ ta' assessur, li jinkludi valutazzjoni;

    (2) 

    kors ta' taħriġ ta' aġġornament fuq il-ħiliet ta' valutazzjoni;

    (3) 

    metodu/metodi għall-valutazzjoni tal-kompetenza tal-assessuri.

    (b) 

    Il-korsijiet ta' taħriġ u l-metodu ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.




    Appendiċi 1 tal-Anness I

    SKALA TA' KLASSIFIKAZZJONI TAL-KOMPETENZA LINGWISTIKA — REKWIŻITI GĦALL-KOMPETENZA FIL-LINGWI

    Skala ta' klassifikazzjoni tal-kompetenza lingwistika: livell ta' espert, livell avvanzat u livell operattiv.



    Livell

    Pronunzja

    Juża djalett u/jew aċċent li jinftiehem mal-komunità aeronawtika

    Struttura

    Strutturi grammatikali rilevanti u frażijiet rilevanti huma ddeterminati mill-funzjonijiet tal-lingwa meħtieġa għall-funzjoni

    Vokabularju

    Ħeffa fil-kliem

    Komprensjoni

    Interazzjonijiet

    Espert

    6

    Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm possibilment influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, kważi qatt ma jaffettwaw il-faċilità li wieħed jiftiehem.-{}-

    Kemm l-istrutturi grammatikali bażiċi u kumplessi u frażijiet rilevanti huma kkontrollati tajjeb u b' konsistenza.

    Il-firxa tal-vokabularju u l-preċiżjoni huma suffiċjenti biex jikkomunika b'mod effettiv fuq medda wiesgħa ta' suġġetti kemm familjari u le. Il-vokabularju huwa idjomatiku, varjat u tajjeb biex jiġi reġistrat.

    Kapaċi jitkellem fit-tul b'mod naturali u mingħajr tbatija. Kapaċi jvarja d-diskors biex jikseb effett stilistiku, eż. biex jenfasizza punt. Jagħmel użu b'mod spontanju mill-marki u l-konnetturi tad-diskors.

    Il-komprensjoni hija kontinwament preċiża kważi fil-kuntesti kollha u tinkludi l-komprensjoni ta' irqaqat lingwistiċi u kulturali.

    Interazzjoni mingħajr tbatija kważi fis-sitwazzjonijiet kollha. Jirrispondi b'mod tajjeb u huwa sensittiv għas-sinjali verbali u mhux verbali.

    Avvanzat

    5

    Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, għalkemm influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, rarament jaffettwaw il-faċilità li wieħed jiftiehem.

    L-istrutturi grammatikali bażiċi u kumplessi u frażijiet rilevanti huma kkontrollati tajjeb u b' konsistenza. Jipprova juża strutturi kumplessi, iżda bi żbalji li xi kultant jaffetwaw is-sinifikat.

    Il-firxa tal-vokabularju u l-preċiżjoni huma suffiċjenti biex jikkomunika b'mod effettiv fuq argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol. Jagħmel użu konsistenti u tajjeb ta' parafrażi. Il-vokabularju huwa xi kultant idjomatiku.

    Kapaċi jitkellem fit-tul mingħajr tbatija dwar suġġetti familjari, iżda mhux kapaċi jvarja d-diskors biex jikseb effett stilistiku. Kapaċi jagħmel użu mill-marki u l-konnetturi tad-diskors kif suppost.

    Il-komprensjoni hija preċiża għal argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol u b'mod preċiż meta l-kelliem ikun iffaċċjat bi problema lingwistika jew b'sitwazzjoni kumplikata jew minn sitwazzjoni mhux mistennija. Kapaċi jifhem firxa ta' varjetà fid-diskors (djalett u/jew aċċent) jew reġistri.

    Jirrispondi b'mod immedjat, adegwat u informattiv. Jikkontrolla r-relazzjoni kelliem/semmiegħ b'mod effettiv.

    operazzjonali

    4

    Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, iżda xi kultant jaffettwaw il-faċilità li wieħed jiftiehem.

    L-istrutturi grammatikali bażiċi u frażijiet rilevanti huma użati b'mod kreattiv u huma ġeneralment ikkontrollati tajjeb. Jistgħu jseħħu xi żbalji, b'mod partikulari f' sitwazzjonijiet mhux tas-soltu jew mhux mistennija, iżda rarament jaffettwaw is-sinifikat.

    Il-firxa tal-vokabularju u l-preċiżjoni huma normalment suffiċjenti biex jikkomunika b'mod effettiv fuq argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol. Kapaċi, ta' spiss, jagħmel użu minn parafrażi b'mod tajjeb fin-nuqqas ta' vokabularju f'sitwazzjonijiet mhux tas-soltu jew mhux mistennija.

    Kapaċi jesprimi kunċett b'ritmu tajjeb. Xi kultant jaf ikun hemm xi telf fil-ħeffa tal-kliem minn diskors ipprattikat jew ifformulat għal interazzjoni spontanja, iżda dan ma jfixkilx il-komunikazzjoni effettiva. Kapaċi jagħmel użu limitat mill-marki u l-konnetturi tad-diskors. Kliem żejjed biex jimla ma jtellfux l-attenzjoni.

    Il-komprensjoni hija fil-biċċa l-kbira preċiża għal argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol meta l-aċċent jew varjazzjoni wżata hija suffiċjentament intelliġibli għal komunità internazzjonali li tagħmel użu minnha. Meta l-kelliem ikun iffaċċjat bi problema lingwistika jew b'sitwazzjoni kumplikata jew minn sitwazzjoni mhux mistennija, il-komprensjoni taf iseħħ iktar bil-mod jew ikunu meħtieġa strateġiji għall-kjarafikazzjoni.

    Normalment, jirrispondi b'mod immedjat, adegwat u informattiv. Jibda u jżomm il-konversazzjoni anki meta jitratta sitwazzjoni mhux mistennija. Jitratta b'mod adegwat f'każijiet ta' nuqqas ta' fehim apparenti billi jivverifika, jikkonferma u jikkjarifika.

    Skala ta' klassifikazzjoni tal-kompetenza lingwistika: livell preoperattiv, livell elementari u livell preelementari.



    Livell

    Pronunzja

    Juża djalett u/jew aċċent li jinftiehem mal-komunità ajrunawtika

    Struttura

    Strutturi grammatikali rilevanti u frażijiet rilevanti huma ddeterminati mill-funzjonijiet tal-lingwa meħtieġa għall-kompitu

    Vokabularju

    Ħeffa fil-kliem

    Komprensjoni

    Interazzjonijiet

    Preoperattiv

    3

    Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, u ta' spiss jaffettwaw il-faċilità li wieħed jifhem.

    L-istrutturi grammatikali bażiċi u frażijiet rilevanti assoċjati ma' sitwazzjonijiet prevedibbli mhumiex dejjem kontrollati tajjeb. Żbalji ta' spiss jaffettwaw is-sinifikat.

    Il-firxa tal-vokabularju u l-preċiżjoni huma ta' spiss suffiċjenti biex jikkomunika b'mod effettiv fuq argumenti komuni, konkreti, jew dwar suġġetti relatati max-xogħol iżda din il-firxa hija limitata u l-għażla tal-kliem ta' spiss mhijiex kif għandha tkun. Ta' spiss mhux kapaċi jagħmel użu minn parafrażi b'suċċess meta jkollu vokabularju limitat.

    Kapaċi jesprimi kunċett, iżda l-użu ta' frażijiet u l-waqfiet ta' spiss mhumiex kif għandhom ikunu. Il-komunikazzjoni effettiva taf ma tinkisibx minħabba f'eżitazzjoni jew proċessar tal-lingwa bil-mod. Kliem żejjed biex jimla jafu jtellfu l-attenzjoni.

    Il-komprensjoni hija ta' spiss preċiża għal argumenti komuni, konkreti, u dwar suġġetti relatati max-xogħol meta l-aċċent jew varjazzjoni wżata hija suffiċjentament intelliġibli għal komunità internazzjonali li tagħmel użu minnha. Jaf ma jirnexxilux jifhem problema lingwistika jew sitwazzjoni kumplikata jew sitwazzjoni mhux mistennija.

    Xi kultant, jirrispondi b'mod immedjat, adegwat u informattiv. Jaf jibda u jżomm konversazzjoni mingħajr tbatija fuq suġġetti familjari u f'sitwazzjonijiet prevedibbli. Ġeneralment inadegwat meta jkollu x'jaqsam ma' sitwazzjoni mhux mistennija.

    Elementari

    2

    Pronunzja, aċċent, ritmu u intonazzjoni, huma influwenzati b'mod qawwi mill-ewwel lingwa jew minn varjazzjoni reġjonali, u normalment jaffettwaw il-faċilità li wieħed jifhem.

    Juri biss kontroll limitat ta' ftit strutturi grammatikali sempliċi u frażijiet rilevanti li jaf bl-amment.

    Firxa ta' vokabularju limitat li jikkonsisti biss minn kliem iżolat u frażijiet li jaf bl-amment.

    Kapaċi biss jesprimi kunċetti ferm qosra, iżolati, li jaf bl-amment, b'waqfiet spissi u, biex jimla, juża kliem żejjed li jtellef l-attenzjoni, sakemm jaħseb f'espressjonijiet u biex ilissen kliem inqas familjari.

    Il-komprensjoni hija limitata għal frażijiet iżolati, ta' bl-amment meta dawn ikunu artikulati b'attenzjoni u bil-mod.

    Normalment, jirrispondi bil-mod, u spiss b'mod inadegwat. L-interazzjoni hija limitata għal konversazzjonijiet sempliċi u ta' rutina.

    Preelementari

    1

    Ma jilħaqx il-livell Elementari

    Ma jilħaqx il-livell Elementari

    Ma jilħaqx il-livell Elementari

    Ma jilħaqx il-livell Elementari

    Ma jilħaqx il-livell Elementari

    Ma jilħaqx il-livell Elementari

    ▼M1




    L-Appendiċi 2 tal-Anness I

    TAĦRIĠ BAŻIKU

    (Referenza: L-Anness I (il-Parti ATCO), is-Subparti D, it-Taqsima 2, il-punt ATCO.D.010(a)(1))

    WERREJ

    SUĠĠETT 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    SUĠĠETT 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    SUĠĠETT 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUĠĠETT 4:

    METEOROLOĠIJA

    SUĠĠETT 5:

    NAVIGAZZJONI

    SUĠĠETT 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    SUĠĠETT 7:

    FATTURI UMANI

    SUĠĠETT 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    SUĠĠETT 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    SUĠĠETT 1:    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    SUĠĠETT INTRB 1 —   ĠESTJONI TAL-KORS

    Sottotema INTRB 1.1 — Introduzzjoni għall-kors

    Sottotema INTRB 1.2 — Amministrazzjoni tal-kors

    Sottotema INTRB 1.3 — Materjal ta’ studju u dokumentazzjoni ta’ taħriġ

    SUĠĠETT INTRB 2 —   INTRODUZZJONI GĦALL-KORS TA’ TAĦRIĠ TAL-ATC

    Sottotema INTRB 2.1 — Kontenut, metodoloġija u organizzazzjoni tal-kors

    Sottotema INTRB 2.2 — Etos tat-taħriġ

    Sottotema INTRB 2.3 — Proċess ta’ valutazzjoni

    TEMA INTRB 3 —   INTRODUZZJONI GĦALL-FUTUR TAL-ATCO

    Sottotema INTRB 3.1 — Prospetti ta’ impjieg

    SUĠĠETT 2:    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    TEMA LAWB 1 —   INTRODUZZJONI GĦAL-LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    Sottotema LAWB 1.1 — Rilevanza tal-liġi tal-avjazzjoni

    TEMA LAWB 2 —   ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

    Sottotema LAWB 2.1 — ICAO

    Sottotema LAWB 2.2 — Aġenziji Ewropej u oħrajn

    Sottotema LAWB 2.3 — Assoċjazzjonijiet tal-avjazzjoni

    TEMA LAWB 3 —   ORGANIZZAZZJONIJIET NAZZJONALI

    Sottotema LAWB 3.1 — Awtoritajiet nazzjonali

    Sottotema LAWB 3.2 — Proċeduri leġiżlattivi nazzjonali

    Sottotema LAWB 3.3 — Awtorità kompetenti

    Sottotema LAWB 3.4 — Assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-avjazzjoni

    TEMA LAWB 4 —   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-ATS

    Sottotema LAWB 4.1 — Regolament dwar is-sikurezza

    Sottotema LAWB 4.2 — Sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza

    TEMA LAWB 5 —   REGOLI U REGOLAMENTI

    Sottotema LAWB 5.1 — Unitajiet tal-kejl

    Sottotema LAWB 5.2 — Liċenzjar/ċertifikazzjoni tal-ATCO

    Sottotema LAWB 5.3 — Ħarsa ġenerali lejn l-ANS

    Sottotema LAWB 5.4 — Ħarsa ġenerali lejn l-ATS

    Sottotema LAWB 5.5 — Ħarsa ġenerali lejn il-ġestjoni tal-informazzjoni ajrunawtika (AIM)

    Sottotema LAWB 5.6 — Regoli tal-ajru

    Sottotema LAWB 5.7 — Rotot tal-ispazju tal-ajru u tal-ATS

    Sottotema LAWB 5.8 — Pjan tat-titjiriet

    Sottotema LAWB 5.9 — Ajrudromi

    Sottotema LAWB 5.10 — Proċeduri ta’ żamma għal titjiriet IFR

    Sottotema LAWB 5.11 — Proċeduri ta’ żamma għal titjiriet VFR

    SUĠĠETT 3:    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    TEMA ATMB 1 —   ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Sottotema ATMB 1.1 — Applikazzjoni ta’ unitajiet tal-kejl

    Sottotema ATMB 1.2 — Servizz tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)

    Sottotema ATMB 1.3 — Servizz ta’ informazzjoni dwar titjir (FIS)

    Sottotema ATMB 1.4 — Servizz ta’ twissija

    Sottotema ATMB 1.5 — Servizz ta’ konsulenza tat-traffiku tal-ajru

    Sottotema ATMB 1.6 — Kapaċità tas-sistema tal-ATS u l-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku

    Sottotema ATMB 1.7 — Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru (ASM)

    TEMA ATMB 2 —   ALTIMETRIJA U ALLOKAZZJONI TAL-LIVELL

    Sottotema ATMB 2.1 — Altimetrija

    Sottotema ATMB 2.2 — Livell ta’ tranżizzjoni

    Sottotema ATMB 2.3 — Allokazzjoni fil-livell

    TEMA ATMB 3 —   RADJUTELEFONIJA (RTF)

    Sottotema ATMB 3.1 — Proċeduri operattivi ġenerali tal-RTF

    TEMA ATMB 4 —   AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ATC U STRUZZJONIJIET TAL-ATC

    Sottotema ATMB 4.1 — Tip u kontenut tal-awtorizzazzjonijiet tal-ATC

    Sottotema ATMB 4.2 — Struzzjonijiet tal-ATC

    TEMA ATMB 5 —   KOORDINAZZJONI

    Sottotema ATMB 5.1 — Prinċipji, tipi u kontenut tal-koordinazzjoni

    Sottotema ATMB 5.2 — Ħtieġa ta’ koordinazzjoni

    Sottotema ATMB 5.3 — Mezzi ta’ koordinazzjoni

    TEMA ATMB 6 —   UNITÀ TAD-DATA

    Sottotema ATMB 6.1 — Estrazzjoni tad-data

    Sottotema ATMB 6.2 — Ġestjoni tad-data

    TEMA ATMB 7 —   SEPARAZZJONIJIET

    Sottotema ATMB 7.1 — Separazzjoni u proċeduri vertikali

    Sottotema ATMB 7.2 — Separazzjoni u proċeduri orizzontali

    Sottotema ATMB 7.3 — Separazzjoni viżwali

    Sottotema ATMB 7.4 — Separazzjoni u proċeduri tal-ajrudrom

    Sottotema ATMB 7.5 — Separazzjoni bbażata fuq sistemi ta’ sorveljanza tal-ATS

    Sottotema ATMB 7.6 — Separazzjoni tat-turbolenza tat-tranja

    TEMA ATMB 8 —   XBIEKI TAS-SIKUREZZA FL-AJRU U FUQ L-ART

    Sottotema ATMB 8.1 — Xbieki tas-sikurezza fl-ajru

    Sottotema ATMB 8.2 — Xbieki tas-sikurezza bbażati fuq l-art

    TEMA ATMB 9 —   ĦILIET PRATTIĊI BAŻIĊI

    Sottotema ATMB 9.1 — Proċess ta’ ġestjoni tat-traffiku

    Sottotema ATMB 9.2 — Ħiliet prattiċi bażiċi applikabbli għall-klassifikazzjonijiet kollha

    Sottotema ATMB 9.3 — Ħiliet prattiċi bażiċi applikabbli għall-ajrudrom

    Sottotema ATMB 9.4 — Ħiliet prattiċi bażiċi applikabbli għas-sorveljanza

    SUĠĠETT 4:    METEOROLOĠIJA

    TEMA METB 1 —   INTRODUZZJONI GĦALL-METEOROLOĠIJA

    Sottotema METB 1.1 — Applikazzjoni ta’ unitajiet tal-kejl

    Sottotema METB 1.2 — Avjazzjoni u meteoroloġija

    Sottotema METB 1.3 — Organizzazzjoni tas-servizz meteoroloġiku

    TEMA METB 2 —   ATMOSFERA

    Sottotema METB 2.1 — Kompożizzjoni u struttura

    Sottotema METB 2.2 — Atmosfera standard

    Sottotema METB 2.3 — Tisħin u temperatura

    Sottotema METB 2.4 — Ilma fl-atmosfera

    Sottotema METB 2.5 — Pressjoni tal-arja

    TEMA METB 3 —   ĊIRKOLAZZJONI ATMOSFERIKA

    Sottotema METB 3.1 — Ċirkolazzjoni ġenerali tal-ajru

    Sottotema METB 3.2 — Mases tal-arja u sistemi tal-front

    Sottotema METB 3.3 — Sistemi ta’ mesoskala

    Sottotema METB 3.4 — Riħ

    TEMA METB 4 —   FENOMENI METEOROLOĠIĊI

    Sottotema METB 4.1 — Sħab

    Sottotema METB 4.2 — Tipi ta’ preċipitazzjoni

    Sottotema METB 4.3 — Viżibilità

    Sottotema METB 4.4 — Perikli meteoroloġiċi

    TEMA METB 5 —   INFORMAZZJONI METEOROLOĠIKA GĦALL-AVJAZZJONI

    Sottotema METB 5.1 — Messaġġi u rapporti

    SUĠĠETT 5:    NAVIGAZZJONI

    TEMA NAVB 1 —   INTRODUZZJONI GĦAN-NAVIGAZZJONI

    Sottotema NAVB 1.1 — Applikazzjoni ta’ unitajiet tal-kejl

    Sottotema 1.2 — Fini u użu tan-navigazzjoni

    TEMA NAVB 2 —   ID-DINJA

    Sottotema NAVB 2.1 — Post u moviment tad-dinja

    Sottotema NAVB 2.2 — Sistema ta’ koordinati, direzzjoni u distanza

    Sottotema NAVB 2.3 — Manjetiżmu

    TEMA NAVB 3 —   MAPEP U ĊARTS AJRUNAWTIĊI

    Sottotema NAB 3.1 — Mapep u ċarts użati fl-avjazzjoni

    TEMA NAVB 4 —   PUNTI BAŻIĊI TAN-NAVIGAZZJONI

    Sottotema NAVB 4.1 — Influwenza tar-riħ

    Sottotema NAVB 4.2 — Veloċità

    Sottotema NAVB 4.3 — Navigazzjoni viżwali

    Sottotema NAVB 4.4 — Aspetti tan-navigazzjoni tal-ippjanar tat-titjiriet

    TEMA NAVB 5 —   NAVIGAZZJONI BL-ISTRUMENTI

    Sottotema NAVB 5.1 — Sistemi bbażati fuq l-art

    Sottotema NAVB 5.2 — Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali

    Sottotema NAVB 5.3 — Sistemi bbażati fuq is-satelliti

    Sottotema NAVB 5.4 — Proċeduri ta’ avviċinament bl-istrumenti

    TEMA NAVB 6 —   NAVIGAZZJONI BBAŻATA FUQ IL-PRESTAZZJONI

    Sottotema NAVB 6.1 — Prinċipji u benefiċċji tan-navigazzjoni taż-żona

    Sottotema NAVB 6.2 — Introduzzjoni għall-PBN

    Sottotema NAB 6.3 — Applikazzjonijiet PBN

    TEMA NAVB 7 —   ŻVILUPPI FIN-NAVIGAZZJONI

    Sottotema NAVB 7.1 — Żviluppi futuri

    SUĠĠETT 6:    INĠENJI TAL-AJRU

    TEMA ACFTB 1 —   INTRODUZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFTB 1.1 — Applikazzjoni ta’ unitajiet tal-kejl

    Sottotema ACFTB 1.2 — Avjazzjoni u inġenji tal-ajru

    TEMA ACFTB 2 —   PRINĊIPJI TAT-TITJIRA

    Sottotema ACFTB 2.1 — Forzi li jaġixxu fuq l-inġenji tal-ajru

    Sottotema ACFTB 2.2 — Komponenti strutturali u kontroll ta’ inġenju tal-ajru

    Sottotema ACFTB 2.3 — Envelopp tat-titjira

    TEMA ACFTB 3 —   KATEGORIJI TA’ INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFTB 3.1 — Kategoriji ta’ inġenji tal-ajru

    Sottotema ACFTB 3.2 — Kategoriji ta’ turbolenza tat-tranja

    Sottotema ACFTB 3.3 — Kategoriji ta’ avviċinament tal-ICAO

    Sottotema ACFTB 3.4 — Kategoriji ambjentali

    TEMA ACFTB 4 —    DATA DWAR L-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFTB 4.1 — Rikonoxximent

    Sottotema ACFTB 4.2 —  Data dwar il-prestazzjoni

    TEMA ACFTB 5 —   MAGNI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFTB 5.1 — Magni bil-pistuni

    Sottotema ACFTB 5.2 — Magni bil-ġett

    Sottotema ACFTB 5.3 — Magni bi skrun turbo

    Sottotema ACFTB 5.4 — Magni elettriċi

    Sottotema ACFTB 5.5 — Sorsi ta’ enerġija użati fl-avjazzjoni

    TEMA ACFTB 6 —   SISTEMI U STRUMENTI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFTB 6.1 — Strumenti tat-titjira

    Sottotema ACFTB 6.2 — Strumenti tan-navigazzjoni

    Sottotema ACFTB 6.3 — Strumenti tal-magna

    Sottotema ACFTB 6.4 — Elementi u sistemi tal-inġenji tal-ajru

    TEMA ACFTB 7 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IL-PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFTB 7.1 — Fatturi ta’ tluq

    Sottotema ACFTB 7.2 — Fatturi ta’ tlugħ

    Sottotema ACFTB 7.3 — Fatturi tal-kruċiera

    Sottotema ACFTB 7.4 — Fatturi ta’ nżul u ta’ approċċ inizjali

    Sottotema ACFTB 7.5 — Approċċ finali u fatturi ta’ nżul

    Sottotema ACFTB 7.6 — Fatturi ekonomiċi

    Sottotema ACFTB 7.7 — Fatturi ambjentali

    SUĠĠETT 7:    FATTURI UMANI

    TEMA HUMB 1 —   INTRODUZZJONI GĦALL-PRESTAZZJONI UMANA

    Sottotema HUMB 1.1 — Rilevanza tal-fatturi umani għall-ATC

    TEMA HUMB 2 —   SAĦĦA U BENESSERI

    Sottotema HUMB 2.1 — Idoneità għad-dmir

    Sottotema HUMB 2.2 — Stress u għeja

    Sottotema HUMB 2.3 — Użu ta’ sustanzi u responsabbiltà

    TEMA HUMB 3 —   PRESTAZZJONI UMANA

    Sottotema HUMB 3.1 — Imġiba individwali

    Sottotema HUMB 3.2 — Kultura ta’ sikurezza u mġiba professjonali

    TEMA HUMB 4 —   ŻBALL UMAN

    Sottotema HUMB 4.1 — Definizzjoni ta’ żball uman

    Sottotema HUMB 4.2 — Klassifikazzjoni ta’ żball uman

    TEMA HUMB 5 —   ĦIDMA F’TIM

    Sottotema HUMB 5.1 — Ħidma f’tim u rwoli tat-tim

    TEMA HUMB 6 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema HUMB 6.1 — Komunikazzjoni fl-ATC

    Sottotema HUMB 6.2 — Modi ta’ komunikazzjoni

    SUĠĠETT 8:    TAGĦMIR U SISTEMI

    TEMA EQPSB 1 —   TAGĦMIR TAL-ATC

    Sottotema EQPSB 1.1 — Tipi ewlenin ta’ tagħmir tal-ATC

    TEMA EQPSB 2 —   RADJU

    Sottotema EQPSB 2.1 — Teorija tar-radju

    Sottotema EQPSB 2.2 — Sejba tad-direzzjoni

    TEMA EQPSB 3 —   TAGĦMIR TA’ KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema EQPSB 3.1 — Komunikazzjoni bir-radju

    Sottotema EQPSB 3.2 — Komunikazzjoni bil-vuċi bejn l-unitajiet/pożizzjonijiet tal-ATS u oħrajn

    Sottotema EQPSB 3.3 — Komunikazzjoni ta’ kollegament tad-data

    Sottotema EQPSB 3.4 — Komunikazzjoni tal-linji tal-ajru

    TEMA EQPSB 4 —   INTRODUZZJONI GĦAS-SORVELJANZA

    Sottotema EQPSB 4.1 — Kunċett ta’ sorveljanza fl-ATS

    TEMA EQPSB 5 —   RADAR

    Sottotema EQPSB 5.1 — Prinċipji tar-radar

    Sottotema EQPSB 5.2 — Radar primarju

    Sottotema EQPSB 5.3 — Radar sekondarju

    Sottotema EQPSB 5.4 — Użu tar-radars

    TEMA EQPSB 6 —   SORVELJANZA INDIPENDENTI AWTOMATIKA

    Sottotema EQPSB 6.1 — Prinċipji ta’ sorveljanza dipendenti awtomatika

    Sottotema EQPSB 6.2 — Użu ta’ sorveljanza dipendenti awtomatika

    TEMA EQPSB 7 —   MULTILATERAZZJONI

    Sottotema EQPSB 7.1 — Prinċipji ta’ multilaterazzjoni

    Sottotema EQPSB 7.2 — Użu ta’ multilaterazzjoni

    TEMA EQPSB 8 —   IPPROĊESSAR TAD-DATA

    Sottotema EQPSB 8.1 — Networking ta’ data ta’ sorveljanza

    Sottotema EQPSB 8.2 — Prinċipji ta’ ħidma tan-networking ta’ data ta’ sorveljanza

    Sottotema EQPSB 8.3 — Ipproċessar ta’ data dwar it-titjiriet

    TEMA EQPSB 9 —   TAGĦMIR FUTUR

    Sottotema EQPSB 9.1 — Żviluppi ġodda

    TEMA EQPSB 10 —   AWTOMATIZZAZZJONI FL-ATS

    Sottotema EQPSB 10.1 — Prinċipji ta’ awtomatizzazzjoni

    Sottotema EQPSB 10.2 — Network ta’ telekomunikazzjoni fissa ajrunawtika (AFTN)

    Sottotema EQPSB 10.3 — Skambju tad-data online

    Sottotema EQPSB 10.4 — Sistemi użati għat-tixrid awtomatiku tal-informazzjoni

    TEMA EQPSB 11 —   POŻIZZJONIJIET TA’ ĦIDMA

    Sottotema EQPSB 11.1 — Tagħmir tal-pożizzjoni ta’ ħidma

    Sottotema EQPSB 11.2 — Kontroll tal-ajrudrom

    Sottotema EQPSB 11.3 — Kontroll tal-avviċinament

    Sottotema EQPSB 11.4 — Kontroll taż-żona

    SUĠĠETT 9:    AMBJENT PROFESSJONALI

    TEMA PENB 1 —   FAMILJARIZZAZZJONI

    Sottotema PENB 1.1 — Faċilitajiet tal-ATS u tal-ajrudrom

    TEMA PENB 2 —   UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU

    Sottotema PENB 2.1 — Avjazzjoni ċivili

    Sottotema PENB 2.2 — Avjazzjoni militari

    Sottotema PENB 2.3 — Aspettattivi u rekwiżiti tal-bdoti

    TEMA PENB 3 —   RELAZZJONIJIET MAL-KLIJENTI

    Sottotema PENB 3.1 — ATS bħala fornitur ta’ servizzi

    TEMA PENB 4 —   PROTEZZJONI AMBJENTALI

    Sottotema PENB 4.1 — Protezzjoni ambjentali

    ▼M1 —————

    ▼M1




    L-Appendiċi 3 tal-Anness I

    KLASSIFIKAZZJONI TA’ KONTROLL TAL-AJRUDROM (ADC)

    (Referenza: L-Anness I (il-PARTI ATCO), is-Subparti D, it-Taqsima 2, il-punt ATCO.D.010(a)(2)(i))

    WERREJ

    SUĠĠETT 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    SUĠĠETT 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    SUĠĠETT 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUĠĠETT 4:

    METEOROLOĠIJA

    SUĠĠETT 5:

    NAVIGAZZJONI

    SUĠĠETT 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    SUĠĠETT 7:

    FATTURI UMANI

    SUĠĠETT 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    SUĠĠETT 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    SUĠĠETT 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    SUĠĠETT 11:

    AJRUDROMI

    SUĠĠETT 1:    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    TEMA INTR 1 —   ĠESTJONI TAL-KORS

    Sottotema INTR 1.1 — Introduzzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.2 — Amministrazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.3 — Materjal ta’ studju u dokumentazzjoni tat-taħriġ

    TEMA INTR 2 —   INTRODUZZJONI GĦALL-KORS TA’ TAĦRIĠ TAL-ATC

    Sottotema INTR 2.1 — Kontenut u organizzazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 2.2 — Etos tat-taħriġ

    Sottotema INTR 2.3 — Proċess ta’ valutazzjoni

    SUĠĠETT 2:    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    TEMA LIĠI 1 —   LIĊENZJAR/ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA TAL-ATCO

    Sottotema LIĠI 1.1 — Privileġġi u kundizzjonijiet

    TEMA LIĠI 2 —   REGOLI U REGOLAMENTI

    Sottotema LIĠI 2.1 — Rapporti

    Sottotema LIĠI 2.2 — Spazju tal-ajru

    TEMA -LIĠI 3 —   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-ATS

    Sottotema LIĠI 3.1 — Proċess ta’ feedback

    Sottotema LIĠI 3.2 — Investigazzjoni tas-sikurezza

    SUĠĠETT 3:    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    TEMA ATM 1 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZI

    Sottotema ATM 1.1 — Servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom

    Sottotema ATM 1.2 — Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir (FIS)

    Sottotema ATM 1.3 — Servizz ta’ twissija (ALRS)

    Sottotema ATM 1.4 — Kapaċità tas-sistema tal-ATS u ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

    TEMA ATM 2 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema ATM 2.1 — Komunikazzjoni effettiva

    TEMA ATM 3 —   APPROVAZZJONIJIET TAL-ATC U STRUZZJONIJIET TAL-ATC

    Sottotema ATM 3.1 — Approvazzjonijiet tal-ATC

    Sottotema ATM 3.2 — Struzzjonijiet tal-ATC

    TEMA ATM 4 —   KOORDINAZZJONI

    Sottotema ATM 4.1 — Ħtieġa ta’ koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.2 — Għodod u metodi għall-koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.3 — Proċeduri ta’ koordinazzjoni

    TEMA ATM 5 —   ALTIMETRIJA U ALLOKAZZJONI TAL-LIVELL

    Sottotema ATM 5.1 — Altimetrija

    Sottotema ATM 5.2 — Separazzjoni vertikali mill-art

    TEMA ATM 6 —   SEPARAZZJONIJIET

    Sottotema ATM 6.1 — Separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru li jitilqu

    Sottotema ATM 6.2 — Separazzjoni ta’ inġenji tal-ajru li jitilqu minn inġenji tal-ajru li jaslu

    Sottotema ATM 6.3 — Separazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jinżlu u qabel l-inżul jew it-tluq tal-inġenji tal-ajru

    Sottotema ATM 6.4 — Separazzjoni lonġitudinali tat-turbolenza tat-tranja bbażata fuq il-ħin

    Sottotema ATM 6.5 — Valuri minimi tas-separazzjoni mnaqqsa

    TEMA ATM 7 —   XBIEKI TAS-SIKUREZZA FL-AJRU U FUQ L-ART

    Sottotema ATM 7.1 — Xbieki tas-sikurezza fl-ajru

    Sottotema ATM 7.2 — Xbieki tas-sikurezza bbażati fuq l-art

    TEMA ATM 8 —   UNITÀ TAL-WIRI TAD-DATA

    Sottotema ATM 8.1 — Ġestjoni tad-data

    TEMA ATM 9 —   AMBJENT OPERAZZJONALI (SIMULAT)

    Sottotema ATM 9.1 — Integrità tal-ambjent operazzjonali

    Sottotema ATM 9.2 — Verifika tal-munita tal-proċeduri operazzjonali

    Sottotema ATM 9.3 — Trasferiment-akkwiżizzjoni

    TEMA ATM 10 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZ TA’ KONTROLL TAL-AJRUDROM

    Sottotema ATM 10.1 — Responsabbiltà għall-forniment

    Sottotema ATM 10.2 — Proċess ta’ ġestjoni tat-traffiku

    Sottotema ATM 10.3 — Dwal ajrunawtiċi fuq l-art

    Sottotema ATM 10.4 — Informazzjoni lill-inġenji tal-ajru mit-torri ta’ kontroll tal-ajrudrom

    Sottotema ATM 10.5 — Kontroll tat-traffiku tal-ajrudrom

    Sottotema ATM 10.6 — Kontroll tat-traffiku fl-ajru

    Sottotema ATM 10.7 — Runway li qed tintuża

    Sottotema ATM 10.8 — Traffiku li jitlaq

    Sottotema ATM 10.9 — Traffiku li jasal

    Sottotema ATM 10.10 — Operazzjonijiet VFR speċjali

    Sottotema ATM 10.11 — Operazzjonijiet b’viżibilità baxxa

    Sottotema ATM 10.12 — Servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom b’appoġġ avvanzat tas-sistema

    SUĠĠETT 4:    METEOROLOĠIJA

    TEMA MET 1 —   FENOMENI METEOROLOĠIĊI

    Sottotema MET 1.1 — Fenomeni meteoroloġiċi

    TEMA MET 2 —   SORSI TA’ DATA METEOROLOĠIKA

    Sottotema MET 2.1 — Strumenti meteoroloġiċi

    Sottotema MET 2.2 — Sorsi oħrajn ta’ data meteoroloġika

    SUĠĠETT 5:    NAVIGAZZJONI

    TEMA:NAV 1 —   MAPEP U ĊARTS AJRUNAWTIĊI

    Sottotema NAV 1.1 — Mapep u ċarts

    TEMA:NAV 2 —   NAVIGAZZJONI BL-ISTRUMENTI

    Sottotema NAV 2.1 — Sistemi ta’ navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.2 — Avviċinament stabbilizzat

    Sottotema NAV 2.3 — Tluq u wasliet ta’ strumenti

    Sottotema NAV 2.4 — Sistemi bbażati fuq is-satelliti

    Sottotema NAV 2.5 — Applikazzjonijiet PBN

    SUĠĠETT 6:    INĠENJI TAL-AJRU

    TEMA ACFT 1 —   STRUMENTI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 1.1 — Strumenti tal-inġenji tal-ajru

    TEMA ACFT 2 —   KATEGORIJI TA’ INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 2.1 — Turbolenza tat-tranja

    Sottotema ACFT 2.2 — applikazzjoni tal-kategoriji ta’ avviċinament tal-ICAO

    TEMA ACFT 3 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IL-PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 3.1 — Fatturi tal-qtugħ

    Sottotema ACFT 3.2 — Fatturi tat-tlugħ

    Sottotema ACFT 3.3 — Avviċinament finali u fatturi ta’ nżul

    Sottotema ACFT 3.4 — Fatturi ekonomiċi

    Sottotema ACFT 3.5 — Fatturi ambjentali

    TEMA ACFT 4 —    DATA DWAR L-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 4.1 — Rikonoxximent tat-tipi ta’ inġenji tal-ajru

    Sottotema ACFT 4.2 —  Data dwar il-prestazzjoni

    SUĠĠETT 7:    FATTURI UMANI

    TEMA HUM 1 —   IPPROĊESSAR TAL-INFORMAZZJONI

    Sottotema HUM 1.1 — Il-konjizzjoni u l-fatturi li jinfluwenzawha

    Sottotema HUM 1.2 — Sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni

    Sottotema HUM 1.3 — Teħid ta’ deċiżjonijiet

    TEMA HUM 2 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IS-SAĦĦA U L-BENESSERI

    Sottotema HUM 2.1 — Għeja

    Sottotema HUM 2.2 — Stress

    TEMA HUM 3 —   ĠESTJONI TAT-THEDDID U TAL-IŻBALJI

    Sottotema HUM 3.1 — Qafas ta’ ġestjoni tat-theddid u tal-iżbalji

    Sottotema HUM 3.2 — Ġestjoni applikata tat-theddid u tal-iżbalji

    TEMA HUM 4 —   ĦIDMA F’TIM

    Sottotema HUM 4.1 — Benefiċċji ta’ ħidma f’tim

    Sottotema HUM 4.2 — Ġestjoni tal-kunflitti

    TEMA HUM 5 —   SISTEMA

    Sottotema HUM 5.1 — Kunċett ta’ sistemi f’ATM/ANS

    TEMA HUM 6 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema HUM 6.1 — Komunikazzjoni effettiva

    Sottotema HUM 6.2 — Feedback effettiv

    SUĠĠETT 8:    TAGĦMIR U SISTEMI

    TEMA EQPS 1 —   KOMUNIKAZZJONI BIL-VUĊI

    Sottotema EQPS 1.1 — Komunikazzjoni bir-radju

    Sottotema EQPS 1.2 — Komunikazzjonijiet oħra bil-vuċi

    TEMA EQPS 2 —   AWTOMATIZZAZZJONI FL-ATS

    Sottotema EQPS 2.1 — Network ta’ telekomunikazzjoni fissa ajrunawtika (AFTN)

    Sottotema EQPS 2.2 — Skambju awtomatiku tad-data

    TEMA EQPS 3 —   POŻIZZJONI TA’ ĦIDMA TAL-KONTROLLUR

    Sottotema EQPS 3.1 — Tħaddim u monitoraġġ tat-tagħmir

    Sottotema EQPS 3.2 — Sistemi ta’ wiri tas-sitwazzjoni u ta’ informazzjoni

    Sottotema EQPS 3.3 — Sistemi ta’ data tat-titjira

    TEMA EQPS 4 —   TAGĦMIR FUTUR

    Sottotema EQPS 4.1 — Żviluppi ġodda

    TEMA EQPS 5 —   LIMITAZZJONIJIET U DEGRADAZZJONI TAT-TAGĦMIR U TAS-SISTEMI

    Sottotema EQPS 5.1 — Reazzjoni għal-limitazzjonijiet

    Sottotema EQPS 5.2 — Degradazzjoni tat-tagħmir tal-komunikazzjoni

    Sottotema EQPS 5.3 — Degradazzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni

    SUĠĠETT 9:    AMBJENT PROFESSJONALI

    TEMA PEN 1 —   FAMILJARIZZAZZJONI

    Sottotema PEN 1.1 — Żjara ta’ studju f’ajrudrom

    TEMA PEN2 —   UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU

    Sottotema PEN 2.1 — Kontributuri għal operazzjonijiet tal-ATS ċivili

    Sottotema PEN 2.2 — Kontributuri għal operazzjonijiet militari tal-ATS

    TEMA PEN 3 —   RELAZZJONIJIET MAL-KLIJENTI

    Sottotema PEN 3.1 — Forniment ta’ servizzi u rekwiżiti tal-utent

    TEMA PEN 4 —   PROTEZZJONI AMBJENTALI

    Sottotema PEN 4.1 — Protezzjoni ambjentali

    SUĠĠETT 10:    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    TEMA ABES 1 —   SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA (ABES)

    Sottotema ABES 1.1 — Ħarsa ġenerali lejn l-ABES

    TEMA ABES 2 —   TITJIB FIL-ĦILIET

    Sottotema ABES 2.1 — Effettività tal-komunikazzjoni

    Sottotema ABES 2.2 — Evitar ta’ tagħbija żejda mentali

    Sottotema ABES 2.3 — Kooperazzjoni bejn l-ajru u l-art

    TEMA ABES 3 —   PROĊEDURI GĦAL SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    Sottotema ABES 3.1 — Applikazzjoni tal-proċeduri għall-ABES

    Sottotema ABES 3.2 — Falliment tar-radju

    Sottotema ABES 3.3 — Interferenza illegali u theddida ta’ bomba fuq inġenju tal-ajru

    Sottotema ABES 3.4 — Inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat

    Sottotema ABES 3.5 — Inkursjoni fuq ir-runway

    Sottotema ABES 3.6 — Interċettazzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili

    SUĠĠETT 11:    AJRUDROMI

    TEMA AGA 1 —    DATA, TQASSIM U KOORDINAZZJONI TAL-AJRUDROM

    Sottotema AGA 1.1 — Definizzjonijiet

    Sottotema AGA 1.2 — Koordinazzjoni

    TEMA AGA 2 —   ŻONA TA’ MOVIMENT

    Sottotema AGA 2.1 — Żona ta’ moviment

    Sottotema AGA 2.2 — Żona ta’ mmanuvrar

    Sottotema AGA 2.3 — Runways

    TEMA AGA 3 —   OSTAKLI

    Sottotema AGA 3.1 — Spazju tal-ajru ħieles mill-ostakli madwar l-ajrudromi

    TEMA AGA 4 —   TAGĦMIR MIXXELLANJU

    Sottotema AGA 4.1 — Post




    L-Appendiċi 4 tal-Anness I

    KLASSIFIKAZZJONI PROĊEDURALI TAL-KONTROLL TAL-AVVIĊINAMENT (APP)

    (Referenza: L-Anness I (il-PARTI ATCO), is-Subparti D, it-Taqsima 2, il-punt ATCO.D.010(a)(2)(ii))

    WERREJ

    SUĠĠETT 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    SUĠĠETT 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    SUĠĠETT 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUĠĠETT 4:

    METEOROLOĠIJA

    SUĠĠETT 5:

    NAVIGAZZJONI

    SUĠĠETT 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    SUĠĠETT 7:

    FATTURI UMANI

    SUĠĠETT 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    SUĠĠETT 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    SUĠĠETT 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    SUĠĠETT 11:

    AJRUDROMI

    SUĠĠETT 1:    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    TEMA INTR 1 —   ĠESTJONI TAL-KORS

    Sottotema INTR 1.1 — Introduzzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.2 — Amministrazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.3 — Materjal ta’ studju u dokumentazzjoni tat-taħriġ

    TEMA INTR 2 —   INTRODUZZJONI GĦALL-KORS TA’ TAĦRIĠ TAL-ATC

    Sottotema INTR 2.1 — Kontenut u organizzazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 2.2 — Etos tat-taħriġ

    Sottotema INTR 2.3 — Proċess ta’ valutazzjoni

    SUĠĠETT 2:    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    TEMA LIĠI 1 —   LIĊENZJAR/ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA TAL-ATCO

    Sottotema LIĠI 1.1 — Privileġġi u kundizzjonijiet

    TEMA LIĠI 2 —   REGOLI U REGOLAMENTI

    Sottotema LIĠI 2.1 — Rapporti

    Sottotema LIĠI 2.2 — Spazju tal-ajru

    TEMA -LIĠI 3 —   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-ATS

    Sottotema LIĠI 3.1 — Proċess ta’ feedback

    Sottotema LIĠI 3.2 — Investigazzjoni tas-sikurezza

    SUĠĠETT 3:    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    TEMA ATM 1 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZI

    Sottotema ATM 1.1 — Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)

    Sottotema ATM 1.2 — Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir (FIS)

    Sottotema ATM 1.3 — Servizz ta’ twissija (ALRS)

    Sottotema ATM 1.4 — Kapaċità tas-sistema tal-ATS u ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

    Sottotema ATM 1.5 — Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru (ASM)

    TEMA ATM 2 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema ATM 2.1 — Komunikazzjoni effettiva

    TEMA ATM 3 —   APPROVAZZJONIJIET TAL-ATC U STRUZZJONIJIET TAL-ATC

    Sottotema ATM 3.1 — Approvazzjonijiet tal-ATC

    Sottotema ATM 3.2 — Struzzjonijiet tal-ATC

    TEMA ATM 4 —   KOORDINAZZJONI

    Sottotema ATM 4.1 — Ħtieġa ta’ koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.2 — Għodod u metodi għall-koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.3 — Proċeduri ta’ koordinazzjoni

    TEMA ATM 5 —   ALTIMETRIJA U ALLOKAZZJONI TAL-LIVELL

    Sottotema ATM 5.1 — Altimetrija

    Sottotema ATM 5.2 — Separazzjoni vertikali mill-art

    TEMA ATM 6 —   SEPARAZZJONIJIET

    Sottotema ATM 6.1 — Separazzjoni vertikali

    Sottotema ATM 6.2 — Separazzjoni orizzontali

    Sottotema ATM 6.3 — Delegazzjoni tas-separazzjoni

    TEMA ATM 7 —   XBIEKI TAS-SIKUREZZA FL-AJRU

    Sottotema ATM 7.1 — Xbieki tas-sikurezza fl-ajru

    TEMA ATM 8 —   UNITÀ TAL-WIRI TAD-DATA

    Sottotema ATM 8.1 — Ġestjoni tad-data

    TEMA ATM 9 —   AMBJENT OPERAZZJONALI (SIMULAT)

    Sottotema ATM 9.1 — Integrità tal-ambjent operazzjonali

    Sottotema ATM 9.2 — Verifika tal-munita tal-proċeduri operazzjonali

    Sottotema ATM 9.3 — Trasferiment-akkwiżizzjoni

    TEMA ATM 10 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZ TA’ KONTROLL

    Sottotema ATM 10.1 — Responsabbiltà u pproċessar tal-informazzjoni

    Sottotema ATM 10.2 — Kontroll tal-avviċinament

    Sottotema ATM 10.3 — Proċess ta’ ġestjoni tat-traffiku

    Sottotema ATM 10.4 — Traffiku tal-immaniġġjar

    TEMA ATM 11 —   ŻAMMA

    Sottotema ATM 11.1 — Proċeduri ġenerali ta’ żamma

    Sottotema ATM 11.2 — Avviċinament tal-inġenji tal-ajru

    SUĠĠETT 4:    METEOROLOĠIJA

    TEMA MET 1 —   FENOMENI METEOROLOĠIĊI

    Sottotema MET 1.1 — Fenomeni meteoroloġiċi

    TEMA MET 2 —   SORSI TA’ DATA METEOROLOĠIKA

    Sottotema MET 2.1 — Sorsi ta’ informazzjoni meteoroloġika

    SUĠĠETT 5:    NAVIGAZZJONI

    TEMA:NAV 1 —   MAPEP U ĊARTS AJRUNAWTIĊI

    Sottotema NAV 1.1 — Mapep u ċarts

    TEMA:NAV 2 —   NAVIGAZZJONI BL-ISTRUMENTI

    Sottotema NAV 2.1 — Sistemi ta’ navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.2 — Avviċinament stabbilizzat

    Sottotema NAV 2.3 — Tluq u wasliet ta’ strumenti

    Sottotema NAV 2.4 — Assistenza għan-navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.5 — Sistemi bbażati fuq is-satelliti

    Sottotema NAV 2.6 — Applikazzjonijiet PBN

    SUĠĠETT 6:    INĠENJI TAL-AJRU

    TEMA ACFT 1 —   STRUMENTI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 1.1 — Strumenti tal-inġenji tal-ajru

    TEMA ACFT 2 —   KATEGORIJI TA’ INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 2.1 — Turbolenza tat-tranja

    Sottotema ACFT 2.2 — applikazzjoni tal-kategoriji ta’ avviċinament tal-ICAO

    TEMA ACFT 3 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IL-PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 3.1 — Fatturi tat-tlugħ

    Sottotema ACFT 3.2 — Fatturi tal-kruċiera

    Sottotema ACFT 3.3 — Fatturi ta’ nżul u ta’ avviċinament inizjali

    Sottotema ACFT 3.4 — Avviċinament finali u fatturi ta’ nżul

    Sottotema ACFT 3.5 — Fatturi ekonomiċi

    Sottotema ACFT 3.6 — Fatturi ambjentali

    TEMA ACFT 4 —    DATA DWAR L-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 4.1 —  Data dwar il-prestazzjoni

    SUĠĠETT 7:    FATTURI UMANI

    TEMA HUM 1 —   IPPROĊESSAR TAL-INFORMAZZJONI

    Sottotema HUM 1.1 — Il-konjizzjoni u l-fatturi li jinfluwenzawha

    Sottotema HUM 1.2 — Sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni

    Sottotema HUM 1.3 — Teħid ta’ deċiżjonijiet

    TEMA HUM 2 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IS-SAĦĦA U L-BENESSERI

    Sottotema HUM 2.1 — Għeja

    Sottotema HUM 2.2 — Stress

    TEMA HUM 3 —   ĠESTJONI TAT-THEDDID U TAL-IŻBALJI

    Sottotema HUM 3.1 — Qafas ta’ ġestjoni tat-theddid u tal-iżbalji

    Sottotema HUM 3.2 — Ġestjoni applikata tat-theddid u tal-iżbalji

    TEMA HUM 4 —   ĦIDMA F’TIM

    Sottotema HUM 4.1 — Benefiċċji ta’ ħidma f’tim

    Sottotema HUM 4.2 — Ġestjoni tal-kunflitti

    TEMA HUM 5 —   SISTEMA

    Sottotema HUM 5.1 — Kunċett ta’ sistemi f’ATM/ANS

    TEMA HUM 6 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema HUM 6.1 — Komunikazzjoni effettiva

    Sottotema HUM 6.2 — Feedback effettiv

    SUĠĠETT 8:    TAGĦMIR U SISTEMI

    TEMA EQPS 1 —   KOMUNIKAZZJONI BIL-VUĊI

    Sottotema EQPS 1.1 — Komunikazzjoni bir-radju

    Sottotema EQPS 1.2 — Komunikazzjonijiet oħra bil-vuċi

    TEMA EQPS 2 —   AWTOMATIZZAZZJONI FL-ATS

    Sottotema EQPS 2.1 — Network ta’ telekomunikazzjoni fissa ajrunawtika (AFTN)

    Sottotema EQPS 2.2 — Skambju awtomatiku tad-data

    TEMA EQPS 3 —   POŻIZZJONI TA’ ĦIDMA TAL-KONTROLLUR

    Sottotema EQPS 3.1 — Tħaddim u monitoraġġ tat-tagħmir

    Sottotema EQPS 3.2 — Sistemi ta’ wiri tas-sitwazzjoni u ta’ informazzjoni

    Sottotema EQPS 3.3 — Sistemi ta’ data tat-titjira

    TEMA EQPS 4 —   TAGĦMIR FUTUR

    Sottotema EQPS 4.1 — Żviluppi ġodda

    TEMA EQPS 5 —   LIMITAZZJONIJIET U DEGRADAZZJONI TAT-TAGĦMIR U TAS-SISTEMI

    Sottotema EQPS 5.1 — Reazzjoni għal-limitazzjonijiet

    Sottotema EQPS 5.2 — Degradazzjoni tat-tagħmir tal-komunikazzjoni

    Sottotema EQPS 5.3 — Degradazzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni

    SUĠĠETT 9:    AMBJENT PROFESSJONALI

    TEMA PEN 1 —   FAMILJARIZZAZZJONI

    Sottotema PEN 1.1 — Żjara ta’ studju f’unità ta’ kontroll tal-avviċinament

    TEMA PEN2 —   UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU

    Sottotema PEN 2.1 — Kontributuri għal operazzjonijiet tal-ATS ċivili

    Sottotema PEN 2.2 — Kontributuri għal operazzjonijiet militari tal-ATS

    TEMA PEN 3 —   RELAZZJONIJIET MAL-KLIJENTI

    Sottotema PEN 3.1 — Forniment ta’ servizzi u rekwiżiti tal-utent

    TEMA PEN 4 —   PROTEZZJONI AMBJENTALI

    Sottotema PEN 4.1 — Protezzjoni ambjentali

    SUĠĠETT 10:    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    TEMA ABES 1 —   SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA (ABES)

    Sottotema ABES 1.1 — Ħarsa ġenerali lejn l-ABES

    TEMA ABES 2 —   TITJIB FIL-ĦILIET

    Sottotema ABES 2.1 — Effettività tal-komunikazzjoni

    Sottotema ABES 2.2 — Evitar ta’ tagħbija żejda mentali

    Sottotema ABES 2.3 — Kooperazzjoni bejn l-ajru u l-art

    TEMA ABES 3 —   PROĊEDURI GĦAL SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    Sottotema ABES 3.1 — Applikazzjoni tal-proċeduri għall-ABES

    Sottotema ABES 3.2 — Falliment tar-radju

    Sottotema ABES 3.3 — Interferenza illegali u theddida ta’ bomba fuq inġenju tal-ajru

    Sottotema ABES 3.4 — Inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat

    Sottotema ABES 3.5 — Devjazzjonijiet

    Sottotema ABES 3.6 — Interċettazzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili

    SUĠĠETT 11:    AJRUDROMI

    TEMA AGA 1 —    DATA, TQASSIM U KOORDINAZZJONI TAL-AJRUDROM

    Sottotema AGA 1.1 — Definizzjonijiet

    Sottotema AGA 1.2 — Koordinazzjoni

    TEMA AGA 2 —   ŻONA TA’ MOVIMENT

    Sottotema AGA 2.1 — Żona ta’ moviment

    Sottotema AGA 2.2 — Żona ta’ mmanuvrar

    Sottotema AGA 2.3 — Runways

    TEMA AGA 3 —   OSTAKLI

    Sottotema AGA 3.1 — Spazju tal-ajru ħieles mill-ostakli madwar l-ajrudromi

    TEMA AGA 4 —   TAGĦMIR MIXXELLANJU

    Sottotema AGA 4.1 — Post




    L-Appendiċi 5 tal-Anness I

    KLASSIFIKAZZJONI PROĊEDURALI TAL-KONTROLL TAŻ-ŻONA (AKP)

    (Referenza: L-Anness I (il-PARTI ATCO), is-Subparti D, it-Taqsima 2, il-punt ATCO.D.010(a)(2)(iii))

    WERREJ

    SUĠĠETT 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    SUĠĠETT 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    SUĠĠETT 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUĠĠETT 4:

    METEOROLOĠIJA

    SUĠĠETT 5:

    NAVIGAZZJONI

    SUĠĠETT 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    SUĠĠETT 7:

    FATTURI UMANI

    SUĠĠETT 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    SUĠĠETT 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    SUĠĠETT 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    SUĠĠETT 1:    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    TEMA INTR 1 —   ĠESTJONI TAL-KORS

    Sottotema INTR 1.1 — Introduzzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.2 — Amministrazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.3 — Materjal ta’ studju u dokumentazzjoni tat-taħriġ

    TEMA INTR 2 —   INTRODUZZJONI GĦALL-KORS TA’ TAĦRIĠ TAL-ATC

    Sottotema INTR 2.1 — Kontenut u organizzazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 2.2 — Etos tat-taħriġ

    Sottotema INTR 2.3 — Proċess ta’ valutazzjoni

    SUĠĠETT 2:    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    TEMA LIĠI 1 —   LIĊENZJAR/ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA TAL-ATCO

    Sottotema LIĠI 1.1 — Privileġġi u kundizzjonijiet

    TEMA LIĠI 2 —   REGOLI U REGOLAMENTI

    Sottotema LIĠI 2.1 — Rapporti

    Sottotema LIĠI 2.2 — Spazju tal-ajru

    TEMA -LIĠI 3 —   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-ATS

    Sottotema LIĠI 3.1 — Proċess ta’ feedback

    Sottotema LIĠI 3.2 — Investigazzjoni tas-sikurezza

    SUĠĠETT 3:    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    TEMA ATM 1 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZI

    Sottotema ATM 1.1 — Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)

    Sottotema ATM 1.2 — Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir (FIS)

    Sottotema ATM 1.3 — Servizz ta’ twissija (ALRS)

    Sottotema ATM 1.4 — Kapaċità tas-sistema tal-ATS u ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

    Sottotema ATM 1.5 — Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru (ASM)

    TEMA ATM 2 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema ATM 2.1 — Komunikazzjoni effettiva

    TEMA ATM 3 —   APPROVAZZJONIJIET TAL-ATC U STRUZZJONIJIET TAL-ATC

    Sottotema ATM 3.1 — Approvazzjonijiet tal-ATC

    Sottotema ATM 3.2 — Struzzjonijiet tal-ATC

    TEMA ATM 4 —   KOORDINAZZJONI

    Sottotema ATM 4.1 — Ħtieġa ta’ koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.2 — Għodod u metodi għall-koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.3 — Proċeduri ta’ koordinazzjoni

    TEMA ATM 5 —   ALTIMETRIJA U ALLOKAZZJONI TAL-LIVELL

    Sottotema ATM 5.1 — Altimetrija

    Sottotema ATM 5.2 — Separazzjoni vertikali mill-art

    TEMA ATM 6 —   SEPARAZZJONIJIET

    Sottotema ATM 6.1 — Separazzjoni vertikali

    Sottotema ATM 6.2 — Separazzjoni orizzontali

    TEMA ATM 7 —   XBIEKI TAS-SIKUREZZA FL-AJRU

    Sottotema ATM 7.1 — Xbieki tas-sikurezza fl-ajru

    TEMA ATM 8 —   UNITÀ TAL-WIRI TAD-DATA

    Sottotema ATM 8.1 — Ġestjoni tad-data

    TEMA ATM 9 —   AMBJENT OPERAZZJONALI (SIMULAT)

    Sottotema ATM 9.1 — Integrità tal-ambjent operazzjonali

    Sottotema ATM 9.2 — Verifika tal-munita tal-proċeduri operazzjonali

    Sottotema ATM 9.3 — Trasferiment-akkwiżizzjoni

    TEMA ATM 10 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZ TA’ KONTROLL

    Sottotema ATM 10.1 — Responsabbiltà u pproċessar tal-informazzjoni

    Sottotema ATM 10.2 — Kontroll taż-żona

    Sottotema ATM 10.3 — Proċess ta’ ġestjoni tat-traffiku

    Sottotema ATM 10.4 — Traffiku tal-immaniġġjar

    TEMA ATM 11 —   ŻAMMA

    Sottotema ATM 11.1 — Proċeduri ġenerali ta’ żamma

    Sottotema ATM 11.2 — Żamma ta’ inġenji tal-ajru

    SUĠĠETT 4:    METEOROLOĠIJA

    TEMA MET 1 —   FENOMENI METEOROLOĠIĊI

    Sottotema MET 1.1 — Fenomeni meteoroloġiċi

    TEMA MET 2 —   SORSI TA’ DATA METEOROLOĠIKA

    Sottotema MET 2.1 — Sorsi ta’ informazzjoni meteoroloġika

    SUĠĠETT 5:    NAVIGAZZJONI

    TEMA:NAV 1 —   MAPEP U ĊARTS AJRUNAWTIĊI

    Sottotema NAV 1.1 — Mapep u ċarts

    TEMA:NAV 2 —   NAVIGAZZJONI BL-ISTRUMENTI

    Sottotema NAV 2.1 — Sistemi ta’ navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.2 — Assistenza għan-navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.3 — Applikazzjonijiet PBN

    SUĠĠETT 6:    INĠENJI TAL-AJRU

    TEMA ACFT 1 —   STRUMENTI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 1.1 — Strumenti tal-inġenji tal-ajru

    TEMA ACFT 2 —   KATEGORIJI TA’ INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 2.1 — Turbolenza tat-tranja

    TEMA ACFT 3 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IL-PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 3.1 — Fatturi tat-tlugħ

    Sottotema ACFT 3.2 — Fatturi tal-kruċiera

    Sottotema ACFT 3.3 — Fatturi tal-inżul

    Sottotema ACFT 3.4 — Fatturi ekonomiċi

    Sottotema ACFT 3.5 — Fatturi ambjentali

    TEMA ACFT 4 —    DATA DWAR L-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 4.1 —  Data dwar il-prestazzjoni

    SUĠĠETT 7:    FATTURI UMANI

    TEMA HUM 1 —   IPPROĊESSAR TAL-INFORMAZZJONI

    Sottotema HUM 1.1 — Il-konjizzjoni u l-fatturi li jinfluwenzawha

    Sottotema HUM 1.2 — Sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni

    Sottotema HUM 1.3 — Teħid ta’ deċiżjonijiet

    TEMA HUM 2 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IS-SAĦĦA U L-BENESSERI

    Sottotema HUM 2.1 — Għeja

    Sottotema HUM 2.2 — Stress

    TEMA HUM 3 —   ĠESTJONI TAT-THEDDID U TAL-IŻBALJI

    Sottotema HUM 3.1 — Qafas ta’ ġestjoni tat-theddid u tal-iżbalji

    Sottotema HUM 3.2 — Ġestjoni applikata tat-theddid u tal-iżbalji

    TEMA HUM 4 —   ĦIDMA F’TIM

    Sottotema HUM 4.1 — Benefiċċji ta’ ħidma f’tim

    Sottotema HUM 4.2 — Ġestjoni tal-kunflitti

    TEMA HUM 5 —   SISTEMA

    Sottotema HUM 5.1 — Kunċett ta’ sistemi f’ATM/ANS

    TEMA HUM 6 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema HUM 6.1 — Komunikazzjoni effettiva

    Sottotema HUM 6.2 — Feedback effettiv

    SUĠĠETT 8:    TAGĦMIR U SISTEMI

    TEMA EQPS 1 —   KOMUNIKAZZJONI BIL-VUĊI

    Sottotema EQPS 1.1 — Komunikazzjoni bir-radju

    Sottotema EQPS 1.2 — Komunikazzjonijiet oħra bil-vuċi

    TEMA EQPS 2 —   AWTOMATIZZAZZJONI FL-ATS

    Sottotema EQPS 2.1 — Network ta’ telekomunikazzjoni fissa ajrunawtika (AFTN)

    Sottotema EQPS 2.2 — Skambju awtomatiku tad-data

    TEMA EQPS 3 —   POŻIZZJONI TA’ ĦIDMA TAL-KONTROLLUR

    Sottotema EQPS 3.1 — Tħaddim u monitoraġġ tat-tagħmir

    Sottotema EQPS 3.2 — Sistemi ta’ wiri tas-sitwazzjoni u ta’ informazzjoni

    Sottotema EQPS 3.3 — Sistemi ta’ data tat-titjira

    TEMA EQPS 4 —   TAGĦMIR FUTUR

    Sottotema EQPS 4.1 — Żviluppi ġodda

    TEMA EQPS 5 —   LIMITAZZJONIJIET U DEGRADAZZJONI TAT-TAGĦMIR U TAS-SISTEMI

    Sottotema EQPS 5.1 — Reazzjoni għal-limitazzjonijiet

    Sottotema EQPS 5.2 — Degradazzjoni tat-tagħmir tal-komunikazzjoni

    Sottotema EQPS 5.3 — Degradazzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni

    SUĠĠETT 9:    AMBJENT PROFESSJONALI

    TEMA PEN 1 —   FAMILJARIZZAZZJONI

    Sottotema PEN 1.1 — Żjara ta’ studju f’ċentru ta’ kontroll taż-żona

    TEMA PEN2 —   UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU

    Sottotema PEN 2.1 — Kontributuri għal operazzjonijiet tal-ATS ċivili

    Sottotema PEN 2.2 — Kontributuri għal operazzjonijiet militari tal-ATS

    TEMA PEN 3 —   RELAZZJONIJIET MAL-KLIJENTI

    Sottotema PEN 3.1 — Forniment ta’ servizzi u rekwiżiti tal-utent

    TEMA PEN 4 —   PROTEZZJONI AMBJENTALI

    Sottotema PEN 4.1 — Protezzjoni ambjentali

    SUĠĠETT 10:    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    TEMA ABES 1 —   SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA (ABES)

    Sottotema ABES 1.1 — Ħarsa ġenerali lejn l-ABES

    TEMA ABES 2 —   TITJIB FIL-ĦILIET

    Sottotema ABES 2.1 — Effettività tal-komunikazzjoni

    Sottotema ABES 2.2 — Evitar ta’ tagħbija żejda mentali

    Sottotema ABES 2.3 — Kooperazzjoni bejn l-ajru u l-art

    TEMA ABES 3 —   PROĊEDURI GĦAL SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    Sottotema ABES 3.1 — Applikazzjoni tal-proċeduri għall-ABES

    Sottotema ABES 3.2 — Falliment tar-radju

    Sottotema ABES 3.3 — Interferenza illegali u theddida ta’ bomba fuq inġenju tal-ajru

    Sottotema ABES 3.4 — Inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat

    Sottotema ABES 3.5 — Devjazzjonijiet

    Sottotema ABES 3.6 — interċettazzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili




    L-Appendiċi 6 tal-Anness I

    KLASSIFIKAZZJONI TA’ SORVELJANZA TAL-KONTROLL TAL-AVVIĊINAMENT (APS)

    (Referenza: L-Anness I (il-PARTI ATCO), is-Subparti D, it-Taqsima 2, il-punt ATCO.D.010(a)(2)(iv))

    WERREJ

    SUĠĠETT 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    SUĠĠETT 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    SUĠĠETT 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUĠĠETT 4:

    METEOROLOĠIJA

    SUĠĠETT 5:

    NAVIGAZZJONI

    SUĠĠETT 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    SUĠĠETT 7:

    FATTURI UMANI

    SUĠĠETT 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    SUĠĠETT 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    SUĠĠETT 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    SUĠĠETT 11:

    AJRUDROMI

    SUĠĠETT 1:    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    TEMA INTR 1 —   ĠESTJONI TAL-KORS

    Sottotema INTR 1.1 — Introduzzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.2 — Amministrazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.3 — Materjal ta’ studju u dokumentazzjoni tat-taħriġ

    TEMA INTR 2 —   INTRODUZZJONI GĦALL-KORS TA’ TAĦRIĠ TAL-ATC

    Sottotema INTR 2.1 — Kontenut u organizzazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 2.2 — Etos tat-taħriġ

    Sottotema INTR 2.3 — Proċess ta’ valutazzjoni

    SUĠĠETT 2:    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    TEMA LIĠI 1 —   LIĊENZJAR/ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA TAL-ATCO

    Sottotema LIĠI 1.1 — Privileġġi u kundizzjonijiet

    TEMA LIĠI 2 —   REGOLI U REGOLAMENTI

    Sottotema LIĠI 2.1 — Rapporti

    Sottotema LIĠI 2.2 — Spazju tal-ajru

    TEMA -LIĠI 3 —   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-ATS

    Sottotema LIĠI 3.1 — Proċess ta’ feedback

    Sottotema LIĠI 3.2 — Investigazzjoni tas-sikurezza

    SUĠĠETT 3:    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    TEMA ATM 1 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZI

    Sottotema ATM 1.1 — Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)

    Sottotema ATM 1.2 — Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir (FIS)

    Sottotema ATM 1.3 — Servizz ta’ twissija (ALRS)

    Sottotema ATM 1.4 — Kapaċità tas-sistema tal-ATS u ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

    Sottotema ATM 1.5 — Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru (ASM)

    TEMA ATM 2 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema ATM 2.1 — Komunikazzjoni effettiva

    TEMA ATM 3 —   APPROVAZZJONIJIET TAL-ATC U STRUZZJONIJIET TAL-ATC

    Sottotema ATM 3.1 — Approvazzjonijiet tal-ATC

    Sottotema ATM 3.2 — Struzzjonijiet tal-ATC

    TEMA ATM 4 —   KOORDINAZZJONI

    Sottotema ATM 4.1 — Ħtieġa ta’ koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.2 — Għodod u metodi għall-koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.3 — Proċeduri ta’ koordinazzjoni

    TEMA ATM 5 —   ALTIMETRIJA U ALLOKAZZJONI TAL-LIVELL

    Sottotema ATM 5.1 — Altimetrija

    Sottotema ATM 5.2 — Separazzjoni vertikali mill-art

    TEMA ATM 6 —   SEPARAZZJONIJIET

    Sottotema ATM 6.1 — Separazzjoni vertikali

    Sottotema ATM 6.2 — Separazzjoni lonġitudinali f’ambjent ta’ sorveljanza

    Sottotema ATM 6.3 — Delegazzjoni tas-separazzjoni

    Sottotema ATM 6.4 — Separazzjoni bbażata fuq id-distanza tat-turbolenza tat-tranja

    Sottotema ATM 6.5 — Separazzjoni bbażata fuq sistemi ta’ sorveljanza tal-ATS

    TEMA ATM 7 —   XBIEKI TAS-SIKUREZZA FL-AJRU U FUQ L-ART

    Sottotema ATM 7.1 — Xbieki tas-sikurezza fl-ajru

    Sottotema ATM 7.2 — Xbieki tas-sikurezza bbażati fuq l-art

    TEMA ATM 8 —   UNITÀ TAL-WIRI TAD-DATA

    Sottotema ATM 8.1 — Ġestjoni tad-data

    TEMA ATM 9 —   AMBJENT OPERAZZJONALI (SIMULAT)

    Sottotema ATM 9.1 — Integrità tal-ambjent operazzjonali

    Sottotema ATM 9.2 — Verifika tal-munita tal-proċeduri operazzjonali

    Sottotema ATM 9.3 — Trasferiment-akkwiżizzjoni

    TEMA ATM 10 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZ TA’ KONTROLL

    Sottotema ATM 10.1 — Responsabbiltà u pproċessar tal-informazzjoni

    Sottotema ATM 10.2 — Servizz ta’ sorveljanza tal-ATS

    Sottotema ATM 10.3 — Proċess ta’ ġestjoni tat-traffiku

    Sottotema ATM 10.4 — Traffiku tal-immaniġġjar

    Sottotema ATM 10.5 — Servizz ta’ kontroll b’appoġġ avvanzat tas-sistema

    TEMA ATM 11 —   ŻAMMA

    Sottotema ATM 11.1 — Proċeduri ġenerali ta’ żamma

    Sottotema ATM 11.2 — Avviċinament tal-inġenji tal-ajru

    Sottotema ATM 11.3 — Żamma f’ambjent ta’ sorveljanza

    TEMA ATM 12 —   IDENTIFIKAZZJONI

    Sottotema ATM 12.1 — Stabbiliment ta’ identifikazzjoni

    Sottotema ATM 12.2 — Żamma tal-identifikazzjoni

    Sottotema ATM 12.3 — Telf tal-identità

    Sottotema ATM 12.4 — Informazzjoni dwar il-pożizzjoni

    Sottotema ATM 12.5 — Trasferiment tal-identità

    SUĠĠETT 4:    METEOROLOĠIJA

    TEMA MET 1 —   FENOMENI METEOROLOĠIĊI

    Sottotema MET 1.1 — Fenomeni meteoroloġiċi

    TEMA MET 2 —   SORSI TA’ DATA METEOROLOĠIKA

    Sottotema MET 2.1 — Sorsi ta’ informazzjoni meteoroloġika

    SUĠĠETT 5:    NAVIGAZZJONI

    TEMA:NAV 1 —   MAPEP U ĊARTS AJRUNAWTIĊI

    Sottotema NAV 1.1 — Mapep u ċarts

    TEMA:NAV 2 —   NAVIGAZZJONI BL-ISTRUMENTI

    Sottotema NAV 2.1 — Sistemi ta’ navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.2 — Avviċinament stabbilizzat

    Sottotema NAV 2.3 — Tluq u wasliet ta’ strumenti

    Sottotema NAV 2.4 — Assistenza għan-navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.5 — Sistemi bbażati fuq is-satelliti

    Sottotema NAV 2.6 — Applikazzjonijiet PBN

    SUĠĠETT 6:    INĠENJI TAL-AJRU

    TEMA ACFT 1 —   STRUMENTI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 1.1 — Strumenti tal-inġenji tal-ajru

    TEMA ACFT 2 —   KATEGORIJI TA’ INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 2.1 — Turbolenza tat-tranja

    Sottotema ACFT 2.2 — applikazzjoni tal-kategoriji ta’ avviċinament tal-ICAO

    TEMA ACFT 3 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IL-PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 3.1 — Fatturi tat-tlugħ

    Sottotema ACFT 3.2 — Fatturi tal-kruċiera

    Sottotema ACFT 3.3 — Fatturi ta’ nżul u ta’ avviċinament inizjali

    Sottotema ACFT 3.4 — Avviċinament finali u fatturi ta’ nżul

    Sottotema ACFT 3.5 — Fatturi ekonomiċi

    Sottotema ACFT 3.6 — Fatturi ambjentali

    TEMA ACFT 4 —    DATA DWAR L-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 4.1 —  Data dwar il-prestazzjoni

    SUĠĠETT 7:    FATTURI UMANI

    TEMA HUM 1 —   IPPROĊESSAR TAL-INFORMAZZJONI

    Sottotema HUM 1.1 — Il-konjizzjoni u l-fatturi li jinfluwenzawha

    Sottotema HUM 1.2 — Sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni

    Sottotema HUM 1.3 — Teħid ta’ deċiżjonijiet

    TEMA HUM 2 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IS-SAĦĦA U L-BENESSERI

    Sottotema HUM 2.1 — Għeja

    Sottotema HUM 2.2 — Stress

    TEMA HUM 3 —   ĠESTJONI TAT-THEDDID U TAL-IŻBALJI

    Sottotema HUM 3.1 — Qafas ta’ ġestjoni tat-theddid u tal-iżbalji

    Sottotema HUM 3.2 — Ġestjoni applikata tat-theddid u tal-iżbalji

    TEMA HUM 4 —   ĦIDMA F’TIM

    Sottotema HUM 4.1 — Benefiċċji ta’ ħidma f’tim

    Sottotema HUM 4.2 — Ġestjoni tal-kunflitti

    TEMA HUM 5 —   SISTEMA

    Sottotema HUM 5.1 — Kunċett ta’ sistemi f’ATM/ANS

    TEMA HUM 6 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema HUM 6.1 — Komunikazzjoni effettiva

    Sottotema HUM 6.2 — Feedback effettiv

    SUĠĠETT 8:    TAGĦMIR U SISTEMI

    TEMA EQPS 1 —   KOMUNIKAZZJONI BIL-VUĊI

    Sottotema EQPS 1.1 — Komunikazzjoni bir-radju

    Sottotema EQPS 1.2 — Komunikazzjonijiet oħra bil-vuċi

    TEMA EQPS 2 —   AWTOMATIZZAZZJONI FL-ATS

    Sottotema EQPS 2.1 — Network ta’ telekomunikazzjoni fissa ajrunawtika (AFTN)

    Sottotema EQPS 2.2 — Skambju awtomatiku tad-data

    TEMA EQPS 3 —   POŻIZZJONI TA’ ĦIDMA TAL-KONTROLLUR

    Sottotema EQPS 3.1 — Tħaddim u monitoraġġ tat-tagħmir

    Sottotema EQPS 3.2 — Sistemi ta’ wiri tas-sitwazzjoni u ta’ informazzjoni

    Sottotema EQPS 3.3 — Sistemi ta’ data tat-titjira

    Sottotema EQPS 3.4 — Użu ta’ sistema ta’ sorveljanza tal-ATS

    Sottotema EQPS 3.5 — Sistemi avvanzati

    TEMA EQPS 4 —   TAGĦMIR FUTUR

    Sottotema EQPS 4.1 — Żviluppi ġodda

    TEMA EQPS 5 —   LIMITAZZJONIJIET U DEGRADAZZJONI TAT-TAGĦMIR U TAS-SISTEMI

    Sottotema EQPS 5.1 — Reazzjoni għal-limitazzjonijiet

    Sottotema EQPS 5.2 — Degradazzjoni tat-tagħmir tal-komunikazzjoni

    Sottotema EQPS 5.3 — Degradazzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni

    Sottotema EQPS 5.4 — Degradazzjoni tat-tagħmir ta’ sorveljanza

    Sottotema EQPS 5.5 — Degradazzjoni tas-sistema tal-ipproċessar tal-ATC

    SUĠĠETT 9:    AMBJENT PROFESSJONALI

    TEMA PEN 1 —   FAMILJARIZZAZZJONI

    Sottotema PEN 1.1 — Żjara ta’ studju f’unità ta’ kontroll tal-avviċinament

    TEMA PEN2 —   UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU

    Sottotema PEN 2.1 — Kontributuri għal operazzjonijiet tal-ATS ċivili

    Sottotema PEN 2.2 — Kontributuri għal operazzjonijiet militari tal-ATS

    TEMA PEN 3 —   RELAZZJONIJIET MAL-KLIJENTI

    Sottotema PEN 3.1 — Forniment ta’ servizzi u rekwiżiti tal-utent

    TEMA PEN 4 —   PROTEZZJONI AMBJENTALI

    Sottotema PEN 4.1 — Protezzjoni ambjentali

    SUĠĠETT 10:    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    TEMA ABES 1 —   SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA (ABES)

    Sottotema ABES 1.1 — Ħarsa ġenerali lejn l-ABES

    TEMA ABES 2 —   TITJIB FIL-ĦILIET

    Sottotema ABES 2.1 — Effettività tal-komunikazzjoni

    Sottotema ABES 2.2 — Evitar ta’ tagħbija żejda mentali

    Sottotema ABES 2.3 — Kooperazzjoni bejn l-ajru u l-art

    TEMA ABES 3 —   PROĊEDURI GĦAL SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    Sottotema ABES 3.1 — Applikazzjoni tal-proċeduri għall-ABES

    Sottotema ABES 3.2 — Falliment tar-radju

    Sottotema ABES 3.3 — Interferenza illegali u theddida ta’ bomba fuq inġenju tal-ajru

    Sottotema ABES 3.4 — Inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat

    Sottotema ABES 3.5 — Devjazzjonijiet

    Sottotema ABES 3.6 — Ħsara fit-transponder

    Sottotema ABES 3.7 — Interċettazzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili

    SUĠĠETT 11:    AJRUDROMI

    TEMA AGA 1 —    DATA, TQASSIM U KOORDINAZZJONI TAL-AJRUDROM

    Sottotema AGA 1.1 — Definizzjonijiet

    Sottotema AGA 1.2 — Koordinazzjoni

    TEMA AGA 2 —   ŻONA TA’ MOVIMENT

    Sottotema AGA 2.1 — Żona ta’ moviment

    Sottotema AGA 2.2 — Żona ta’ mmanuvrar

    Sottotema AGA 2.3 — Runways

    TEMA AGA 3 —   OSTAKLI

    Sottotema AGA 3.1 — Spazju tal-ajru ħieles mill-ostakli madwar l-ajrudromi

    TEMA AGA 4 —   TAGĦMIR MIXXELLANJU

    Sottotema AGA 4.1 — Post




    L-Appendiċi 7 tal-Anness I

    KLASSIFIKAZZJONI TAS-SORVELJANZA TAL-KONTROLL TAŻ-ŻONA (ACS)

    (Referenza: L-Anness I (il-PARTI ATCO), is-Subparti D, it-Taqsima 2, il-punt ATCO.D.010(a)(2)(v))

    WERREJ

    SUĠĠETT 1:

    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    SUĠĠETT 2:

    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    SUĠĠETT 3:

    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SUĠĠETT 4:

    METEOROLOĠIJA

    SUĠĠETT 5:

    NAVIGAZZJONI

    SUĠĠETT 6:

    INĠENJI TAL-AJRU

    SUĠĠETT 7:

    FATTURI UMANI

    SUĠĠETT 8:

    TAGĦMIR U SISTEMI

    SUĠĠETT 9:

    AMBJENT PROFESSJONALI

    SUĠĠETT 10:

    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    SUĠĠETT 1:    INTRODUZZJONI GĦALL-KORS

    TEMA INTR 1 —   ĠESTJONI TAL-KORS

    Sottotema INTR 1.1 — Introduzzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.2 — Amministrazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 1.3 — Materjal ta’ studju u dokumentazzjoni tat-taħriġ

    TEMA INTR 2 —   INTRODUZZJONI GĦALL-KORS TA’ TAĦRIĠ TAL-ATC

    Sottotema INTR 2.1 — Kontenut u organizzazzjoni tal-kors

    Sottotema INTR 2.2 — Etos tat-taħriġ

    Sottotema INTR 2.3 — Proċess ta’ valutazzjoni

    SUĠĠETT 2:    LIĠI TAL-AVJAZZJONI

    TEMA LIĠI 1 —   LIĊENZJAR/ĊERTIFIKAT TA’ KOMPETENZA TAL-ATCO

    Sottotema LIĠI 1.1 — Privileġġi u kundizzjonijiet

    TEMA LIĠI 2 —   REGOLI U REGOLAMENTI

    Sottotema LIĠI 2.1 — Rapporti

    Sottotema LIĠI 2.2 — Spazju tal-ajru

    TEMA -LIĠI 3 —   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-ATS

    Sottotema LIĠI 3.1 — Proċess ta’ feedback

    Sottotema LIĠI 3.2 — Investigazzjoni tas-sikurezza

    SUĠĠETT 3:    ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    TEMA ATM 1 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZI

    Sottotema ATM 1.1 — Servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC)

    Sottotema ATM 1.2 — Servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir (FIS)

    Sottotema ATM 1.3 — Servizz ta’ twissija (ALRS)

    Sottotema ATM 1.4 — Kapaċità tas-sistema tal-ATS u ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

    Sottotema ATM 1.5 — Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru (ASM)

    TEMA ATM 2 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema ATM 2.1 — Komunikazzjoni effettiva

    TEMA ATM 3 —   APPROVAZZJONIJIET TAL-ATC U STRUZZJONIJIET TAL-ATC

    Sottotema ATM 3.1 — Approvazzjonijiet tal-ATC

    Sottotema ATM 3.2 — Struzzjonijiet tal-ATC

    TEMA ATM 4 —   KOORDINAZZJONI

    Sottotema ATM 4.1 — Ħtieġa ta’ koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.2 — Għodod u metodi għall-koordinazzjoni

    Sottotema ATM 4.3 — Proċeduri ta’ koordinazzjoni

    TEMA ATM 5 —   ALTIMETRIJA U ALLOKAZZJONI TAL-LIVELL

    Sottotema ATM 5.1 — Altimetrija

    Sottotema ATM 5.2 — Separazzjoni vertikali mill-art

    TEMA ATM 6 —   SEPARAZZJONIJIET

    Sottotema ATM 6.1 — Separazzjoni vertikali

    Sottotema ATM 6.2 — Separazzjoni lonġitudinali f’ambjent ta’ sorveljanza

    Sottotema ATM 6.3 — Separazzjoni bbażata fuq id-distanza tat-turbolenza tat-tranja

    Sottotema ATM 6.4 — Separazzjoni bbażata fuq sistemi ta’ sorveljanza tal-ATS

    TEMA ATM 7 —   XBIEKI TAS-SIKUREZZA FL-AJRU U FUQ L-ART

    Sottotema ATM 7.1 — Xbieki tas-sikurezza fl-ajru

    Sottotema ATM 7.2 — Xbieki tas-sikurezza bbażati fuq l-art

    TEMA ATM 8 —   UNITÀ TAL-WIRI TAD-DATA

    Sottotema ATM 8.1 — Ġestjoni tad-data

    TEMA ATM 9 —   AMBJENT OPERAZZJONALI (SIMULAT)

    Sottotema ATM 9.1 — Integrità tal-ambjent operazzjonali

    Sottotema ATM 9.2 — Verifika tal-munita tal-proċeduri operazzjonali

    Sottotema ATM 9.3 — Trasferiment-akkwiżizzjoni

    TEMA ATM 10 —   FORNIMENT TA’ SERVIZZ TA’ KONTROLL

    Sottotema ATM 10.1 — Responsabbiltà u pproċessar tal-informazzjoni

    Sottotema ATM 10.2 — Servizz ta’ sorveljanza tal-ATS

    Sottotema ATM 10.3 — Proċess ta’ ġestjoni tat-traffiku

    Sottotema ATM 10.4 — Traffiku tal-immaniġġjar

    Sottotema ATM 10.5 — Servizz ta’ kontroll b’appoġġ avvanzat tas-sistema

    TEMA ATM 11 —   ŻAMMA

    Sottotema ATM 11.1 — Proċeduri ġenerali ta’ żamma

    Sottotema ATM 11.2 — Żamma ta’ inġenji tal-ajru

    Sottotema ATM 11.3 — Żamma f’ambjent ta’ sorveljanza

    TEMA ATM 12 —   IDENTIFIKAZZJONI

    Sottotema ATM 12.1 — Stabbiliment ta’ identifikazzjoni

    Sottotema ATM 12.2 — Żamma tal-identifikazzjoni

    Sottotema ATM 12.3 — Telf tal-identità

    Sottotema ATM 12.4 — Informazzjoni dwar il-pożizzjoni

    Sottotema ATM 12.5 — Trasferiment tal-identità

    SUĠĠETT 4:    METEOROLOĠIJA

    TEMA MET 1 —   FENOMENI METEOROLOĠIĊI

    Sottotema MET 1.1 — Fenomeni meteoroloġiċi

    TEMA MET 2 —   SORSI TA’ DATA METEOROLOĠIKA

    Sottotema MET 2.1 — Sorsi ta’ informazzjoni meteoroloġika

    SUĠĠETT 5:    NAVIGAZZJONI

    TEMA:NAV 1 —   MAPEP U ĊARTS AJRUNAWTIĊI

    Sottotema NAV 1.1 — Mapep u ċarts

    TEMA:NAV 2 —   NAVIGAZZJONI BL-ISTRUMENTI

    Sottotema NAV 2.1 — Sistemi ta’ navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.2 — Assistenza għan-navigazzjoni

    Sottotema NAV 2.3 — Applikazzjonijiet PBN

    SUĠĠETT 6:    INĠENJI TAL-AJRU

    TEMA ACFT 1 —   STRUMENTI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 1.1 — Strumenti tal-inġenji tal-ajru

    TEMA ACFT 2 —   KATEGORIJI TA’ INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 2.1 — Turbolenza tat-tranja

    TEMA ACFT 3 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IL-PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 3.1 — Fatturi tat-tlugħ

    Sottotema ACFT 3.2 — Fatturi tal-kruċiera

    Sottotema ACFT 3.3 — Fatturi tal-inżul

    Sottotema ACFT 3.4 — Fatturi ekonomiċi

    Sottotema ACFT 3.5 — Fatturi ambjentali

    TEMA ACFT 4 —    DATA DWAR L-INĠENJI TAL-AJRU

    Sottotema ACFT 4.1 —  Data dwar il-prestazzjoni

    SUĠĠETT 7:    FATTURI UMANI

    TEMA HUM 1 —   IPPROĊESSAR TAL-INFORMAZZJONI

    Sottotema HUM 1.1 — Il-konjizzjoni u l-fatturi li jinfluwenzawha

    Sottotema HUM 1.2 — Sensibilizzazzjoni tas-sitwazzjoni

    Sottotema HUM 1.3 — Teħid ta’ deċiżjonijiet

    TEMA HUM 2 —   FATTURI LI JAFFETTWAW IS-SAĦĦA U L-BENESSERI

    Sottotema HUM 2.1 — Għeja

    Sottotema HUM 2.2 — Stress

    TEMA HUM 3 —   ĠESTJONI TAT-THEDDID U TAL-IŻBALJI

    Sottotema HUM 3.1 — Qafas ta’ ġestjoni tat-theddid u tal-iżbalji

    Sottotema HUM 3.2 — Ġestjoni applikata tat-theddid u tal-iżbalji

    TEMA HUM 4 —   ĦIDMA F’TIM

    Sottotema HUM 4.1 — Benefiċċji ta’ ħidma f’tim

    Sottotema HUM 4.2 — Ġestjoni tal-kunflitti

    TEMA HUM 5 —   SISTEMA

    Sottotema HUM 5.1 — Kunċett ta’ sistemi f’ATM/ANS

    TEMA HUM 6 —   KOMUNIKAZZJONI

    Sottotema HUM 6.1 — Komunikazzjoni effettiva

    Sottotema HUM 6.2 — Feedback effettiv

    SUĠĠETT 8:    TAGĦMIR U SISTEMI

    TEMA EQPS 1 —   KOMUNIKAZZJONI BIL-VUĊI

    Sottotema EQPS 1.1 — Komunikazzjoni bir-radju

    Sottotema EQPS 1.2 — Komunikazzjonijiet oħra bil-vuċi

    TEMA EQPS 2 —   AWTOMATIZZAZZJONI FL-ATS

    Sottotema EQPS 2.1 — Network ta’ telekomunikazzjoni fissa ajrunawtika (AFTN)

    Sottotema EQPS 2.2 — Skambju awtomatiku tad-data

    TEMA EQPS 3 —   POŻIZZJONI TA’ ĦIDMA TAL-KONTROLLUR

    Sottotema EQPS 3.1 — Tħaddim u monitoraġġ tat-tagħmir

    Sottotema EQPS 3.2 — Sistemi ta’ wiri tas-sitwazzjoni u ta’ informazzjoni

    Sottotema EQPS 3.3 — Sistemi ta’ data tat-titjira

    Sottotema EQPS 3.4 — Użu ta’ sistema ta’ sorveljanza tal-ATS

    Sottotema EQPS 3.5 — Sistemi avvanzati

    TEMA EQPS 4 —   TAGĦMIR FUTUR

    Sottotema EQPS 4.1 — Żviluppi ġodda

    TEMA EQPS 5 —   LIMITAZZJONIJIET U DEGRADAZZJONI TAT-TAGĦMIR U TAS-SISTEMI

    Sottotema EQPS 5.1 — Reazzjoni għal-limitazzjonijiet

    Sottotema EQPS 5.2 — Degradazzjoni tat-tagħmir tal-komunikazzjoni

    Sottotema EQPS 5.3 — Degradazzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni

    Sottotema EQPS 5.4 — Degradazzjoni tat-tagħmir ta’ sorveljanza

    Sottotema EQPS 5.5 — Degradazzjoni tas-sistema tal-ipproċessar tal-ATC

    SUĠĠETT 9:    AMBJENT PROFESSJONALI

    TEMA PEN 1 —   FAMILJARIZZAZZJONI

    Sottotema PEN 1.1 — Żjara ta’ studju f’ċentru ta’ kontroll taż-żona

    TEMA PEN2 —   UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU

    Sottotema PEN 2.1 — Kontributuri għal operazzjonijiet tal-ATS ċivili

    Sottotema PEN 2.2 — Kontributuri għal operazzjonijiet militari tal-ATS

    TEMA PEN 3 —   RELAZZJONIJIET MAL-KLIJENTI

    Sottotema PEN 3.1 — Forniment ta’ servizzi u rekwiżiti tal-utent

    TEMA PEN 4 —   PROTEZZJONI AMBJENTALI

    Sottotema PEN 4.1 — Protezzjoni ambjentali

    SUĠĠETT 10:    SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    TEMA ABES 1 —   SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA (ABES)

    Sottotema ABES 1.1 — Ħarsa ġenerali lejn l-ABES

    TEMA ABES 2 —   TITJIB FIL-ĦILIET

    Sottotema ABES 2.1 — Effettività tal-komunikazzjoni

    Sottotema ABES 2.2 — Evitar ta’ tagħbija żejda mentali

    Sottotema ABES 2.3 — Kooperazzjoni bejn l-ajru u l-art

    TEMA ABES 3 —   PROĊEDURI GĦAL SITWAZZJONIJIET ANORMALI U TA’ EMERĠENZA

    Sottotema ABES 3.1 — Applikazzjoni tal-proċeduri għall-ABES

    Sottotema ABES 3.2 — Falliment tar-radju

    Sottotema ABES 3.3 — Interferenza illegali u theddida ta’ bomba fuq inġenju tal-ajru

    Sottotema ABES 3.4 — Inġenju tal-ajru mitluf jew mhux identifikat

    Sottotema ABES 3.5 — Devjazzjonijiet

    Sottotema ABES 3.6 — Ħsara fit-transponder

    Sottotema ABES 3.7 — Interċettazzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili

    ▼B




    ANNESS II

    PARTI ATCO.AR

    REKWIŻITI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

    SOTTOPARTI A

    REKWIŻITI ĠENERALI

    ATCO.AR.A.001    Kamp ta' applikazzjoni

    Din il-parti, stabbilita f'dan l-Anness, tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi applikabbli għall-awtoritajiet kompetenti bir-responsabbiltà għall-ħruġ, iż-żamma, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet, l-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati mediċi għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u ċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta' organizzazzjonijiet tat-taħriġ u ċ-ċentri ajrumediċi.

    ▼M1

    ATCO.AR.A.005    Persunal

    (a) 

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproduċu u jaġġornaw kull sentejn, valutazzjoni tar-riżorsi umani meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza tagħhom, li tkun ibbażata fuq l-analiżi tal-proċessi meħtieġa minn dan ir-Regolament.

    (b) 

    Il-persunal awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex iwettaq kompiti ta’ ċertifikazzjoni jew sorveljanza, jew it-tnejn, għandu jingħata s-setgħa li mill-inqas iwettaq il-kompiti li ġejjin:

    (1) 

    jeżamina d-dokumenti inkluż il-liċenzji, iċ-ċertifikati, ir-rekords, id-data, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompitu meħtieġ;

    (2) 

    jagħmel kopji ta’ jew jieħu siltiet minn tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor;

    (3) 

    jitlob spjegazzjoni;

    (4) 

    idaħħal bini u siti operattivi rilevanti;

    (5) 

    iwettaq verifiki u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel;

    (6) 

    jadotta jew jagħti bidu għal miżuri ta’ infurzar kif ikun xieraq.

    ATCO.AR.A.010    Kompiti tal-awtoritajiet kompetenti

    Il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu:

    (a) 

    il-ħruġ, is-sospensjoni u r-revoka tal-liċenzji, tal-klassifikazzjonijiet, tal-approvazzjonijiet u taċ-ċertifikati mediċi;

    (b) 

    il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet OJTI temporanji skont il-punt ATCO.C.025;

    (c) 

    il-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ assessur temporanju skont il-punt ATCO.C.065;

    (d) 

    ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid tal-approvazzjonijiet;

    (e) 

    ir-rivalidazzjoni, it-tiġdid u l-limitazzjoni taċ-ċertifikati mediċi wara r-riferiment mill-eżaminatur ajrumediku (AME) jew miċ-ċentru ajrumediku (AeMC);

    (f) 

    il-ħruġ, ir-rivalidazzjoni, it-tiġdid, is-sospensjoni, ir-revoka, il-limitazzjoni u l-bidla fiċ-ċertifikati tal-eżaminatur ajrumediku;

    (g) 

    il-ħruġ, is-sospensjoni, ir-revoka u l-limitazzjoni taċ-ċertifikati ta’ organizzazzjoni tat-taħriġ u taċ-ċertifikati taċ-ċentri ajrumediċi;

    (h) 

    l-approvazzjoni ta’ korsijiet ta’ taħriġ, pjanijiet ta’ taħriġ u skemi ta’ kompetenza tal-unità, kif ukoll metodi ta’ valutazzjoni;

    (i) 

    l-approvazzjoni tal-metodu ta’ valutazzjoni għat-turija tal-profiċjenza lingwistika u l-istabbiliment tar-rekwiżiti applikabbli għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-lingwa skont il-punt ATCO.B.040;

    (j) 

    l-approvazzjoni tal-ħtieġa għall-profiċjenza lingwistika ta’ livell estiż (il-livell ħamsa) f’konformità mal-punt ATCO.B.030(d);

    (k) 

    is-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ, inkluż il-korsijiet tat-taħriġ u l-pjanijiet ta’ taħriġ tagħhom;

    (l) 

    l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-iskemi ta’ kompetenza tal-unità;

    (m) 

    l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ appell u mekkaniżmi ta’ notifika xierqa;

    (n) 

    l-iffaċilitar tar-rikonoxximent u l-iskambju tal-liċenzji, inkluż it-trasferiment tar-rekords tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u r-radd lura tal-liċenzja l-qadima lill-awtorità kompetenti emittenti skont il-punt ATCO.AR.D.003;

    (o) 

    l-iffaċilitar tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-organizzazzjoni tat-taħriġ u tal-approvazzjonijiet tal-kors, kif ukoll l-approvazzjoni tal-metodu ta’ valutazzjoni għad-dimostrazzjoni tal-profiċjenza fil-lingwa.

    ATCO.AR.A.015    Mezzi ta’ konformità

    (a) 

    L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi ta’ konformità aċċettabbli (“AMC”) li jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

    (b) 

    Jistgħu jintużaw mezzi alternattivi ta’ konformità sabiex tiġi stabbilita l-konformità mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni.

    (c) 

    L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Aġenzija dwar kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat mill-organizzazzjonijiet taħt is-sorveljanza tagħhom jew minnhom infushom biex jistabbilixxu l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

    ATCO.AR.A.020    Informazzjoni lill-Aġenzija

    (a) 

    L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija f’każ ta’ kwalunkwe problema sinifikanti bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu fi żmien 30 jum minn meta l-awtorità kompetenti tkun saret taf bil-problemi.

    (b) 

    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Aġenzija b’informazzjoni sinifikanti għas-sikurezza li tirriżulta mir-rapporti dwar l-okkorrenzi maħżuna fil-bażi tad-data nazzjonali tagħha f’konformità mal-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, mill-iktar fis possibbli.

    ATCO.AR.A.025    Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

    (a) 

    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha timplimenta sistema biex tiġbor, tanalizza u xxerred kif xieraq l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

    (b) 

    L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza b’mod xieraq kwalunkwe informazzjoni rilevanti marbuta mas-sikurezza li din tkun irċeviet u biex tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe informazzjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet jew azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu, li huma jkunu jeħtieġu biex jirreaġixxu fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, apparat, persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    (c) 

    Hekk kif tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri adegwati biex tindirizza l-problema tas-sikurezza.

    (d) 

    Il-miżuri meħuda f’konformità mal-punt (c) għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-persuni jew lill-organizzazzjonijiet kollha li jeħtieġ li jikkonformaw magħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika wkoll dawk il-miżuri lill-Aġenzija u, meta tkun meħtieġa azzjoni kombinata, lill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati.

    ▼B

    SOTTOPARTI B

    ĠESTJONI

    ▼M1

    ATCO.AR.B.001    Sistema ta’ ġestjoni

    (a) 

    L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm sistema ta’ ġestjoni, li tkun tinkludi mill-inqas:

    (1) 

    politiki u proċeduri ddokumentati biex jiddeskrivu l-organizzazzjoni tagħha, il-mezzi u l-metodi biex ikun hemm konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-proċeduri għandhom jinżammu aġġornati u jservu bħala d-dokumenti ta’ ħidma bażiċi fi ħdan dik l-awtorità kompetenti għall-kompiti relatati kollha;

    (2) 

    għadd suffiċjenti ta’ persunal, inkluż spetturi tal-liċenzjar u taċ-ċertifikazzjoni, biex jaqdu l-kompiti tagħha u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħha. Dawn il-membri tal-persunal għandhom ikunu kwalifikati biex iwettqu l-kompiti allokati lilhom u għandu jkollhom l-għarfien, l-esperjenza meħtieġa, kif ukoll it-taħriġ inizjali fuq ix-xogħol u dak rikorrenti biex tiġi żgurata kompetenza kontinwa. Għandu jkun hemm sistema fis-seħħ biex tkun tista’ tiġi ppjanata d-disponibbiltà tal-persunal, sabiex tiġi żgurata t-tlestija xierqa tal-kompiti kollha relatati;

    (3) 

    faċilitajiet u akkomodazzjoni tal-uffiċċji adegwati sabiex jitwettqu l-kompiti allokati;

    (4) 

    funzjoni sabiex jiġu mmonitorjati l-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni mar-rekwiżiti rilevanti u l-adegwatezza tal-proċeduri, inkluż l-istabbiliment ta’ proċess ta’ awditjar intern u proċess ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta’ feedback tas-sejbiet tal-awditjar lill-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi kif ikun meħtieġ; u

    (5) 

    persuna jew grupp ta’ persuni li fl-aħħar mill-aħħar ikunu responsabbli għall-maniġment superjuri tal-awtorità kompetenti għall-funzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità.

    (b) 

    L-awtorità kompetenti għandha taħtar, għal kull qasam ta’ attività, inkluż fis-sistema ta’ ġestjoni, persuna jew persuni li jkollhom ir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tal-kompitu/i rilevanti.

    (c) 

    L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-parteċipazzjoni fi skambju reċiproku tal-informazzjoni u l-assistenza kollha meħtieġa ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn ikkonċernati, kemm jekk minn ġewwa l-Istat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni li ġejja:

    (1) 

    is-sejbiet rilevanti li jirriżultaw u l-azzjonijiet ta’ segwitu meħuda bħala riżultat tas-sorveljanza tal-persuni u l-organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija; u

    (2) 

    informazzjoni li tirriżulta mir-rapportar obbligatorju u volontarju tal-okkorrenzi kif meħtieġ mill-punt ATCO.OR.B.040.

    (d) 

    Kopja tal-proċeduri relatati mas-sistema ta’ ġestjoni u tal-emendi tagħhom għandha ssir disponibbli għall-Aġenzija għall-fini tal-istandardizzazzjoni.

    ▼B

    ATCO.AR.B.005    Allokazzjoni tal-kompiti lil entitajiet ikkwalifikati

    ▼M1

    (a) 

    Jekk l-awtorità kompetenti talloka kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni inizjali jew is-sorveljanza kontinwa tal-persuni jew l-organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, dawn għandhom jiġu allokati biss lil entitajiet ikkwalifikati. Meta talloka l-kompiti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

    (1) 

    tkun implimentat sistema biex tivvaluta, fil-bidu u b’mod kontinwu, li l-entità kkwalifikata tkun konformi mal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2018/1139.

    Din is-sistema u r-riżultati tal-valutazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati;

    (2) 

    stabbiliet ftehim iddokumentat ma’ entità kkwalifikata, approvat miż-żewġ partijiet fil-livell ta’ maniġment xieraq, li jiddefinixxi b’mod ċar:

    (i) 

    il-kompiti li għandhom jitwettqu;

    (ii) 

    id-dikjarazzjonijiet, ir-rapporti u r-rekords li għandhom jiġu pprovduti;

    (iii) 

    il-kundizzjonijiet tekniċi li jridu jintlaħqu fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti;

    (iv) 

    il-kopertura tar-responsabbiltà relatata; u

    (v) 

    il-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni miksuba fit-twettiq ta’ tali kompiti.

    ▼B

    (b) 

    L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċess ta' verifika interna, u l-proċess ta' ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza, meħtieġ skont AATCO.AR.B.001(a)(4), ikopru l-kompiti kollha ta' ċertifikazzjoni jew ta' superviżjoni li jsiru f'isimha.

    ▼M1

    ATCO.AR.B.010    Tibdil fis-sistema ta’ ġestjoni

    (a) 

    L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema fis-seħħ sabiex tidentifika l-bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti tagħha u teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif iddefinit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu. Din għandha tippermettilha tieħu azzjoni, kif xieraq, biex tiżgura li s-sistema ta’ ġestjoni tagħha tibqa’ adegwata u effettiva.

    (b) 

    L-awtorità kompetenti għandha taġġorna s-sistema ta’ ġestjoni tagħha biex tirrifletti kwalunkwe bidla fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni b’mod f’waqtu, sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tas-sistema ta’ ġestjoni tagħha.

    (c) 

    L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Aġenzija bi kwalunkwe bidla li tkun qed taffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti tagħha u taqdi r-responsabbiltajiet tagħha kif definit fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    ATCO.AR.B.015    Żamma ta’ rekords

    (a) 

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lista taċ-ċertifikati tal-organizzazzjoni kollha u tal-liċenzji u taċ-ċertifikati tal-persunal li joħorġu.

    (b) 

    L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi sistema ta’ żamma ta’ rekords li tipprevedi l-ħażna adegwata, l-aċċessibbiltà, u t-traċċabbiltà kredibbli ta’:

    (1) 

    il-politiki u l-proċeduri dokumentati tas-sistema ta’ ġestjoni;

    (2) 

    it-taħriġ, il-kwalifiki u l-awtorizzazzjoni tal-persunal tagħha;

    (3) 

    l-allokazzjoni tal-kompiti, filwaqt li jiġu koperti l-elementi meħtieġa mill-punt ATCO.AR.B.005, kif ukoll id-dettalji tal-kompiti allokati;

    (4) 

    il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u s-sorveljanza kontinwa tal-organizzazzjonijiet ċertifikati;

    (5) 

    id-dettalji tal-korsijiet ipprovduti mill-organizzazzjonijiet tat-taħriġ;

    (6) 

    il-proċessi għall-ħruġ tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet, l-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati, u għas-sorveljanza kontinwa tad-detenturi ta’ dawk il-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet, l-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati;

    (7) 

    is-superviżjoni kontinwa ta’ persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fit-territorju tal-Istat Membru, iżda li jkunu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, kif miftiehem bejn dawn l-awtoritajiet;

    (8) 

    is-sejbiet, l-azzjonijiet korrettivi u d-data tal-għeluq tal-azzjoni;

    (9) 

    il-miżuri ta’ infurzar li jkunu ttieħdu;

    (10) 

    l-informazzjoni dwar is-sikurezza u l-miżuri ta’ segwitu;

    (11) 

    l-użu ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1139; u

    (12) 

    l-evalwazzjoni u n-notifika lill-Aġenzija ta’ kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità propost mill-organizzazzjonijiet u l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità użat mill-awtorità kompetenti nnifisha.

    (c) 

    Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ 5 snin u fir-rigward tal-liċenzji tal-persunal għal perjodu minimu ta’ 10 snin wara l-iskadenza tal-aħħar approvazzjoni fuq il-liċenzja, soġġett għal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli.

    ▼B

    SOTTOPARTI C

    SORVELJANZA U INFURZAR

    ATCO.AR.C.001    Superviżjoni

    ▼M1

    (a) 

    L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:

    (1) 

    il-konformità mar-rekwiżiti li japplikaw għal organizzazzjonijiet jew persuni qabel il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ organizzazzjoni jew il-liċenzja tal-persunal, iċ-ċertifikat, il-klassifikazzjoni jew l-approvazzjoni, kif applikabbli;

    (2) 

    il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli u l-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni tat-taħriġ, kif ukoll ir-rekwiżiti applikabbli għall-korsijiet ta’ taħriġ, il-pjanijiet ta’ taħriġ u l-iskemi ta’ kompetenza tal-unità li approvat, u r-rekwiżiti applikabbli għall-persunal;

    (3) 

    l-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sikurezza xierqa imposti mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punti (c) u (d) ta’ ATCO.AR.A.025.

    ▼B

    (b) 

    Din il-verifika għandha:

    (1) 

    tkun appoġġata minn dokumentazzjoni li tkun maħsuba speċifikament biex tipprovdi gwida lill-persunal responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

    (2) 

    tipprovdi lill-persuni u lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-attività tas-sorveljanza tas-sikurezza;

    (3) 

    tkun ibbażata fuq verifiki u spezzjonijiet, inkluż, kif xieraq, spezzjonijiet li ma jkunux avżati minn qabel; u

    (4) 

    tipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-evidenza meħtieġa f'każ li tkun meħtieġa aktar azzjoni, inklużi l-miżuri previsti fil-punti ATCO.AR.C.010 u ATCO.AR.E.015.

    (c) 

    Il-kamp ta' applikazzjoni tas-sorveljanza għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-iskop tar-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza preċedenti u l-prijoritajiet ta' sikurezza.

    (d) 

    Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri, il-kamp ta' applikazzjoni u r-riżultati tas-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqin fit-territorju ta' Stat Membru minn persuni jew organizzazzjonijiet li huma stabbiliti jew li joqogħdu fi Stat Membru ieħor għandu jiġi stabbilit abbażi tal-prijoritajiet tas-sikurezza, kif ukoll tal-attivitajiet ta' sorveljanza tal-imgħoddi.

    (e) 

    Fejn l-attività ta' persuna jew organizzazzjoni tinvolvi aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-sorveljanza skont il-punti (a) sa (c) tista' taqbel ma' arranġamenti ta' sorveljanza alternattivi speċifiċi mal-awtorità/awtoritajiet kompetenti oħra/jn. Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li tkun ikkonċernata minn ftehim bħal dan għandha tiġi infurmata dwar l-eżistenza u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

    ATCO.AR.C.005    Programm ta' superviżjoni

    (a) 

    L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta' superviżjoni li jkopri l-attivitajiet ta' superviżjoni meħtieġa skont ATCO.AR.C.001.

    (b) 

    Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, il-programm ta' superviżjoni għandu jiġi żviluppat billi jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, ir-riżultati ta' attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u/jew superviżjoni fil-passat. F'kull ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza, dan għandu jinkludi:

    (1) 

    verifiki u spezzjonijiet, jekk ikun meħtieġ, inklużi spezzjonijiet mhux avżati minn qabel, kif ikun xieraq; u

    (2) 

    laqgħat bejn il-maniġment tal-organizzazzjoni tat-taħriġ u l-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li t-tnejn jibqgħu infurmati dwar kwistjonijiet sinifikanti.

    (c) 

    Għall-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-awtorità kompetenti, għandu jiġi applikat ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza li ma jaqbiżx l-24 xahar.

    Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jitqassar jekk ikun hemm evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni tkun naqset.

    Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jiġi estiż għal massimu ta' 36 xahar, jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li matul l-24 xahar ta' qabel:

    (1) 

    l-organizzazzjoni tkun uriet identifikazzjoni effettiva tal-perikli marbutin mas-sikurezza tal-avjazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati; u

    (2) 

    l-organizzazzjoni tkun uriet, b'mod kontinwu, skont il-punt ATCO.OR.B.015, li hija għandha kontroll sħiħ fuq il-bidliet kollha; u

    (3) 

    ma jkunu ġew stabbiliti l-ebda sejbiet tal-livell 1; u

    (4) 

    l-azzjonijiet korrettivi kollha jkunu ġew implimentati fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punt ATCO.AR.E.015.

    Iċ-ċiklu ta' ppjanar tas-sorveljanza jista' jiġi estiż għal massimu ta' 48 xahar jekk, minbarra dan t'hawn fuq, l-organizzazzjoni tkun stabbiliet sistema effettiva ta' rappurtar kontinwu lill-awtorità kompetenti dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza u l-konformità regolatorja tal-organizzazzjoni nfisha, u l-awtorità kompetenti tkun approvat din is-sistema.

    (d) 

    Il-programm ta' sorveljanza għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandu jinkludi s-sorveljanza tal-istandards tal-kors, inkluż it-teħid ta' kampjuni ta' tat-taħriġ imwassal, jekk ikun xieraq.

    (e) 

    Għall-persuni li jkollhom liċenzja, klassifikazzjoni jew approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, il-programm ta' sorveljanza għandu jinkludi spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel, jekk ikun xieraq.

    ATCO.AR.C.010    Sejbiet u miżuri ta' infurzar għall-persunal

    (a) 

    Jekk, waqt superviżjoni jew b'mezzi oħra, tinstab evidenza mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni skont ATCO.AR.C.001 li turi nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn persuna li jkollha liċenzja maħruġa skont dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi s-sejba, tirreġistraha u tinnotifikaha bil-miktub lid-detentur tal-liċenzja, kif ukoll tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni li timpjegah, jekk ikun applikabbli.

    (b) 

    Meta l-awtorità kompetenti li tkun għamlet is-sejba hija l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzja:

    (1) 

    tista' tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja, il-klassifikazzjoni jew l-approvazzjoni, kif ikun applikabbli, meta tkun ġiet identifikata kwistjoni ta' sikurezza; u

    (2) 

    għandha tieħu kwalunkwe miżura ta' infurzar oħra meħtieġa biex tkun evitata t-tkomplija tan-nuqqas ta' konformità.

    (c) 

    Meta l-awtorità kompetenti li tkun għamlet is-sejba hija l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzja, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li ħarġet il-liċenzja. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti li ħarġet il-liċenzja għandha tieħu azzjoni skont punt (b) u tinforma lill-awtorità kompetenti li għamlet is-sejba.

    SOTTOPARTI D

    ĦRUĠ, RIVALIDAZZJONI, TIĠDID, SOSPENSJONI U REVOKA TA' LIĊENZJI KLASSIFIKAZZJONIJIET U APPROVAZZJONIJIET

    ATCO.AR.D.001    Proċedura għall-ħruġ, ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet, l-approvazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet

    (a) 

    L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni, il-ħruġ u l-iskambju ta' liċenzji u approvazzjonijiet, kif ukoll ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid tal-approvazzjonijiet. Dawn il-proċeduri jistgħu jinkludu:

    (1) 

    il-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' OJTI temporanju u awtorizzazzjoni ta' assessur temporanju; u

    (2) 

    jekk ikun applikabbli, l-awtorizzazzjoni għall-assessuri għar-rivalidazzjoni u t-tiġdid ta' approvazzjonijiet tal-unitajiet, f'liema każ l-assessuri għandhom jissottomettu r-rekords, ir-rapporti u kull informazzjoni oħra lill-awtorità kompetenti kif iddefinit f'tali proċeduri.

    (b) 

    Kif tirċievi applikazzjoni u, jekk ikun rilevanti, kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-kompletezza tal-applikazzjoni u jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

    (c) 

    Jekk l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tirrivalida jew iġġedded, fejn ikun xieraq, il-liċenzja, il-klassifikazzjoni(jiet) u l-approvazzjoni(jiet) rilevanti permezz ta' format għal-liċenzji stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness II. L-awtorizzazzjoni ta' OJTI temporanju msemmija f'ATCO.C.025 u l-awtorizzazzjoni ta' assessur temporanju msemmija f'ATCO.C.065 għandhom jinħarġu bħala dokument separat fejn il-privileġġi tad-detentur kif ukoll il-validità tal-awtorizzazzjoni għandhom jiġu speċifikati.

    (d) 

    Għall-finijiet li jitnaqqas il-piż amministrattiv mhux meħtieġ, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi proċeduri biex tiġi stabbilita dejta unika ta' validità għal diversi approvazzjonijiet. Fi kwalunkwe każ, il-perjodi ta' validità tal-approvazzjonijiet ikkonċernati ma jistgħux jiġu estiżi.

    (e) 

    L-awtorità kompetenti għandha tissostitwixxi l-liċenzja tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet amministrattivi u meta jitlesta l-punt (XIIa) tal-liċenzja u ma jifdal ebda spazju. Id-data tal-ewwel ħruġ ta' klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet ta' klassifikazzjonijiet għandha tiġi ttrasferita għal-liċenzja l-ġdida.

    ▼M1

    ATCO.AR.D.003    Bdil tal-awtorità kompetenti

    (a) 

    Malli tirċievi talba tad-detentur tal-liċenzja għal bidla fl-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti li tirċievi għandha, mingħajr dewmien żejjed, titlob lill-awtorità kompetenti tad-detentur tal-liċenzja biex tittrasferixxi, mingħajr dewmien żejjed dawn kollha li ġejjin:

    (1) 

    verifika tal-liċenzja;

    (2) 

    kopji tar-rekords mediċi tad-detentur tal-liċenzja miżmuma minn dik l-awtorità kompetenti. Ir-rekords mediċi għandhom jiġu ttrasferiti b’mod kunfidenzjali f’konformità mal-punt ATCO.MED.A.015 tal-Anness IV (il-Parti ATCO.MED) u għandhom jinkludu sommarju tal-istorja medika rilevanti tal-applikant, ivverifikata u ffirmata jew awtentikata b’mod elettroniku mill-assessur mediku.

    (b) 

    L-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha żżomm il-liċenzja oriġinali u r-rekords mediċi tad-detentur tal-liċenzja.

    (c) 

    L-awtorità kompetenti riċeventi għandha, mingħajr dewmien żejjed, tiskambja l-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku diment li tkun irċeviet u pproċessat id-dokumenti kollha speċifikati fil-punt (a). Mal-iskambju tal-liċenzja u taċ-ċertifikat mediku, l-awtorità kompetenti riċeventi għandha titlob immedjatament lid-detentur tal-liċenzja biex jipprovdilha l-liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel it-trasferiment u ċ-ċertifikat mediku assoċjat.

    (d) 

    Il-liċenzja l-ġdida għandha tinkludi klassifikazzjonijiet, approvazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, approvazzjonijiet ta’ liċenzji u l-approvazzjonijiet unitarji validi kollha fil-liċenzja, inkluż id-data tal-ewwel ħruġ u l-iskadenza, jekk ikun applikabbli.

    (e) 

    L-awtorità kompetenti riċeventi għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti li tkun qed twettaq it-trasferiment ladarba tkun skambjat il-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku u d-detentur tal-liċenzja jkun ipprovda l-liċenzja u ċ-ċertifikat mediku skont il-punt (c). Sakemm tasal din in-notifika, l-awtorità kompetenti li twettaq it-trasferiment tibqa’ responsabbli għal-liċenzja u għaċ-ċertifikat mediku li jkunu nħarġu oriġinarjament lil dak id-detentur tal-liċenzja.

    ▼M1

    ATCO.AR.D.005    Revoka u sospensjoni ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet

    (a) 

    Għall-fini tal-punt ATCO.A.020, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri amministrattivi għas-sospensjoni u għar-revoka tal-liċenzji, tal-klassifikazzjoni u al-approvazzjonijiet.

    (b) 

    L-awtorità kompetenti tista’ tissospendi l-liċenzji fil-każ li l-inabbiltà provviżorja ma tiġix itterminata skont il-proċeduri msemmija fil-punt ATCO.A.015(e).

    (c) 

    L-awtorità kompetenti għandha tissospendi jew tirrevoka liċenzja, klassifikazzjoni jew approvazzjoni f’konformità mal-punt ATCO.AR.C.010 b’mod partikolari, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (1) 

    l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja meta d-detentur tal-liċenzja ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament;

    (2) 

    il-kisba ta’ liċenzja, klassifikazzjoni, approvazzjoni jew ċertifikat ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew kontrollur tat-traffiku tal-ajru b’falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentarja sottomessa;

    (3) 

    il-falsifikazzjoni tal-liċenzja jew ir-rekords taċ-ċertifikat;

    (4) 

    l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja, il-klassifikazzjoni(jiet) jew l-approvazzjoni(jiet) taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi.

    (d) 

    F’każijiet ta’ sospensjoni jew revoka ta’ liċenzji, klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika bil-miktub lid-detentur tal-liċenzja u lill-fornitur rilevanti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru b’din id-deċiżjoni, u tinforma lid-detentur tal-liċenzja bid-dritt ta’ appell tiegħu f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-punt ATCO.AR.A.010(m).

    (e) 

    L-awtorità kompetenti għandha wkoll tissospendi jew tirrevoka liċenzja, klassifikazzjoni jew approvazzjoni fuq talba bil-miktub tad-detentur tal-liċenzja.

    ▼B

    SOTTOPARTI E

    PROĊEDURA TA' ĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU U L-APPROVAZZJONI TAL-KORSIJIET TA' TAĦRIĠ

    ▼M1

    ATCO.AR.E.001    Proċedura ta’ ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-ħruġ taċ-ċertifikat

    (a) 

    Mal-wasla ta’ applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-organizzazzjoni tat-taħriġ, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni tat-taħriġ mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

    (b) 

    L-awtorità kompetenti tista’ titlob kwalunkwe awditu, spezzjoni jew valutazzjoni tal-organizzazzjoni tat-taħriġ li tqis bħala meħtieġa qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat.

    (c) 

    Jekk l-organizzazzjoni tat-taħriġ applikanti tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat permezz tal-format stabbilit fl-Appendiċi 2 tal-Anness II.

    (d) 

    Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ għal durata mhux limitata. L-attivitajiet li l-organizzazzjoni tat-taħriġ hija approvata biex twettaq għandhom jiġu speċifikati fid-dokument mehmuż maċ-ċertifikat.

    (e) 

    Meta sejba tal-livell 1 tibqa’ miftuħa, iċ-ċertifikat ma għandux jinħareġ. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, sejba/iet, għajr tal-livell 1, għandha/hom tiġi/jiġu vvalutata/i u mmitigata/i kif meħtieġ mill-organizzazzjoni tat-taħriġ u qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat l-awtorità kompetenti għandha tapprova pjan ta’ azzjoni korrettiva għall-għeluq tas-sejba/iet.

    (f) 

    Biex organizzazzjoni tkun tista’ timplimenta bidliet mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ATCO.OR.B.015 u ATCO.AR.E.010(c), l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-proċedura mressqa mill-organizzazzjoni tat-taħriġ, li tiddefinixxi l-ambitu ta’ dawn il-bidliet u tiddeskrivi kif tali bidliet se jiġu mmaniġġati u nnotifikati.

    ▼B

    ATCO.AR.E.005    Approvazzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ u pjanijiet ta' taħriġ

    (a) 

    L-awtorità kompetenti għandha tapprova korsijiet tat-taħriġ u pjanijiet tat-taħriġ żviluppati skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'ATCO.OR.D.001.

    ▼M1

    (b) 

    Għall-finijiet tal-bidla tal-awtorità kompetenti skont il-punt ATCO.A.010, l-awtorità kompetenti għandha tapprova jew tirrifjuta kors ta’ approvazzjoni tal-unità stabbilit f’konformità mal-punt ATCO.B.020(b) u (e) mhux aktar tard minn 6 ġimgħat wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-kors, u l-iżgurar li jiġu rrispettati l-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u proporzjonalità.

    ▼B

    ATCO.AR.E.010    Bidliet fl-organizzazzjonijiet ta' taħriġ

    (a) 

    Mal-wasla ta' applikazzjoni għal skambju li jeħtieġ approvazzjoni minn qabel skont ATCO.OR.B.015, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni tat-taħriġ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III qabel il-ħruġ tal-approvazzjoni.

    L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-kundizzjonijiet taħt liema l-organizzazzjoni tista' topera matul il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-bidla ma tistax tiġi implimentata.

    Wara li tkun ivverifikat li l-organizzazzjoni tat-taħriġ tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-bidla.

    (b) 

    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura oħra ta' infurzar skont ATCO.AR.E.015, meta l-organizzazzjoni timplimenta bidliet li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel mingħajr ma tkun irċeviet l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti kif iddefinit f'punt (a), l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa.

    (c) 

    Għal bidliet li ma jeħtiġux approvazzjoni minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha tapprova proċedura żviluppata mill-organizzazzjoni tat-taħriġ skont ATCO.OR.B.015 li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali bidliet u l-mekkaniżmu ta' ġestjoni u notifikazzjoni tagħha. Fil-proċess ta' sorveljanza kontinwu, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-informazzjoni pprovduta fin-notifika biex tivverifika jekk l-azzjonijiet meħuda jikkonformawx mal-proċeduri approvati u r-rekwiżiti applikabbli.

    ▼M1

    ATCO.AR.E.015    Sejbiet, azzjonijiet korrettivi u miżuri ta’ infurzar

    (a) 

    L-awtorità kompetenti għandu jkollha sistema kif tanalizza s-sejbiet għas-sinifikanza tas-sikurezza tagħhom u tiddeċiedi dwar il-miżuri ta’ infurzar abbażi tar-riskju maħluq min-nuqqas ta’ konformità tal-organizzazzjoni tat-taħriġ.

    (b) 

    Sejba tal-livell 1 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u ta’ dan ir-Regolament, maċ-ċertifikat u/jew mat-termini tal-approvazzjoni u tal-privileġġi tiegħu, li joħloq riskju sinifikanti għas-sikurezza tat-titjiriet u/jew inkella jqajjem dubji dwar il-kapaċità tal-organizzazzjoni tat-taħriġ li tkompli l-provvista tat-taħriġ.

    Sejba tal-livell 1 għandha tinkludi, iżda ma tkunx limitata għal:

    (1) 

    l-għoti ta’ taħriġ b’mod li jintroduċi riskju sinifikanti għas-sikurezza tat-titjiriet;

    (2) 

    nuqqas milli jingħata aċċess lill-awtorità kompetenti għall-faċilitajiet tal-organizzazzjoni tat-taħriġ kif definit fil-punt ATCO.OR.B.025 matul sigħat operattivi normali u wara żewġ talbiet bil-miktub;

    (3) 

    il-kisba jew iż-żamma tal-validità taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni tat-taħriġ bil-falsifikazzjoni tal-evidenza dokumentata ppreżentata;

    (4) 

    evidenza ta’ prattika ħażina jew użu frawdolenti taċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni tat-taħriġ; u

    (5) 

    in-nuqqas ta’ maniġer responsabbli.

    (c) 

    Sejba tal-livell 2 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ieħor mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2018/1139 u ma’ dan ir-Regolament, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni tat-taħriġ jew mat-tip(i) ta’ taħriġ ipprovdut jew iċċertifikat.

    (d) 

    Meta tiġi stabbilita sejba waqt is-sorveljanza jew permezz ta’ mezzi oħrajn, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u dan ir-Regolament, tikkomunika s-sejba lill-organizzazzjoni tat-taħriġ bil-miktub u titlob azzjoni korrettiva biex ikun indirizzat in-nuqqas ta’ konformità identifikat.

    (1) 

    Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata u xierqa biex tipprojbixxi jew tillimita l-attivitajiet u, jekk ikun xieraq, għandha tieħu azzjoni biex tirrevoka ċ-ċertifikat jew biex tillimitah jew tissospendih kompletament jew parzjalment, skont l-estent tas-sejba, sa ma l-organizzazzjoni tat-taħriġ tieħu azzjoni korrettiva b’suċċess.

    (2) 

    Fil-każ ta’ sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha:

    (i) 

    tagħti lill-organizzazzjoni tat-taħriġ perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva inkluż fi pjan ta’ azzjoni xieraq għan-natura tas-sejba; u

    (ii) 

    tivvaluta l-azzjoni korrettiva u l-pjan ta’ implimentazzjoni proposti mill-organizzazzjoni tat-taħriġ u, jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li dawn ikunu biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ konformità, din għandha taċċettahom.

    (3) 

    Meta organizzazzjoni tat-taħriġ tonqos milli tissottometti pjan aċċettabbli ta’ azzjoni korrettiva, jew milli twettaq l-azzjoni korrettiva fil-perjodu taż-żmien aċċettat jew estiż mill-awtorità kompetenti, is-sejba għandha tittella’ għal waħda tal-livell 1 u għandha tittieħed azzjoni skont kif stabbilit fil-punt (d)(1).

    (e) 

    L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet kollha li tkun stabbiliet u, fejn ikun japplika, il-miżuri ta’ infurzar li tkun applikat, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi kollha u d-data tal-għeluq tal-azzjoni għas-sejbiet.

    (f) 

    Għal każijiet li ma jeħtiġux il-ħruġ tas-sejbiet tal-livell 1 u 2, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ osservazzjonijiet.

    ▼B

    SOTTOPARTI F

    REKWIŻITI SPEĊIFIĊI RELATATI MAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI AJRUMEDIKA

    SEZZJONI 1

    Rekwiżiti ġenerali

    ATCO.AR.F.001    Ċentri ajrumediċi u ċertifikazzjoni ajrumedika

    Permezz ta' deroga mis-Sottopartijiet A, B u C, fir-rigward taċ-ċentri ajrumediċi (AeMCs) u ċ-ċertifikazzjoni ajrumedika, l-awtorità kompetenti għandha tapplika d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (ir-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Kabina) ( 1 ), bl-esklużjoni tar-referenzi għall-prattikanti mediċi ġenerali (GMPs):

    — 
    Sottoparti ARA.GEN;
    — 
    Sottoparti ARA.AeMC;
    — 
    ARA.MED.120 Assessuri mediċi;
    — 
    ARA.MED.125 Riferiment lill-awtorità tal-liċenzjar;
    — 
    ARA.MED.150 Żamma tar-rekords;
    — 
    ARA.MED.200 Proċedura għall-ħruġ, għar-rivalidazzjoni, għat-tiġdid jew għall-bdil ta' ċertifikat ta' AME;
    — 
    ARA.MED.245 Superviżjoni kontinwa;
    — 
    ARA.MED.250 Limitazzjoni, sospensjoni jew revoka ta' ċertifikat tal-AME;
    — 
    AR.MED.255 Miżuri ta' infurzar;
    — 
    ARA.MED.315 Reviżjoni tar-rapporti tal-eżamijiet; u
    — 
    ARA.MED.325 Proċedura ta' reviżjoni.

    SEZZJONI 2

    Dokumentazzjoni

    ATCO.AR.F.005    Ċertifikat mediku

    Iċ-ċertifikat mediku għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    Kontenut

    (1) 

    L-Istat fejn inħarġet il-liċenzja ATCO jew saret applikazzjoni għaliha (I);

    (2) 

    Klassi taċ-ċertifikat mediku (II);

    (3) 

    Numru taċ-ċertifikat, li jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat fejn inħarġet il-liċenzja ATCO jew saret applikazzjoni għaliha, segwit b'kodiċi ta' numri Għarab u/jew ittri Latini (III);

    (4) 

    Numru tad-detentur (IV);

    (5) 

    In-nazzjonalità tad-detentur (VI);

    (6) 

    Data tat-twelid tad-detentur (XIV);

    (7) 

    Il-firma tad-detentur (VII);

    (8) 

    Limitazzjoni(jiet) (XIII);

    (9) 

    Id-data ta' skadenza taċ-ċertifikat mediku (IX) tal-klassi 3;

    (10) 

    Data tal-eżami;

    (11) 

    Data tal-aħħar elettrokardjogramma;

    (12) 

    Data tal-aħħar awdjogramma;

    (13) 

    Data tal-ħruġ u firma tal-AME jew tal-assessur mediku li ħareġ iċ-ċertifikat mediku (X);

    (14) 

    Siġill jew timbru.

    (b) 

    Materjal: Il-karta jew materjal ieħor użat għandu jevita jew juri mill-ewwel kwalunkwe tibdil jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola għandhom ikunu awtorizzatati biċ-ċar mill-awtorità kompetenti.

    (c) 

    Lingwa: Iċ-ċertifikati mediċi għandhom ikunu miktubin bil-lingwa/i nazzjonali, bl-Ingliż, u fil-lingwa li l-awtorità kompetenti tqis xierqa.

    (d) 

    Id-dati kollha fuq iċ-ċertifikat mediku għandhom jinkitbu fil-format jj/xx/ssss.

    ATCO.AR.F.010    Ċertifikati AME

    Wara li tkun ivverifikat li l-AME huwa f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, tirrivalida, iġedded jew tibdel iċ-ċertifikat AME permezz tal-formola stabbilita fl-Appendiċi 3 tal-Anness II.

    ATCO.AR.F.015    Ċertifikat AeMC

    Wara li tkun ivverifikat li l-AeME huwa f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ jew tibdel iċ-ċertifikat AeME, permezz tal-formola stabbilita fl-Appendiċi 4 tal-Anness II.

    ATCO.AR.F.020    Formoli ajrumediċi

    L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi AMEs u AeMCs bil-formoli li għandhom jintużaw għal:

    (a) 

    il-formola tal-applikazzjoni għal ċertifikat mediku; u

    (b) 

    ir-rapport tal-eżaminazzjoni għall-applikanti tal-klassi 3.

    ▼M1




    Appendiċi 1 tal-Anness II

    Format għal-liċenzja

    LIĊENJZA TA’ (STUDENT) KONTROLLUR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Il-liċenzja tal-kontrollur (student) tat-traffiku tal-ajru maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    Il-kontenut. In-numru tal-element għandu dejjem jiġi stampat b’rabta mal-intestatura tal-element. L-elementi I sa XI huma elementi “permanenti”, u l-elementi XII sa XIV huma elementi “varjabbli” li jistgħu jidhru fuq folja separata jew li tista’ tinqala’ minn mal-formola ewlenija. Kwalunkwe parti separata jew li tista’ tinqala’ għandha tkun identifikata b’mod ċar bħala parti mil-liċenzja.

    1. 

    Elementi permanenti:

    (I) 

    Stat li ħareġ il-liċenzja;

    (II) 

    titolu tal-liċenzja;

    (III) 

    numru tas-serje tal-liċenzja, li jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) tal-Istat li ħareġ il-liċenzja, segwit minn “Liċenzja ATCO (Studenti)” u kodiċi tan-numri u/jew ittri b’numri Għarab u bil-kitba Latina;

    (IV) 

    isem id-detentur sħiħ (b’kitba Latina, anke jekk il-kitba tal-lingwa/i nazzjonali ma hijiex il-Latin);

    (IVa) 

    id-data tat-twelid;

    (V) 

    indirizz tad-detentur, jekk meħtieġ mill-awtorità kompetenti;

    (VI) 

    in-nazzjonalità tad-detentur;

    (VII) 

    il-firma tad-detentur;

    (VIII) 

    l-awtorità kompetenti;

    (IX) 

    iċ-ċertifikazzjoni tal-validità u l-awtorizzazzjoni għall-privileġġi mogħtija, inklużi d-dati meta nħarġu għall-ewwel darba;

    (X) 

    il-firma tal-uffiċjal li ħareġ il-liċenzja u d-data ta’ dan il-ħruġ;

    (XI) 

    is-siġill jew it-timbru tal-awtorità kompetenti.

    2. 

    Elementi varjabbli:

    (XII) 

    klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet bid-dati ta’ skadenza;

    (XIII) 

    rimarki: approvazzjonijiet tal-profiċjenza lingwistika; u

    (XIV) 

    kwalunwke dettall ieħor meħtieġ mill-awtorità kompetenti.

    (b) 

    Il-liċenzja għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat mediku validu, ħlief meta l-privileġġi ta’ għalliem jew ta’ assessur jiġu eżerċitati f’ambjent ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku.

    (c) 

    Il-materjal. Karta tal-ewwel kwalità u/jew materjal xieraq ieħor, inklużi l-karti tal-plastik, għandhom jintużaw biex jipprevjenu jew juru mill-ewwel kwalunkwe alterazzjoni jew tħassir. Kull żieda jew tħassir fuq il-formola se jiġi awtorizzat b’mod ċar mill-awtorità kompetenti.

    (d) 

    Il-lingwa. Il-liċenzji għandhom jinkitbu bl-Ingliż u, jekk meħtieġ mill-Istati Membri, bil-lingwa/i nazzjonali u b’lingwi oħrajn kif meqjus xieraq.



    Isem u logo tal-awtorità kompetenti

    (bl-Ingliż u bi kwalunkwe lingwa/i oħra/oħrajn kif stabbilit mill-awtorità kompetenti)

    Rekwiżiti (1)

    UNJONI EWROPEA

    (bl-Ingliż biss)

    “Unjoni Ewropea” għandha titħassar għal Stati Membri mhux tal-UE.

    LIĊENJZA TA’ (STUDENT) KONTROLLUR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    [bl-Ingliż u bi kwalunkwe lingwa/i oħra(jn) kif stabbilit mill-awtorità kompetenti]

    Maħruġa f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340

    Din il-liċenzja tikkonforma mal-istandards tal-ICAO

    [bl-Ingliż u bi kwalunkwe lingwa/i oħra(jn) kif stabbilit mill-awtorità kompetenti]

    Il-Formola 152 tal-EASA — Il-Ħarġa 2

    Id-daqs ta’ kull paġna għandu jkun 1/8 ta’ daqs A4.

    (1)   

    Rekwiżiti:


    Il-paġni li jirreferu għall-istruzzjonijiet dwar kif għandha timtela l-Liċenzja (tal-istudenti) tal-ATCO huma maħsuba għall-użu mill-awtorità kompetenti jew mill-assessur awtorizzat speċifikament biex jivvalida mill-ġdid jew iġedded l-approvazzjonijiet tal-unità. Il-kwistjonijiet inizjali tal-klassifikazzjonijiet, l-approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni, l-approvazzjonijiet tal-lingwa, l-approvazzjonijiet tal-għalliem u tal-assessur dejjem se jiddaħħlu mill-awtorità kompetenti. Ir-rivalidazzjoni jew it-tiġdid ta’ approvazzjonijiet tal-unità se jiddaħħlu mill-awtorità kompetenti jew mill-assessuri awtorizzati.



    I

    Stat tal-ħruġ:

    Rekwiżiti:

    II

    Titolu tal-liċenzja:

     

    III

    Numru tas-serje tal-liċenzja:

    In-numru tas-serje tal-liċenzja dejjem se jibda bil-kodiċi tal-pajjiż tan-NU tal-Istat tal-ħruġ tal-liċenzja segwit minn “Liċenzja (tal-Istudenti) tal-ATCO”.

    IV

    Isem sħiħ tad-detentur:

     

    IVa

    Data tat-twelid:

    Għandu jintuża format standard għad-data, jiġifieri jum/xahar/sena bis-sħiħ (eż. 31.1.2010)

    XIV

    Post tat-twelid:

     

    V

    Indirizz tad-detentur, jekk meħtieġ mill-awtorità kompetenti:

    Triq, belt, żona, kodiċi postali

     

    VI

    Nazzjonalità tad-detentur:

    Indikat mill-kodiċi tal-pajjiżi tan-NU tal-Istat

    VII

    Firma tad-detentur:

     

    VIII

    Awtorità Kompetenti:

     

    X

    Firma tal-uffiċjal li ħareġ il-liċenzja u d-data tal-ħruġ

     

    XI

    Siġill jew timbru tal-awtorità kompetenti tal-ħruġ

     



    IX

    Validità tal-privileġġi:

    Id-detentur huwa intitolat jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjoni(jiet) u tal-approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni li ġejjin, meta jiġu vvalidati:

    Rekwiżiti:

    bl-Ingliż u bi kwalunkwe lingwa/i oħra/oħrajn kif determinat mill-awtorità kompetenti.

    Id-data tal-ewwel ħruġ ta’ klassifikazzjoni u/jew ta’ approvazzjoni tal-klassifikazzjoni għandha tkun id-data tat-tlestija b’suċċess tat-taħriġ rilevanti għal dik il-klassifikazzjoni u/jew l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni.

     

     

     

     

     

    Klassifikazzjoni(jiet)

    Data tal-ewwel ħarġa

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni

    Data tal-ewwel ħarġa

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    XIIa    Klassifikazzjonijiet u approvazzjonijiet b’dati ta’ skadenza

    Id-detentur huwa intitolat li jeżerċita l-privileġġi tal-klassifikazzjoni(jiet) u tal-approvazzjoni(jiet) tal-klassifikazzjoni li ġejjin fl-unità/unitajiet tas-servizz tat-traffiku tal-ajru li għaliha/hom l-approvazzjoni(jiet) attwali tal-unità tinżamm/jinżammu kif iddettaljat hawn taħt, biss jekk id-detentur ikollu ċertifikat mediku validu:



    Unità (indikatur tal-ICAO)  (*1)

    Settur/Pożizzjoni  (*1)

    Klassifikazzjoni/Approvazzjoni

    Data ta’ skadenza  (*1)

    Firma/timbru tal-awtorità jew numru tal-liċenzja u l-firma tal-assessur

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (*1)   

    Mhux applikabbli għal-Liċenzja tal-Istudenti tal-ATCO



    XIIb

    Approvazzjonijiet oħrajn:

    Id-detentur huwa intitolat li jeżerċita l-privileġġi tal-approvazzjoni(jiet) li ġejjin

    Rekwiżiti: Mhux applikabbli

     

     

     

     

     

    OJTI/STDI/Annotazzjoni ta’ assessur

    Data ta’ skadenza

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     



    XIII

    Rimarki:

    Approvazzjoni(jiet) tal-profiċjenza lingwistika:

    [lingwa/i/livell/data ta’ skadenza]

    Għandhom jiġu inklużi l-awtorizzazzjoni(jiet) tal-profiċenzja tal-lingwa, il-livell u d-data ta’ skadenza.

    L-informazzjoni addizzjonali kollha dwar il-liċenzjar għandha tiddaħħal hawnhekk.

    Taqsiriet



    Klassifikazzjonijiet tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

    Rekwiżiti: Mhux applikabbli

    ADV

    Viżwali tal-Kontroll tal-Ajrudrom

    ADC

    Kontroll tal-Ajrudrom

    APP

    Kontroll Proċedurali tal-Avviċinament

    APS

    Sorveljanza ta’ Kontroll tal-Avviċinament

    ACP

    Kontroll Proċedurali taż-Żona

    ACS

    Sorveljanza ta’ Kontroll taż-Żona

    Approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni

    SUR

    Sorveljanza tal-Kontroll tal-Ajrudrom

    PAR

    Radar ta’ Avviċinament bi Preċiżjoni

    SRA

    Avviċinament ta’ Radar ta’ Sorveljanza

    OCN

    Kontroll Oċeaniku

    Approvazzjonijiet tal-liċenzja

    OJTI

    Għalliem tat-taħriġ fuq ix-xogħol

    STDI

    Għalliem ta’ tagħmir ta’ taħriġ sintetiku

    ►C2  Assessor  ◄

    Assessur

    ▼B




    Appendiċi 2 tal-Anness II

    image image




    Appendiċi 3 tal-Anness II

    image image




    Appendiċi 4 tal-Anness II

    image




    ANNESS III

    PARTI ATCO.OR

    REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU U Ċ-ĊENTRI AJRUMEDIĊI

    SOTTOPARTI A

    REKWIŻITI ĠENERALI

    ▼M1

    ATCO.OR.A.001    Kamp ta’ applikazzjoni

    Din il-Parti, stabbilita f’dan l-Anness, tistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u ċ-ċentri ajrumediċi sabiex jinkiseb u jinżamm ċertifikat f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u dan ir-Regolament.

    ▼B

    SOTTOPARTI B

    REKWIŻITI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' TAĦRIĠ TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    ▼M1

    ATCO.OR.B.001    Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni tat-taħriġ

    (a) 

    L-applikazzjonijiet għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni tat-taħriġ għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti fi żmien xieraq biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa f’konformità mal-proċedura stabbilita minn dik l-awtorità.

    (b) 

    L-applikanti għal ċertifikat inizjali għandhom juru lill-awtorità kompetenti kif se jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1139 u f’dan ir-Regolament.

    (c) 

    Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tinkludi dan li ġej:

    (1) 

    l-isem u l-indirizz tal-applikant;

    (2) 

    l-indirizz(i) tal-post(ijiet) ta’ operat (inkluż, fejn ikun rilevanti, il-lista ta’ unitajiet ATC) jekk ikunu differenti mill-indirizz tal-applikant fil-punt (1);

    (3) 

    l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’:

    (i) 

    il-maniġer responsabbli;

    (ii) 

    il-kap tal-organizzazzjoni tat-taħriġ, jekk ikun differenti mill-punt (i);

    (iii) 

    il-persuna/i nominata/i mill-organizzazzjoni tat-taħriġ bħala l-punt(i) fokali għall-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti;

    (4) 

    id-data tal-bidu maħsub tal-attività jew il-bidla;

    (5) 

    lista tat-tipi ta’ taħriġ li għandhom jiġu pprovduti u mill-inqas kors tat-taħriġ wieħed minn kull tip ta’ taħriġ li huwa maħsub li jiġi pprovdut;

    (6) 

    id-dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli li għandha tiġi ffirmata mill-maniġer responsabbli, u tiddikjara l-konformità tal-organizzazzjoni tat-taħriġ mar-rekwiżiti fi kwalunkwe waqt;

    (7) 

    il-proċessi ta’ sistema ta’ ġestjoni; u

    (8) 

    id-data tal-applikazzjoni.

    ATCO.OR.B.005    Mezzi ta’ konformità

    (a) 

    Organizzazzjoni tista’ tuża kwalunkwe mezz alternattiv ta’ konformità biex tistabbilixxi l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

    (b) 

    Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tuża mezz alternattiv ta’ konformità, qabel ma tużah, għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni sħiħa tiegħu. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi kwalunkwe reviżjoni għall-manwali jew għall-proċeduri li tista’ tkun rilevanti, kif ukoll spjegazzjoni li tindika kif tinkiseb il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

    L-organizzazzjoni tista’ tuża dawk il-mezzi ta’ konformità alternattivi soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.

    ▼B

    ATCO.OR.B.010    Termini ta' approvazzjoni u privileġġi ta' ċertifikat ta' organizzazzjoni tat-taħriġ

    (a) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom ikunu konformi mal-ambitu u l-privileġġi ddefiniti fit-termini tal-approvazzjoni mehmuża maċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni.

    ▼M1

    (b) 

    Sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli fis-Sottoparti D tal-Anness I (il-Parti ATCO), il-privileġġ li jiġi pprovdut taħriġ tal-unità u/jew ta’ kontinwazzjoni għandu jingħata biss lill-organizzazzjoni tat-taħriġ li:

    (1) 

    ikollhom ċertifikat għall-għoti ta’ servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru; jew

    (2) 

    ikunu kkonkludew ftehim speċifiku ma’ fornitur tal-ATC.

    ATCO.OR.B.015    Bidliet fl-organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    (a) 

    Il-bidla li ġejja għandha tirrikjedi approvazzjoni minn qabel l-implimentazzjoni tagħhom, sakemm tali bidla ma tkunx notifikata u ġestita f’konformità ma’ proċedura approvata mill-awtorità kompetenti kif stabbilit fil-punt ATCO.AR.E.010(c):

    (1) 

    bidla li taffettwa l-ambitu taċ-ċertifikat jew it-termini tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tat-taħriġ; jew

    (2) 

    bidla li taffettwa kwalunkwe element rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni tat-taħriġ.

    (b) 

    Għal kwalunkwe bidla li tirrikjedi l-approvazzjoni minn qabel f’konformità mal-punt (a), l-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tapplika għal approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, u tiksibha. L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa qabel ma ssir il-bidla, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina t-tkomplija tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, u sabiex temenda, jekk ikun meħtieġ, iċ-ċertifikat tal-organizzazzjoni tat-taħriġ u t-termini tal-approvazzjoni relatati mehmuża miegħu.

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bid-dokumentazzjoni rilevanti kollha.

    Il-bidla għandha tiġi implimentata biss mal-wasla tal-approvazzjoni formali mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ATCO.AR.E.010.

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom joperaw taħt il-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti matul dawn il-bidliet, kif ikun applikabbli.

    (c) 

    Il-bidliet fl-elementi msemmija fil-punt (a) minħabba ċirkostanzi mhux previsti għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien sabiex tinkiseb approvazzjoni kif meħtieġ.

    (d) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti meta jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom.

    ATCO.OR.B.020    Validità kontinwa

    (a) 

    Ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tibqa’ valida soġġett li ma jkunx hemm ċediment jew revoka u soġġett li l-organizzazzjoni tat-taħriġ tibqa’ f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet relatati mal-immaniġġjar tas-sejbiet f’konformità mal-punt ATCO.OR.B.030.

    (b) 

    Iċ-ċertifikat għandu jiġi rritornat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien mar-revoka tiegħu jew mal-waqfien tal-attivitajiet kollha.

    ▼B

    ATCO.OR.B.025    Aċċess għal faċilitajiet u dejta ta' organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u l-applikanti għal ċertifikati ta' organizzazzjoni tat-taħriġ għandhom jagħtu aċċess lil kwalunkwe persuna awtorizzata minn jew li taġixxi f'isem l-awtorità kompetenti għas-sede rilevanti sabiex teżamina r-rekords, id-dejta, il-proċeduri u kwalunkwe materjal rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-awtorità kompetenti.

    ▼M1

    ATCO.OR.B.030    Sejbiet

    Wara li tasal notifika tas-sejbiet maħruġa mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ATCO.AR.E.015, l-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha:

    (a) 

    tidentifika l-kawża oriġinali tas-sejba;

    (b) 

    tiddefinixxi pjan ta’ azzjoni korrettiv li jissodisfa l-aċċettazzjoni mill-awtorità kompetenti; u

    (c) 

    turi l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti fil-perjodu miftiehem ma’ dik l-awtorità, hekk kif iddefinit fil-punt ATCO.AR.E.015.

    ATCO.OR.B.035    Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

    L-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha timplimenta kwalunkwe miżura ta’ sikurezza b’mandat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-punt ATCO.AR.A.025 (c) u (d) għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tat-taħriġ.

    ATCO.OR.B.040    Rapportar ta’ okkorrenzi

    (a) 

    Bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tagħhom, l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jistabbilixxu u għandhom iżommu sistema ta’ rapportar tal-okkorrenzi, inkluż rapportar obbligatorju u volontarju. L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ stabbiliti fi Stat Membru u li jipprovdu taħriġ fuq ix-xogħol fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati għandhom jiżguraw li s-sistema tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu u tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    (b) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ li jipprovdu taħriġ fuq ix-xogħol għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti u lil kwalunkwe organizzazzjoni oħra meħtieġa li tiġi infurmata mill-Istat Membru, fejn l-organizzazzjoni tat-taħriġ tipprovdi taħriġ fuq ix-xogħol, kwalunkwe avveniment jew kundizzjoni relatata mas-sikurezza li tirriżulta mill-attività tat-taħriġ tagħhom li tipperikola jew, jekk ma tiġix ikkoreġuta jew indirizzata, tista’ tipperikola inġenju tal-ajru, l-okkupanti tiegħu jew kwalunkwe persuna oħra, u b’mod partikolari kwalunkwe aċċident jew inċident serju.

    (c) 

    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, ir-rapporti f’konformità mal-punt (b) ta’ hawn fuq għandhom:

    (1) 

    isiru malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa wara li l-organizzazzjoni tkun saret taf bl-avveniment jew il-kundizzjoni li għalihom jirreferi r-rapport, sakemm ma jinqalgħux ċirkustanzi eċċezzjonali li ma jippermettux li jsir dan;

    (2) 

    isiru f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti;

    (3) 

    ikun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni.

    (d) 

    Għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ mhux stabbiliti fi Stat Membru u li jipprovdu taħriġ fuq il-post tax-xogħol fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, ir-rapporti obbligatorji inizjali għandhom:

    (1) 

    jissalvagwardjaw kif xieraq il-kunfidenzjalità tal-identità ta’ min ikun għamel ir-rapport u tal-persuni msemmija fir-rapport;

    (2) 

    isiru malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa wara li l-organizzazzjoni tkun saret konxja tal-okkorrenza sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jipprevjenu dan;

    (3) 

    isiru f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti; u

    (4) 

    jkun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kundizzjoni magħrufa mill-organizzazzjoni.

    (e) 

    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 376/2014 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, fejn ikun rilevanti, għandu jsir rapport ta’ segwitu li jipprovdi dettalji tal-azzjonijiet li l-organizzazzjoni jkun beħsiebha tieħu biex tipprevjeni okkorrenzi simili fil-ġejjieni, hekk kif dawn l-azzjonijiet ikunu ġew identifikati; dawk ir-rapporti ta’ segwitu għandhom:

    (1) 

    jintbagħtu lill-entitajiet rilevanti inizjalment irrapportati f’konformità mal-punti (b) u (c); u

    (2) 

    jsiru f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

    ▼B

    SOTTOPARTI C

    ĠESTJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAT-TAĦRIĠ TAL-KONTROLLUR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    ATCO.OR.C.001    Sistema ta' ġestjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu sistema ta' ġestjoni li tinkludi:

    (a) 

    linji ta' responsabbiltà u kapaċità ta' rendikont fl-organizzazzjoni definiti b'mod ċar, inkluż ir-rendikont dirett fir-rigward tas-sikurezza, min-naħa tal-maniġer responsabbli;

    (b) 

    deskrizzjoni tal-prinċipji ġenerali tal-organizzazzjoni fir-rigward tas-sikurezza, magħrufa bħala l-politika ta' sikurezza;

    (c) 

    l-identifikazzjoni ta' perikli għas-sikurezza tal-avjazzjoni li jistgħu jiġu kkawżati mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni tat-taħriġ, il-valutazzjoni tagħhom u l-ġestjoni tar-riskji assoċjati, inkluż it-teħid ta' azzjonijiet biex jittaffa r-riskju u biex tiġi vverifikata l-effiċjenza tagħhom;

    (d) 

    iż-żamma ta' persunal imħarreġ u kompetenti biex jaqdi l-kompiti tiegħu;

    (e) 

    id-dokumenti tal-proċessi ewlenin kollha tas-sistema ta' ġestjoni, inkluż proċess biex l-impjegati jkunu jafu r-responsabbiltajiet tagħhom, u l-proċedura biex jiġu emendati dawn id-dokumenti;

    (f) 

    funzjoni biex tkun sorveljata l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti rilevanti. Il-monitoraġġ tal-konformità għandu jinkludi sistema ta' rispons għas-sejbiet lill-maniġer responsabbli biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi hekk kif ikun meħtieġ;

    (g) 

    is-sistema ta' mmaniġġjar għandha tkun fi proporzjon mad-daqs tal-organizzazzjoni u tal-attivitajiet tagħha, u tqis il-perikli u r-riskji inerenti assoċjati f'dawn l-attivitajiet.

    ATCO.OR.C.005    Attivitajiet kuntrattati

    (a) 

    L-organizazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jiżguraw li meta jikkuntrattaw jew jixtru xi partijiet mill-attivitajiet tagħhom, l-attività jew parti ta' attività kkuntrattata jew mixtrija jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli.

    (b) 

    Meta organizzazzjoni tat-taħriġ tikkuntratta xi parti mill-attività tagħha lil organizzazzjoni li mhijiex hija stess iċċertifikata skont dan ir-Regolament biex twettaq tali attività, l-organizzazzjoni kkuntrattata għandha taħdem skont it-termini tal-approvazzjoni inklużi fiċ-ċertifikat maħruġ lill-organizzazzjoni tat-taħriġ kontraenti. L-organizzazzjoni tat-taħriġ kontraenti għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kkuntrattata, sabiex tara li tinżamm konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.

    ATCO.OR.C.010    Rekwiżiti dwar il-persunal

    (a) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jaħtru maniġer responsabbli.

    (b) 

    Persuna jew grupp ta' persuni għandhom jiġu nominati mill-organizzazzjoni tat-taħriġ, bir-responsabbiltà għat-taħriġ. Tali persuna jew persuni għandha/għandhom jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

    (c) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandu jkollhom biżżejjed persunal ikkwalifikat għall-kompiti u l-attivitajiet ippjanati li jridu jsiru skont ir-rekwiżiti applikabbli.

    ▼M1

    (d) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom iżommu rekord tal-għalliema teoretiċi bil-kwalifiki professjonali rilevanti tagħhom, inkluż prova ta’ għarfien u esperjenza adegwati, il-valutazzjoni tat-tekniki struzzjonali u s-suġġetti li huma intitolati li jgħallmu.

    ▼B

    (e) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jistabbilixxu proċeduri biex iżommu l-kompetenza tal-għalliema teoretiċi.

    (f) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jiżguraw li l-għalliema u l-assessuri prattiċi jtemmu b'suċċess taħriġ ta' aġġornament sabiex jivvalidaw mill-ġdid l-approvazzjoni rispettiva tagħhom.

    (g) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom iżommu rekord tal-persuni kkwalifikati għall-kompetenza tal-għalliema prattiċi u l-kompetenza tal-assessuri, skont ATCO.C.045, bl-approvazzjonijiet rilevanti tagħhom.

    ATCO.OR.C.015    Faċilitajiet u tagħmir

    (a) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandu jkollhom faċilitajiet li jippermettu t-twettiq u l-ġestjoni tal-kompiti ppjanati kollha skont dan ir-Regolament.

    (b) 

    L-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tiżgura li t-tagħmir ta' taħriġ sintetiku jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli li jkunu xierqa għall-kompitu.

    (c) 

    Matul l-istruzzjoni ta' taħriġ fuq ix-xogħol, l-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tiżgura li l-għalliem ikollu eżattament l-istess informazzjoni bħall-persuna li twettaq l-OJT u l-mezzi biex jintervjeni minnufih.

    ATCO.OR.C.020    Żamma tar-rekords

    (a) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom iżommu rekords tal-persuni li jwettqu jew ikunu wettqu taħriġ biex juru li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha tal-korsijiet tat-taħriġ.

    ▼M2

    (b) 

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jistabbilixxu u jżommu sistema għar-reġistrazzjoni tal-kwalifiki professjonali u tal-valutazzjonijiet tat-tekniki struzzjonali tal-għalliema u tal-assessuri, kif ukoll, fejn xieraq, tas-suġġetti li għandhom dritt jgħallmu.

    ▼B

    (c) 

    Ir-rekords mitluba mill-punti (a) u (b) għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' ħames snin suġġett għal-liġi nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta:

    (1) 

    wara li l-persuna li twettaq it-taħriġ tkun lestiet il-kors; u

    (2) 

    wara li l-għalliem jew l-assessur jieqaf iwettaq funzjoni għall-organizzazzjoni tat-taħriġ, kif ikun applikabbli.

    (d) 

    Il-proċess ta' arkivjar inkluż il-format tar-rekords għandu jkun speċifikat fis-sistema ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni tat-taħriġ.

    (e) 

    Ir-rekords għandhom jinħażnu b'mod sikur.

    ATCO.OR.C.025    Fondi u assigurazzjonijiet

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom juru li għandhom fondi suffiċjenti sabiex imexxu t-taħriġ skont dan ir-Regolament u li l-attivitajiet huma koperti b'assigurazzjoni suffiċjenti skont in-natura tat-taħriġ mogħti u li l-attivitajiet kollha jistgħu jitwettqu skont dan ir-Regolament.

    SOTTOPARTI D

    REKWIŻITI GĦALL-KORSIJIET TAT-TAĦRIĠ U L-PJANIJIET TA' TAĦRIĠ

    ATCO.OR.D.001    Rekwiżiti għall-korsijiet ta' taħriġ u pjanijiet ta' taħriġ

    L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ għandhom jiżviluppaw:

    (a) 

    pjanijiet ta' taħriġ u korsijiet ta' taħriġ assoċjati mat-tip(i) ta' taħriġ ipprovduti skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I (Parti ATCO), Sottoparti D;

    ▼M1

    (b) 

    is-suġġetti, it-temi u s-sottotemi għall-approvazzjonijiet tal-klassifikazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I (il-Parti ATCO);

    ▼B

    (c) 

    metodi ta' valutazzjonijiet skont ATCO.D.090(a)(3) u ATCO.D.095(a)(3).

    ATCO.OR.D.005    Riżultati u ċertifikati tal-eżaminazzjoni u l-valutazzjoni

    (a) 

    L-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-applikant, ir-riżultati tiegħu/tagħha tal-eżamijiet u l-valutazzjonijiet u, fuq talba tal-applikant, toħroġ ċertifikat bir-riżultati tal-eżamijiet u l-valutazzjonijiet tiegħu/tagħha.

    (b) 

    Mat-tlestija b'suċċess tat-taħriġ inizjali, jew tat-taħriġ tal-klassifikazzjoni għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni addizzjonali, l-organizzazzjoni tat-taħriġ għandha toħroġ ċertifikat.

    (c) 

    Ċertifikat ta' tlestija tat-taħriġ bażiku għandu jinħareġ biss fuq talba tal-applikant jekk is-suġġetti, it-temi u s-sottotemi kollha inklużi fl-Appendiċi 2 tal-Anness I ikunu tlestew u l-applikant ikun għadda b'suċċess mill-eżamijiet u l-valutazzjonijiet assoċjati.

    SOTTOPARTI E

    REKWIŻITI GĦAĊ-ĊENTRI AJRUMEDIĊI

    ▼M1

    ATCO.OR.E.001    Ċentri ajrumediċi

    Iċ-ċentri ajrumediċi (AeMCs) għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tas-Subpartijiet ORA.GEN u ORA.AeMC tal-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (ir-Regolament dwar l-Ekwipaġġ tal-Ajru) ( 2 ), b’:

    (a) 

    ir-referenzi kollha għall-klassi 1 li għandhom jiġu sostitwiti bil-klassi 3; u

    (b) 

    ir-referenzi kollha għall-Parti MED għandhom jiġu ssostitwiti bil-Parti ATCO.MED.

    ▼B




    ANNESS IV

    PARTI ATCO.MED

    REKWIŻITI MEDIĊI GĦALL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SOTTOPARTI A

    REKWIŻITI ĠENERALI

    SEZZJONI 1

    Punti ġenerali

    ATCO.MED.A.001    Awtorità kompetenti

    Għall-finijiet ta' din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun:

    (a) 

    għaċ-ċentri ajrumediċi (AeMC):

    (1) 

    l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-AeMC ikollu l-post prinċipali tal-attività tiegħu;

    (2) 

    l-Aġenzija, meta l-AeMC ikun jinsab f'pajjiż terz.

    (b) 

    għall-eżaminaturi ajrumediċi (AMEs):

    (1) 

    l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn l-AMEs ikollhom il-post prinċipali tal-attività tagħhom;

    (2) 

    jekk il-post prinċipali tal-attività ta' AME jkun jinsab f'pajjiż terz, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni mill-AME għall-ħruġ taċ-ċertifikat.

    ATCO.MED.A.005    Kamp ta' applikazzjoni

    Din il-Parti, stabbilita f'dan l-Anness, tistabbilixxi r-rekwiżiti għal:

    ▼M1

    (a) 

    il-ħruġ, il-validità, ir-rivalidazzjoni u t-tiġdid taċ-ċertifikat mediku meħtieġ għall-eżerċitar tal-privileġġi ta’ liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew ta’ liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru; u

    ▼B

    (b) 

    iċ-ċertifikazzjoni tal-AMEs biex jinħarġu ċertifikati mediċi tal-klassi 3.

    ATCO.MED.A.010    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' din il-Parti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “Konklużjoni medika akkreditata” tfisser il-konklużjoni milħuqa minn espert mediku wieħed jew aktar li tkun aċċettabbli għall-awtorità tal-liċenzji, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, għall-finijiet tal-każ ikkonċernat, b'konsultazzjoni mal-esperti operattivi tat-titjir jew esperti oħra kif meħtieġ u inkluż valutazzjoni tar-riskju operattiv;

    (b) 

    “Valutazzjoni ajrumedika” tfisser il-konklużjoni fuq l-idoneità medika tal-applikant abbażi tal-evalwazzjoni tal-istorja medika tal-applikant u l-eżaminazzjoni ajrumedika kif meħtieġ f'din il-Parti u eżamijiet u testijiet mediċi ulterjuri kif meħtieġ;

    (c) 

    “Eżaminazzjoni ajrumedika” tfisser l-ispezzjoni, il-palpazzjoni, il-perkussjoni, l-askultazzjoni jew kwalunkwe mezz ieħor ta' investigazzjoni speċjalment għad-determinazzjoni tal-idoneità medika biex jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja;

    (d) 

    “Speċjalista tal-għajnejn” tfisser oftalmologu jew speċjalista tal-kura tal-vista kkwalifikat fl-ottometrija u mħarreġ biex jagħraf kundizzjonijiet patoloġiċi;

    (e) 

    “Investigazzjoni” tfisser il-valutazzjoni ta' kundizzjoni patoloġika suspettata ta' applikant permezz ta' eżamijiet u testijiet sabiex tiġi vverifikata l-preżenza jew l-assenza ta' kundizzjoni medika;

    (f) 

    “Awtorità tal-liċenzji” tfisser l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun ħarġet il-liċenzja, jew li persuna tapplika għandha għall-ħruġ ta' liċenzja, jew, meta persuna tkun għadha ma applikatx għall-ħruġ ta' liċenzja, l-awtorità kompetenti skont din il-Parti;

    (g) 

    “Limitazzjoni” tfisser kundizzjoni indikata fuq iċ-ċertifikat mediku li għandha titħares filwaqt li jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja;

    (h) 

    “Żball rifrattiv” tfisser id-devjazzjoni minn emmetropja mkejla b'dijopteri fil-meridjan l-aktar ametropiku, imkejla b'metodi standard;

    (i) 

    “Sinifikanti” tfisser grad ta' kundizzjoni medika, li l-effett tiegħu jipprevjeni l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

    ATCO.MED.A.015    Kunfidenzjalità medika

    Il-persuni kollha involuti fl-eżamijiet, il-valutazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet ajrumediċi għandhom jiżguraw li l-kunfidenzjalità ajrumedika tiġi rispettata f'kull ħin.

    ATCO.MED.A.020    Tnaqqis ta' adegwatezza medika

    (a) 

    Id-detenturi tal-liċenzja m'għandhomx jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom fi kwalunkwe mument meta:

    (1) 

    ikunu jafu bi tnaqqis tas-saħħa medika tagħhom li jista' ma jippermettilhomx jeżerċitaw dawk il-privileġġi b'mod sikur;

    (2) 

    ikunu qed jieħdu jew jużaw kwalunkwe medikazzjoni preskritta jew mhux preskritta li tista' tfixkilhom milli jeżerċitaw b'mod sikur il-privileġġi tal-liċenzja;

    (3) 

    jirċievu kwalunkwe mediċina, trattament kirurġiku jew trattament ieħor li jista' jaffettewa l-eżerċitar sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

    ▼M1

    (b) 

    Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a), id-detenturi ta’ ċertifikat mediku tal-klassi 3 għandhom, mingħajr dewmien żejjed u qabel jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja tagħhom, ifittxu parir ajrumediku meta:

    (1) 

    tkun saritilhom operazzjoni kirurġika jew proċedura invażiva;

    (2) 

    ikunu bdew jieħdu kwalunkwe medikazzjoni b’mod regolari;

    (3) 

    ikunu sofrew minn xi korriment personali sinifikanti li jwassal għall-inabbiltà li jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja;

    (4) 

    ikunu sofrew minn kwalunkwe mard sinifikanti li jinvolvi kwalunkwe inabbiltà li jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja;

    (5) 

    ikunu konxji li huma tqal;

    (6) 

    ikunu ġew rikoverati fi sptar jew fi klinika;

    (7) 

    jeħtieġu lentijiet ta’ korrezzjoni tal-vista għall-ewwel darba.

    F’dawn il-każijiet l-AeMC jew l-AME għandhom jivvalutaw l-idoneità medika tad-detentur tal-liċenzja jew l-istudent kontrollur tat-traffiku tal-ajru, u jiddeċiedu jekk humiex idonei biex ikomplu jeżerċitaw il-privileġġi tagħhom.

    ▼B

    ATCO.MED.A.025    Obbligazzjonijiet tal-AeMC u l-AME

    (a) 

    Meta jitwettqu eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi kif meħtieġ f'din il-Parti, l-AeMC jew l-AME għandhom:

    (1) 

    jiżguraw li tista' tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-applikant mingħajr ostakoli lingwistiċi;

    (2) 

    jgħarrfu lill-applikant bil-konsegwenzi li jiffaċċjaw f'każ li huwa jipprovdi stqarrijiet mhux kompleti, mhux eżatti jew foloz dwar l-istorja medika tiegħu;

    (3) 

    jinnotifikaw lill-awtorità tal-liċenzjar jekk l-applikant jipprovdi stqarrijiet mhux kompleti, mhux eżatti jew foloz dwar l-istorja medika tiegħu;

    (4) 

    jinnotifkaw lill-awtorità tal-liċenzjar jekk l-applikant jirtira l-applikazzjoni għal ċertifikat mediku fi kwalunkwe stadju tal-proċess.

    (b) 

    Wara li jtemmu l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet ajrumediċi, l-AeMC u l-AME għandhom:

    (1) 

    javżaw lill-applikant jekk humiex idonei, mhux idonei jew irriferuti lill-awtorità tal-liċenzjar;

    (2) 

    jinfurmaw lill-applikant dwar kwalunkwe limitazzjoni applikata fuq iċ-ċertifikat mediku; u

    (3) 

    jekk l-applikant ikun ġie ċċertifikat li mhux b'saħħtu, jinfurmawh/a bid-dritt tiegħu/tagħha għal reviżjoni tad-deċiżjoni; u

    (4) 

    jissottomettu mingħajr dewmien lill-awtorità tal-liċenzjar rapport iffirmat, jew awtentifikat b'mod elettroniku li jkun fih riżultati ddettaljati tal-eżaminazzjoni u l-valutazzjoni ajrumedika għaċ-ċertifikat mediku u kopja tal-formola ta' applikazzjoni, il-formola ta' eżaminazzjoni u ċ-ċertifikat mediku; u

    (5) 

    jinformaw lill-applikant dwar ir-responsabbiltà tiegħu fil-każ ta' tnaqqis fl-idoneità medika kif speċifikat f'ATCO.MED.A.020.

    (c) 

    L-AeMC u l-AMEs għandhom iżommu rekords b'eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi mwettqa skont din il-Parti u r-riżultati tagħhom għal perjodu minimu ta' 10 snin, jew għal perjodu kif iddeterminat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jekk dan ikun itwal.

    (d) 

    L-AeMC u l-AMEs għandhom jissottomettu lill-assessur mediku tal-awtorita kompetenti, fuq talba, ir-rekords u r-rapporti ajrumediċi kollha, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra meta jkun meħtieġ għal:

    (1) 

    ċertifikazzjoni medika;

    (2) 

    funzjonijiet ta' sorveljanza.

    SEZZJONI 2

    Rekwiżiti għal ċertifikati mediċi

    ATCO.MED.A.030    Ċertifikati mediċi

    ▼M1

    (a) 

    L-applikanti għal, u d-detenturi ta’, liċenzja ta’ kontrollur tat-traffiku tal-ajru, jew liċenzja ta’ student kontrollur tat-traffiku tal-ajru, għandu jkollhom ċertifikat mediku tal-klassi 3, ħlief meta l-privileġġi jiġu eżerċitati f’ambjent ta’ apparat ta’ taħriġ sintetiku.

    ▼B

    (b) 

    Detentur ta' liċenzja m'għandu f'ebda ħin ikollu aktar minn ċertifikat mediku wieħed maħruġ skont din il-Parti.

    ATCO.MED.A.035    Applikazzjoni għal ċertifikat mediku

    (a) 

    Applikazzjonijiet għal ċertifikat mediku għandhom isiru fil-format stabbilit mill-awtorità kompetenti.

    (b) 

    L-applikanti għal ċertifikat mediku għandhom jipprovdu lill-AeMC jew l-AME bi:

    (1) 

    prova tal-identità tagħhom;

    (2) 

    dikjarazzjoni ffirmata:

    (i) 

    tal-fatti mediċi li jikkonċernaw l-istorja medika tagħhom;

    (ii) 

    dwar jekk applikawx preċedentement għal ċertifikat mediku jew għaddew minn eżaminazzjoni ajrumedika għal ċertifikat mediku u, jekk iva, minn min u b'liema riżultat;

    (iii) 

    dwar jekk qatt ikunux ġew iċċertifikati li ma kinux b'saħħithom jew kellhomx ċertifikat mediku sospiż jew revokat.

    (c) 

    Meta japplikaw għal rivalidazzjoni jew għat-tiġdid taċ-ċertifikat mediku, l-applikanti għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat mediku l-aktar riċenti lill-AeMC jew l-AME qabel l-eżamijiet ajrumediċi rilevanti.

    ATCO.MED.A.040    Ħruġ, rivalidazzjoni u tiġdid taċ-ċertifikati mediċi

    (a) 

    Ċertifikat mediku għandu jinħareġ, jiġi rivalidat jew imġedded biss meta jkunu saru l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet ajrumediċi meħtieġa u l-applikant ikun ġie vvalutat bħala b'saħħtu.

    (b) 

    L-ewwel ħruġ

    Ċertifikati mediċi inizjali tal-klassi 3 għandhom jinħarġu minn AeMC.

    (c) 

    Rivalidazzjoni u tiġdid

    Ċertifikati mediċi tal-klassi 3 għandhom jiġu rivalidati jew imġedda minn AeMC jew AME.

    (d) 

    L-AeMC jew l-AME għandhom joħorġu, jivvalidaw mill-ġdid jew iġeddu ċertifikat mediku biss jekk:

    (1) 

    l-applikant ikun ipprovdilhom l-istorja medika kompleta tiegħu u, jekk ikun rikjest mill-AeMC jew l-AME, ir-riżultati tal-eżamijiet u t-testijiet ajrumediċi li jkunu saru mit-tabib tal-applikant jew minn kwalunkwe speċjalista mediku; u

    (2) 

    l-AEMC jew l-AME jkun wettaq il-valutazzjoni ajrumedika abbażi tal-eżamijiet u t-testijiet ajrumediċi kif meħtieġ biex jiġi vverifikat li l-applikant jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti ta' dan il-Parti.

    (e) 

    L-AME, l-AeMC jew, fil-każ ta' riferiment, l-awtorità tal-liċenzjar tista' titlob lill-applikant jagħmel eżamijiet u investigazzjonijiet mediċi addizzjonali, meta dan ikun klinikament indikat, qabel ma jinħareġ, jiġi rivalidat jew imġedded iċ-ċertifikat mediku.

    (f) 

    L-awtorità tal-liċenzjar tista' toħroġ jew toħroġ mill-ġdid ċertifikat mediku, kif applikabbli, jekk:

    (1) 

    każ ikun ġie riferut;

    (2) 

    tkun identifikat li huma meħtieġa korrezzjonijiet fl-informazzjoni fuq iċ-ċertifikat, f'liema każ iċ-ċertifikat mediku inkorrett għandu jiġi revokat.

    ATCO.MED.A.045    Validità, rivalidazzjoni u tiġdid ta' ċertifikati mediċi

    (a)   Validità

    (1) 

    Iċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 3 għandhom ikunu validi għal perjodu ta' 24 xahar.

    (2) 

    Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 3 għandu jitnaqqas għal 12-il xahar għad-detenturi tal-liċenzja li jkunu għalqu l-40 sena. Ċertifikat mediku maħruġ qabel ma tkun intlaħqet l-età ta' 40 sena ma jibqax validu meta d-detentur tal-liċenzja jagħlaq 41 sena.

    (3) 

    Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat mediku, inklużi kwalunkwe eżamijiet jew investigazzjonijiet speċjali assoċjati, għandu jiġi:

    (i) 

    iddeterminat mill-età tal-applikant fid-data meta jsir l-eżami ajrumediku; u

    (ii) 

    ikkalkulat mid-data tal-eżami ajrumediku fil-każ tal-ewwel ħruġ u tiġdid, u mid-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat mediku preċedenti fil-każ ta' rivalidazzjoni.

    (b)   Rivalidazzjoni

    L-eżamijiet u l-valutazzjonijiet ajrumediċi għar-rivalidazzjoni ta' ċertifikat mediku jistgħu jsiru sa 45 jum qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat mediku.

    (c)   Tiġdid

    (1) 

    Jekk id-detentur ta' ċertifikat mediku ma jikkonformax mal-punt (b), ikunu meħtieġa eżami u valutazzjoni ajrumedika għat-tiġdid.

    (2) 

    Jekk iċ-ċertifikat mediku jkun skada għal:

    (i) 

    anqas minn sentejn, għandha ssir eżaminazzjoni ajrumedika ta' rivalidazzjoni ta' rutina;

    (ii) 

    aktar minn sentejn, l-AeMC jew l-AME għandhom iwettqu biss l-eżaminazzjoni ajrumedika wara l-valutazzjoni tar-rekords ajrumediċi tal-applikant;

    (iii) 

    aktar minn 5 snin, ir-rekwiżiti tal-eżaminazzjoni ajrumedika għall-ħruġ inizjali għandhom japplikaw u l-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' rivalidazzjoni.

    ATCO.MED.A.046    Sospensjoni jew revoka ta' ċertifikat mediku

    (a) 

    Mar-revoka taċ-ċertifikat mediku, id-detentur għandu jirritorna ċ-ċertifikat mediku lill-awtorità tal-liċenzjar.

    (b) 

    Mas-sospensjoni taċ-ċertifikat mediku, id-detentur għandu jirritorna ċ-ċertifikat mediku lill-awtorità tal-liċenzjar fuq talba tal-awtorità.

    ATCO.MED.A.050    Riferiment

    Jekk applikant għal ċertifikat mediku tal-klassi 3 jiġi riferut lill-awtorità kompetenti skont ATCO MED.B.001, l-AeMC jew l-AME għandhom jittrasferixxu d-dokumentazzjoni medika rilevanti lill-awtorità tal-liċenzjar.

    SOTTOPARTI B

    REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI MEDIĊI TAL-KONTROLLUR TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    SEZZJONI 1

    Punti ġenerali

    ATCO.MED.B.001    Limitazzjonijiet għaċ-ċertifikati mediċi

    (a) 

    Limitazzjonijiet għaċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 3.

    (1) 

    Jekk l-applikant ma jkunx jikkonforma b'mod sħiħ mar-rekwiżiti għal ċertifikat mediku tal-klassi 3 iżda mhuwiex ikkunsidrat li x'aktarx jipperikola l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja, l-AeMC jew l-AME għandhom:

    (i) 

    jirreferu d-deċiżjoni dwar l-idoneità tal-applikant lill-awtorità tal-liċenzjar kif indikat f'din is-Sottoparti; jew

    (ii) 

    f'każijiet fejn ma jkunx indikat riferiment lill-awtorità tal-liċenzjar f'din is-Sottoparti, jevalwaw jekk l-applikant ikunx kapaċi jwettaq id-doveri tiegħu b'mod sikur filwaqt li jikkonforma mal-limitazzjoni jew limitazzjonijiet dokumentati fiċ-ċertifikat mediku, u joħroġ iċ-ċertifikat mediku bil-limitazzjoni(jiet) kif meħtieġ.

    (2) 

    L-AeMC jew l-AME jista' jirrivalida jew iġedded ċertifikat mediku bl-istess limitazzjoni mingħajr ma jirreferi l-applikant lill-awtorità tal-liċenzji.

    (b) 

    Fil-valutazzjoni ta' jekk limitazzjoni hijiex meħtieġa, għandu jiġi kkunsidrat b'mod partikolari:

    (1) 

    jekk konklużjoni medika akkreditata tindikax li f'ċirkostanzi speċjali n-nuqqas tal-applikant li jissodisfa xi rekwiżit, sew jekk kwantitattiv u sew jekk mod ieħor, huwiex tali li l-eżerċitar tal-privileġġi tal-liċenzja ma jkunx probabbli li jipperikola l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja;

    (2) 

    l-esperjenza tal-applikant rilevanti għall-operazzjoni li għandha titwettaq.

    (c) 

    Limitazzjonijiet operattivi

    (1) 

    L-awtorità kompetenti, flimkien mal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, għandha tiddetermina l-limitazzjonijiet operattivi applikabbli fl-ambjent operattiv speċifiku kkonċernat.

    (2) 

    Limitazzjonijiet operattivi xierqa għandhom jiġu applikati fuq iċ-ċertifikat mediku mill-awtorità tal-liċenzjar.

    (d) 

    Kwalunkwe limitazzjoni oħra tista' tiġi imposta fuq id-detentur ta' ċertifikat mediku jekk ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-eżerċitar sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

    (e) 

    Kwalunkwe limitazzjoni imposta fuq id-detentur ta' ċertifikat mediku għandha tiġi speċifikata fih.

    SEZZJONI 2

    Rekwiżiti mediċi għaċ-ċertifikati mediċi tal-Klassi 3

    ATCO.MED.B.005    Ġenerali

    L-applikanti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe waħda minn dawn il-patoloġiji li ġejjin li jkunu jfissru inabbiltà funzjonali li x'aktarx tfixkel il-qadi mingħajr periklu tad-dmirijiet jew li tista' probabbilment twassal biex l-applikant ma jkunx jista' f'daqqa waħda jeżerċita l-privileġġi tal-liċenzja b'mod sikur:

    (1) 

    anormalitajiet konġenitali jew akkwiżiti;

    (2) 

    mard jew diżabbiltajiet ta' natura attiva, latenti, akuta jew kronika;

    (3) 

    feriti, danni jew konsegwenzi minħabba xi operazzjoni kirurġika

    (4) 

    effetti jew effetti kollaterali minħabba t-teħid ta' kwalunkwe medikazzjoni terapewtika, dijanjostika jew preventiva preskritta jew mhux preskritta.

    ATCO.MED.B.010    Sistema kardjovaskulari

    (a)   Eżami

    (1) 

    Għandhom isiru elettrokardjogramma standard bi 12-il wajer (ECG) u rapport fl-eżami għall-ħruġ inizjali ta' ċertifikat mediku u mbagħad:

    (i) 

    kull 4 xhur sakemm jagħlqu 30 sena;

    (ii) 

    fl-eżamijiet ta' validazzjoni jew tiġdid kollha minn hemm 'il quddiem; u

    (iii) 

    meta indikat klinikament.

    (2) 

    Għandha ssir valutazzjoni kardjovaskulari estiża:

    (i) 

    fl-ewwel eżaminazzjoni ta' rivalidazzjoni jew tiġdid fl-età ta' 65 sena;

    (ii) 

    kull 4 snin minn hemm 'il quddiem; u

    (iii) 

    meta indikat klinikament.

    (3) 

    Fl-eżami għandha tintalab stima tal-lipidi fis-serum inkluż il-kolesterol, għall-ħruġ inizjali ta' ċertifikat mediku, fl-ewwel eżaminazzjoni meta wieħed jagħlaq l-40 sena, u meta indikat klinikament.

    (b)   Sistema kardjovaskulari — Ġenerali

    (1) 

    L-applikanti li jkollhom xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

    (i) 

    anewriżma tal-aorta addominali toraċika jew suprarenali, qabel il-kirurġija;

    (ii) 

    anormalità funzjonali jew sintomatika sinifikanti ta' xi wieħed mill-valvijiet tal-qalb;

    (iii) 

    trapjant tal-qalb jew tal-qalb/pulmun.

    (2) 

    L-applikanti bi storja stabbilita jew bi dijanjosi klinika ta' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku:

    (i) 

    mard arterjali periferali qabel jew wara l-kirurġija;

    (ii) 

    anewriżma tal-aorta addominali toraċika jew suprarenali wara l-kirurġija;

    (iii) 

    anewriżma tal-aorta addominali infrarenali, qabel jew wara l-kirurġija;

    (iv) 

    anormalitajiet valvulari kardijaċi funzjonalment insinifikanti;

    (v) 

    wara kirurġija fil-valvi tal-qalb;

    (vi) 

    anormalità tal-perikardju, mijokardju jew endokardju;

    (vii) 

    anormalità konġenitali tal-qalb, qabel jew wara kirurġija korrettiva;

    (viii) 

    sinkope rikorrenti vażovagali;

    (ix) 

    trombożi arterjali jew venuża;

    (x) 

    emboliżmu pulmonari;

    (xi) 

    kundizzjoni kardjovaskulari li teħtieġ terapija antikoagulanti sistemika.

    (c)   Pressjoni tad-demm

    (1) 

    Il-pressjoni tad-demm għandha titkejjel f'kull eżaminazzjoni.

    (2) 

    Il-pressjoni tad-demm tal-applikant għandha tkun fil-limiti normali.

    (3) 

    L-applikanti għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei meta:

    (i) 

    ikollhom pressjoni baxxa sintomatika; jew

    (ii) 

    meta waqt l-eżami, il-pressjoni sistolika tad-demm tagħhom tkun konsistentement ogħla minn 160 mmHg u/jew dik dijostolika tkun konsistentement ogħla minn 95 mmHg, taħt kura jew mingħajr kura.

    (4) 

    Il-bidu ta' medikazzjoni għall-kontroll tal-pressjoni tad-demm għandu jeħtieġ perjodu ta' valutazzjoni temporanja ta' nuqqas ta' idoneità biex jiġi stabbilit in-nuqqas ta' effetti sekondarji sinifikanti.

    (d)   Mard tal-arterji koronarji

    (1) 

    L-applikanti b'xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

    (i) 

    mard sintomatiku tal-arterja koronarja;

    (ii) 

    sintomi ta' mard tal-arterja koronarja kkontrollati bil-medikazzjoni.

    (2) 

    L-applikanti bi kwalunkwe kundizzjoni minn dawn li ġejjin għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jgħaddu minn evalwazzjoni kardjoloġika biex tiġi eskluża iskemija mijokardjali qabel ma tkunx tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-idoneità:

    (i) 

    li jiġi suspettat li għandhom iskemija mijokardjali suspettata;

    (ii) 

    b'mard astintomatiku tal-arterji koronarji minuri li ma jkun jirrikjedi ebda kura antianġinali.

    (3) 

    L-applikanti bi storja jew dijanjożi ta' kwalunkwe minn dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu rriferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jgħaddu minn evalwazzjoni kardjoloġika qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-idoneità:

    (i) 

    iskemija mijokardjali;

    (ii) 

    infart mijokardjali;

    (iii) 

    rivaskularizzazzjoni u stenting għal mard tal-arterji koronarji.

    (e)   Disturbi fir-Ritmu/fil-Konduttività

    (1) 

    L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 3 bi kwalunkwe disturb sinifikanti tal-konduttività jew tar-ritmu kardijaku, intermittenti jew stabbilita għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u ssirilhom evalwazzjoni kardjoloġika b'riżultati sodisfaċenti qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrta valutazzjoni tal-idoneità. Dawn id-disturbi għandhom jinkludu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) 

    disturb fir-rittmu supraventrikulari, inkluża disfunzjoni sinoatrijali intermittenti jew stabbilita, fibrillazzjoni atrijali u/jew aġitazzjoni u pawsi asintomatiċi sinużali;

    (ii) 

    imblukkar sħiħ fil-kumpartament tan-nervituri tax-xellug;

    (iii) 

    imblukkar atrijoventrikulari tat-tip Mobitz 2;

    (iv) 

    takikardija kumplessa wiesgħa u/jew dejqa;

    (v) 

    pre-eċitazzjoni ventrikulari;

    (vi) 

    prolungament asintomatiku tal-QT;

    (vii) 

    kardjogramm tat-tip Brugada mill-elettrokardjografija.

    (2) 

    Applikanti b'xi waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (i) sa (viii) jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei fin-nuqqas ta' anormalità oħra u soġġett għal evalwazzjoni kardjoloġika sodisfaċenti:

    (i) 

    imblukkar mhux komplut fil-kumpartamenti tan-nervituri;

    (ii) 

    imblukkar sħiħ fil-kumpartament tan-nervituri tal-lemin;

    (iii) 

    devjazzjoni stabbli tal-assi tax-xellug;

    (iv) 

    bradikardija sinużali asintomatika;

    (v) 

    takikardija sinużali asintomatika;

    (vi) 

    kumplessi ektopiċi supraventrikulari jew ventrikulari uniformi iżolati asintomatiċi;

    (vii) 

    imblukkar atrijoventrikulari tal-ewwel grad;

    (viii) 

    imblukkar atrijoventrikulari tat-tip Mobitz 1.

    (3) 

    Applikanti bi storja ta' kwalunkwe minn dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu rriferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jgħaddu minn evalwazzjoni kardjoloġika b'riżultati sodisfaċenti qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-idoneità:

    (i) 

    l-applikanti bi storja ta' terapija ta' ablatazzjoni;

    (ii) 

    l-applikanti bi storja ta' impjant ta' pacemaker.

    (4) 

    L-applikanti b'xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

    (i) 

    mard sinoatrijali sintomatiku;

    (ii) 

    imblukkar atrijoventrikulari totali;

    (iii) 

    prolungament sintomatiku tal-QT;

    (iv) 

    sistema awtomatika impjantabbli ta' defibrillazzjoni;

    (v) 

    pacemaker ventrikulari antitakikardja.

    ATCO.MED.B.015    Apparat respiratorju

    (a) 

    L-applikanti b'indebboliment sinifikanti tal-funzjoni tal-pulmuni għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar għall-valutazzjoni ajrumedika. Tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku meta l-funzjoni pulmonari tiġi rkuprata u tkun sodisfaċenti.

    (b) 

    Eżami

    Huma meħtieġa testijiet tal-funzjoni tal-pulmuni fl-eżami inizjali u l-indikazzjoni klinika.

    (c) 

    L-applikanti bi storja jew dijanjożi stabbilita ta' ażżma li jeħtieġu medikazzjoni għandhom jgħaddu minn evalwazzjoni respiratorja sodisfaċenti. Tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku jekk l-applikant ma jurix sintomi u l-kura ma taffettwax is-sikurezza.

    (d) 

    L-applikanti bi storja jew dijanjożi stabbilta f'xi wieħed minn dawn id-disturbi li ġejjin għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jgħaddu minn evalwazzjoni respiratorja b'riżultat sodisfaċenti qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku:

    (1) 

    mard infjammatorju attiv tas-sistema respiratorja;

    (2) 

    sarkojdożi attiva;

    (3) 

    pnewmotoraċi;

    (4) 

    sindrome ta' apneja tal-irqad;

    (5) 

    kirurġija toraċika maġġuri;

    (6) 

    mard kroniku ta' ostruzzjoni tal-pulmun;

    (7) 

    trapjant tal-pulmun.

    ATCO.MED.B.020    Sistema diġestiva

    (a) 

    L-applikanti li jkunu qegħdin isofru minn xi tip ta' konsegwenza minħabba mard jew intervent kirurġiku f'xi parti tas-sistema diġestiva jew l-adnessa tagħha li tista' tikkawża inkapaċità, b'mod partikolari kull ostruzzjoni minħabba kontrazzjoni jew kompressjoni, għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

    (b) 

    L-applikanti m'għandux ikollhom ftuq li jista' jikkaġuna sintomi li jistgħu jinkapaċitawhom.

    (c) 

    L-applikanti b'disturbi tas-sistema gastrointestinali, inkluż dawk fil-punti (1) sa (5) jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġett għal evalwazzjoni gastroenteroloġika wara kura b'suċċess jew irkupru sħiħ wara kirurġija:

    (1) 

    disturb dispeptiku rikorrenti li jkun jeħtieġ il-medikazzjoni;

    (2) 

    pankreatite;

    (3) 

    ġebel sintomatiku;

    (4) 

    dijanjosi stabbilita jew storja ta' infjammazzjoni kronika tal-imsaren;

    (5) 

    wara operazzjoni kirurġika fis-sistema diġestiva jew l-adnessa tagħha, inkluża kirurġija li tkun involviet it-tneħħija totali jew parzjali jew devjazzjoni ta' xi wieħed minn dawn l-organi.

    ATCO.MED.B.025    Sistemi metaboliċi u endokrinarji

    (a) 

    L-applikanti b'disfunzjoni metabolika, nutrittiva jew endokrinali jista' jinħarġilhom ċertifikat ta' stat mediku tajjeb sakemm tintwera stabbiltà fil-kundizzjoni u ssir evalwazzjoni ajrumedika li tirriżulta sodisfaċenti.

    (b) 

    Dijabete mellitus

    (1) 

    L-applikanti bid-dijabete mellitus li jeħtieġu l-insulina għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

    (2) 

    L-applikanti b'dijabete mellitus li jeħtieġu medikazzjoni oħra minbarra l-insulina għall-kontroll taz-zokkor fid-demm għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar. Tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku jekk jintwera li ntlaħaq il-kontroll taz-zokkor fid-demm u dan huwa stabbli.

    ATCO.MED.B.030    Ematoloġija

    (a) 

    Ittestjar tad-demm, jekk isir, għandu jiġi ddeterminat mill-AME jew l-AeMC filwaqt li titqies l-istorja medika u wara l-eżami tat-tabib.

    (b) 

    L-applikanti b'kundizzjoni ematoloġika, bħal:

    (1) 

    disturbi ta' koagulazzjoni, emorraġiċi jew trombotiċi;

    (2) 

    lewkimja kronika;

    (3) 

    emoglobina anormali, inkluża, iżda mhux limitata għal, anemija, eritroċitożi jew emoglobinopatija;

    (4) 

    tkabbir limfatiku sinifikanti;

    (5) 

    tkabbir tal-milsa.

    għandhm jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar. Tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku soġġett għal evalwazzjoni ajrumedika sodisfaċenti.

    (c) 

    L-applikanti li jsofru minn lewkimja akuta għandhom jiġu vvalutati bħala mhux idonei.

    ATCO.MED.B.035    Sistema ġenitourinarja

    (a) 

    L-analiżi tal-awrina għandha tifforma parti minn kull eżami ajrumediku. L-awrina m'għandu jkun fiha ebda element anormali kkunsidrat li għandu sinifikat patoloġiku.

    (b) 

    L-applikanti li jkunu qed ibatu minn xi konsegwenza minħabba mard jew proċeduri kirurġiċi fuq is-sistema ġenitourinarja jew l-adnessa tagħha li x'aktarx jikkawża inkapaċitazzjoni, b'mod partikolari kull ostruzzjoni minħabba kontrazzjoni jew kompressjoni, għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

    (c) 

    L-applikanti b'disturb ġenitourinarju, bħal:

    (1) 

    mard renali;

    (2) 

    kalkul wieħed jew aktar tal-awrina

    jistgħu jiġu ċċertifikati li jinsabu fi stat mediku tajjeb suġġetti għal evalwazzjoni renali/uroloġika sodisfaċenti.

    (d) 

    Applikanti li jkunu għamlu:

    (1) 

    operazzjoni kirurġika ewlenija fis-sistema ġenitourinarja jew l-adnessa tagħha li tinvolvi qtugħ totali jew parzjali jew xi devjazzjoni tal-organi tiegħu; jew

    (2) 

    kirurġija uroloġika ewlenija

    għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar għal valutazzjoni ajrumedika wara rkupru sħiħ qabel ma tkun tista' ssir valutazzjoni tal-istat mediku.

    ATCO.MED.B.040    Mard infettiv

    (a) 

    L-applikanti li huma pożittivi għall-HIV għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei suġġett għal evalwazzjoni sodisfaċenti ta' speċjalist u sakemm l-awtorità tal-liċenzjar ikollha evidenza suffiċjenti li t-terapija ma tikkompromettix l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

    (b) 

    L-applikanti dijanjostikati li jippreżentaw jew li għandhom sintomi ta' marda infettiva bħal:

    (1) 

    sifilide akuta;

    (2) 

    tuberkulosi attiva;

    (3) 

    epatite infettuża;

    (4) 

    mard tropikali

    għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar għal valutazzjoni ajrumedika. Tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku wara rkupru sħiħ u evalwazzjoni minn speċjalista diment li l-awtorità tal-liċenzjar ikollha evidenza suffiċjenti li t-terapija ma tikkompromettix l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

    ATCO.MED.B.045    Ostetriċja u ġinekoloġija

    (a) 

    L-applikanti li jkunu għamlu operazzjoni ġinekoloġika maġġuri għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei sa ma jirkupraw għalkollox.

    (b) 

    Tqala

    Fil-każ ta' tqala, jekk l-AeMC jew l-AME jikkunsidra li d-detentur tal-liċenzja tinsab fi stat mediku tajjeb biex tkun tista' teżerċita l-privileġġi tagħha, huwa/hija għandu/ha j/tillimita l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat mediku sal-aħħar tal-34 ġimgħa tal-ġestazzjoni. Id-detentur tal-liċenzja għandha tgħaddi minn eżami ajrumediku tar-rivalidazzjoni u valutazzjoni wara rkupru sħiħ wara t-tmiem tat-tqala.

    ATCO.MED.B.050    Sistema muskoloskeletali

    (a) 

    L-applikanti għandu jkollhom użu funzjonali sodisfaċenti tas-sistemi muskoluskeletali biex tippermettilhom jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja.

    (b) 

    L-applikanti b'kundizzjonijiet muskuloskeletali statiċi jew progressivi jew kundizzjonijiet rewmatoloġiċi li jistgħu jfixklu l-eżerċitar sikur tal-privileġġi tal-liċenzji għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar. Tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku wara evalwazzjoni sodisfaċenti ta' speċjalist.

    ATCO.MED.B.055    Psikjatrija

    (a) 

    L-applikanti b'disturb mentali jew ta' mġiba minħabba l-alkoħol jew użu ieħor jew użu ħażin ta' sustanzi psikoattivi, inkluż drogi bi jew mingħajr dipendenza, għandhom jiġu vvalutati bħala mhux idonei sa wara perjodu ta' sobrietà ddokumentat jew il-libertà mill-użu ta' sustanza psikoattiva jew l-użu ħażin u suġġett għal evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti wara kura b'suċċess. L-applikanti għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar.

    (b) 

    L-applikanti b'kundizzjoni psikjatrika bħal:

    (1) 

    disturb fil-burdata;

    (2) 

    disturb newrotiku;

    (3) 

    disturb fil-personalità;

    (4) 

    disturb mentali jew fl-imġiba

    għandhom jgħaddu minn evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti qabel tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku. L-applikanti għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar għall-valutazzjoni tal-istat mediku tagħhom.

    (c) 

    L-applikanti li jkunu wettqu deliberatament att wieħed jew aktar ta' ħsara fuqhom infushom għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei. L-applikanti għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u ssirilhom evalwazzjoni psikjatrika sodisfaċenti qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku.

    (d) 

    L-applikanti bi storja stabbilita jew b'dijanjosi klinika ta' skiżofrenja, disturbi skiżotipali jew delużjonali jew manija għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

    ATCO.MED.B.060    Psikoloġija

    (a) 

    L-applikanti li jkollhom sintomi relatati mal-istress li x'aktarx li jfixklu l-abbiltà tagħhom li jeżerċitaw il-privileġġi tal-liċenzja b'mod sikur għandhom jiġu rriferuti lill-awtorità tal-liċenzjar. Valutazzjoni tal-istat mediku tista' tiġi kkunsidrata biss wara li evalwazzjoni psikjatrika u/jew psikoloġika tkun uriet li l-applikant irkupra minn sintomi relatati mal-istress.

    (b) 

    Tista' tkun rikjesta evalwazzjoni psikoloġika bħala parti minn, jew komplementari għal, eżami psikjatriku jew newroloġiku speċjalizzat.

    ATCO.MED.B.065    Newroloġija

    (a) 

    L-applikanti bi storja stabbilita jew b'dijanjosi klinika ta' dawn id-disturbi li ġejjin għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei:

    (1) 

    epilessija ħlief fil-każijiet fil-punt (b)(1) u (2);

    (2) 

    episodji rikorrenti ta' disturbi tas-sensi b'kawża inċerta;

    (3) 

    kundizzjonijiet bi propensità għolja għal disfunzjoni ċerebrali.

    (b) 

    L-applikanti bi storja stabbilita jew b'dijanjosi klinika ta' dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jgħaddu minn evalwazzjoni oħra qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku:

    (1) 

    epilessija mingħajr rikorrenza wara l-età ta' 5 snin;

    (2) 

    epilessija mingħajr rikorrenza, u li jkunu ilhom aktar minn 10 snin li waqqfu kull tip ta' kura;

    (3) 

    anormalitajiet fl-EEG epilettiformi u mewġ fokali rallentat;

    (4) 

    mard progressiv jew mhux progressiv tas-sistema nervuża;

    (5) 

    episodju wieħed ta' disturbi jew telf tas-sensi;

    (6) 

    ħsara fil-moħħ;

    (7) 

    korriment spinali jew tan-nervituri periferali;

    (8) 

    disturbi fis-sistema nervuża minħabba nuqqasijiet vaskulari inkluż avvenimenti emorraġiċi u iskemiċi.

    ATCO.MED.B.070    Sistema viżwali

    (a) 

    Eżaminazzjoni

    (1) 

    Eżaminazzjoni komprensiva tal-għajnejn għandha tifforma parti mill-eżami tal-bidu u għandha ssir perjodikament skont ir-rifrazzjoni u l-prestazzjoni funzjonali tal-għajn.

    (2) 

    Eżaminazzjoni ta' rutina tal-għajnejn għandha tifforma parti mill-eżami kollu ta' rivalidazzjoni u tiġdid.

    (3) 

    L-applikanti għandhom jgħaddu minn tonometrija fl-ewwel eżami ta' rivalidazzjoni wara l-età ta' 40 sena, fuq indikazzjoni klinika u jekk ikunu indikati fid-dawl tal-istorja tal-familja.

    (4) 

    L-applikanti għandhom ifornu lill-AeMC jew l-AME b'rapport ta' eżaminazzjoni tal-għajnejn f'każijiet fejn:

    (i) 

    il-prestazzjoni funzjonali turi bidliet sinifikanti;

    (ii) 

    l-istandards viżwali distanti jistgħu jintlaħqu biss b'lentijiet korrettivi;

    (5) 

    L-applikanti bi żball rifrattiv għoli għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzji.

    (b) 

    L-akutezza viżiva mill-bogħod, bi jew mingħajr korrezzjoni ottimali, għandha tkun 6/9 (0,7) jew aħjar f'kull għajn separatament, u l-akutezza viżiva biż-żewġ għajnejn għandha tkun 6/6 (1,0) jew aħjar.

    (c) 

    L-applikanti inizjali li jkollhom viżjoni monokulari jew vista monokulari funzjonali, inklużi problemi fil-bilanċ tal-muskoli tal-għajnejn, għandhom jiġu vvalutati bħala mhux idonei. Fl-eżamijiet ta' rivalidazzjoni jew tiġdid, l-applikant jista' jiġi vvalutat bħala idoneu diment li eżaminazzjoni oftalmoloġika tkun sodisfaċenti. L-applikant għandu jiġi riferut lill-awtorità tal-liċenzjar.

    (d) 

    L-applikanti inizjali b'viżjoni substandard miksuba f'għajn waħda għandhom jiġu vvalutati bħala mhux idonei. Fl-eżamijiet ta' rivalidazzjoni jew tiġdid, l-applikant għandu jiġi riferut lill-awtorità tal-liċenzjar u jista' jiġi vvalutat bħala idoneu diment li eżaminazzjoni oftalmoloġika tkun sodisfaċenti.

    (e) 

    L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jaqraw ċart N5 jew l-ekwivalenti minn distanza ta' 30-50 cm u ċart N14 jew l-ekwivalenti minn 60-100 cm, jekk ikun meħtieġ permezz ta' apparat ta' korrezzjoni.

    (f) 

    L-applikanti għandu jkollhom kamp viżiv normali u funzjoni binokulari normali.

    (g) 

    L-applikanti li jkunu għamlu kirurġija tal-għajnejn għandhom jiġu ċċertifikati bħala li mhumiex idonei sa ma jirkupraw il-funzjoni viżwali. Tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku mill-awtorità tal-liċenzjar suġġett għal evalwazzjoni oftalmika sodisfaċenti.

    (h) 

    L-applikanti b'dijanjożi klinika ta' keratokonus għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jistgħu jiġu vvalutati bħala idonei soġġett għal eżaminazzjoni sodisfaċenti minn oftalmologu.

    (i) 

    L-applikanti bid-diplopja għandhom jiġu ċċertifikati li mhumiex idonei.

    (j) 

    Nuċċalijiet u lentijiet tal-kuntatt

    (1) 

    Jekk funzjoni viżwali sodisfaċenti għad-doveri kklassifikati tintlaħaq biss permezz ta' korrezzjoni, in-nuċċali jew il-lentijiet ta' kuntatt għandhom jipprovdu funzjoni viżwali ottimali, ikunu ittollerati sew, u jkunu xierqa għall-finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru.

    (2) 

    Ma għandhomx jintużaw aktar minn par nuċċali wieħed, meta jintlibsu matul l-eżerċitar ta' privileġġi liċenzjati, biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti viżivi fid-distanzi kollha.

    (3) 

    Sett żejjed ta' nuċċali korrettiv simili għandu jkun disponibbli minnufih meta jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja/liċenzji.

    (4) 

    Lentijiet ta' kuntatt, meta jintlibsu matul l-eżerċitar ta' privileġġi liċenzjati, għandhom ikunu mono-fokali, mhux ikkuluriti u mhux ortokeratoloġiċi. Ma għandhomx jintużaw lentijiet ta' kuntatt b'monoviżjoni.

    (5) 

    L-applikanti b'difett rifrattiv kbir għandhom jużaw lentijiet ta' kuntatt jew lentijiet tan-nuċċali ta' indiċi għoli.

    ATCO.MED.B.075    Viżjoni tal-kulur

    L-applikanti għandhom ikunu trichromates normali, jiġifieri għandu jkollhom vista normali.

    ATCO.MED.B.080    Otorinolaringoloġija

    (a) 

    Eżaminazzjoni

    (1) 

    Eżaminazzjoni otorinoloġika għandha tifforma parti mill-eżaminazzjonijiet kollha inizjali, ta' rivalidazzjoni u ta' tiġdid.

    (2) 

    Is-smigħ għandu jiġi ttestjat fl-eżaminazzjoni kollha. L-applikant għandu jifhem b'mod sew, id-diskors ta' konverżazzjoni meta jiġi ttestjat f'kull widna f'distanza ta' 2 metri minn u b'dahru/dahra jħares lejn l-AME.

    (3) 

    Is-smigħ għandu jiġi ttestjat b'ton ta' awdjometrija pur waqt l-eżaminazzjoni inizjali u fl-eżiminazzjoni ta' rivalidazzjoni jew l-eżaminazzjoni ta' tiġdid sussegwenti kull 4 snin sal-età ta' 40 u kull sentejn wara.

    (4) 

    Awdjometrija b'ton pur:

    (i) 

    L-applikanti għal ċertifikat mediku tal-klassi 3 ma għandhomx ikollhom telf ta' smigħ ta' aktar minn 35 db f'xi waħda mill-frekwenzi 500, 1 000 jew 2 000 Hz, jew aktar minn 50 dB f'3 000 Hz, f'xi widna minnhom separatament.

    (ii) 

    L-applikanti li ma jissodisfawx il-kriterji ta' smigħ ta' hawn fuq, għandhom jiġu rriferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jgħaddu minn valutazzjoni minn speċjalista qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku. L-applikanti inizjali għandhom jgħaddu minn test ta' diskriminazzjoni tad-diskors. L-applikanti għal rivalidazzjoni jew tiġdid ta' ċertifikat mediku tal-klassi 3 għandhom jgħaddu minn test tas-smigħ funzjonali fl-ambjent operattiv.

    (5) 

    Apparat akustiku

    (i) 

    Eżaminazzjoni inizjali: il-ħtieġa ta' apparat akustiku biex tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti ta' smigħ ifisser nuqqas ta' idoneità.

    (ii) 

    L-eżaminazzjoni ta' rivalidazzjoni u tiġdid: tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku jekk l-użu tal-apparat akustiku ta' għajnuna prostetika xierqa jtejjeb is-smigħ biex jinkiseb standard normali kif ivvalutat minn ittestjar kompletament funzjonali fl-ambjent operattiv.

    (iii) 

    Jekk ikun meħtieġ apparat akustiku biex jintlaħaq l-istandard ta' smigħ normali, sett żejjed ta' tagħmir u aċċessorji, bħal batteriji, għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni meta jiġu eżerċitati l-privileġġi tal-liċenzja.

    (b) 

    L-applikanti bi:

    (1) 

    proċess patoloġiku kroniku attiv tal-widna interna jew tan-nofs;

    (2) 

    perforazzjoni mhux imfejqa jew disfunzjoni tal-membrana/i timpanika/ċi;

    (3) 

    disturb tal-funzjoni vestibolari;

    (4) 

    malformazzjoni sinifikanti jew infezzjoni sinifikanti kronika tal-kavità orali jew tan-naħa ta' fuq tas-sistema respiratorja;

    (5) 

    disturb sinifikanti fit-taħdit jew tal-vuċi li jnaqqas l-intelliġibbiltà

    għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u jgħaddu minn eżaminazzjoni u valutazzjoni ORL ulterjuri biex jiġi stabbilit li l-kundizzjoni ma tfixkilx l-eżerċizzju sikur tal-privileġġi tal-liċenzja.

    ATCO.MED.B.085    Dermatoloġija

    L-applikanti m'għandu jkollhom l-ebda kundizzjoni dermatoloġika stabbilita li tista' tfixkel l-eżerċitar sikur tal-privileġġi tal-liċenzja/i fil-pussess tagħhom.

    ATCO.MED.B.090    Onkoloġija

    (a) 

    Wara dijanjożi ta' mard malinn primarju jew sekondarju, l-applikanti għandhom jiġu riferuti lill-awtorità tal-liċenzjar u għandhom jgħaddu minn evalwazzjoni onkoloġika sodifaċenti qabel ma tkun tista' tiġi kkunsidrata valutazzjoni tal-istat mediku.

    (b) 

    L-applikanti bi storja stabbilita jew bi dijanjożi klinika ta' tumur malinn intraċerebrali għandhom jiġu vvalutati li mhumiex idonei.

    SOTTOPARTI C

    EŻAMINATURI AJRUMEDIĊI (AMEs)

    ATCO.MED.C.001    Privileġġi

    (a) 

    Skont din il-Parti, il-privileġġi ta' AME huma biex jirrivalidaw u jġġeddu ċ-ċertifikati mediċi tal-klassi 3, u biex iwettqu eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi rilevanti.

    (b) 

    L-ambitu tal-privileġġi tal-AME u kull kundizzjoni relatata miegħu għandhom ikunu speċifikati fiċ-ċertifikat.

    (c) 

    Id-detenturi ta' ċertifikat bħala AME m'għandhomx jagħmlu eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi fi Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru li jkun ħarġilhom iċ-ċertifikat AME, sakemm ma jkunux:

    (1) 

    ingħataw aċċess mill-Istat Membru ospitanti biex jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom bħala tobba speċjalizzati;

    (2) 

    informaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-intenzjoni tagħhom li jagħmlu eżamijiet u valutazzjonijiet ajrumediċi u li joħorġu ċertifikati mediċi fl-ambitu tal-privileġġi tagħhom bħala AME; u

    (3) 

    irċevew istruzzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

    ATCO.MED.C.005    Applikazzjoni

    (a) 

    L-applikazzjoni għal ċertifikat AME għandha tiġi sottomessa skont il-proċedura stabbilita awtorità kompetenti.

    (b) 

    L-applikanti għal ċertifikat ta' AME għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti:

    (1) 

    id-dettalji personali u l-indirizz professjonali;

    (2) 

    id-dokumentazzjoni li turi li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'ATCO.MED.C.010, inkluż iċ-ċertifikat li jkunu kkompletaw korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni li jikkorrispondu għall-privileġġi li japplikaw għalihom;

    (3) 

    dikjarazzjoni bil-miktub li fiha l-AME jintrabat li joħroġ ċertifikati mediċi abbażi tar-rekwiżiti ta' din il-Parti.

    (c) 

    Meta l-AME jagħmel eżamijiet ajrumediċi f'aktar minn post wieħed, dan għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni rilevanti rigward dawn il-postijiet kollha u l-faċilitajiet prattiċi.

    ATCO.MED.C.010    Rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċertifikat AME

    L-applikanti għal ċertifikat ta' AME bil-privileġġi għar-rivalidazzjoni u t-tiġdid ta' ċertifikati mediċi tal-klassi 3 għandhom:

    (a) 

    ikunu kkwalifikati u liċenzjati għall-prattika ta' mediċina u jkollhom Ċertifikat ta' Tlestija taħriġ mediku speċjalizzat, jew ikollhom evidenza tiegħu;

    (b) 

    ikunu lestew b'suċċess korsijiet ta' taħriġ bażiku u avvanzat fil-mediċina tal-avjazzjoni, inkluż mudelli speċifiċi għall-valutazzjoni ajrumedika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u l-ambjent speċifiku fil-kontroll tat-traffiku tal-ajru;

    (c) 

    juru lill-awtorità kompetenti li huma:

    (1) 

    għandhom faċilitajiet u proċeduri adegwati u dokumentazzjoni u tagħmir funzjonali adatt għall-eżamijiet ajrumediċi; u

    (2) 

    għandhom il-proċeduri u l-kundizzjonijiet neċessarji stabbiliti biex jiżguraw il-kunfidenzjalità medika.

    ATCO.MED.C.015    Korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni

    (a) 

    Il-korsijiet ta' taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur tat-taħriġ li jkun qiegħed jipprovdihom ikollu l-post prinċipali tal-attività tiegħu. Il-fornitur tat-taħriġ għandu juri li s-sillabu tal-kors jinkludi objettivi ta' tagħlim biex jinkisbu l-kompetenzi meħtieġa u l-persuni li jieħdu ħsieb it-taħriġ għandhom għarfien u esperjenza xierqa.

    (b) 

    Barra fil-każ ta' taħriġ ta' aġġornament, il-korsijiet għandhom jispiċċaw b'eżami bil-miktub fuq is-suġġetti inklużi fil-programm tal-kors.

    (c) 

    Il-fornitur tat-taħriġ għandu joħroġ ċertifikat ta' tlestija lill-applikanti meta jkunu għaddew mill-eżaminazzjoni.

    ATCO.MED.C.020    Bidliet fiċ-ċertifikat AME

    (a) 

    L-AMEs għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti biċ-ċirkostanzi li ġejjin li jistgħu jaffettwaw iċ-ċertifikat tagħhom:

    (1) 

    l-AME jkun soġġett għal proċeduri dixxiplinarji jew investigazzjoni minn bord mediku regolatorju;

    (2) 

    ikun hemm xi tibdil fil-kundizzjonijiet li bihom ikun ingħata ċ-ċertifikat, inkluż il-kontenut tal-istqarrijiet ipprovduti mal-applikazzjoni;

    (3) 

    ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta' ċeritifikat AME ma jibqgħux jiġu ssodisfati;

    (4) 

    ikun hemm bidla fil-post(ijiet) tal-attività jew fl-indirizz tal-korrispondenza tal-eżaminatur ajrumediku.

    (b) 

    Fejn l-awtorità kompetenti ma tiġix informata dan għandu jwassal għas-sospensjoni jew ir-revoka tal-privileġġi taċ-ċertifikat AME, abbażi tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat.

    ATCO.MED.C.025    Validità taċ-ċertifikati AME

    Ċertifikat ta' AME għandu jinħareġ għal perjodu li ma jaqbiżx it-3 snin. Għandu jiġi rivalidat sakemm id-detentur:

    (a) 

    ikompli jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali meħtieġa għal prattika medika u jżomm reġistrazzjoni bħala prattikant mediku;

    (b) 

    ikun għamel taħriġ ta' aġġornament fil-mediċina tal-avjazzjoni u fl-ambjenti ta' ħidma tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fl-aħħar 3 snin;

    (c) 

    ikun għamel tal-anqas 10 eżamijiet ajrumediċi kull sena. Dan in-numru ta' eżaminazzjonijiet jista' jitnaqqas biss mill-awtorità kompetenti f'ċirkostanzi ġġustifikati kif xieraq;

    (d) 

    jibqa' konformi mat-termini taċ-ċertifikat AME tiegħu; u

    (e) 

    jeżerċita l-privileġġi AME skont din il-Parti.



    ( 1 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

    ( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

    Top