This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02012D0761-20130727
Commission Implementing Decision of 30 November 2012 approving annual and multiannual programmes and the financial contribution from the Union for the eradication, control and monitoring of certain animal diseases and zoonoses presented by the Member States for 2013 (notified under document C(2012) 8682) (2012/761/EU)
Consolidated text: Deċiżjoni ta ' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2012 li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8682) (2012/761/UE)
Deċiżjoni ta ' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2012 li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8682) (2012/761/UE)
2012D0761 — MT — 27.07.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2012 li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8682) (ĠU L 336, 8.12.2012, p.83) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ Lulju 2013 |
L 202 |
30 |
27.7.2013 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2012
li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8682)
(2012/761/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu ( 1 ),
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi. |
|
(2) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistipula li għandha tkun introdotta miżura finanzjarja mill-Unjoni biex tirrimborża n-nefqa li ssir mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u żoonożi elenkati fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ( 3 ) tipprevedi li sabiex ikunu approvati skont il-miżuri finanzjarji tal-Unjoni, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandhom għall-anqas jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 4 ), jipprevedi programmi ta’ monitoraġġ annwali mill-Istati Membri għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur ( 5 ) tipprevedi wkoll programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li għandhom jitwettqu fir-rigward tat-tjur u l-għasafar selvaġġi sabiex jikkontribwixxu, inter alia, abbażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju aġġornati regolament, għall-għarfien dwar it-theddid mill-għasafar selvaġġi fir-rigward ta’ kwalunkwe vajrus tal-influwenza ta’ oriġini avjarja fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali, u l-finanzjament tagħhom, għall-monitoraġġ iridu jiġu approvati wkoll. |
|
(6) |
Ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni programmi annwali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali, programmi għal kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ żoonożi, u programmi ta’ monitoraġġ annwali għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom huma jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni. |
|
(7) |
Għas-snin 2011 u 2012, ċerti programmi pluriennali ppreżentati mill-Istati Membri għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali ġew approvati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/712/UE ( 6 ) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/807/UE ( 7 ). |
|
(8) |
Ċerti Stati Membri li implimentaw b'suċċess programmi ta’ qerda tal-idrofobija li jkunu ġew kofinanzjati għal bosta snin, għandhom fruntieri komuni ma’ pajjiżi terzi fejn dik il-marda hija preżenti. Sabiex finalment tinqered l-idrofobija, ċerti attivitajiet ta’ tilqim iridu jitwettqu fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi terzi li jmissu mal-Unjoni. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha infettati bl-idrofobija jkomplu mingħajr interruzzjoni l-attivitajiet ta’ tilqim orali previsti fil-programmi tagħhom, jinħtieġ li tingħata l-possibbiltà li jitħallsu ħlasijiet bil-quddiem li jammontaw sa 60 % tal-ammont massimu ffissat għal kull programm, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali ppreżentati mill-Istati Membri, kif ukoll it-tielet u t-tieni sena rispettivament tal-programmi pluriennali approvati fl-2011 u fl-2012, kemm mill-perspettiva veterinarja kif ukoll minn dik finanzjarja. Dawn il-programmi jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE. |
|
(11) |
Il-Greċja u l-Italja, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika speċifika u l-problemi tekniċi li ltaqgħu magħhom biex jimplimentaw kif xieraq, rispettivament, il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina u l-programm għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, infurmaw lill-Kummissjoni li, fis-sitwazzjoni finanzjarja attwali, jinħtieġ appoġġ addizzjonali għall-persunal kuntrattwali sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta ta’ dawk il-programmi veterinarji kofinanzjati tal-UE. |
|
(12) |
Il-miżuri eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni huma definiti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni attwali tal-Kummissjoni. Madankollu, f'każijiet fejn tqies xieraq, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri bil-miktub dwar il-limitazzjonijiet għall-eliġibilità ta’ ċerti miżuri f'termini tan-numri massimi ta’ attivitajiet imwettqa jew f'termini ta’ żoni ġeografiċi koperti mill-programmi. |
|
(13) |
Fid-dawl tal-importanza tal-programmi annwali u pluriennali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam ta’ saħħet l-annimali u s-saħħa pubblika, kif ukoll tal-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) u tal-influwenza avjarja, huwa xieraq li tkun stabbilita r-rata xierqa tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għar-rimborż tal-ispejjeż li se jitħallsu mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm. |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi ppreċedut minn Deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati s-setgħat mill-istituzzjoni. |
|
(15) |
Il-verifika tal-ġustifikazzjonijiet individwali tal-ispejjeż eleġibbli toħloq piżijiet amministrattivi estensivi filwaqt li ma żżidx b'mod apprezzabbli l-użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni jew it-trasparenza. Għaldaqstant, huwa aktar xieraq li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tiġi ffissata għal kull programm, fejn xieraq, f'livell li jiżgura li l-ispejjeż involuti skont it-tip ta’ miżura, jekk implimentati, ikunu koperti b'mod adegwat. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li tappoġġa b'mod partikolari l-attivitajiet definiti bħat-teħid ta’ kampjuni, l-ittestjar, u t-tilqim, għandha tkun speċifikata kif xieraq bħala somma f'daqqa maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha normalment involuti biex titwettaq l-attività jew biex jiġi prodott ir-riżultat tat-test rispettiv. |
|
(16) |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni ( 8 ), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(17) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata b'kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b'mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. |
|
(18) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jkun espress f'euro. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ konverżjoni għall-infiq f'munita għajr l-euro għandha tkun l-aktar rata ta’ konverżjoni reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tkun ippreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. |
|
(19) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
PROGRAMMI ANNWALI
Artikolu 1
Bruċellożi bovina
1. Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Kroazja huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:
(i) EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun;
(ii) EUR 0,2 għal kull test rose bengal;
(iii) EUR 0,2 għal kull test SAT;
(iv) EUR 0,4 għal kull test ta’ fissazzjoni komplementari;
(v) EUR 0,5 għal kull test ELISA;
(vi) EUR 10 għal kull test batterjoloġiku;
(vii) EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam.
(b) għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għall-ispiża tal-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula, suġġett għal dawk il-programmi u bħala medja ma għandhiex taqbeż EUR 375 għal kull annimal maqtul.
(c) u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:
(i) EUR 4 000 000 għal Spanja;
(ii) EUR 100 000 għall-Kroazja;
(iii) EUR 1 200 000 għall-Italja;
(iv) EUR 1 000 000 għall-Portugall;
(v) EUR 1 100 000 għar-Renju Unit.
Artikolu 2
Tuberkulożi bovina
1. Il-programmi għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-programm għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentat mill-Kroazja, huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:
(i) EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun;
(ii) EUR 1,5 għal kull test tat-tuberkulina;
(iii) EUR 5 għal kull test tal-gamma-interferon;
(iv) EUR 10 għal kull test batterjoloġiku.
(b) għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għall-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula suġġett għal dawk il-programmi u bħala medja ma għandhiex taqbeż EUR 375 għal kull annimal maqtul.
(c) u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:
(i) EUR 19 000 000 għall-Irlanda;
(ii) EUR 14 000 000 għal Spanja;
(iii) EUR 400 000 għall-Kroazja;
(iv) EUR 3 300 000 għall-Italja;
(v) EUR 2 600 000 għall-Portugall;
(vi) EUR 31 800 000 għar-Renju Unit.
Artikolu 3
Bruċellożi ovina u kaprina
1. Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina ppreżentati mill-Greċja, l-Italja, Spanja, Ċipru u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni, għajr il-Greċja:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:
(i) EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun;
(ii) EUR 0,2 għal kull test rose bengal;
(iii) EUR 0,4 għal kull test ta’ fissazzjoni komplementari;
(iv) EUR 10 għal kull test batterjoloġiku;
(v) EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam.
(b) għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tal-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula suġġett għal dawk il-programmi u bħala medja ma għandhiex taqbeż EUR 50 għal kull annimal maqtul, kif ukoll
(c) ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:
(i) EUR 7 500 000 għal Spanja;
(ii) EUR 3 500 000 għall-Italja;
(iii) EUR 180 000 għal Ċipru;
(iv) EUR 2 000 000 għall-Portugall.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-Greċja:
(a) għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż involuti:
(i) ix-xiri tal-vaċċini;
(ii) għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;
(iii) is-salarji tal-persunal kuntrattwali reklutat speċjalment għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ dak il-programm, għajr it-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;
(iv) il-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula suġġett għal dak il-programm, kif ukoll
(b) ma għandhiex taqbeż EUR 4 000 000.
4. L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lil Ċipru għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:
(i) EUR 0,2 għal kull test rose bengal;
(ii) EUR 0,4 għal kull test ta’ fissazzjoni komplementari;
(iii) EUR 10 għal kull test batterjoloġiku;
(iv) EUR 1 għal kull doża għax-xiri tal-vaċċini;
(v) EUR 50 għal kull annimal li jinqatel.
Artikolu 4
Bluetongue f'żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir
1. Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:
(i) EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun;
(ii) EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam;
(iii) EUR 2 għal kull test ELISA;
(iv) EUR 10 għal kull test PCR;
(v) EUR 10 għal kull test viroloġiku.
(b) ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:
(i) EUR 25 000 għall-Belġju;
(ii) EUR 11 000 għall-Bulgarija;
(iii) EUR 10 000 għar-Repubblika Ċeka;
(iv) EUR 100 000 għall-Ġermanja;
(v) EUR 10 000 għall-Irlanda;
(vi) EUR 100 000 għall-Greċja;
(vii) EUR 500 000 għal Spanja;
(viii) EUR 650 000 għall-Italja;
(ix) EUR 10 000 għal-Latvja;
(x) EUR 10 000 għal-Litwanja;
(xi) EUR 10 000 għal-Lussemburgu;
(xii) EUR 10 000 għall-Ungerija;
(xiii) EUR 10 000 għal Malta;
(xiv) EUR 10 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;
(xv) EUR 10 000 għall-Awstrija;
(xvi) EUR 50 000 għall-Polonja;
(xvii) EUR 300 000 għall-Portugall;
(xviii) EUR 140 000 għar-Rumanija;
(xix) EUR 25 000 għas-Slovenja;
(xx) EUR 40 000 għas-Slovakkja;
(xxi) EUR 10 000 għall-Finlandja.
Artikolu 5
Salmonellożi (salmonella żoonotika) f'qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u tal-brojlers tat-tip Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo)
1. Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f'qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u tal-brojlers tat-tip Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f'qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u tal-brojlers tat-tip Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Kroazja, huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:
(i) EUR 0,5 għal kull kampjun uffiċjali meħud;
(ii) EUR 7 għal kull test għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni/iżolament);
(iii) EUR 15 għal kull test ta’ serotipizzazzjoni tal-iżolati rilevanti tas-salmonella spp.;
(iv) EUR 5 għal kull test għal test batterjoloġiku biex tiġi vverifikata l-effiċjenza ta’ diżinfezzjoni tal-gallinari tat-tiġieġ wara d-depopulazzjoni ta’ qatgħa li tittestja pożittiv għas-salmonella;
(v) EUR 3 għal kull test għal test għad-detezzjoni tal-antimikrobi jew fuq l-effett ta’ inibitorju tal-formazzjoni ta’ batterji fit-tessuti mit-tjur minn qatgħat ittestjati għas-Salmonella;
(vi) EUR 0,02 għax-xiri ta'dożi ta’ vaċċini.
(b) għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru għall-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur ta’ dawn li ġejjin:
— it-tjur tat-tgħammir u tal-bajd tat-tip Gallus gallus maqtula,
— id-dundjani għat-tgħammir tat-tip Meleagris gallopavo maqtula,
— il-bajd meqrud kif imsemmi fil-paragrafu (d);
(c) u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:
(i) EUR 1 000 000 għall-Belġju;
(ii) EUR 25 000 għall-Bulgarija;
(iii) EUR 1 400 000 għar-Repubblika Ċeka;
(iv) EUR 150 000 għad-Danimarka;
(v) EUR 900 000 għall-Ġermanja;
(vi) EUR 25 000 għall-Estonja;
(vii) EUR 480 000 għall-Irlanda;
(viii) EUR 500 000 għall-Greċja;
(ix) EUR 1 200 000 għal Spanja;
(x) EUR 1 250 000 għal Franza;
(xi) EUR 200 000 għall-Kroazja;
(xii) EUR 1 000 000 għall-Italja;
(xiii) EUR 60 000 għal Ċipru;
(xiv) EUR 290 000 għal-Latvja;
(xv) EUR 25 000 għal-Lussemburgu;
(xvi) EUR 950 000 għall-Ungerija;
(xvii) EUR 50 000 għal Malta;
(xviii) EUR 2 400 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;
(xix) EUR 700 000 għall-Awstrija;
(xx) EUR 2 700 000 għall-Polonja;
(xxi) EUR 25 000 għall-Portugall;
(xxii) EUR 620 000 għar-Rumanija;
(xxiii) EUR 60 000 għas-Slovenja;
(xxiv) EUR 450 000 għas-Slovakkja;
(xxv) EUR 60 000 għar-Renju Unit.
(d) L-ispiża massima li trid tiġi rimborżata lill-Istati Membri għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhiex taqbeż:
|
tajra għat-tgħammir tat-tip Gallus gallus maqtula |
: |
EUR 4 għal kull tajra; |
|
tajra tal-bajd kummerċjali tat-tip Gallus gallus maqtula |
: |
EUR 2,20 għal kull tajra; |
|
dundjan għat-tgħammir tat-tip Meleagris gallopavo maqtul |
: |
EUR 12 għal kull tajra; |
|
bajd għat-tifqis tat-tip Gallus gallus għat-tgħammir |
: |
EUR 0,20 għal kull bajda tat-tifqis meqruda; |
|
bajd għall-ikel tat-tip Gallus Gallus |
: |
EUR 0,04 għal kull bajda għall-ikel meqruda; |
|
bajd għat-tifqis ta’ Meleagris gallopavo għat-tgħammir |
: |
EUR 0,40 għal kull bajda tat-tifqis meqruda. |
Artikolu 6
Deni klassiku tal-ħnieżer
1. Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-programm għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentat mill-Kroazja, huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:
(i) EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun;
(ii) EUR 5 għal kull ċingjal selvaġġ inkluż fil-kampjun;
(iii) EUR 1 għal kull lixka/tilqima;
(iv) EUR 2 għal kull test ELISA;
(v) EUR 10 għal kull test PCR;
(vi) EUR 10 għal kull test viroloġiku.
(b) ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:
(i) EUR 200 000 għall-Bulgarija;
(ii) EUR 810 000 għall-Ġermanja;
(iii) EUR 100 000 għall-Kroazja;
(iv) EUR 50 000 għall-Ungerija;
(v) EUR 1 000 000 għar-Rumanija;
(vi) EUR 25 000 għas-Slovenja;
(vii) EUR 400 000 għas-Slovakkja.
Artikolu 7
Deni Afrikan tal-ħnieżer
1. Il-programm għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer ippreżentat mill-Italja huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-Italja:
(i) għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;
(ii) għas-salarji tal-persunal kuntrattwali reklutat speċjalment għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ dak il-programm, għajr it-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;
(b) ma għandhiex taqbeż EUR 1 400 000.
3. L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Italja bħala medja ma għandhomx jaqbżu:
(i) EUR 2 għal kull test ELISA;
(ii) EUR 10 għal kull test PCR;
(iii) EUR 10 għal kull test viroloġiku.
Artikolu 8
Marda vesikulari tal-ħnieżer
1. Il-programm għall-eradikazzjoni tal-marda vesikulari tal-ħnieżer ippreżentat mill-Italja hu hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:
(i) EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun;
(ii) EUR 2 għal kull test ELISA;
(iii) EUR 4 għal kull test ta’ seronewtralizzazzjoni;
(iv) EUR 10 għal kull test PCR;
(v) EUR 10 għal kull test viroloġiku.
(b) ma għandhiex taqbeż EUR 900 000.
Artikolu 9
Influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi
1. Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-programm ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja ppreżentat mill-Kroazja, huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:
(i) EUR 0,5 għal kull kampjun minn qatgħat tat-tjur;
(ii) EUR 5 għal kull għasfur selvaġġ inkluż fil-kampjun fil-qafas tas-sorveljanza passiva;
(iii) EUR 1 għal kull test ELISA;
(iv) EUR 1 għal kull test bil-ġell agar għal diffużjoni immuni;
(b) għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru għall-ispejjeż tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għajr dawk stipulati fil-punt (a); kif ukoll
(c) ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:
(i) EUR 30 000 għall-Belġju;
(ii) EUR 25 000 għall-Bulgarija;
(iii) EUR 25 000 għar-Repubblika Ċeka;
(iv) EUR 50 000 għad-Danimarka;
(v) EUR 50 000 għall-Ġermanja;
(vi) EUR 70 000 għall-Irlanda;
(vii) EUR 25 000 għall-Greċja;
(viii) EUR 90 000 għal Spanja;
(ix) EUR 120 000 għal Franza;
(x) EUR 40 000 għall-Kroazja;
(xi) EUR 1 000 000 għall-Italja;
(xii) EUR 25 000 għal Ċipru;
(xiii) EUR 25 000 għal-Latvja;
(xiv) EUR 25 000 għal-Litwanja;
(xv) EUR 25 000 għal-Lussemburgu;
(xvi) EUR 130 000 għall-Ungerija;
(xvii) EUR 25 000 għal Malta;
(xviii) EUR 170 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;
(xix) EUR 30 000 għall-Awstrija;
(xx) EUR 100 000 għall-Polonja;
(xxi) EUR 25 000 għall-Portugall;
(xxii) EUR 350 000 għar-Rumanija;
(xxiii) EUR 35 000 għas-Slovenja;
(xxiv) EUR 25 000 għas-Slovakkja;
(xxv) EUR 25 000 għall-Finlandja;
(xxvi) EUR 30 000 għall-Isvezja;
(xxvii) EUR 110 000 għar-Renju Unit.
3. L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi bħala medja ma għandhomx jaqbżu:
|
test HI għal H5/H7 |
: |
EUR 12 għal kull test; |
|
test għall-iżolament tal-vajrus |
: |
EUR 40 għal kull test; |
|
test PCR |
: |
EUR 20 għal kull test. |
Artikolu 10
Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u scrapie
1. Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiforma bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-programm għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentat mill-Kroazja, huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa ta':
(i) EUR 8,5 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq ta’ testijiet rapidi, sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 12, il-paragrafu 2 u l-Anness III, il-Kapitolu A, il-Parti I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew użati bħala testijiet konfermatorji b'konformità mal-Anness X, il-Kapitolu C tal-istess Regolament;
(ii) EUR 15 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq ta’ testijiet rapidi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 12, il-paragrafu 2, l-Anness III, il-Kapitolu A, il-Parti II, il-punti minn 1 sa 5 u l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(iii) EUR 4 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq ta’ testijiet ta’ ġenotipar;
(iv) EUR 120 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti għat-twettiq ta’ testijiet diskriminatorji molekulari primarji kif imsemmi fil-punt 3(2)(c)(i) tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif ukoll;
(v) EUR 25 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq ta’ testijiet konfermatorji, għajr testijiet rapidi, kif imsemmi fl-Anness X, il-Kapitolu C tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(b) għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża mħallsa minn kull Stat Membru għall-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom:
(i) maqtula u meqruda skont il-programmi tagħhom ta’ eradikazzjoni tal-BSE u tal-iscrapie;
(ii) maqtula b'mod obbligatorju skont l-Anness VII, il-Kapitolu A, il-punt 2.3(d) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(c) ma għandux jaqbeż li ġej:
(i) EUR 290 000 għall- Belġju;
(ii) EUR 270 000 għall-Bulgarija;
(iii) EUR 500 000 għar-Repubblika Ċeka;
(iv) EUR 300 000 għad- Danimarka;
(v) EUR 4 700 000 għall- Ġermanja;
(vi) EUR 60 000 għall- Estonja;
(vii) EUR 1 210 000 għall- Irlanda;
(viii) EUR 1 700 000 għall- Greċja;
(ix) EUR 3 290 000 għall- Spanja;
(x) EUR 12 600 000 għall- Franza;
(xi) EUR 4 800 000 għall-Italja;
(xii) EUR 230 000 għall- Kroazja;
(xiii) EUR 1 900 000 għal Ċipru;
(xiv) EUR 80 000 għal- Latvja;
(xv) EUR 420 000 għal- Litwanja;
(xvi) EUR 50 000 għal- Lussemburgu;
(xvii) EUR 790 000 għall-Ungerija;
(xviii) EUR 25 000 għal Malta;
(xix) EUR 2 200 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;
(xx) EUR 500 000 għall-Awstrija;
(xxi) EUR 2 600 000 għall-Polonja;
(xxii) EUR 1 100 000 għall-Portugall;
(xxiii) EUR 1 200 000 għar-Rumanija;
(xxiv) EUR 160 000 għas-Slovenja;
(xxv) EUR 250 000 għas-Slovakkja;
(xxvi) EUR 160 000 għall-Finlandja;
(xxvii) EUR 210 000 għall-Isvezja;
(xxviii) EUR 2 520 000 għar-Renju Unit.
3. L-ispejjeż massimi li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:
|
għall-annimali bovini maqtula u meqruda |
: |
EUR 500 għal kull annimal; |
|
għan-nagħaġ jew il-mogħoż maqtula u meqruda |
: |
EUR 70 għal kull annimal; |
|
għan-nagħaġ u l-mogħoż maqtula |
: |
EUR 50 għal kull annimal. |
Artikolu 11
Idrofobija
1. Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Bulgarija, il-Greċja, l-Estonja, l-Italja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ inkluż fil-kampjun;
(b) għandha tkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża:
(i) tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għall-individwazzjoni tal-antiġeni jew tal-antikorpi tal-idrofobija;
(ii) għall-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija;
(iii) għall-individwazzjoni tal-bijomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tat-tilqim;
(iv) għax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;
(v) għax-xiri u l-amministrazzjoni lill-annimali li jirgħu ta’ tilqim parenterali;
(c) għandha tkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-Greċja għas-salarji tal-persunal kuntrattwali speċjalment dak reklutat għax-xogħol fil-laboratorju taħt dak il-programm u;
(d) ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:
(i) EUR 1 540 000 għall-Bulgarija;
(ii) EUR 1 500 000 għall-Greċja;
(iii) EUR 620 000 għall-Estonja;
(iv) EUR 200 000 għall-Italja;
(v) EUR 3 150 000 għal-Litwanja;
(vi) EUR 1 620 000 għall-Ungerija;
(vii) EUR 6 850 000 għall-Polonja;
(viii) EUR 6 000 000 għar-Rumanija;
(ix) EUR 800 000 għas-Slovenja;
(x) EUR 400 000 għas-Slovakkja.
3. L-ispejjeż massimi li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:
|
għal test seroloġiku |
: |
EUR 12 għal kull test; |
|
għal test biex tiġi individwata t-tetraċiklina fl-għadam |
: |
EUR 12 għal kull test; |
|
għal test fluworexxenti tal-antikorpi (FAT) |
: |
EUR 18 għal kull test; |
|
għax-xiri tat-tilqima orali flimkien mal-lixki |
: |
EUR 0,60 għal kull doża; |
|
għat-tqassim ta’ tilqim orali flimkien mal-lixki |
: |
EUR 0,35 għal kull doża; |
4. Minkejja l-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) u l-paragrafu 3, għall-parti tal-programmi tal-Litwanja u tal-Polonja li se jiġu implimentati barra mit-territorji ta’ dawn l-Istati Membri, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha:
(a) tingħata biss għall-ispejjeż tax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;
(b) tkun bir-rata ta’ 100 %; kif ukoll
(c) ma taqbiżx:
(i) EUR 1 260 000 għall-parti tal-programm Litwan implimentata fil-Belarus;
(ii) EUR 1 255 000 għall-parti tal-programm Pollakk implimentata fl-Ukraina;
(iii) EUR 295 000 għall-parti tal-programm Pollakk implimentat fil-Belarus.
5. Il-massimu tal-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4 għandu bħala medja ma jaqbiżx ix-xiri u t-tqassim tat-tilqim orali flimkien mal-lixki. EUR 0,95 għal kull doża;
KAPITOLU II
PROGRAMMI PLURIENNALI
Artikolu 12
Idrofobija
1. It-tieni sena tal-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mill-Finlandja hija hawnhekk approvata għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013.
2. It-tielet sena tal-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mill-Finlandja hija hawnhekk approvata għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:
(a) għandha tinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ inkluż fil-kampjun;
(b) għandha tkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għall-ispiża:
(i) tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għall-individwazzjoni tal-antiġeni jew tal-antikorpi tal-idrofobija;
(ii) għall-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija;
(iii) għall-individwazzjoni tal-bijomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tat-tilqim;
(iv) għax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;
(v) għax-xiri u l-amministrazzjoni lill-annimali li jirgħu ta’ tilqim parenterali; kif ukoll
(c) ma għandhiex taqbeż dan li ġej għas-sena 2013:
(i) EUR 1 670 000 għal-Latvja;
(ii) EUR 400 000 għall-Finlandja.
4. L-ispejjeż massimi li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:
|
għal test seroloġiku |
: |
EUR 12 għal kull test; |
|
għal test biex tiġi individwata t-tetraċiklina fl-għadam |
: |
EUR 12 għal kull test; |
|
għal test fluworexxenti tal-antikorpi (FAT) |
: |
EUR 18 għal kull test; |
|
għax-xiri tat-tilqima orali flimkien mal-lixki |
: |
EUR 0,60 għal kull doża; |
|
għat-tqassim ta’ tilqim orali flimkien mal-lixki |
: |
EUR 0,35 għal kull doża; |
5. Minkejja l-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) u l-paragrafu 4, għall-partijiet tal-programmi pluriennali tal-Latvja u tal-Finlandja li se jiġu implimentati barra mit-territorji ta’ dawn l-Istati Membri, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha:
(a) tingħata biss għall-ispejjeż tax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;
(b) tkun bir-rata ta’ 100 %; kif ukoll
(c) għas-sena 2013, ma taqbiżx:
(i) EUR 600 000 għal-Latvja;
(ii) EUR 100 000 għall-Finlandja.
6. L-ispejjeż massimi li jridu jiġu rimborżati għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 5 bħala medja ma għandhomx jaqbżu għax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki, EUR 0,95 għal kull doża.
KAPITOLU III
Artikolu 13
In-nefqa eliġibbli
1. Mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni previsti fl-Artikoli 1 sa 12, in-nefqa eliġibbli koperta mill-miżuri msemmija f'dawk l-Artikoli għandha tkun limitata għan-nefqa stipulata fl-Anness.
2. Huma biss l-ispejjeż involuti fit-twettiq tal-programmi annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikoli minn 1 sa 12 u mħallsa qabel il-preżentazzjoni tar-rapport finali mill-Istati Membri li għandhom ikunu eliġibbli għal kofinanzjament permezz ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni.
3. Sabiex jirċievu s-somma f'daqqa stabbilita fl-Artikoli minn 1 sa 12 fit-totalità tagħha, l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li huma ħallsu l-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attività jew tat-test u li l-ebda spiża ma tħallset minn parti terza, għajr Awtorità Kompetenti. Jekk parti mill-ispejjeż tkun tħallset minn parti terza, l-Istati Membri għandhom jindikaw il-perċentwal jew il-proporzjon tal-ispejjeż totali li tħallsu minn dik il-parti terza. Is-somma f'daqqa mħallsa għandha titnaqqas skont dan.
4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, għall-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 11 u 12, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tħallas ħlas bil-quddiem li jammonta sa 60 % tal-ammont massimu speċifikat fi żmien it-tliet xhur mill-wasla tat-talba.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 14
1. Il-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula u tal-prodotti meqruda għandu jingħata fi żmien 90 jum mid-data:
(a) tal-qatla tal-annimal;
(b) tal-qerda tal-prodotti; jew
(c) tal-preżentazzjoni tal-formola tat-talba mimlija mis-sid.
2. L-Artikolu 9(1), (2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 ( 9 ) għandu japplika għall-ħlasijiet ta’ kumpens magħmula wara l-perjodu ta’ 90 jum imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 15
1. In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u t-taxxi l-oħra kollha.
2. Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru tkun f'valuta li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f'euro billi japplika r-rata tal-kambju l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru.
Artikolu 16
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi annwali u pluriennali msemmija fl-Artikoli 1 sa 12 (“il-programmi”) għandha tingħata sakemm l-Istati Membri kkonċernati:
(a) jimplimentaw il-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;
(b) idaħħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi;
(c) jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013, ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi, skont l-Artikolu 27(7)(a) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2013;
(d) għall-programmi msemmija fl-Artikolu 8 biss, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi tal-investigazzjonijiet individwati waqt is-sorveljanza tagħhom tat-tjur u tal-għasafar selvaġġi permezz tas-sistema onlajn tal-Kummissjoni, kull sitt xhur, b'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE ( 10 );
(e) jibagħtu lill-Kummissjoni rapport tekniku dettaljat annwali għall-programmi skont l-Artikolu 27(7)(b) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2014 dwar it-twettiq tekniku tal-programm ikkonċernat akkumpanjat minn provi li jiġġustifikaw l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba waqt il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013;
(f) jimplimentaw il-programmi b'mod effiċjenti;
(g) ma jressqux aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet oħra mill-Unjoni għal dawk il-miżuri, u ma jkunux ressqu talbiet bħal dawn preċedentement.
2. Fejn Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur, kif ukoll it-telf finanzjarju għall-Unjoni.
Artikolu 17
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 18
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Madankollu, għar-Repubblika tal-Kroazja, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ suġġetta għat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 19
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 13(1)
In-nefqa eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 sa 12 u mhux koperta minn somma f’daqqa, għandha tkun limitata għall-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri għall-miżuri stabbiliti fil-punti minn 1 sa 6.
1. Fit-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju:
(a) ix-xiri ta’ kits għat-testijiet, reaġenti u l-konsumabbli identifikabbli kollha u użati speċjalment għat-twettiq tat-test tal-laboratorju;
(b) il-persunal, ikun x’ikun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-testijiet fil-post tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għal salarji reali flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fir-remunerazzjoni), u
(c) l-ispejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f’(a) u (b).
2. Kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula:
Il-kumpens ma għandux jaqbeż il-valur tas-suq tal-annimal eżatt qabel ma dan ikun inqatel.
Għall-annimali maqtula, il-valur tal-irkupru, jekk dan iseħħ, jitnaqqas mill-kumpens.
3. Kumpens lis-sidien għall-valur tat-tjur maqtula tagħhom u għal bajd meqrud:
Il-kumpens ma għandux jaqbeż il-valur tas-suq tat-tajra eżatt qabel ma tkun inqatlet jew tal-bajd eżatt qabel ma nqerdu.
Il-valur tal-irkupru għal bajd mhux inkubat ittrattat bis-sħana għandu jitnaqqas mill-kumpens.
4. Ix-xiri u l-ħażna ta’ dożi ta’ tilqim u/jew tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali domestiċi u selvaġġi.
5. L-amministrazzjoni tad-dożi ta’ tilqim għall-annimali domestiċi:
(a) il-persunal, ikun x’ikun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-tilqim; l-ispejjeż huma limitati għall-onorarji mħallsa għal dan il-persunal jew għas-salarji reali tagħhom flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħra inklużi fir-rimunerazzjoni, u
(b) it-tagħmir speċifiku u l-oġġetti konsumabbli identifikabbli u użati speċjalment għat-tilqim.
6. Id-distribuzzjoni tat-tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi:
(a) it-trasport tat-tilqim flimkien mal-lixki;
(b) l-ispejjeż għat-tqassim bl-ajru jew manwali tat-tilqim flimkien mal-lixki;
(c) il-persunal, ikun x’ikun l-istatus, speċifikament allokat kompletament jew parzjalment għat-tqassim tal-lixki tal-vaċċini; l-ispejjeż huma limitati għas-salarji reali tagħhom flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħra inklużi fir-rimunerazzjoni.
( 1 ) ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.
( 2 ) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
( 3 ) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.
( 4 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
( 5 ) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
( 6 ) ĠU L 309, 25.11.2010, p. 18.
( 7 ) ĠU L 322, 6.12.2011, p. 11.
( 8 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
( 9 ) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.
( 10 ) ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22.