Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0279-20151214

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat- 18 ta’ Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/279/2015-12-14

2010D0279 — MT — 14.12.2015 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/279/PESK

tat-18 ta’ Mejju 2010

dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

(ĠU L 123 19.5.2010, p. 4)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/298/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011

  L 136

64

24.5.2011

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/473/PESK tal-25 ta’ Lulju 2011

  L 195

72

27.7.2011

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/391/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012

  L 187

47

17.7.2012

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/240/PESK tas-27 ta' Mejju 2013

  L 141

44

28.5.2013

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/922/PESK tas-17 ta' Diċembru 2014

  L 363

152

18.12.2014

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2336 tal-14 ta' Diċembru 2015

  L 329

16

15.12.2015




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/279/PESK

tat-18 ta’ Mejju 2010

dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK ( 1 ) dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN). Dik l-Azzjoni Konġunta tiskadi fil-30 ta’ Mejju 2010.

(2)

Fit-8 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) rrakkomanda l-estensjoni ta’ EUPOL AFGHANISTAN għal tliet snin.

(3)

L-istruttura tal-kmand u l-kontroll tal-EUPOL AFGHANISTAN għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit.

(4)

Il-kapaċità tal-għassa għandha tiġi attivata għall-EUPOL AFGHANISTAN.

(5)

L-EUPOL AFGHANISTAN ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Missjoni

▼M5

1.  Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (“EUPOL AFGHANISTAN” jew il-“Missjoni”), stabbilita mill-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, għandha tiġi estiża mill-31 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2016.

▼B

2.  L-EUPOL AFGHANISTAN għandha topera skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 u twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3.

▼M5

Artikolu 2

Objettivi

L-EUPOL AFGHANISTAN għandha tappoġġa l-awtoritajiet Afgani fl-iżvilupp ulterjuri lejn servizz tal-pulizija ċivili effettiv u responsabbli li żviluppa interazzjonijiet effiċjenti mas-settur tal-ġustizzja usa' u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tan-nisa. L-EUPOL AFGHANISTAN għandha taħdem fuq transizzjoni gradwali u sostenibbli, li tissalvagwardja l-kisbiet li diġà saru.

▼B

Artikolu 3

Kompiti

▼M4

1.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, l-EUPOL AFGANISTAN għandha:

▼M5

(a) tassisti lill-Gvern tal-Afganistan sabiex imexxi 'l quddiem ir-riforma istituzzjonali tal-Ministeru tal-Intern u biex jiżviluppa u jimplimenta b'mod koerenti l-politika u strateġija għal arranġamenti fl-ordni pubbliku ċivili li jkunu sostenibbli u effikaċi inkluż l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, speċjalment fir-rigward tal-Pulizija (Ċivili) Afgana bl-Uniformi u l-Pulizija Afgana ta' Kontra l-Kriminalità;

(b) tassisti lill-Gvern tal-Afganistan biex itejjeb aktar il-karattru professjonali tal-Pulizija Nazzjonali Afgana (PNA), b'mod partikolari billi jappoġġa r-reklutaġġ, iż-żamma u l-integrazzjoni sostenibbli ta' uffiċjali tal-pulizija nisa, l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-taħriġ u bit-tisħiħ tal-kapaċitajiet Afgani għall-iżvilupp u l-għoti ta' taħriġ;

▼M4

(c) tappoġġa lill-awtoritajiet Afgani biex jiżviluppaw aktar ir-rabtiet bejn il-pulizija u l-istat tad-dritt usa' u tiżgura interazzjoni adegwata mas-sistema usa’ tal-ġustizzja kriminali;

▼M5

(d) ittejjeb il-koeżjoni u l-koordinazzjoni bejn atturi internazzjonali u taħdem aktar fuq l-iżvilupp strateġiku għar-riforma tal-pulizija, speċjalment permezz tal-Bord Internazzjonali għall-Koordinazzjoni tal-Pulizija (IPCB), f'koordinazjzoni mill-qrib mal-komunità internazzjonali u permezz ta' kooperazzjoni kontinwa mas-sħab ewlenin, inkluż mal-Missjoni ta' Appoġġ Determinat immexxija min-NATO u kontributuri oħra.

▼M4

Dawn il-kompiti għandhom jiġu żviluppati ulterjorment fil-Pjan Operattiv (OPLAN). Il-Missjoni għandha twettaq il-kompiti tagħha permezz ta’, fost mezzi oħra, monitoraġġ, għoti ta’ pariri u taħriġ.

▼B

2.  L-EUPOL AFGHANISTAN għandha tkun Missjoni mhux eżekuttiva.

▼M5 —————

▼M5

Artikolu 4

Struttura tal-Missjoni

1.  L-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkollha l-Kwartieri Ġenerali tagħha f'Kabul.

2.  L-EUPOL AFGHANISTAN għandha tkun strutturata f'konformità mad-dokumenti tal-ippjanar tagħha.

▼B

Artikolu 5

Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili

1.  Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUPOL AFGHANISTAN.

2.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPOL AFGHANISTAN fil-livell strateġiku.

3.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livel strateġiku, kif meħtieġ, lill-Kap tal-Missjoni.

4.  Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat mittenti jew tal-istituzzjoni tal-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

5.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat b’mod xieraq.

6.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-Missjoni fuq il-post tal-operazzjoni.

▼M5

1a.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-EUPOL AFGHANISTAN fil-qasam ta' responsabbiltà tagħha. Il-Kap tal-Missjoni jista' jiddelega kompiti ta' ġestjoni rigward kwistjonijiet relatati mal-persunal u dawk finanzjarji lil membri tal-persunal tal-EUPOL Afghanistan taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu.

▼B

2.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, it-timijiet u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, r-riżorsi u l-informazzjoni li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-missjoni.

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-missjoni, inkluż f’dan il-każ l-element ta’ appoġġ fi Brussell, għat-twettiq effettiv tal-EUPOL AFGHANISTAN fuq il-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, billi jimxi fuq l-istruzzjonijiet fuq livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

▼M5 —————

▼B

5.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew tal-Unjoni konċernata.

6.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EUPOL AFGHANISTAN fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-Missjoni.

7.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, adegwatament, ma’ atturi oħrajn tal-UE fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għall-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE.

▼M5

8.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura li l-EUPOL AFGHANISTAN taħdem mill-qrib, tikkoordina u tikkoopera mal-Gvern tal-Afganistan u mal-atturi internazzjonali rilevanti, kif xieraq, inklużi l-Missjoni ta' Appoġġ Determinat immexxija min-NATO, il-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan (UNAMA), u l-Istati terzi attwalment involuti fir-riforma tal-pulizija fl-Afganistan.

▼B

Artikolu 7

Persunal

1.  In-numri u l-kompetenzi tal-persunal tal-EUPOL AFGHANISTAN għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-istruttura tal-Missjoni stabbilita fl-Artikolu 4.

2.  L-EUPOL AFGHANISTAN għandha tikkonsisti primarjament minn persunal sekondat mill-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet tal-UE.

3.  Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-UE għandhom jassumu l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe membru tal-persunal sekondat minnhom, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post ta’ skjerament, is-salarji, il-kopertura medika, u l-allowances, barra l-per diems applikabbli kif ukoll l-allowances għax-xogħol iebes u għar-riskji.

4.  Il-persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali jistgħu jiġu reklutati wkoll mill-EUPOL AFGHANISTAN, fuq bażi kuntrattwali kif meħtieġ, jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal sekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif meħtieġ, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti.

▼M5

5.  Il-persunal kollu għandu jaqdi dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 2 ).

▼B

Artikolu 8

Status tal-persunal tal-EUPOL AFGHANISTAN

1.  L-istatus tal-persunal tal-EUPOL AFGHANISTAN fl-Afganistan, inklużi fejn ikun il-każ il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-EUPOL AFGHANISTAN għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li għandu jiġi konkluż skont l-Artikolu 37 tat-Trattat.

2.  L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli biex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mal-issekondar, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli biex tinbeda kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna ssekondata.

▼M5

3.  Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn l-EUPOL Afghanistan u l-membri tal-persunal ikkonċernati.

▼B

Artikolu 9

Linja ta’ Kmand

1.  L-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkollha linja ta’ kmand unifikata, bħala operazzjoni ta’ maniġġar tal-kriżijiet.

2.  Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUPOL AFGHANISTAN.

3.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, huwa l-kmandant tal-EUPOL AFGHANISTAN f’livell strateġiku u, għaldaqstant, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.

4.  Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.

5.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq l-EUPOL AFGHANISTAN fuq il-post tal-operazzjoni u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.

Artikolu 10

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.  Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti għal dan il-għan, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u sabiex jiġu emendati il-CONOPS u l-OPLAN. Is-setgħat ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-tmiem tal-Missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.  Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.  Il-KPS għandu jirċievi fuq bażi regolari u kif meħtieġ rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom.

▼M4

Artikolu 11

Sigurtà

1.  Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar ta' miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EUPOL AFGHANISTAN f'konformità mal-Artikolu 5.

2.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mis-sigurtà tal-operazzjoni u sabiex jiżgura konformità ma’ rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, skont il-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u d-dokumenti ta’ sostenn tiegħu.

3.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

4.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jaħtar Uffiċjali tas-Sigurtà fil-postijiet provinċjali u reġjonali tal-Missjoni, li, taħt l-awtorità tal-SMSO għandhom ikunu responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tal-aspetti kollha ta' sigurtà tal-elementi rispettivi tal-Missjoni.

5.  Il-persunal tal-EUPOL AFGHANISTAN għandu jagħmel taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel id-dħul tiegħu fil-funzjoni, f'konformità mal-OPLAN. Għandu wkoll jingħatalu taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.

▼M5

6.  Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE skont id-Deċiżjoni 2013/488/UE.

▼B

Artikolu 12

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-Unjoni u għall-qafas istituzzjonali uniku tagħha, l-istati kandidati u Stati terzi oħrajn jistgħu jiġu mistiedna sabiex jikkontribwixxu għall-EUPOL AFGHANISTAN fuq il-bażi li huma jsostnu l-ispejjeż sabiex jibagħtu lill-esperti tal-pulizija u/jew il-persunal ċivili sekondat minnhom, inkluż is-salarji, l-allowances, il-kopertura medika, l-assigurazzjoni għal riskju għoli u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-Afganistan, u jikkontribwixxu għall-ispejjeż tat-tmexxija tal-EUPOL AFGHANISTAN skont il-każ.

2.  Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti.

3.  L-Istati terzi li jagħmlu kontributi lill-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f’termini tal-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-operazzjoni bħal Stati Membri tal-UE li jieħdu sehem fl-operazzjoni.

4.  Il-KPS għandhu jieħu azzjoni xierqa fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ parteċipazzjoni u għandu, jekk meħtieġ, jissottometti proposta lill-Kunsill, inkluż dwar il-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni finanzjarja jew kontributi mhux finanzjarji minn Stati terzi.

5.  Arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim skont l-Artikolu 37 tat-Trattat u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan l-Istat terz fl-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet tal-UE, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ din l-operazzjoni.

▼M5

Artikolu 12b

Arranġamenti legali

L-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, tidħol f'kuntratti u arranġamenti amministrattivi, timpjega persunal, ikollha kontijiet bankarji, takkwista u tiddisponi minn assi u tillikwida l-obbligi tagħha, u li tkun parti fi proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex timplimenta din id-Deċiżjoni.

▼M5

Artikolu 13

Arranġamenti finanzjarji

1.  L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-31 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Lulju 2011 għandu jkun ta' EUR 54 600 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2011 sal-31 ta' Lulju 2012 għandu jkun ta' EUR 60 500 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sal-31 ta' Mejju 2013 għandu jkun ta' EUR 56 870 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Diċembru 2014 għandu jkun ta' EUR 108 050 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 57 750 000 .

▼M6

L-ammont ta' referenza finanzjarja intiż biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 43 650 000 .

▼M5

2.  In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist minn EUPOL AFGHANISTAN għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Minbarra dan, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija minn EUPOL AFGHANISTAN. Soġġett għal approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Missjoni tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, l-Istat ospitanti, Stati terzi parteċipanti u atturi internazzjonali oħra fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lil EUPOL AFGHANISTAN.

3.  L-EUPOL AFGHANISTAN għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dak il-għan, l-EUPOL AFGHANISTAN għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-EUPOL AFGHANISTAN u l-persunal tagħha, l-EUPOL AFGHANISTAN għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat, li jibda mill-1 ta' Jannar 2015, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' kondotta ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għalihom il-Kap tal-Missjoni għandu jġorr ir-responsabbiltà.

5.  L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 5, 6 u 9 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-EUPOL Afghanistan, inkluż il-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha.

6.  In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tal-iffirmar tal-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3.

▼M5

Artikolu 13a

Ċellula ta' Proġetti

1.  L-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. L-EUPOL AFGHANISTAN għandha, kif adatt, tiffaċilita u tagħti pariri dwar proġetti, implimentati mill-Istati Membri u minn Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-EUPOL AFGHANISTAN u b'appoġġ għall-għanijiet tagħha.

2.  Soġġetta għall-paragrafu 3, l-EUPOL AFGHANISTAN għandha tkun awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew Stati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EUPOL AFGHANISTAN, jekk il-proġetti jkunu:

 previsti fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din id-Deċiżjoni; jew

 integrati matul il-mandat permezz ta' emenda tad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

L-EUPOL AFGHANISTAN għandha tikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kwalunkwe ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet mill-EUPOL AFGHANISTAN fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati li jikkontribwixxu ma jistgħu fl-ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet mill-EUPOL AFGHANISTAN fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati terzi għaċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.

▼M4

Artikolu 14

Rilaxx ta' informazzjoni

▼M5

1.  Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-NATO, jew lill-Missjoni ta' Appoġġ Determinat immexxija min-NATO, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi lokali sabiex dan jiġi faċilitat.

2.  Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil Stati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif adatt u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

3.  Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-UNAMA, kif adatt u f'konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għal dak il-għan għandhom jitfasslu arranġamenti lokali.

4.  F ta' ħtieġa operazzjonali speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu wkoll ikun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istat ospitanti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għal dak il-għan għandhom jitfasslu arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.

▼M4

5.  Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-Missjoni koperta mill-obbligu ta’ segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ( 3 ).

6.  Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmijin fil-paragrafu 4 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

▼B

Artikolu 15

Għassa

Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPOL AFGHANISTAN

Artikolu 16

Reviżjoni

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta kull sitt xhur sabiex jiġu aġġustati kif meħtieġ id-daqs u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Missjoni.

2.  Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tagħha, sabiex jiġi determinat jekk il-Missjoni għandhiex titkompla.

▼M5

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u tul ta' żmien

'Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-31 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2016.



( 1 ) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.

( 2 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1)

( 3 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

Top