Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010R1120-20170105

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2010 tat- 2 ta’ Diċembru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG ) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1120/2017-01-05

02010R1120 — MT — 05.01.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1120/2010

tat-2 ta’ Diċembru 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1  Danstar Ferment AG ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 317 3.12.2010, p. 12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2260 tal-15 ta' Diċembru 2016

  L 342

14

16.12.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1120/2010

tat-2 ta’ Diċembru 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1  Danstar Ferment AG ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU /kg ta’ prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4d1712

►M1  Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS ◄

Pediococcus acidilactici

CNCM MA 18/5M

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu tal-MRS agar (EN 15786:2009)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Ħnienes (miftuma)

1 × 109

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Għall-ħnienes (miftuma) li jiżnu sa 35 kg.

3.  Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-użu.

It-23 ta’ Diċembru 2020

(1)   Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives

Top