Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0409-20210222

    Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/409/2021-02-22

    02013R0409 — MT — 22.02.2021 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 409/2013

    tat-3 ta’ Mejju 2013

    dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 123 4.5.2013, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021

      L 36

    10

    2.2.2021




    ▼B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 409/2013

    tat-3 ta’ Mejju 2013

    dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    KAPITOLU I

    IL-PRINĊIPJI ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.  
    Dan ir-Regolament jiddefinixxi proġetti komuni, imsemmija fl-Artikolu 15a tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, jispjega kif dawn għandhom jitmexxew u jidentifika inċentivi għall-mobilizzazzjoni tagħhom.
    2.  
    Dan ir-Regolament għandu japplika għan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (EATMN).

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 677/2011.

    Barra minn hekk id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    ▼M1

    (1) 

    “Impriża Konġunta SESAR” tfisser il-korp stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 ( 1 ), jew is-suċċessur tiegħu, inkarigat bil-kompitu tal-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-fażi tal-iżvilupp tal-proġett SESAR;

    (2) 

    “skema ta’ imposti” tfisser l-iskema stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 ( 2 );

    (3) 

    “funzjonalità tal-ATM” tfisser grupp ta’ funzjonijiet jew servizzi operattivi interoperabbli tal-ATM relatati mal-ġestjoni tat-trajettorja, tal-ispazju tal-ajru u tas-superfiċe jew mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni fl-ambjenti operazzjonali tul ir-rotta, tat-terminal, tal-ajruport jew tan-network;

    ▼M1

    (3a) 

    “sottofunzjonalità tal-ATM” tfisser parti integrali minn funzjonalità tal-ATM li tikkonsisti f’funzjoni jew f’servizz operattivi, li tikkontribwixxi għall-ambitu ġenerali tal-funzjonalità;

    (3b) 

    “soluzzjoni SESAR” tfisser il-produzzjoni tal-fażi tal-iżvilupp SESAR, li tintroduċi teknoloġiji standardizzati u interoperabbli ġodda jew imtejba u proċeduri operattivi armonizzati li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM;

    ▼B

    (4) 

    “Il-mobilizzazzjoni tas-SESAR” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi relatati mal-industrijalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM identifikati fil-Pjan Regolatorju għall-ATM;

    ▼M1

    (4a) 

    “implimentazzjoni sinkronizzata” tfisser implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM b’mod sinkronizzat fuq żona ġeografika definita, li tinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri fl-EATMN, jew bejn il-partijiet interessati operattivi tal-ajru u dawk fuq l-art, abbażi ta’ ppjanar komuni li jinkludi dati fil-mira għall-implimentazzjoni u l-miżuri tranżitorji rilevanti għall-mobilizzazzjoni progressiva u li jinvolvi diversi partijiet interessati operattivi;

    ▼B

    (5) 

    “l-industrijalizzazzjoni” tal-funzjonalitijiet tal-ATM tfisser l-attivitajiet u l-proċessi, wara l-validazzjoni tagħhom li jinkludu l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-produzzjoni mill-industrija tal-manifattura (manifatturi tat-tagħmir tal-art u tal-ajru);

    ▼M1

    (6) 

    “implimentazzjoni” tfisser, b’referenza għall-funzjonalitajiet tal-ATM, l-akkwist, l-installazzjoni, l-ittestjar, it-taħriġ u t-tħaddim tat-tagħmir u s-sistemi, inklużi l-proċeduri operazzjonali assoċjati, imwettqa mill-partijiet interessati operattivi;

    ▼M1

    (6a) 

    “data fil-mira għall-implimentazzjoni” tfisser data sa meta l-implimentazzjoni tal-funzjonalità jew tas-sottofunzjonalità tal-ATM għandha titlesta;

    (6b) 

    “data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni” tfisser data sa meta l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-funzjonalità jew is-sottofunzjonalità tal-ATM biex tkun tista’ tiġi implimentata;

    ▼B

    (7) 

    “bidla operattiva neċessarja” tfisser bidla operattiva fil-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) li tipprovdi titjib fil-prestazzjoni sinifikanti tan-netwerk lill-partijiet interessanti operattivi, kif imsemmi fil-Pjan Regolatorju għall-ATM;

    ▼M1

    (8) 

    “skema ta’ prestazzjoni” tfisser skema stabbilita mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317;

    (9) 

    “miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha” tfisser il-miri msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317;

    (10) 

    “partijiet interessati operattivi” tfisser il-Maniġer tan-Network u ċ-ċivil u l-militar: l-utenti tal-ispazju tal-ajru, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-operaturi tal-ajruporti;

    ▼M1

    (11) 

    “proġett SESAR” tfisser ċiklu ta’ innovazzjoni li jipprovdi lill-Unjoni b’sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bi prestazzjoni għolja, standardizzata u interoperabbli, li tinkludi l-fażijiet ta’ definizzjoni, żvilupp u mobilizzazzjoni tas-SESAR.

    ▼B

    Artikolu 3

    Il-Pjan Regolatorju għall-ATM

    1.  
    Il-Pjan Regolatorju għall-ATM huwa l-pjan ta’ azzjoni li jidderiġi l-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea tal-ATM u li jorbot ir-riċerka u l-iżvilupp tas-SESAR mal-mobilizzazzjoni. Dan għandu jkun strument ewlieni tas-SES għall-ħidma mingħajr xkiel tal-EATMN u l-mobilizzazzjoni f’waqtha, ikkoordinata u sinkronizzata tas-SESAR.
    2.  
    L-aġġornamenti tal-Pjan Regolatorju għall-ATM għandhom jikkontribwixxu biex jinkisbu l-miri tal-prestazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha u jżommu l-konsistenza bejn dawn il-miri, l-mobilizzazzjoni tas-SESAR u l-attivitajiet tas-SESAR dwar ir-riċerka, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-validazzjoni. Għal dan il-għan, l-aġġornamenti tal-Pjan Regolatorju għall-ATM għandhom iqisu l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u l-Pjan Operattiv tan-Netwerk.



    KAPITOLU II

    PROĠETTI KOMUNI

    ▼M1

    Artikolu 4

    Għan u kontenut

    1.  
    Il-proġetti komuni għandhom jidentifikaw il-funzjonalitajiet tal-ATM u s-sottofunzjonalitajiet tagħhom. Dawk il-funzjonalitajiet u s-sottofunzjonalitajiet għandhom ikunu bbażati fuq soluzzjonijiet tas-SESAR li jindirizzaw il-bidliet operattivi essenzjali definiti fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, għandhom ikunu lesti għall-implimentazzjoni u għandhom jeħtieġu implimentazzjoni sinkronizzata.

    It-tħejjija għall-implimentazzjoni għandha tiġi vvalutata, fost affarijiet oħra, abbażi tar-riżultati tal-validazzjoni mwettqa matul il-fażi tal-iżvilupp, l-istatus tal-industrijalizzazzjoni u valutazzjoni tal-interoperabbiltà, kif ukoll fir-rigward tal-Pjan Globali tan-Navigazzjoni bl-Ajru tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) u tal-materjal rilevanti tal-ICAO.

    2.  

    Il-proġetti komuni għandhom jistabbilixxu għal kull funzjonalità u sottofunzjonalità tal-ATM il-karatteristiċi li ġejjin:

    (a) 

    il-bidliet operattivi essenzjali li jikkontribwixxu għalihom;

    (b) 

    il-kamp ta’ applikazzjoni operattiv u tekniku;

    (c) 

    l-ambitu ġeografiku;

    (d) 

    il-partijiet interessati tal-operazzjoni li huma meħtieġa jimplimentawhom;

    (e) 

    ir-rekwiżiti tas-sinkronizzazzjoni;

    (f) 

    id-dati fil-mira għall-implimentazzjoni;

    (g) 

    l-interdipendenzi ma’ funzjonalitajiet jew ma’ sottofunzjonalitajiet oħra.

    3.  
    B’deroga mill-paragrafu 1, il-proġetti komuni jistgħu jinkludu wkoll funzjonalitajiet jew sottofunzjonalitajiet tal-ATM li mhumiex lesti għall-implimentazzjoni iżda li jikkostitwixxu komponent essenzjali tal-proġett komuni kkonċernat u sakemm l-industrijalizzazzjoni tagħhom titqies bħala finalizzata fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-proġett komuni kkonċernat. Għal dak il-għan, data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni għal dawk il-funzjonalitajiet jew sottofunzjonalitajiet tal-ATM għandha wkoll tiġi definita fil-proġett komuni.
    4.  
    Fl-iskadenza tad-data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, għandha tivverifika li l-funzjonalitajiet jew is-sottofunzjonalitajiet tal-ATM imsemmija fil-paragrafu 3 ġew standardizzati u li huma lesti għall-implimentazzjoni. Meta jinstab li ma jkunux lesti għall-implimentazzjoni, dawn għandhom jiġu rtirati mir-regolament tal-proġett komuni.
    5.  
    Il-maniġer tal-mobilizzazzjoni, l-Impriża Konġunta SESAR, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, l-Eurocae u l-industrija tal-manifattura rilevanti għandhom jikkooperaw taħt il-koordinazzjoni tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex jiżguraw li d-data fil-mira għall-industrijalizzazzjoni tintlaħaq.
    6.  

    Il-proġetti komuni għandhom ukoll:

    (a) 

    ikunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha u jikkontribwixxu għalihom;

    (b) 

    juru l-interess ekonomiku pożittiv għall-EATMN, ibbażat fuq analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji, u jidentifika kwalunkwe impatt negattiv potenzjali lokali jew reġjonali għal kwalunkwe kategorija speċifika ta’ partijiet interessati operattivi;

    (c) 

    iqisu l-elementi tal-mobilizzazzjoni rilevanti speċifikati fil-Pjan Strateġiku għan-Network u fil-Pjan Operattiv tan-Network tal-Maniġer tan-Network;

    (d) 

    juru prestazzjoni ambjentali aħjar.

    ▼B

    Artikolu 5

    L-istabbiliment, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proposti għal proġetti komuni skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4.

    ▼M1

    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Maniġer tan-Network, mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, mill-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni fir-rwoli u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, u mill-impriża Konġunta SESAR, mill-Eurocontrol, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, mill-Eurocae u mill-maniġer tal-mobilizzazzjoni. Dawk il-korpi għandhom jinvolvu lill-partijiet interessati operattivi u lill-industrija tal-manifattura.

    ▼M1

    2a.  
    L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, fuq talba tal-Kummissjoni, għandha tipprovdi opinjoni dwar it-tħejjija teknika għall-mobilizzazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-ATM, u tas-sottofunzjonalitajiet tagħhom, proposti għal proġett komuni.

    ▼M1

    3.  
    Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati skont l-Artikoli 6 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 inkluż permezz tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, fil-kompetenza tagħha biex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-fehmiet militari, u lill-grupp konsultattiv ta’ esperti dwar id-dimensjoni soċjali tal-ajru uniku Ewropew dwar il-proposti tagħha għal proġetti komuni.

    Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-proposti għal proġetti komuni jiġu approvati mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u mill-partijiet interessati operattivi fuq l-art li huma meħtieġa jimplimentaw proġett komuni speċifiku.

    ▼M1 —————

    ▼B

    5.  
    Il-Kummissjoni għandha tadotta proġetti komuni u kwalunkwe emenda għalihom skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15a(3) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.
    6.  
    Il-proġetti komuni għandhom jiġu implimentati permezz ta’ proġetti ta’ implimentazzjoni u skont il-programm ta’ mobilizzazzjoni definit fil-Kapitolu III, Taqsima 2.

    ▼M1

    7.  
    L-Istati Membri u l-Maniġer tan-Network għandhom jinkludu l-investimenti relatati mal-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni u fil-pjan ta’ prestazzjoni tan-Network.

    ▼B

    Artikolu 6

    Il-Monitoraġġ

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni u l-impatt tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-EATMN permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ rappurtaġġ. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skont is-sħubija ta’ qafas imsemmija fl-Artikolu 9(5).
    2.  
    Fil-monitoraġġ tal-effettività ta’ proġetti komuni fir-rigward tal-prestazzjoni tal-EATMN, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-aħjar użu tal-istrumenti eżistenti ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ u għandha tiġi megħjuna, b’mod partikolari, mill-Maniġer tan-Netwerk u mill-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni skont ir-Regolamenti (UE) Nru 677/2011 u (UE) Nru 691/2010 u mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fir-rigward tal-aspetti tas-sikurezza.
    3.  
    Il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku għandu jiġi infurmat dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni.



    KAPITOLU III

    GOVERNANZA U INĊENTIVI TAL-MOBILIZZAZZJONI



    TAQSIMA 1

    Il-governanza tal-Mobilizzazzjoni

    Artikolu 7

    Il-prinċipji ġenerali

    1.  
    Il-governanza tal-mobilizzazzjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni f’waqtha, ikkoordinata u sinkronizzata ta’ proġetti komuni filwaqt li mobilizzazzjonitikkollabora mal-industrijalizzazzjoni u tiffaċilitaha.
    2.  
    Il-governanza tal-mobilizzazzjoni i għandha tkun magħmula minn tliet livelli: livell ta’ politika; livell ta’ ġestjoni; u livell ta’ implimentazzjoni.

    Artikolu 8

    Livell ta’ Politika

    1.  
    Il-livell ta’ politika għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza tal-mobilizzazzjoni tas-SESAR, u għandu jiżgura li jkun konformi mal-qafas regolatorju tal-Ajru Uniku Ewropew u jissalvagwardja l-interess pubbliku.
    2.  

    Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal-livell ta’ politika, b’mod partikolari:

    (a) 

    għall-istabbiliment u l-adozzjoni ta’ proġetti komuni skont l-Artikolu 5;

    (b) 

    għall-għażla tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni, għall-approvazzjoni tal-programm tal-mobilizzazzjoni u l-għażla tal-proġetti ta’ implimentazzjoni;

    (c) 

    għall-immaniġġjar tal-fondi tal-Unjoni li jappoġġjaw il-maniġment tal-mobilizzazzjoni u l-proġetti ta’ implimentazzjoni;

    (d) 

    għall-identifikazzjoni ta’ inċentivi għall-mobilizzazzjoni tas-SESAR u l-infurzar tal-qafas tal-ftehim ta’ sħubija konkluż mal-maniġment tal-mobilizzazzjoni skont l-Artikolu 9(5) u kwalunkwe ftehim rilevanti għall-proġetti ta’ implimentazzjoni;

    (e) 

    għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-persuni interessati fiċ-ċivili u fil-militar;

    (f) 

    għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi;

    ▼M1

    (g) 

    jistabbilixxi koordinazzjoni mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-industrijalizzazzjoni u tiġi promossa l-interoperabbiltà tal-funzjonalitajiet u s-sottofunzjonalitajiet tal-ATM;

    ▼B

    (h) 

    għall-monitoraġġ tal-mobilizzazzjoni ta’ proġetti komuni u tal-kontribut tagħhom għall-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha.;

    (i) 

    għall-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet lill-partijiet interessati operattivi u lill-Istati Membri.

    3.  
    Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, il-Korp Konsultattiv tal-Industrija, il-grupp konsultattiv tal-esperti fuq id-dimensjoni soċjali tal-Ajru Uniku Ewropew, l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sorveljanza u l-Korp tar-Rieżami tal-Prestazzjoni, fir-rwoli u bil-kompetenzi rispettivi tagħhom kif definit fil-qafas regolatorju tal-Ajru Uniku Ewropew. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku fuq kull kwistjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
    4.  

    Il-Kummissjoni għandha tinvolvi wkoll, fir-rwoli u bil-kompetenzi rispettivi tagħhom:

    (a) 

    lill-Eurocontrol, permezz ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn il-Eurocontrol u l-Unjoni, sabiex tieħu vantaġġ sħiħ tal-għarfien espert tagħha u l-kompetenzi ċivili-militari u pan-Ewropej tagħha;

    (b) 

    lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, biex tiffaċilita l-kordinazzjoni ta’ fehmiet militari minn Stati Membri u b’appoġġ lejhom u l-organizzazzjonijiet militari internazzjonali rilevanti dwar il-mobilizzazzjonitas-SESAR u tinforma l-mekkaniżmi tal-ippjanar militari bir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-mobilizzazzjonitas-SESAR;

    ▼M1

    (c) 

    l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, biex tiżgura li r-rekwiżiti u l-istandards tas-sikurezza, tal-interoperabbiltà u dawk ambjentali tal-proġetti komuni jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, u mal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 6 tiegħu;

    ▼B

    (d) 

    lill-Impriża Konġunta tas-SESAR, biex tiżgura li jkun hemm rabta kontinwa bejn l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp, innovazzjoni u validazzjoni tas-SESAR u l-mobilizzazzjoni tas-SESAR u biex tiżgura li l-proġetti komuni u l-programm ta’ mobilizzazzjon jkunu konformi mal-Pjan Regolatorju tal-ATM;

    ▼M1

    (e) 

    l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u l-Eurocae, biex jiffaċilitaw u jimmonitorjaw il-proċessi tal-istandardizzazzjoni industrijali u l-użu tal-istandards li jirriżultaw.

    ▼B

    Artikolu 9

    Livell ta’ ġestjoni

    1.  
    Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jkun responsabbli għal-livell ta’ ġestjoni.
    2.  

    B’mod partikolari, ir-responsabbiltà tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandha tkun li:

    (a) 

    jiżviluppa, jipproponi, iżomm u jimplimenta l-programm tal-mobilizzazzjoni, skont it-Taqsima 2;

    (b) 

    jassoċja lill-partijiet interessati operattivi li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni;

    (c) 

    jistabbilixxi l-mekkaniżmi u l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jiżguraw sinkronizzazzjoni effiċjenti u koordinazzjoni globali tal-proġetti ta’ implimentazzjoni u l-investiment relatat skont il-programm tal-mobilizzazzjoni;

    (d) 

    jiżgura ġestjoni effettiva tar-riskji u l-kunflitt ta’ interess;

    (e) 

    jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni u mal-istabbiliment ta’ proġetti komuni ġodda;

    (f) 

    jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u jiżgura u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom mil-livell ta’ implimentazzjoni;

    (g) 

    jidentifika l-mekkaniżmi ta’ finanzjament l-aktar adegwati li jlaqqgħu flimkien finanzjament pubbliku u dak privat;

    (h) 

    jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm tal-mobilizzazzjoni;

    (i) 

    jirrapporta lill-Kummissjoni;

    ▼M1

    (j) 

    l-iżgurar ta’ koordinazzjoni xierqa mal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali;

    ▼M1

    (k) 

    l-iżgurar ta’ koordinazzjoni xierqa mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

    ▼B

    3.  
    Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jkun magħmul minn gruppi ta’ partijiet interessati operattivi jew partijiet interessati operattivi individwali, inklużi dawk minn pajjiżi terzi, skont il-kondizzjonijiet definiti fil-programmi ta’ finanzjament mill-Unjoni rilevanti. Il-partijiet interessati operattivi jistgħu jipparteċipaw fil-maniġment tal-mobilizzazzjonipermezz ta’ strutturi ta’ FAB.
    4.  

    Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu juri, fost l-oħrajn, il-kapaċità tiegħu li:

    (a) 

    jirrappreżenta lill-partijiet interessati operattivi li huma meħtieġa li jimplimentaw proġetti komuni;

    (b) 

    jimmaniġġja programmi ta’ implimentazzjoni multinazzjonali;

    (c) 

    jifhem il-mekkaniżmi ta’ finanzjament u l-ġestjoni tal-programm finanzjarju; kif ukoll

    (d) 

    juża strutturi eżistenti li jinvolvu l-partijiet interessati operattivi kollha.

    5.  
    L-għażla tal-membri tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni mill-Kummissjoni għandha ssir permezz tal-għoti ta’ sħubija ta’ qafas wara sejħa għal proposti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ( 4 ) (Regoli ta’ Applikazzjoni). Is-sejħa għal proposti għandha tiddefinixxi l-objettivi, ir-rekwiżiti u l-kriterji għall-għażla tal-membri tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni skont ir-Regoli ta’ Applikazzjoni. Il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku għandu jiġi infurmat dwar il-proċess tal-għażla tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni.
    6.  
    Il-membri tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandhom iwettqu minn tal-inqas proġett ta’ implimentazzjoni wieħed jew parti minnu.
    7.  

    Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jagħmer arranġamenti kooperattivi adegwati mal-Maniġer tan-Netwerk, l-Impriża Konġunta tas-SESAR u l-militar. L-arranġamenti kooperattivi adegwati għandhom jitressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Il-kooperazzjoni għandha tkun kif ġej:

    (a) 

    il-maniġment tal-mobilizzazzjoni u l-Maniġer tan-Netwerk għandhom jikkooperaw flimkien biex jiżguraw li l-kompiti tagħhom isiri mingħajr ebda forma ta’ duplikazzjoni jew kompetizzjoni, b’mod partikolari għall-aspetti tal-mobilizzazzjoni li għandhom impatt fuq l-infrastruttura tan-netwerk, l-organizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-prestazzjoni tiegħu kif ukoll il-koerenza mal-Pjan Strateġiku tan-Netwerk u l-Pjan Operattiv tan-Netwerk; il-Maniġer tan-Netwerk għandu jappoġġa wkoll, fil-mandat tiegħu, lill-membri tal-maniġment tal-mobilizzazzjoni skont l-Artikoli 4(1)(i) u 4(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 677/2011;

    (b) 

    il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jikkoopera mal-Impriża Konġunta tas-SESAR biex jiżgura r-rabtiet meħtieġa bejn l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp, innovazzjoni u validazzjoni tas-SESAR u l-mobilizzazzjoni tas-SESAR u għandu jikkonsulta mal-Impriża Konġunta tas-SESAR dwar il-prijoritajiet u l-progress li jkun sar matul il-fażi tal-iżvilupp fuq kwistjonijiet relatati mal-industrijalizzazzjoni u biex jiżgura konsistenza mal-Pjan Regolatorju tal-ATM;

    (c) 

    il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jikkoordina mal-militar biex jevita kull impatt negattiv fuq il-kapaċitajiet tad-difiża kemm dawk nazzjonali kif ukoll dawk kollettivi.

    8.  
    Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jqis l-opinjoni tal-entitajiet imsemminja fil-Paragrafu 7 fid-deċiżjonijiet tiegħu li jista’ jkollhom impatt fuq l-attivitajiet ta’ dawn l-entitajiet.
    9.  
    F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-maniġment tal-mobilizzazzjoni u l-entitajiet imsemmija fil-Paragrafu 7, il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni għal deċiżjoni. Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
    10.  
    Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jfittex l-għajnuna tal-industrija tal-manifattura permezz ta’ arranġamenti kooperattivi, li għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, biex jirċievi, fost l-oħrajn, informazzjoni fuq l-industrijalizzazzjoni tal-prodotti.
    11.  
    Skont id-disponibbiltà tal-fondi u skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Programm ta’ finanzjament mill-Unjoni rilevanti, il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-maniġment tal-mobilizzazzjoni fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu msemmija fil-Paragrafu 2 biss.

    Artikolu 10

    Livell ta’ implimentazzjoni

    1.  
    Il-livell ta’ implimentazzjoni jikkonsisti fil-proġetti tal-implimentazzjoni magħżula mill-Kummissjoni biex jiġu implimentati proġetti komuni skont il-programm tal-mobilizzazzjoni.
    2.  
    Il-proġetti tal-implimentazzjoni għandhom jiġu magħżula mill-Kummissjoni permezz ta’ sejħiet għal proposti biex jiġi implimentat il-programm tal-mobilizzazzjoni u skont ir-regoli u l-proċeduri tal-programmi ta’ finanzjament mill-Unjoni rilevanti.
    3.  
    Il-proposti għall-proġetti tal-implimentazzjoni għandhom iqusu l-maturità tal-proċessi tal-industrijalizzazzjoni għal dawn il-proċessi, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-manifattura, b’mod partikolari l-impatt tal-proġetti tal-implimentazzjoni fuq is-sistemi tal-ATM tal-passat, il-fattibbiltà teknika, l-istimi tal-kostijiet u l-pjanijiet ta’ azzjoni għal soluzzjonijiet tekniċi.
    4.  
    Il-proġetti tal-implimentazzjoni u t-twettiq tagħhom għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet miftiehma mal-Kummissjoni.



    TAQSIMA 2

    Il-Programm tal-mobilizzazzjoni

    ▼M1

    Artikolu 11

    Għan u kontenut

    1.  
    Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jipprovdi pjan ta’ ħidma komprensiv u strutturat tal-attivitajiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji, proċeduri u l-aħjar prattiki meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ proġetti komuni. Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jispeċifika l-abilitaturi teknoloġiċi għall-implimentazzjoni tal-proġetti komuni.
    2.  
    Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jiddefinixxi kif l-implimentazzjoni tal-proġetti komuni għandha tkun sinkronizzata fi ħdan l-EATMN, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti u l-limitazzjonijiet operattivi lokali.
    3.  
    Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jikkostitwixxi r-referenzi għall-partijiet interessati operattivi kollha meħtieġa biex jimplimentaw proġetti komuni u għal-livelli ta’ ġestjoni u ta’ implimentazzjoni. Il-partijiet interessati operattivi għandhom jipprovdu lill-maniġer tal-mobilizzazzjoni bl-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-programm tal-mobilizzazzjoni. Il-programm tal-mobilizzazzjoni għandu jkun parti mill-ftehim qafas ta’ sħubija u, bħala tali, il-benefiċjarji kollha għandhom jimpenjaw ruħhom li jimplimentawh.

    ▼B

    Artikolu 12

    L-istabbiliment u l-implimentazzjoni

    1.  
    Il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jressaq għall-approvazzjoni quddiem il-Kummissjoni l-proposta għall-programm tal-mobilizzazzjoni u kull proposta għall-emendi.
    2.  
    Fit-tħejjija tal-proposta għall-programm tal-mobilizzazzjoni jew il-proposti biex jiġi emendat, il-maniġment tal-mobilizzazzjoni għandu jikkoordina mal-Maniġer tan-Netwerk, l-Impriża Konġunta tas-SESAR u l-militar skont l-Artikolu 9(7).
    3.  
    Mal-adozzjoni ta’ kull proġett komuni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-maniġment tal-mobilizzazzjoni biex jadatta l-programm tal-mobilizzazzjoni.



    TAQSIMA 3

    L-inċentivi

    Artikolu 13

    Il-Finanzjament mill-Unjoni

    1.  
    Il-finanzjament mill-Unjoni għall-appoġġ tal-mobilizzazzjoni tas-SESAR għandu jiffoka fuq il-proġetti tal-implimentazzjoni fl-Artikolu 10, magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni skont ir-regoli u l-proċeduri tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni rilevanti.
    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġament kuntrattwali li jkopru l-proġetti tal-implimentazzjoni magħżula biex jirċievu l-finanzjament mill-Unjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jiddefinixxu l-penali għal nuqqas ta’ twettiq tal-programm tal-mobilizzazzjoni u n-nuqqas ta’ twettiq tal-proġetti tal-implimentazzjoni.

    Artikolu 14

    Inċentivi Oħrajn

    1.  
    L-inċentivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1794/2006 u r-Regolament (UE) Nru 691/2010 għall-mobilizzazzjoni tas-SESAR jistgħu jiġu identifikati meta jiġu stabbiliti proġetti komuni.
    2.  
    Il-finanzjament mill-Unjoni mogħti skont l-Artikolu 13 għandu jiġi kkunsidrat bħala “dħul ieħor” skont l-Artikolu 2(k) tar-Regolament (KE) Nru 1794/2006.



    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 15

    Rieżami

    Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-proġetti komuni sat-tmiem it-tieni perjodu ta’ referenza stabbilit mill-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 691/2010.

    Artikolu 16

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



    ( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1).

    ( 2 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-ajru uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1).

    ( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

    ( 4 ) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

    Top