This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009L0073-20220623
Directive 2009/73/EC of the European Parliament and of the Council of 13 July 2009 concerning common rules for the internal market in natural gas and repealing Directive 2003/55/EC (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
No longer in force
)
02009L0073 — MT — 23.06.2022 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2009/73/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211 14.8.2009, p. 94) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018 |
L 328 |
1 |
21.12.2018 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/692 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' April 2019 |
L 117 |
1 |
3.5.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2022/869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2022 |
L 152 |
45 |
3.6.2022 |
DIRETTIVA 2009/73/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“impriża tal-gass naturali” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet li ġejjin: produzzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni, fornitura, xiri jew ħżin tal-gass naturali, inkluż LNG, li hija responsabbli għall-kompiti kummerċjali, tekniċi u/jew tal-manutenzjoni relatati għal dawk il-funzjonijiet, iżda m’għandhomx jinkludu l-klijenti finali;
“upstream pipeline networks” tfisser kwalunkwe pipeline jew network ta’ pipelines imħaddma u/jew mibnija bħala parti minn proġett tal-prodzzjoni taż-żejt jew tal-gass, jew użata biex jinġarr il-gass naturali minn proġett wieħed jew aktar għal pjanta tal-ipproċessar jew terminali jew destinazzjoni kostali finali;
“trasmissjoni” tfisser it-trasport tal-gass naturali minn network li fiha prinċipalment pipelines ta’ pressa għolja li mhix upstream pipeline network u li mhix il-parti tal-pipelines bi pressa għolja użati primarjament fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali, bi skop li jiġi konsenjat lill-klijent, iżda li ma jinkludix il-fornitura;
“operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni” tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tat-trasmissjoni u li hija responsabbli għall-operazzjoni, bl-aċċertazzjoni tal-manutenzjoni ta’, u fejn meħtieġ, tal-iżvilupp tas-sistema ta’ trasmissjoni f’żona definita u, fejn japplika, l-interkonnessjonijiet tagħha ma’ sistemi oħrajn, u li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilħaq talbiet raġonevoli għat-trasportazzjoni tal-gass;
“distribuzzjoni” tfisser it-trasport tal-gass naturali minn pipeline networks lokali jew reġjonali bi skop tal-konsenja tiegħu lill-klijent, iżda li ma tinkludix il-fornitura;
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tad-distribuzzjoni u li hija responsabbli għall-operat, bl-aċċertazzjoni tal-manutenzjoni, u fejn meħtieġ, tal-iżvilupp tas-sistema ta’ trasmissjoni f’żona definita u, fejn japplika, l-interkonnessjonijiet tagħha ma’ sistemi oħrajn, u li tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tilħaq talbiet raġonevoli għat-trasportazzjoni tal-gass;
“fornitura” tfisser il-bejgħ, inkluż il-bejgħ mill-ġdid, tal-gass naturali, inkluż LNG, lill-klijenti;
“impriża tal-fornitura” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-fornitura;
“faċilità tal-ħżin” tfisser faċilità użata għall-ħżin tal-gass naturali u proprjetà ta’ u/jew operata minn impriża tal-gass naturali, inkluża l-parti tal-faċilitajiet tal-LNG użati għall-ħżin iżda eskluż is-sehem użat għall-produzzjoni, u esklużi l-faċilitajiet riservati esklussivament għall-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;
“operatur tas-sistema tal-ħżin” tfisser il-persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-ħżin u li hija responsabbli għall-operazzjoni ta’ faċilita’ tal-ħżin;
“faċilità tal-LNG” tfisser terminali li tintuża għal-likwifikazzjoni tal-gass naturali jew l-importazzjoni, ħatt u gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG, u għandha tinkludi servizzi anċillari u ħażna temporanja meħtieġa għall-proċess tal-gassifikazzjoni mill-ġdid u l-konsenja sussegwenti sas-sistema ta’ trasmissjoni, iżda m’għandha tinkludi ebda parti minn terminali ta’ LNG użati għall-ħżin;
“operatur tas-sistema tal-LNG” tfisser persuna naturali jew legali li twettaq il-funzjoni tal-likwifikazzjoni tal-gass naturali, jew l-importazzjoni, ħatt u gassifikazzjoni mill-ġdid tal-LNG u li hija responsabbli li topera faċilità tal-LNG;
“sistema” tfisser networks tat-trasmissjoni, networks tad-distribuzzjoni, faċilitajiet tal-LNG u/jew faċilitajiet tal-ħżin proprjetà ta’ jew imħaddma minn impriża tal-gass naturali, inkluż linepack u l-faċilitajiet tal-fornitura ta’ servizzi anċillari u dawk ta’ impriżi relatati meħtieġa biex jingħata aċċess għat-trasmissjoni, distribuzzjoni u LNG;
“servizzi anċillari” tfisser is-servizzi kollha meħtieġa għall-aċċess lil u operazzjoni tan-newtorks tat-trasmissjoni u/jew distribuzzjoni u/jew faċilitajiet tal-LNG u/jew faċilitajiet tal-ħżin inklużi bilanċjar, taħlit tat-tagħbijiet u injezzjoni ta’ gassijiet inerti, iżda mhux inklużi faċilitajiet riservati esklussivament għal operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom;
“linepack” tfisser il-ħżin tal-gass bil-kompressjoni fis-sistemi ta’ trasmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-gass, iżda mhux inklużi l-faċilitajiet riservati għall-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom;
“sistema interkonnessa” tfisser numru ta’ sistemi li huma konnessi ma’ xulxin;
“interkonnettur” tfisser linja ta' trasmissjoni li taqsam jew tinfirex tul fruntiera bejn l-Istati Membri għall-finijiet li tgħaqqad is-sistema ta' trasmissjoni nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri jew linja ta' trasmissjoni bejn Stat Membru u pajjiż terz sat-territorju tal-Istati Membri jew sal-baħar territorjali ta' dak l-Istat Membru;
“linja diretta” tfisser pipeline tal-gass naturali li hija komplimentarja mas-sistema interkonnessa;
“impriża integrata tal-gass naturali integrata” tfisser impriża integrata vertikalment jew orizzontalment;
“impriża integrata vertikalment” tfisser impriża tal-gass naturali jew grupp ta’ impriżi tal-gass naturali fejn l-istess persuna jew l-istess persuni huma intitolati, direttament jew indirettament, li jeżerċitaw kontroll, u fejn l-impriża jew il-grupp ta’ impriżi jwettqu tal-inqas waħda mill-funzjonijiet ta’ trasmissjoni jew distribuzzjoni, LNG jew ħżin, u mill-inqas waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew il-provvista tal-gass;
“impriża integrata orizzontalment” tfisser impriża li twettaq għall-inqas waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni, fornitura jew ħżin tal-gass naturali, u attivita’ mhux relatata mal-gass;
“impriża relatata” tfisser impriża affiljata, fis-sens tal-Artikolu 41 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 abbażi tal-Artikolu 44(2)(g) ( *1 ) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati ( 1 ), u/jew impriża assoċjata, fis-sens tal-Artikolu 33(1) ta’ dik id-Direttiva, u/jew impriża tal-istess azzjonisti;
“utent tas-sistema” tfisser persuna naturali jew legali li qed tforni jew li qed tiġi fornita mis-sistema;
“klijent” tfisser klijent bl-ingrossa jew finali tal-gass naturali jew impriża tal-gass naturali li jixtru l-gass naturali;
“klijent tad-dar” tfisser klijent li jixtri l-gass naturali għall-konsum tiegħu fid-dar;
“klijent mhux tad-dar” tfisser klijent li jixtri l-gass naturali li mhuwiex għall-użu tiegħu fid-dar;
“klijent finali” tfisser klijent li jixtri l-gass naturali għall-konsum tiegħu;
“klijent eliġibbli” tfisser klijent li jkun liberu li jixtru l-gass mill-provditur tal-għażla tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 37;
“klijent bl-ingrossa” tfisser persuna naturali jew legali minbarra l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni li tixtri l-gass naturali għall-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid fis-sistema jew barra mis-sistema fejn tkun stabbilita;
“ippjanar fit-tul” tfisser ippjanar tal-kapaċità tal-fornitura u tat-trasport tal-impriża tal-gass naturali għal terminu twil bi skop li jintlaħqu t-talbiet għall-gass naturali tas-sistema, diversifikazzjoni tal-għejun u l-aċċertar tal-provvisti lill-klijent;
“suq emerġenti” tfisser Stat Membru li fih l-ewwel fornitura kummerċjali tal-ewwel kuntratt tal-fornitura tal-gass naturali tiegħu sar mhux aktar minn 10 snin ilu;
“sigurtà” tfisser kemm is-sigurtà tal-fornitura tal-gass naturali kif ukoll sigurtà teknika;
“infrastruttura gdida” tfisser infrastruttura li tkun għadha mhux lesta sal-4 ta' Awwwissu 2003;
“kuntratt għal forniment tal-gass” tfisser kuntratt għall-forniment tal-gass naturali, iżda ma tinkludix derivattiva tal-gass;
“derivattiva tal-gass” tfisser strument finanzjarju speċifikat fil-punti 5, 6, jew 7 fit-Taqsima C tal-Anness I mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji ( 2 ), fejn dak l-istrument għandu x’jaqsam ma’ gass naturali;
“kontroll” tfisser kwalunkwe drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezzi oħra li, sew separatament jew flimkien, u filwaqt li jitqiesu l-fatti u l-liġijiet involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b’mod partikolari permezz ta’:
il-proprjetà jew id-dritt li jintużaw l-assi kollha ta’ impriża, jew parti minnhom;
drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-komposizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet tal-organi ta’ impriża.
KAPITOLU II
REGOLI ĠENERALI GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAS-SETTUR
Artikolu 3
Obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku u l-protezzjoni tal-klijenti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
meta konsumatur, filwaqt li josserva l-kundizzjonijiet kuntrattwali, jixtieq jibdel il-fornitur, il-bidla ssir mill-operatur(i) ikkonċernat(i) fi żmien tliet ġimgħat u
il-konsumaturi jkunu intitolati li jirċievu d-data kollha dwar il-konsum.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu jingħataw lill-konsumaturi b’mod li ma jkunx diskriminatorju fir-rigward tal-ispiża, l-isforz jew il-ħin.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli punti waħdiena ta’ kuntatt sabiex il-konsumaturi jingħataw l-informazzjoni kollha neċessarja fir-rigward tad-drittijiet tagħhom, tal-leġiżlazzjoni attwali u tal-mezzi ta’ soluzzjoni tat-tilwimiet disponibbli għalihom f’każ ta’ tilwim. Punti ta’ kuntatt bħal dawn jistgħu jkunu parti minn punti ta’ informazzjoni generali ghall-konsumaturi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun qed jitħaddem mekkaniżmu indipendenti bħal ombudsman tal-enerġija jew korp tal-konsumaturi għat-trattament effiċjenti tat-tilwimiet u għas-soluzzjoni tat-tilwimiet barra l-qrati.
Artikolu 4
Proċedura għall-awtorizzazzjoni
▼M1 —————
Artikolu 6
Solidarjetà reġjonali
Tali koperazzjoni għandha tkopri sitwazzjonijiet li jirriżultaw fi, jew li x’aktarx jirriżultaw, f’perijodu qasir ta’ żmien, fi xkiel serju għall-provvista b’effett fuq l-Istat Membru. Din għandha tinkludi:
koordinazzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ emerġenza imsemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE tas-26 ta’ April, 2004 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista ta’ gas naturali ( 3 );
identifikazzjoni u, fejn meħtieġ, żvilupp jew tiġdid ta’ interkonnessjonijiet ta’ elettriku u ta’ gass naturali; u
kondizzjonijiet u modalitajiet prattiċi għall-assistenza reċiproka.
Artikolu 7
Promozzjoni ta’ koperazzjoni reġjonali
Artikolu 8
Regoli tekniċi
L-awtoritajiet regolatorji fejn l-Istati Membri hekk jistipulaw, jew l-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-kriterji tas-sigurtà teknika jiġu definiti u li r-regoli tekniċi li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tad-diżinn tekniku u dawk operattivi għat-tqabbid mas-sistema tal-faċilitajiet tal-LNG, faċilitajiet tal-ħżin, sistemi oħrajn tat-trasmissjoni jew tad-distribuzzjoni, u linji diretti, jiġu żviluppati u ppubblikati. Dawn ir-regoli tekniċi għandhom jaċċertaw l-interoperabbiltà tas-sistemi u għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji. L-Aġenzija tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tintlaħaq il-kompatibilità ta’ dawn ir-regoli, fejn ikun jixraq. Dawk ir-regoli għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-fornitura tal-informazzjoni fil-qasam ta’ standards u regolamenti tekniċi u ta’ regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni ( 4 ).
KAPITOLU III
TRASMISSJONI, ĦŻIN U LNG
Artikolu 9
Separazzjoni tas-sistemi ta’ trasmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mit-3 ta' marzu 2012 ‘il quddiem:
kull impriża li tipposjedi sistema ta’ trasmissjoni tagħha taġixxi bħala operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni;
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati:
li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew provvista, u li direttament jew indirettament jezerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew fuq sistema ta’ trasmissjoni; jew
li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew fuq sistema ta’ trasmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew provvista;
l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati jaħtru membri tal-bord ta’ sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li legalment jirrappreżentaw l-impriża, ta’ operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew tas-sistema ta’ trasmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew ta’ provvista; u
l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati li jkunu membri tal-bord ta’ sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li legalment jirrappreżentaw l-impriża, kemm ta’ impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta’ produzzjoni jew ta’ forniment kif ukoll ta’ operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew tas-sistema ta’ trasmissjoni.
Id-drittijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b’mod partikolari:
is-setgħa għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ votazzjoni;
is-setgħa li jiġu maħtura membri tal-bord ta’ sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li legalment jirrappreżentaw lill-impriżi; jew
is-sjieda ta’ sehem maġġoritarju.
Fejn, fit-3 ta' Settembru 2009, is-sistema ta' trasmissjoni kienet il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment, Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1. Fir-rigward tal-parti tas-sistema ta' trasmissjoni li tgħaqqad Stat Membru ma' pajjiż terz bejn il-fruntiera ta' dak l-Istat Membru u l-ewwel punt ta' konnessjoni man-netwerk ta' dak l-Istat Membru, fejn fit-23 ta' Mejju 2019 is-sistema ta' trasmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment, Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1.
F’tali każ, l-Istati Membri konċernati għandhom jew:
jaħtru operatur tas-sistema indipendenti taħt l-Artikolu 14, jew
jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV.
Fir-rigward tal-parti tas-sistema ta' trasmissjoni li tgħaqqad Stat Membru ma' pajjiż terz bejn il-fruntiera ta' dak l-Istat Membru u l-ewwel punt ta' konnessjoni man-netwerk ta' dak l-Istat Membru, fejn fit-23 ta' Mejju 2019, is-sistema ta' trasmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment, u jkun hemm arranġamenti fis-seħħ li jiggarantixxu indipendenza aktar effettiva tal-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 10
Ħatra u ċertifikazzjoni ta’ operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jissorveljaw il-konformità kontinwa tal-operaturi ta’ sistema ta’ trasmissjoni mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9. Għandhom jibdew proċedura ta’ ċertifikazzjoni sabiex jiżguraw tali konformità:
man-notifika mill-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni taħt il-paragrafu 3;
fuq inizjattiva tagħhom stess fejn ikollhom tagħrif li bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq proprjetarji ta’ sistema ta’ trasmissjoni jew operaturi ta’ sistema ta’ trasmissjoni tista’ twassal għal ksur tal-Artikolu 9, jew fejn ikollhom raġuni sabiex jemmnu li seta’ seħħ tali ksur; jew
fuq talba motivata tal-Kummissjoni.
Artikolu 11
Ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi
Fejn tintalab ċertifikazzjoni minn proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni jew operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni u li jkun kontrollat minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi, l-awtorità regolatorja għanda tinnotifika lill-Kummissjoni.
L-awtorità regolatorja għandha wkoll tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe ċirkostanza li tirriżulta f’persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi li jieħdu kontroll tas-sistema ta’ trasmissjoni jew operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni.
L-awtorità regolatorja għandha tadotta abbozz ta’ deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni. Hi għandha tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni jekk ikun għadu ma ġiex muri:
li l-entità konċernata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9; u
lill-awtorità regolatorja jew lil awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru li l-għoti ta’ ċertifikazzjoni mhux ser ipoġġi f’riskju s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija tal-Istat Membru u l-Komunità. Fil-kunsiderazzjoni ta’ din il-kwistjoni, l-awtorità regolatorja jew l-awtorità kompetenti oħra maħtura għalhekk għandhom jieħdu kont ta’ dawn li ġejjin:
id-drittijiet u l-obbligi tal-Komunità fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz li joħorġu taħt il-liġi internazzjoni, inkluż ftehim konkluż ma’ pajjiż terz jew aktar li għalih il-Komunità hija parti u li indirizza l-kwistjonijiet ta’ sigurtà u forniment tal-enerġija;
id-drittijiet u l-obbligi tal-Istat Membru fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz li joħorġu taħt ftehim konklużi ma’ dawn il-pajjiżi terzi, sakemm ikunu konformement mal-liġi Komunitarja; u
fatti speċifiċi oħra u ċirkostanzi tal-każ u tal-pajjiż terz konċernat.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex l-awtorità regolatorja u/jew l-awtorità kompetenti maħtura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, qabel ma l-awtorità regolatorja tadotta deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni, jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar jekk:
l-entità konċernata tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9; u
l-għoti ta’ ċertifikazzjoni hux ser iqiegħed f’riskju jew le s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija għall-Komunità.
Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba msemmija fil-paragrafu 5 malli tirċeviha. Fi żmien xahrejn wara li tirċievi t-talba, hi għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew, jekk it-talba tkun saret mill-awtorità maħtura kompetenti, lil dik l-awtorità.
Fit-tħejjija tal-opinjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob l-opinjonijiet tal-Aġenzija, l-Istat Membru konċernat, u l-partijiet interessati. Fil-każ li l-Kummissjoni tagħmel din it-talba, il-perijodu ta’ xahrejn għandu jiġu estiż b’xahrejn.
Fl-assenza ta’ opinjoni mill-Kummissjoni fi żmien il-perijodu msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha titqies li mhijiex tqajjem oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
Meta tkun qed tivvaluta jekk il-kontroll minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew pajjiżi terzi ser ipoġġix f’riskju s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija lill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ dawn li ġejjin:
il-fatti speċifiċi tal-każ u l-pajjiż terz jew pajjiżi terzi konċernati; u
id-drittijiet u l-obbligi tal-Komunità, li jkunu jeżistu taħt il-liġi internazzjoni, fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz jew pajjiżi terzi, inkluż ftehim konkluż ma’ pajjiż terz jew aktar li għalih il-Komunità hija parti u li indirizza l-kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-enerġija.
Artikolu 12
Ħatra ta’ operaturi tal-ħżin u tas-sistema tal-LNG
L-Istati Membri għandhom jaħtru, jew jesiġu li, impriżi tal-gass naturali li jkunu proprjetarji ta’ faċilitajiet tal-ħżin jew tal-LNG li jaħtru, għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri b’kont meħud tal-kwistjonijiet ta’ effiċjenza u bilanċ ekonomiku, operatur, jew aktar, tas-sistema tal-ħżin jew tal-LNG.
Artikolu 13
Kompiti tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni, tal-ħżin u/jew tal-LNG
Kull operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni, tal-ħżin u/jew tal-LNG għandu:
jopera, jagħti manutenzjoni u jiżviluppa taħt kondizzjonijiet ekonomiċi, it-trasmissjoni, il-ħżin u/jew il-faċilitajiet tal-LNG sikuri, affidabbli u effiċjenti biex jiġi żgurat suq miftuħ, b’kont dovut għall-ambjent, u jiżgura li jkun hemm mezzi adegwati biex jiġu ssodisfati l-obbligi tas-servizz;
iżomm lura milli jiddiskrimina bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta’ utenti tas-sistema, b’mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu;
jagħti lil kull operatur ieħor tas-sistema ta’ trasmissjoni, operatur ieħor tas-sistema tal-ħżin, operatur ieħor tas-sistema tal-LNG u/jew kull operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni, biżżejjed informazzjoni sabiex jaċċerta li t-trasport u l-ħżin tal-gass naturali jistgħu jsiru b’mod kompatibbli mal-operat sikur u effiċjenti tas-sistema interkonnessa; u
jagħti lill-utenti tas-sistema l-informazzjoni li jeħtieġu għall-aċċess effiċjenti għas-sistema.
Artikolu 14
Operaturi ta’ sistemi indipendenti
Fir-rigward tal-parti tas-sistema ta' trasmissjoni li tgħaqqad Stat Membru ma'pajjiż terz, bejn il-fruntiera ta' dak l-Istat Membru u l-ewwel punt ta' konnessjoni man-netwerk ta' dak l-Istat Membru, fejn fit-23 ta' Mejju 2019 is-sistema ta' trasmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment, dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax l-Artikolu 9(1) u li jaħtar operatur tas-sistema indipendenti fuq proposta mill-proprjetarju tas-sistema tat-trasmissjoni.
Il-ħatra ta' operatur tas-sistema indipendenti għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.
L-Istat Membru jista’ japprova u jaħtar biss operatur indipendenti tas-sistema, meta:
l-operatur kandidat wera li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1)(b), (c) u (d);
l-operatur kandidat ikun wera li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi finanzjarji, tekniċi, fiżiċi u umani meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu taħt l-Artikolu 13;
l-operatur kandidat ikun intrabat li jikkonforma ma’ pjan, għall-operatur indipendenti tas-sistema, ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network b’sorveljanza mill-awtorità regolatorja;
il-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni jkun wera l-kapaċità tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt il-paragrafu 5. Għal dan il-għan, għandu jipprovdi abbozz tal-arranġamenti kuntrattwali kollha mal-impriża kandidata u ma’ kwalunkwe entità oħra relevanti; u
l-operatur kandidat ikun wera l-abbiltà tiegħu li jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 inkluża l-koperazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni fil-livell Ewropew u reġjonali.
Meta jinħatar operatur tas-sistema indipendenti, il-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni għandu:
jipprovdi l-koperazzjoni u l-appoġġ kollha relevanti lill-operatur tas-sistema indipendenti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inkluż b’mod partikolari t-tagħrif kollu relevanti;
jiffinanzja l-investimenti deċiżi mill-operatur tas-sistema indipendenti u approvati mill-awtorità regolatorja, jew jaċċetta li jiġu ffinanzjati minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti. L-arranġamenti ta’ finanzjament relevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Qabel din l-approvazzjoni, l-Awtorità Regolatorja għandha tikkonsulta lill-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni flimkien mal-partijiet interessati l-oħrajn;
jipprovdi għall-kopertura ta’ responsabbiltà relatata mal-assi tan-network, bl-esklużjoni tar-responsabbiltà marbuta mal-kompiti tal-operatur indipendenti tas-sistema; u
jipprovdi garanziji biex jiġi ffaċilitat il-finanzjament ta’ kwalunkwe espansjonijiet tan-network bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-investimenti fejn, taħt il-punt (b), jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għal finanzjament minn kwalunkwe parti interessata, inkluż l-operatur tas-sistema indipendenti.
Artikolu 15
Separazzjoni tal-proprjetarji tas-sistema ta’ trasmissjoni u tal-operaturi tas-sistema ta’ ħżin
Il-proprjetarju ta’ sistema ta’ trasmissjoni, meta jkun inħatar operatur indipendenti tas-sistema, u l-operatur ta’ sistema ta’ ħżin li jiffurmaw parti minn impriżi integrati vertikalment, għandhom ikunu indipendenti, għall-anqas f’termini tal-forma ġuridika tagħhom, tal-organizzazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, minn attivitajiet oħrajn li ma jkunux relatati mat-trasmissjoni, distribuzzjoni u ħżin.
Dan l-Artikolu għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ħżin li huma teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-aċċess effiċjenti fis-sistema għall-forniment ta’ klijenti taħt l-Artikolu 33.
Sabiex tiġi aċċertata l-indipendenza tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni u tal-operatur tas-sistema ta’ ħżin imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-kriterji minimi li ġejjin:
dawk il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operatur tas-sistema ta’ ħżin ma jistgħux jieħdu sehem fl-istrutturi korporattivi tal-impriża integrata tal-gass naturali li hija responsabbli, direttament jew indirettament, għall-operat ta’ kuljum tal-produzzjoni u l-forniment tal-gass naturali;
għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operatur tas-sistema ta’ ħżin jitqiesu b’mod li jiżgura li huma kapaċi li jaġixxu b’mod indipendenti;
l-operatur tas-sistema ta’ ħżin għandu jkollu drittijiet effettivi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, indipendentement mill-impriża integrata tal-gass naturali, rigward l-assi meħtieġa għall-operazzjoni, il-manutenzjoni jew l-iżvilupp tal-faċilitajiet tal-ħżin. Dan m’għandux jeskludi l-eżistenza ta’ mekkaniżmi adegwati ta’ koordinazzjoni biex jiġi aċċertat li jiġu protetti d-drittijiet ta’ sorveljanza ekonomika u ta’ amministrazzjoni tal-kumpanija prinċipali rigward prospetti fuq assi regolati indirettament taħt l-Artikolu 41(6) f’kumpanija sussidjarja. B’mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija prinċipali tapprova l-pjan finanzjarju ta’ kull sena, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, tal-operatur tas-sistema ta’ ħżin kif ukoll li tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta’ dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan m’għandux jippermetti lill-kumpanija prinċipali tagħti xi struzzjonijiet dwar l-operazzjoni ta’ kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali marbuta mal-bini jew mat-tiġdid tal-faċilitajiet tal-ħżin, li ma jkunux jeċċedu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti ieħor; u
il-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operatur tas-sistema ta’ ħżin għandhom ifasslu programm ta’ konformità, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda kondotta diskriminatorja, u biex ikun żgurat li l-osservanza tiegħu tkun sorveljata tajjeb. Il-programm ta’ konformita’ għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi tal-impjegati li jiksbu dawk l-għanijiet. Rapport annwali, li jindika l-miżuri meħuda, għandu jiġi ppreżentat mill-persuna jew l-entità responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta’ konformità lill-awtorità regolatorja u għandu jiġi ppubblikat.
Artikolu 16
Kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u proprjetarji tas-sistemi ta’ trasmissjoni
KAPITOLU IV
OOPERATUR TA’ TRASMISSJONI INDIPENDENTI
Artikolu 17
Assi, tagħmir, persunal u identità
L-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha biex jaqdu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u jwettqu l-attività ta’ trasmissjoni tal-gass, partikolarment:
assi li huma meħtieġa għall-attività ta’ trasmissjoni tal-gass, inkluża s-sistema ta’ trasmissjoni, għandhom ikunu l-proprjetà tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni;
persunal meħtieġ għan-negozju ta’ trasmissjoni tal-gass, inkluża l-prestazzjoni tal-kompiti korporattivi, għandhom jiġu impjegati mill-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni;
it-twellija ta’ persunal u l-għoti ta’ servizzi, lil u minn kwalunkwe parti oħra tal-impriża integrata vertikalment għandha tiġi projbita. L-operatur ta’ sistema ta’ trasmissjoni jista’ madankollu jagħti servizzi lill-impriża integrata vertikalment sakemm:
l-għoti ta’ dawn is-servizzi ma jiddiskriminax kontra utenti tas-sistema, huwa disponibbli lil utenti kollha tas-sistema taħt l-istess termini u kondizzjonijiet u ma jirrestinġix, jgħawweġ jew jipprevjeni kompetizzjoni fil-produzzjoni jew il-forniment, u
it-termini u l-kondizzjonijiet tal-għoti ta’ dawn is-servizzi jkunu approvati mill-awtorità regolatorja;
mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta’ Sorveljanza taħt l-Artikolu 20, riżorsi finanzjarji xierqa għal proġetti futuri ta’ investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta’ assi eżistenti għandhom ikunu disponibbli għall-operatur ta’ sistema ta’ trasmissjoni fiż-żmien dovut mill-impriża integrata vertikalment wara talba adatta mill-operatur ta’ sistema ta’ trasmissjoni.
L-attività tat-trasmissjoni tal-gass għandha għall-anqas tinkludi l-kompiti li ġejjin flimkien ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 13:
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni u kuntatti lil partijiet terzi u l-awtoritajiet regolatorji;
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni fin-Network Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trasmissjoni tal-Gass (European Network of Transmission System Operators) (ENTSO tal-Gass);
l-għoti ta’ aċċess lil partijiet terzi u l-ġestjoni tiegħu fuq bażi mhux diskriminatorja bejn l-utenti tas-sistema jew il-klassijiet tal-utenti tas-sistema;
il-ġbir tal-ispejjeż kollha relatati mas-sistema ta’ trasmissjoni inklużi l-ispejjeż ta’ aċċess, l-ispejjeż ta’ kumpens għal servizzi anċillari bħat-trattament tal-gass, ix-xiri ta’ servizzi (l-ispejjeż ta’ bilanċ, enerġija għal telf);
l-operazzjoni, manutenzjoni u żvilupp tas-sistema sikura, effikaċi u ekonomika ta’ trasmissjoni;
ippjanar fl-investiment li jiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq mad-domanda raġonevoli u tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista;
l-istabbiliment ta’ impriżi konġunti adegwati, anke ma’ operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni wieħed jew aktar, skambji tal-gass, u attivitajiet oħra relevanti bil-għan tal-iżvilupp tal-ħolqien tas-swieq reġjonali jew jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ liberalizzazzjoni; u
is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi legali, il-kontabbiltà u s-servizzi tal-IT.
Artikolu 18
Indipendenza tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni
Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-membri tal-Korp ta’ Sorveljanza taħt l-Artikolu 20, l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni għandu jkollu:
drittijiet deċiżjonali reali, indipendenti mill-impriża integrata vertikalment, fejn għandhom x’jaqsmu l-assi meħtieġa biex jopera, iżomm jew jiżviluppa s-sistema ta’ trasmissjoni; u
is-setgħa li jsib fondi fis-suq kapitali b’mod partikolari billi jissellef u permezz ta’ żieda kapitali.
Artikolu 19
Indipendenza tal-persunal u tal-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni
L-identità u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mandat, it-tul ta’ żmien u t-terminazzjoni tal-kariga tal-persuni nnominati mill-Korp ta’ Sorveljanza għall-ħatra jew tiġdid bħala persuni responsabbli mill-ġestjoni eżekuttiva u/jew bħala membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni, u r-raġunijiet għal kull deċiżjoni proposta li tittermina tali kariga, għandhom jiġi nnotifikati lill-awtorità regolatorja. Dawn il-kondizzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jorbtu biss jekk, fi żmien tliet ġimgħat wara n-notifika, l-awtorità regolatorja ma tkunx oġġezzjonat għalihom.
L-awtorità regolatorja tista’ toġġezzjona għad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:
jekk iqumu dubji dwar l-indipendenza professjonali ta’ persuna nnominata responsabbli mill-ġestjoni u/jew membru tal-korpi amministrattivi; jew
fil-każ ta’ terminazzjoni prematura ta’ kariga, jekk jeżistu dubji rigward il-ġustifikazzjoni ta’ tali terminazzjoni prematura.
Il-paragrafu 3 għandu japplika għall-maġġoranza tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur ta’ sistema ta’ trasmissjoni.
Il-persuni responsabbli għall-ġestjoni u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni li mhumiex suġġetti għall-paragrafu 3, ma għandhomx ikunu eżerċitaw l-ebda attività ta’ ġestjoni jew attività relevanti oħra fl-impriża integrata vertikalment għal perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur qabel il-ħatra tagħhom.
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u l-paragrafi 4 sa 7 għandhom ikunu applikabbli għall-persuni kollha li jappartjenu għall-ġestjoni eżekuttiva u għal dawk kollha li jirrappurtaw għalihom direttament dwar materji relatati għall-operat, il-ġestjoni jew l-iżvilupp tan-network.
Artikolu 20
Korp ta’ Sorveljanza
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 19(3) sa (7) għandhom japplikaw għall-anqas għal nofs il-membri tal-Korp ta’ Sorveljanza barra wieħed.
Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(2) għandu japplika għall-membri kollha tal-Korp ta’ Sorveljanza.
Artikolu 21
Programm ta’ konformità u uffiċjal għall-konformità
L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun inkarigat milli:
jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta’ konformità;
jelabora rapport annwali, li juri l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ konformità u jippreżentah lill-awtorità regolatorja;
jirrapporta lill-Korp ta’ Sorveljanza u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-programm ta’ konformità u l-implimentazzjoni tiegħu;
jinnotifika lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe ksur sostanzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ konformità; u
jirrapporta lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni.
L-uffiċjal għall-konformità jista’ jattendi għal-laqgħat kollha tat-tmexxija jew tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni, u dawk tal-Korp ta’ Sorveljanza u l-assemblea ġenerali. L-uffiċjal għall-konformità għandu jattendi l-laqgħat kollha li jindirizzaw il-materji li ġejjin:
il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għan-network, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 715/2009, partikolarment fir-rigward tat-tariffi, is-servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, it-trasparenza, l-ibbilanċjar u s-swieq sekondarji;
proġetti mibdija sabiex tiġi operata, tiġi mantenuta u żviluppata s-sistema ta’ trasmissjoni, inkluż investimenti f’konnessjonijiet ta’ trasport ġodda, fl-espansjoni tal-kapaċità u l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità eżistenti;
xiri jew bejgħ tal-enerġija meħtieġa biex tiġi operata s-sistema ta’ trasmissjoni.
Artikolu 22
Żvilupp fin-netwerk u setgħat sabiex jittieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment
Il-pjan ta’ żvilupp tan-network fuq għaxar snin għandu, b’mod partikolari:
jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastruttura ewlenija ta’ trasmissjoni li jeħtieġ li tinbena jew tiġi mmodernizzata matul l-għaxar snin li ġejjin;
ikun fih l-investimenti kollha diġà deċiżi u jidentifika investimenti ġodda li jridu jiġu eżegwiti fit-tliet snin li ġejjin; u
jipprovdi skeda ta’ żmien għall-proġetti kollha ta’ investiment.
F’ċirkostanzi fejn l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni, jekk mhux għal raġunijiet imperattivi mhux fil-kontroll tiegħu, ma jeżegwixxix investiment, li, konformement mal-pjan ta’ żvilupp tan-network fuq għaxar snin, suppost kellu jiġi eżegwit fis-snin ta’ wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja għandha l-obbligu li tieħu għall-anqas waħda mill- miżuri li ġejjin biex tiżgura li l-investiment in kwistjoni jseħħ jekk tali investiment ikun għadu relevanti abbażi tal- pjan l-aktar reċenti ta’ żvilupp tan-network fuq għaxar snin:
tesiġi mill-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni li jeżegwixxi l-investimenti in kwistjoni;
torganizza proċedura għal sejħa ta’ offerti miftuħa għal kull investitur għall-investiment in kwistjoni; jew
tobbliga lill-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jaċċetta żieda fil-kapital biex jiffinanzja l-investimenti meħtieġa u jippermetti l-investituri indipendenti jipparteċipaw fil-kapital.
Fejn l-awtorità regolatorja tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha taħt il-punt (b) tal-paragrafu 7, hija tista’ tobbliga lill-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jaqbel ma’ element wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:
il-finanzjament minn xi parti terza;
il-kostruzzjoni minn xi parti terza;
il-bini minnu stess tal-assi koncernati, jew
l-operazzjoni minnu istess tal-ass koncernat.
L-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni għandu jipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-investiment, għandu jikkollega l-assi l-ġodda man-network ta’ trasmissjoni u għandu jagħmel l-aħjar li jista’ biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett ta’ investiment.
L-arranġamenti finanzjarji relevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja.
Artikolu 23
Setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-konnessjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħżin, faċilitajiet ta’ gassifikazzjoni mill-ġdid ta’ LNG u kljienti industrijali mas-sistema ta’ trasmissjoni
KAPITOLU V
DISTRIBUZZJONI U FORNIMENT
Artikolu 24
Il-ħatra tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni
L-Istati Membri għandhom jinnominaw, jew jesiġ li l-impriżi li għandhom jew li huma responsabbli għal sistemi ta’ distribuzzjoni jinnominaw, għal perijodu li għandu jiġi determinat mill-Istati Membri, wara li jkunu kkunsidraw kwistjonijiet ta’ effikaċja u bilanċ ekonomiku, operatur tas-sistemi ta’ trasmissjoni wieħed jew aktar, u għandhom jaċċertaw li dawk l-operaturi jaġixxu taħt l-Artikoli 25, 26 u 27.
Artikolu 25
Il-kompiti tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni
Artikolu 26
Is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni
Minbarra r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, fejn l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni huwa parti minn impriża integrata vertikalment, huwa għandu jkun indipendenti minn attivitajiet oħra mhux relatati mad-distribuzzjoni f’termini tal-organizzazzjoni tiegħu u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Sabiex jintlaħaq dan, għandhom japplikaw l-kriterji minimi li ġejjin:
dawk il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni ma jistgħux jieħdu sehem fl-istrutturi tad-distribuzzjoni tal-impriża integrata tal-gass naturali responsabbli, direttament jew direttament, għall-operazzjoni ta’ kuljum tal-produzzjoni, trasmissjoni u fornitura tal-gass naturali;
għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jiġi aċċertat illi l-interessi professjonali tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jitqiesu b’mod li jaċċerta li huma kapaċi li jaġixxu b’mod indipendenti;
l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkollu drittijiet deċiżjonali effettivi, indipendentement mill-impriża integrata tal-gass naturali, rigward l-assi meħtieġa għall-operazzjoni, il-manutenzjoni jew żviluppar tan-networks. Sabiex jitwettqu dawn il-kompiti, l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa, inklużi r-riżorsi umani, tekniċi, finanzjarji u fiżiċi. Dan m’għandux jipprevjeni l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni adatti biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta’ superviżjoni ekonomiċi u amministrattiv tal-kumpanija ewlenija fir-rigward tal-qliegħ mill-assi, regolati indirettament taħt l-Artikolu 41(6), f’sussidjara jiġu protetti. B’mod partikolari, dan għandu jippermetti lill-kumpanija ewlenija tapprova l-pjan finanzjarju annwali, jew kwalunkwe strument ekwivalenti, tal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni u tistabbilixxi limiti globali fuq il-livelli ta’ dejn tas-sussidjarja tagħha. Dan m’għandux jippermetti l-kumpanija ewlenija biex tagħti struzzjonijiet dwar il-ħidma ta’ kuljum, u lanqas dwar deċiżjonijiet individwali dwar il-bini jew l-immodernizzar tal-linji ta’ distribuzzjoni, li ma jkunux jaqbżu t-termini tal-pjan finanzjarju approvat, jew kwalunkwe strument ekwivalenti; u
l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandu jistabbilixxi programm ta’ konformità, li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li tkun eskluża mġiba diskriminatorja, u jiżgura li l-osservanza tiegħu tkun adegwatament sorveljata. Il-programm ta’ konformita’ għandu jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet speċifiċi tal-impjegati li jiksbu dak il-għan. Għandu jiġi ppreżentat rapport annwali, li jistabbilixxi l-miżuri meħuda, mill-persuna jew l-entità responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta’ konformità, l-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni, lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 39(1) u għandu jiġi ppubblikat. L-uffiċjal għall-konformità tal-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun kompletament indipendenti u għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja dwar l-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni u dwar kwalunkwe impriża affiljata sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu.
Artikolu 27
Obbligi ta’ kunfidenzjalità għall-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni
Artikolu 28
Sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa
L-Istati Membri jistgħu jieħdu dispożizzjonijiet sabiex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jikklassifikaw sistema li tiddistribwixxi l-gass fi ħdan sit geografikament magħluq industrijali, kummerċjali jew ta’ servizzi komuni u li, bla ħsara għall-paragrafu 4, ma tfornix lill-klijenti fid-djar, bħala sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa jekk:
għal raġunijiet speċifiċi tekniċi jew ta’ sikurezza, l-operat jew il-proċess tal-utenti ta’ dik is-sistema jkunu integrati; jew
dik is-sistema tiddistribwixxi l-gass primarjament lis-sid jew lill-operatur tas-sistema jew lill-impriżi konnessi tagħhom.
Artikolu 29
Operatur kombinat
L-Artikolu 26(1) m’għandux jipprevjeni l-ħidma ta’ operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni, LNG, ħżin u ta’ distribuzzjoni kombinati sakemm dan l-operatur jikkonforma mal-Artikoli 9(1) jew, 14 u15 jew mal-Kapitolu IV jew jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49(6).
KAPITOLU VI
SEPARAZZJONI U TRASPARENZA TAL-KONTIJIET
Artikolu 30
Id-dritt ta’ aċċess għall-kontijiet
Artikolu 31
Separazzjoni tal-kontijiet
L-impriżi tal-gass naturali, irrispettivament mis-sistema ta’ proprjetà jew forma legali tagħhom, għandhom ifasslu, jissottomettu għall-verifika u jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom konformement mar-regoli tal-liġi nazzjonali dwar il-kontijiet annwali ta’ kumpaniji b’respondabbiltà limitata adottata konformement mar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 44(2)(g) ( *2 ) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji ( 7 ).
L-impriżi li mhumiex legalment obbligati li jippubblikaw il-kontijiet ta’ kull sena tagħhom għandhom iżommu kopja tagħhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-uffiċċju ewlieni tagħhom.
KAPITOLU VII
ORGANIZZAZZJONI TA’ AĊĊESS GĦAS-SISTEMA
Artikolu 32
L-aċċess għal partijiet terzi
Artikolu 33
L-aċċess għall-ħżin
Għall-organizzazzjoni tal-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin u linepack fejn teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvediemnt ta’ aċċess effiċjenti għas-sistema għall-fornitura tal-klijenti, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-aċċess għas-servizzi anċillari, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu waħda mill-proċeduri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jew it-tnejn li huma. Dawn il-proċeduri għandhom joperaw skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
L-awtoritajiet regolatorji fejn l-Istat Membri hekk jistipulaw, jew l-Istati Membri, għandhom jiddefinixxu u jippubblikaw il-kriterji skont liema jista’ jiġi ddeterminat liema sistema ta’ aċċess għandha tapplika għall-faċilitajiet tal-ħżin u l-linepack. Għandhom joħorġu fil-pubbliku, jew inkella jobbligaw lill-operaturi tas-sistema ta’ ħżin u lill-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni li jagħmlu pubbliku, liema faċilitajiet tal-ħżin u liema linepack huma offruti konformement mal-proċeduri differenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4.
Dawk l-obbligazzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għad-dritt tal-għażla mogħti lill-Istati Membri fl-ewwel subparagrafu.
Fil-każ ta’ aċċess negozjat, l-Istati Membri, jew meta l-Istati Membri hekk ikunu stipulaw, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti eliġibbli kollha kemm ġewwa jew barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa biex ikunu jistgħu jinnegozjaw aċċess għall-faċilitajiet ta’ ħażna u l-linepack, meta teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvediment ta’ aċċess effiċjenti għas-sistema, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-aċċess għal servizzi oħrajn anċillari. Il-partijiet għandhom jiġu obbligati li jinnegozjaw, bona fide, l-aċċess għall-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari.
Appalti għall-aċċess għall-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari għandhom jiġu negozjati mal-operatur relevanti tas-sistema tal-ħżin jew mal-impriża relevanti tal-gass naturali. L-awtoritajiet regolatorji fejn l-Istati Membri hekk jistipulaw, jew l-Istati Membri, għandhom jesiġu li l-operaturi tas-sistemi tal-ħżin u l-impriżi tal-gass naturali jippubblikaw il-kondizzjonijiet kummerċjali ewlenin għall-użu tal-ħażna, linepack u servizzi oħrajn anċillari mill-1 ta' Jannar 2005 u fuq bażi annwali kull sena wara.
Meta jfasslu l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, l-operaturi tal-ħżin u l-impriżi tal-gass naturali għandhom jikkonsultaw lill-utenti tas-sistema.
Artikolu 34
Aċċess għall-upstream pipeline networks
L-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata b’mod determinat mill-Istat Membru konformement mal-istrumenti legali relevanti. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-għanijiet ta’ aċċess imparzjali u miftuħ, il-kisba ta’ suq kompetittiv fil-gass naturali u l-evitar ta’ kwalunkwe abbuż minn pożizzjoni dominanti, filwaqt li jqisu is-sigurtà u r-regolarità tal-provvisti, il-kapaċità li raġonevolment tista’ tkun disponibbli u l-protezzjoni tal-ambjent. Dawn li ġejjin jistgħu jiġu meqjusa:
il-ħtieġa li jiġi rrifjutat l-aċċess fejn hemm inkompatibilità ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li ma jistgħux jiġu megħluba b’mod raġonevoli;
il-ħtieġa li jiġu evitati diffikultajiet li ma jistgħux jiġu megħluba b’mod raġonevoli u jistgħu jippreġudikaw il-produzzjoni effiċjenti, preżenti u ppjanata fil-futur tal-hydrocarbons, inklużi dawk minn oqsma ta’ vijabbiltà ekonomika marġinali;
il-ħtieġa li tirrispetta l-ħtiġijiet raġjonevoli u debitament sostanzjati tal-proprjetarju jew operatur tan-network ta’ linji ta’ pajpijiet upstream għat-trasport u l-pproċessar ta’ gass u l-interessi tal-utenti l-oħra kollha tar-retikolat ta’ linji ta’ pajpijiet upstream jew faċilitajiet relevanti ta’ proċessar jew maniġġjar li jistgħu jiġu effettwati; u
il-ħtieġa li japplikaw il-liġijiet u l-proċeduri amministrattivi tagħhom, konformement mal-liġi Komunitarja, għall-għotja ta’ awtorizzazzjoni għall-produzzjoni jew għall-iżvilupp upstream.
Artikolu 35
Rifjut tal-aċċess
Artikolu 36
Infrastruttura ġdida
Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, jiġifieri interkonnetturi, faċilitajiet ta’ ħżin u ta’ LNG jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perijodu definit ta’ żmien, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9, 32, 33 u 34, u l-Artikoli 41(6), (8) u (10) taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura;
il-livell tar-riskju għall-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx kemm-il darba ma tingħatax eżenzjoni;
l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta’ persuna naturali jew legali li hija separata għall-inqas f’termini tal-forma legali tagħha, mill-operatur tas-sistema li fis-sistemi tiegħu sejra tinbena dik l-infrastruttura;
id-drittjiet jiġu imposti fuq l-utenti ta’ dik l-infrastruttura; u
l-eżenzjoni ma għandhiex tkun ta' ħsara għall-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, li aktarx jiġu affettwati mill-investiment, għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali, għall-funzjonament effiċjenti tas-sistemi regolati kkonċernati, jew għas-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali fl-Unjoni.
Qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali, jew, fejn xieraq, awtorità kompetenti oħra ta' dak l-Istat Membru, għandhom jikkonsultaw:
lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri li s-swieq tagħhom x'aktarx jiġu affettwati mill-infrastruttura l-ġdida; u
lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi, fejn l-infrastruttura konċernata tkun magħquda man-netwerk tal-Unjoni taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, u toriġina minn jew tintemm f'pajjiż terz wieħed jew aktar.
Fejn l-awtoritajiet ta' pajjiż terz ikkonsultati ma jagħtux tweġiba għall-konsultazzjoni fi żmien raġonevoli jew fi żmien l-iskadenza stabbilita li ma taqbiżx tliet xhur, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tista' tadotta d-deċiżjoni meħtieġa.
Fejn l-infrastruttura konċernata tkun tinsab fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija tista’ tressaq opijoni konsultattiva quddiem l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri konċernati, li tista’ tintuża bħala sies għad-deċiżjoni tagħhom, fi żmien xahrejn mid-data li fiħa ġiet irċevuta t-talba għal eżenzjoni mill-aħħar minn fost dawk l-awtoritajiet regolatorji.
Fejn l-awtoritajiet regolatorji konċernati kollha jkunu laħqu ftehim dwar it-talba għal eżenzjoni fi żmien sitt xhur mid-data li fiha hija ġiet riċevuta mill-aħħar fost l-awtoritajiet regolatorji, huma għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar id-deċiżjoni tagħhom. Fejn l-infrastruttura konċernata tkun linja ta' trasmissjoni bejn Stat Membru u pajjiż terz, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali, jew fejn adatt, awtorità kompetenti oħra tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-ewwel punt ta' interkonnessjoni man-netwerk tal-Istati Membri, jistgħu jikkonsultaw lill-awtorità rilevanti ta' dak il-pajjiż terz bil-ħsieb li jiġi żgurat, fir-rigward tal-infrastruttura konċernata, li din id-Direttiva tiġi applikata b'mod konsistenti fit-territorju u, fejn applikabbli, fil-baħar territorjali ta' dak l-Istat Membru. Fejn l-awtorità kkonsultata tal-pajjiż terz ma tweġibx għall-konsultazzjoni fi żmien raġonevoli jew fi żmien l-iskadenza stabbilita li ma taqbiżx tliet xhur, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tista' tadotta d-deċiżjoni meħtieġa.
L-Aġenzija għandha teżerċita l-kompiti konferiti lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri konċernati minn dan l-Artikolu:
meta l-awtoritajiet regolatorji konċernati kollha ma jkunx irnexxiehom jilħqu ftehim fi żmien perijodu ta’ sitt xhur mid-data li fiħa ġiet irċevuta t-talba għal eżenzjoni mill-aħħar minn fost dawk l-awtoritajiet regolatorji; jew
fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji konċernati.
L-awtoritajiet regolatorji konċernati kollha jistgħu jitolbu konġuntament li l-perijodu msemmi fit-tielet subparagrafu jkun estiż b’perijodu massimu ta’ tliet xhur.
Eżenzjoni tista’ tkopri l-kapaċità kollha jew parti minnha tal-infrastruttura l-ġdida, jew tal-infrastruttura eżistenti b’kapaċità miżjuda b’mod sinifikanti.
Meta tittieħed deċiżjoni li tingħata eżenzjoni, għandu jitqies, fuq bażi ta’ kull każ individwalment, għall-ħtieġa li jiġu imposti l-kondizzjonijiet rigward id-durata tal-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Meta tittieħed deċiżjoni rigward dawk il-kondizzjonijiet, għandhom jitqiesu b’mod partikolari l-kapaċità żejda li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-medda ta’ żmien prevista għall-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.
Qabel tagħti eżenzjoni l-awtorità regolatorja għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità. Ir-regoli għandhom jesiġu li l-utenti kollha potenzjali tal-infrastruttura jkunu mistidnin jindikaw l-interess tagħhom fil-kapaċità tal-kuntrattar qabel ma tiġi allokata l-kapaċità għall-infrastruttura l-ġdida, inkluż għall-użu proprju. L-awtorità regolatorja għandha tesiġi li r-regoli għall-ġestjoni tal-konġestjoni jinkludu l-obbligu li tinbiegħ kapaċità ġdida fis-suq, u għandha tesiġi li l-utenti tal-infrastruttura jkunu intitolati jikkummerċjalizzaw il-kapaċitjiet kuntrattati tagħhom fuq is-suq sekondarju. Fl-analiżi tagħha tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (e) tal-paragrafu 1, l-awtorità regolatorja għandha tqis ir-riżultati tal-proċedura tal-allokazzjoni ta’ kapaċità.
Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, li tinkludi kwalunkwe mill-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tkun motivata u ppubblikata kif jixraq.
L-awtorità regolatorja għandha tibgħat lill-Kummissjoni minnufih kopja ta’ kull talba għal eżenzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien, mill-awtorità kompetenti lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Din l-informazzjoni tista’ tingħata lill-Kummissjoni f’forma aggregata, li tippermetti lill-Kumissjoni tasal għal deċiżjoni fuq bażi tajba. B’mod partikolari, l-informazzjoni għandu jkun fiha:
ir-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom l-awtorità regolatorja, jew l-Istat Membru, taw jew irrifjutaw eżenzjoni flimkien ma’ referenza għall-paragrafu 1 inklużi l-punt jew punti relevanti ta’ dak il-paragrafu li fuqhom tkun ibbażata din id-deċiżjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;
l-analiżi li tikun saret dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-operat effettiv tas-suq intern tal-gass li jirriżultaw mill-għotja tal-eżenzjoni;
ir-raġunijiet għall-perijodu ta’ żmien u s-sehem tal-kapaċità totali tal-infrastruttura tal-gass in kwistjoni li għaliha ngħatat l-eżenzjoni;
f’każ li l-eżenzjoni tirrigwarda interkonnettur, ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji konċernati; u
il-kontribut tal-infrastruttura għad-diversifikazzjoni tal-fornitura tal-gass.
Fi żmien xahrejn mill-jum tar-riċezzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li tesiġi li l-awtorità regolatorja temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perijodu ta’ xahrejn jista’ jiġi estiż b’perijodu addizzjonali ta’ xahrejn fejn il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Dak il-perijodu addizzjonali għandu jibda l-għada tar-riċezzjoni tal-informazzjoni kompleta. Il-perijodu inizjali ta’ xahrejn jista’ jiġi estiż ukoll bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità regolatorja.
Meta l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet provvduta fil-perijodu stipulat fit-talba, in-notifika għandha titqies li ġiet irtirata jekk, sakemm qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, dan ma jkunx ġie estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità regolatorja, u sakemm l-awtorità regolatorja, fi stqarrija debitament raġunata, ma tkunx informat lill-Kummissjoni li tikkunsidra li n-notifika hija kompluta.
L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni ta’ eżenzjoni fi żmien xahar, u għandha tinforma lill-Kummissjoni kif ikun meħtieġ.
Il-Kummissjoni għandha tippreżerva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva kummerċjalment.
L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta’ deċiżjoni dwar eżenzjoni m’għandhiex tibqa’ fis-seħħ sentejn wara l-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, il-bini tal-infrastruttura ma jkunx għadu beda, u ħames snin wara l-adozzjoni tagħha jekk, l-infrastruttura ma tkunx saret operattiva sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix li xi dewmien ikun kawża ta’ ostakli kbar li ma jkunux fil-kontroll tal-persuna li tkun ingħatat l-eżenzjoni.
Artikolu 37
Ftuħ tas-suq u reċiproċità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti eliġibbli huma:
sal-1 ta’ Lulju 2004, il-klijenti eliġibbli kif speċifikat fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali ( 8 ). L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sal-31 ta’ Jannar kull sena il-kriterji għad-definizzjoni ta’ dawn il-klijenti eliġibbli;
mill-1 ta’ Lulju 2004, il-klijenti mhux domestiċi kollha;
mill-1 ta’ Lulju 2007, il-klijenti kollha.
Biex jiġi evitat l-iskwilibrju fil-ftuħ tas-swieq tal-gass:
appalti għall-fornitura ma’ klijent eliġibbli f’sistema ta’ Stat Membru ieħor m’għandhomx jiġu pprojbiti jekk il-klijent huwa eliġibbli fiż-żewġ sistemi involuti; u
fejn it-transazzjonijiet kif deskritti fil-punt (a) jiġu rifjutati minħabba li l-klijent huwa eliġibbli biss f’waħda miż-żewġ sistemi, il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni fis-suq u l-interess komuni, tobbliga lill-parti li qed jirrifujta li tesegwwixxi t-talba għall-fornitura, fuq it-talba ta’ wieħed mill-Istati Membri taż-żewġ sistemi.
Artikolu 38
Linji diretti
l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu:
lill-impriżi tal-gass naturali stabbiliti fit-territorji tagħhom li jipprovdu lill-klijenti eliġibbli permezz ta’ linja diretta; u
kwalunkwe minn dawn il-klijenti eliġibbli fit-territorju tagħhom li jiġi pprovdut permezz ta’ linja diretta minn impriżi tal-gass naturali.
KAPITOLU VIII
AWTORITAJIET REGOLATORJI NAZZJONALI
Artikolu 39
Ħatra u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji u jiżguraw li dawn jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fit-twettiq tal-kompiti regolatorji mogħtija lilha minn din id-Direttiva u mil-leġislazzjoni relatata, l-awtorità regolatorja:
tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra;
tiżgura li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha:
jaġixxu b’mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq; u
ma jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet diretti mill-ebda gvern jew entità pubblika jew privata oħra fit-twettiq tal-kompiti regolatorji. Dan ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għall-koperazzjoni mill-qrib, fejn ikun il-każ, ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra relevanti jew għal linji gwida ġenerali ta’ politika maħruġa mill-gvern li ma jkunux relatati mad-dmirijiet u setgħat regolatorji taħt l-Artikolu 41.
Sabiex tkun protetta l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li:
l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jieħdu deċiżjonijiet awtonomi, b’mod indipendenti minn kwalunkwe entità politika, u jkollhom allokazzjonijiet annwali baġitarji separati, b’awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat, u riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u
il-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta’ bord, il-maniġers ewlenin tal-awtorità regolatorja, jinħatru għal perjodu fiss ta’ ħames sa seba’ snin, li jiġġedded darba.
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skema ta’ rotazzjoni xierqa għall-bord jew għall-maniġers ewlenin. Il-membri tal-bord jew, fin-nuqqas ta’ bord, il-maniġers ewlenin jistgħu jitneħħew mill-inkarigu tagħhom matul il-mandat tagħhom biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jew jekk kienu ħatja ta’ kondotta ħażina taħt il-liġi nazzjonali.
Artikolu 40
Objettivi ġenerali tal-awtoritajiet regolatorji
Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jinkisbu l-objettivi li ġejjin fil-qafas tal-kompiti u s-setgħat tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 41, f’konsultazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra, inklużi l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, fejn ikun il-każ, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom:
il-promozzjoni, f’koperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzij, l-awtoritajiet regolatorji ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni, ta’ suq intern tal-gass naturali li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan il-Komunità, u ftuħ effettiv tas-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Komunità, u li jiġu żgurati kundizzjonijiet xierqa biex in-netwerks tal-gass joperaw b’mod effettiv u ta’ min joqgħod fuqhom, filwaqt li jitqiesu l-objettivi għall-futur imbiegħed;
l-iżvilupp ta’ swieq reġjonali kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fil-Komunità sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-punt (a);
l-eliminazzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-gass naturali bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet adatti ta’ trasmissjoni transkonfini biex tiġi sodisfatta d-domanda u tittejjeb l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali li jistgħu jiffaċilitaw il-flussi tal-gass naturali fil-Komunità;
li jgħinu biex jintlaħaq, bl-aktar mod effettiv fejn jidħlu spejjeż, l-iżvilupp ta’ sistemi mhux diskriminatorji li jkunu sikuri, affidabbli u effiċjenti li jkunu orjentati lejn il-konsumatur, r, u tippromwovi l-adegwatezza tas-sistema u, f’konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika kif ukoll l-integrazzjoni tal-produzzjoni fuq skala kbira u fuq skala żgħira ta’ gass minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu u produzzjoni mqassma kemm fin-networks ta’ trasmissjoni u kif ukoll ta’ distribuzzjoni;
il-faċilitazzjoni tal-aċċess għan-netwerk għall-kapaċità ta’ produzzjoni ġdida, b’mod partikolari t-tneħħija ta’ ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għal parteċipanti ġodda fis-suq u tal-gass minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu;
li jiġi żgurat li l-operaturi u l-utenti tas-sistema jingħataw inċentivi adegwati, kemm għall-perijodu qasir kif ukoll għal dak fit-tul, sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-prestazzjoni tas-sistemau titrawwem l-integrazzjoni tas-suq;
li jiżguraw li l-klijenti jibbenefikaw permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, u li tiġi promossa kompetizzjoni effettiva kif ukoll li jgħinu biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur;
li jgħinu fil-kisba ta’ standards għoljin tas-servizz pubbliku għall-gass naturali, jagħtu kontribut favur il-protezzjoni ta’ klijenti vulnerabbli u jikkontribwixxu għall-kompatibilità tal-proċessi ta’ skambju ta’ data neċessarja għall-qlib tal-klijenti bejn il-fornituri.
Artikolu 41
Dmirijiet u setgħat tal-awtorità regolatorja
L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom id-dmirijiet li ġejjin:
li jiffissaw jew japprovaw, b’konformità ma’ kriterji trasparenti, tariffi ta’ trasmissjoni regolata jew ta’ distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom;
li jiżguraw il-konformità tal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni, u, meta dan ikun relevanti, il-proprjetarji tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe impriża tal-gass naturali, mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u taħt leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Komunità, inkluż f’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet transkonfinali;
li jikkooperaw fir-rigward ta' kwistjonijiet transkonfinali mal-awtorità regolatorja jew mal-awtoritajiet tal-Istati Membri konċernati u mal-Aġenzija. Fir-rigward tal-infrastruttura lejn u minn pajjiż terz, l-awtorità regolatorja tal-Istat Membru fejn jinsab l-ewwel punt ta' interkonnessjoni man-netwerk tal-Istati Membri tista' tikkoopera mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji ta' Stati Membri oħrajn konċernati, bil-għan, fir-rigward ta' din l-infrastruttura, tal-applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva fit-territorju tal-Istati Membri;
jikkonformaw ma’, u jimplimentaw, kwalunkwe deċiżjoni legalment obbligatorja relevanti tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni;
jirrapportaw kull sena lill-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar l-attività tagħhom u dwar il-qadi ta’ dmirijiethom. Dan ir-rapport għandu jkopri l-passi kollha li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kompiti elenkati f’dan l-Artikolu;
jiżguraw li ma jkunx hemm sussidji inkroċati bejn it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-LNG u l-attivitajiet tal-forniment;
jissorveljaw il-pjanijiet ta’ investiment tal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni, u jipprovdu fir-rapport annwali tagħhom valutazzjoni tal-pjan ta’ investiment tal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-pjan għall-iżvilupp fil-Komunità kollha tan-network taħt l-Artikolu 8(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009; evalwazzjoni ta’ dan it-tip tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet biex jiġu emendati dawn il-pjanijiet ta’ investiment;
jissorveljaw il-konformità u jivverifikaw il-prestazzjoni tal-imgħoddi tar-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-network kif ukoll jistabbilixxu jew japprovaw l-istandards u r-rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz u tal-provvista u jagħtu kontribut għal dan flimkien ma’ awtoritajiet kompetenti oħra;
jissorveljaw il-livell ta’ trasparenza, inklużi l-prezzijiet bl-ingrossa, u jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta’ trasparenza min-naħa tal-impriżi tal-gass naturali;
jissorveljaw il-livell u l-effettività ta’ ftuħ tas-suq u ta’ kompetizzjoni fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi l-iskambji tal-gass naturali, il-prezzijiet għall-klijenti domestiċi inklużi sistemi ta’ ħlas minn qabel, ir-rati għall-bdil, ir-rati ta’ skonnessjoni, il-ħlas u l-eżekuzzjoni ta’ servizzi ta’ manutenzjoni u lmenti ta’ klijenti domestiċi, kif ukoll kwalunkwe distorsjoni jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anke billi jipprovdu kull informazzjoni relevanti, filwaqt li jgħaddu kwalunkwe każ relevanti lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-kompetizzjoni;
jimmonitorjaw l-okkorrenza tal-prattiki kontrattwali restrittivi, inklużi l-klawżoli ta’ esklussività li jistgħu jipprevjenu klijenti kbar mhux domestiċi milli jagħmlu kuntratt simultanju ma’ aktar minn fornitur wiehed jew jillimitaw l-għażla tagħhom biex jagħmlu dan, u, fejn xieraq għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni dwar prattiki ta’ dan it-tip;
jirrispettaw il-libertà kuntrattwali fir-rigward ta’ kuntratti ta’ provvista interrompibbli kif ukoll fir-rigward ta’ kuntratti fit-tul sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja u konformi mal-politika tal-Komunità;
jissorveljaw iż-żmien li jittieħed mill-operaturi ta’ trasmissjoni u ta’ distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet;
tissorvelja u tirrevedi l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-ħżin, linepack u servizzi oħrajn anċillari kif previst fl-Artikolu 33. F’każ li r-reġim ta’ aċċess għall-ħażna jiġi definit taħt l-Artikolu 33(3), dan il-kompitu għandu jinkludi l-modifika tat-tariffi;
jgħin biex jiġi żgurat, flimkien ma’ awtoritajiet rilevanti oħra, li l-miżuri tal-protezzjoni tal-konsumatur, inklużi dawk stabbiliti fl-Anness I, huma effettivi u infurzati;
jippubblikaw rakkomandazzjonijiet, għall-anqas kull sena, dwar il-konformità tal-prezzijiet tal-provvista mal-Artikolu 3, u jgħadduhom lill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, fejn xieraq;
jiżguraw l-aċċess għad-data dwar il-konsum tal-klijent, il-forniment għal użu fakultattiv, ta’ format armonizzat li jiftiehem faċilment fil-livell nazzjonali għad-data dwar il-konsum u l-aċċess pront għall-klijenti kollha għad-data ta’ dan it-tip taħt il-punt (h) tal-Anness I;
jissorveljaw l-implimentazzjoni tar-regoli marbuta mar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni, tal-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, il-fornituri u l-klijenti u ta’ partijiet oħrajn fis-suq konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2009;
jissorveljaw l-applikazzjoni tajba tal-kriterji li jiddeterminaw jekk faċilità ta’ ħżin taqax taħt l-Artikolu 33(3) jew (4); u
jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja kif imsemmi fl-Artikolu 46;
jikkontribwixxu għall-kompatibilità tal-proċessi għall-iskambju ta’ data għall-aktar proċessi importanti tas-suq fuq livell reġjonali; u
iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3, l-Artikolu 5(7) u l-Artikoli 14 sa 17 tar-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).
Meta Stat Membru jagħmel provvediment għal dan, id-dmirijiet ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu minn awtoritajiet oħra diversi mill-awtorità regolatorja. F’tali każ, l-informazzjoni li tirriżulta minn din is-sorveljanza għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità regolatorja kemm jista’ jkun malajr.
Filwaqt li jżommu l-indipendenza tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom stess u b’mod konsistenti mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fejn ikun il-każ, jikkonsultaw mal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u, fejn ikun il-każ, jikkoperaw mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali relevanti oħra fit-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
Kwalunkwe approvazzjoni mogħtija minn awtorità regolatorja jew mill-Aġenzija taħt din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe użu futur debitament ġustifikat tas-setgħat tagħhom mill-awtoritajiet regolatorji taħt dan l-Artikolu jew għal kwalunkwe penali imposta minn awtoritajiet relevanti oħra jew mill-Kummissjoni.
Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija lilhom taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta operatur ta’ sistema indipendenti jkun ġie maħtur taħt l-Artikolu 14, l-awtoritajiet regolatorji għandhom:
jissorveljaw il-konformità tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni u tal-operatur tas-sistema indipendenti mal-obbligi tagħhom taħt dan l-Artikolu, u jimponu penali għan-nuqqas ta’ konformità taħt il-punt (d) tal-paragrafu 4;
jissorveljaw ir-relazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema indipendenti mal-obbligi tiegħu, u b’mod partikolari għandhom japprovaw kuntratti u jaġixxu bħala l-awtorità għar-riżoluzzjoni ta’ disputi bejn l-operatur tas-sistema indipendenti u l-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe lment imressaq minn kwalunkwe wieħed minnhom taħt il-paragrafu 11;
mingħajr preġudizzju għall-proċedura taħt l-Artikolu 14(2)(c), għall-ewwel pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network, japprovaw l-ippjanar tal-investimenti u l-pjan pluriennali għall-iżvilupp tan-network preżentati fuq bażi annwali mill-operatur tas-sistema indipendenti;
jiżguraw li t-tariffi tal-aċċess għan-network miġbura minn operaturi tas-sistema indipendenti jkunu jinkludu remunerazzjoni għall-proprjetarju jew proprjetarji tan-network li jipprevedu remunerazzjoni adegwata tal-użu tal-assi tan-network u ta’ kwalunkwe investiment ġdid fihom, sakemm ikunu magħmula ekonomikament u b’mod effiċjenti; u
ikollhom s-setgħat li jwettqu ispezzjonijiet, inklużi uħud mhux imħabbra fil-bini tal-proprjetarju tas-sistema ta’ trasmissjoni u tal-operatur tas-sistema indipendenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 6 b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom għall-anqas dawn is-setgħat:
li jimponu deċiżjonijiet obbligatorji fuq l-impriżi tal-gass naturali;
li jwettqu investigazzjonijiet fil-funzjonament tas-swieq tal-gass, u li jiddeċiedu u jimponu kwalunkwe miżura neċessarja u proporzjonata għall-promozzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva u tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq. Fejn ikun opportun, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom ukoll is-setgħa li jikkoperaw mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u r-regolaturi tas-suq finanzjarju jew mal-Kummissjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni relatata mal-liġi tal-kompetizzjoni;
li jitolbu għal kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħhom, inkluża l-ġustifikazzjoni għal kwalunkwe rifjut li jingħata aċċess għal partijiet terzi, u kwalunkwe informazzjoni dwar miżuri meħtieġa għat-tisħiħ tan-netwerk;
li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq impriżi tal-gass naturali li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva jew kwalunkwe deċiżjoni relevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-Aġenzija, jew li jipproponu lil qorti kompetenti li timponi dawn is-sanzjonijiet. Dan għandu jinkludi s-setgħa li jimponu, jew li jipproponu l-impożizzjoni ta’ penali sa 10 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni fuq l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jew sa 10 % tat-turnover annwali tal-impriża integrata vertikalment fuq l-impriża integrata vertikalment, fejn ikun il-każ, għal non-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva; u
drittijiet xierqa ta’ investigazzjonijiet u setgħat relevanti ta’ istruzzjonijiet għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim taħt il-paragrafi 11 u 12.
Addizzjonalment għad-dmirijiet mogħtija u s-setgħat konferiti lilhom taħt il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, meta operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni jkun inħatar taħt il-Kapitolu V, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jingħataw għall-anqas id-dmirijiet u s-setgħat li ġejjin:
li jimponu penali taħt il-punt (d) tal-paragrafu 4 għal kondotta diskriminatorja favur l-impriża integrata vertikalment;
jissorveljaw il-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-impriża integrata vertikalment sabiex tkun żgurata l-konformità tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni mal-obbligi tiegħu;
jaġixxu bħala awtoritajiet għar-riżoluzzjoni ta’ disputi bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni fir-rigward ta’ kull ilment preżentat taħt il-paragrafu 11;
jissorveljaw ir-relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji inkluż is-self bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni;
japprovaw kull relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni bil-kondizzjoni li dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tas-suq;
jesiġu ġustifikazzjoni mill-impriża integrata vertikalment meta jiġu notifikati mill-uffiċjal għall-konformità taħt l-Artikolu 21(4). Din il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi partikolarment l-evidenza li ma seħħet ebda kondotta diskriminatorja għall-vantaġġ tal-impriża integrata vertikalment;
iwettqu ispezzjonijiet, inklużi dawk mhux imħabbra, fuq il-post tal-impriża integrata vertikalment u tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni; u
jassenjaw il-kompiti kollha jew dawk speċifiċi tal-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni lil operatur tas-sistema indipendenti maħtur taħt l-Artikolu 14 f’każ ta’ ksur persistenti mill-operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni tal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva, partikolarment fil-każ ta’ kondotta diskriminatroja ripetuta għall-benefiċċju tal-impriża integrata vertikalment.
L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu responsabbli biex jistipulaw jew japprovaw biżżejjed qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, mill-inqas il-metodoloġiji użati għall-kalkolu jew l-istabbiliment tat-termini u l-kondizzjonijiet għal:
il-konnessjoni u l-aċċess għan-networks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, u pattijiet, kondizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG. Dawk it-tariffi, jew metodoloġiji għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-networks u faċilitajiet LNG li jsiru b’mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-networks u tal-faċilitajiet LNG;
il-forniment ta’ servizzi ta’ bilanċjar li għandhom jitwettqu bl-iktar mod ekonomiku possibbli u jipprovdi inċentivi xierqa għall-utenti tan-network biex jibbilanċjaw il-l-għoti u t-teħid tagħhom. Is-servizzi ta’ bbilanċjar għandhom ikunu pprovduti b’mod ġust u mhux diskriminatorju u jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi; u
l-aċċess għal infrastrutturi transkonfinali, inklużi l-proċeduri għall-allokazzjoni tal-ġestjoni tal-kapaċità u tal-konġestjoni.
Artikolu 42
Reġim regolatorju għal kwistjonijiet transkonfinali
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkoperaw mill-inqas fuq livell reġjonali biex:
irawmu l-ħolqien ta’ arranġamenti operattivi sabiex tkun possibbli l-aħjar ġestjoni tan-netwerk, jiġu promossi skambji tal-gass konġunti u l-allokazzjoni ta’ kapaċità transkonfini, u sabiex ikun possibbli livell xieraq ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni, inkluż permezz ta’ interkonnessjonijiet ġodda, fir-reġjun u bejn ir-reġjuni sabiex jitħalla lok għall-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva u titjib tas-sigurtà tal-provvista bla ma ssir diskriminazzjoni bejn l-impriżi tal-forniment fl-Istati Membri differenti;
jikkoordinaw l-iżvilupp tal-kodiċijiet kollha tan-netwerk għall-operaturi relevanti tas-sistema ta’ trażmissjoni u atturi oħra fis-suq; u
jikkoordinaw l-iżvilupp tar-regoli li jirregolaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni;
Artikolu 43
Konformità mal-Linji gwida
Meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li teżamina l-każ aktar, hija għandha, fi żmien mhux aktar minn erba’ xhur mid-data ta’ tali deċiżjoni, tagħti deċiżjoni finali:
li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja; jew
li tesiġi li l-awtorità regolatorja konċernata tirtira d-deċiżjoni tagħha jekk tqis li ma kienx hemm konformità mal-Linji gwida.
Artikolu 44
Żamma ta’ rekords
KAPITOLU IX
SWIEQ TA’ BEJGĦ BL-IMNUT
Artikolu 45
Swieq ta’ bejgħ bl-imnut
Sabiex tiġi ffaċilitata l-emerġenza ta’ swieq ta’ bejgħ bl-imnut li jkunu trasparenti u li jaħdmu tajjeb fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni, l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, l-impriżi ta’ forniment u l-klijenti u jekk meħtieġ parteċipanti oħra tas-suq ikunu definiti fir-rigward ta’ arranġamenti kuntrattwali, impenji bejn il-konsumatur, skambju ta’ data u regoli ta’ riżoluzzjoni, pussess ta’ data u responsabbiltà għall-metraġġ.
Dawn ir-regoli għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, għandhom jitfasslu bl-għan li jiffaċilitaw l-aċċess tal-konsumaturi u l-fornituri għan-networks u għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet nazzjonali relevanti oħrajn.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 46
Miżuri ta’ salvagwardja
Artikolu 47
Kundizzjonijiet indaqs
Artikolu 48
Derogi rigward rabtiet “take-or-pay”
Jekk impriża tal-gass naturali tiltaqa’ ma’, jew tikkunsidra li ser tiltaqa’ ma’, diffikultajiet serji ekonomiċi u finanzjarji minħabba r-rabtiet “take-or-pay” aċċettata f’kuntratt tax-xiri tal-gass wieħed jew aktar, tista’ tintbagħat applikazzjoni għal deroga temporanja mill-Artikolu 32 lill-Istat Membru in kwistjoni jew lill-awtorità kompetenti nominata. L-applikazzjonijiet għandom, abbażi tal-għażla tal-Istati Membri, jiġu ppreżentati fuq każ individwali jew qabel jew wara ċ-ċaħda tal-aċċess għas-sistema. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu lill-impriża tal-gass naturali l-għażla li tippreżenta applikazzjoni jew qabel jew wara ċ-ċaħda tal-aċċess għas-sistema. Fejn impriża tal-gass naturali tkun irrifjutat l-aċċess, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata mingħajr dewmien. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu akkumpanjati bl-informazzjoni kollha relevanti dwar in-natura u l-estent tal-probkema u dwar l-isforzi magħmula mill-impriża tal-gass naturali biex issolvi l-problemi.
Jekk mhumiex disponibbli soluzzjonijiet alternattivi, filwaqt li jiġu meqjusa d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata jistgħu jiddeċiedu li jagħtu deroga.
L-Istat Membru, jew l-awtorità kompetenti nominanta, għandhom javżaw lill-Kummisjoni mingħajr dewmien dwar id-deċiżjoni li jagħtu deroga, flimkien mal-informazzjoni kollha relevanti rigward id-deroga. Din l-inforazzjoni tista’ tingħata lill-Kummmissjoni fil-forma aggregata, li tippermetti lill-Kummissjoni li tilħaq deċiżjoni fuq bażi tajba. Fi żmien tmien ġimgħat minn meta tirċievi din in-notifika, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata in kwistjoni temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tagħti deroga.
Jekk l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata in kwistjoni ma tikkonformax ma’ din it-talba fi żmien erba’ ġimgħat, għandha tittieħed deċiżjoni finali malajr konformement mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 51(2).
Il-Kummissjoni għandha tippreżerva l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva kummerċjalment.
Meta tittieħed deċiżjoni fuq id-derogi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti nominata in kwistjoni, u l-Kummissjoni għandhom iqisu, b’mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:
l-għan li jinkiseb suq tal-gass kompetittiv;
il-ħtieġa li jintlaħqu obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku u li tiġi aċċertata s-sigurtà tal-fornitura;
il-pożizzjoni ta’ impriżi tal-gass naturali fis-suq tal-gass u l-istat attwali tal-kompetizzjoni f’dan is-suq;
is-serjetà tad-diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji li jiffaċċjaw l-impriżi tal-gass naturali u l-impriżi tat-trasmissjoni jew il-klijenti eliġibbli;
id-dati tal-firma u t-termini tal-appalt jew appalti in kwistjoni, inkluż l-estent sa fejn jippermettu għal tibdil fis-suq;
l-isforzi li saru biex tinsab soluzzjoni għall-problema;
l-estent sa fejn, meta jiġu aċċettati r-rabtiet “take-or-pay” in kwistjoni, l-impriża setgħet raġonevolment ipprevediet, filwaqt li qieset id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li x’aktarx iqumu diffikultajiet serji;
il-livell tal-konnessjoni tas-sistema ma’ sistemi oħrajn u l-grad ta’ interoperabilità ta’ dawn is-sistemi; u
l-effetti li jkollha l-għotja ta’ deroga fuq l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva rigward il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tal-gass naturali.
Deċiżjoni fuq talba għal deroga li tirrigwarda kuntratti tat-tip ħu jew ħallas konklużi qabel l-4 ta' Awwissu 2003 m’għandhiex twassal għal sitwazzjoni li fiha huwa impossibbli li jinstabu sorsi alternattivi ekonomikament vijabbli. Diffikultajiet serji għandhom f’kull każ jitqiesu bħala li ma jeżistux meta l-bejgħ ta’ gass naturali ma jaqax taħt il-livell ta’ garanziji minimi kontenuti f’kuntratti ħu jew ħallas ta’ xiri ta’ gass jew sa fejn il-kuntratt ħu jew ħallas relevanti ta’ xiri ta’ gass jista’ jiġi adattat jew kemm l-impriża ta’ gass naturali għandha ħila li ssib sorsi alternattivi.
Artikolu 48a
Ftehimiet tekniċi rigward l-operazzjoni tal-linji ta' trasmissjoni
Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jew ta' operaturi ekonomiċi oħra biex iżommu fis-seħħ jew jikkonkludu ftehimiet tekniċi dwar kwistjonijiet rigward l-operazzjoni tal-linji ta' trasmissjoni bejn Stat Membru u pajjiż terz, sa fejn dawk il-ftehimiet ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u deċiżjonijiet rilevanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri konċernati. Għandha tingħata notifika dwar tali ftehimiet lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri konċernati.
Artikolu 49
Swieq emerġenti u iżolati
L-Istati Membri mhux direttament imqabbda mas-sistema interkonnessa ta’ ebda Stat Membru ieħor u li għandhom biss provditur ewlieni barrani wieħed biss jistgħu jidderogaw mill-Artikoli 4, 9, 37 u/jew 38 ta’ din id-Direttiva. Impriża tal-fornitura li għandha sehem tas-suq ta’ aktar minn 75 % għandha titqies li tkun provditur ewlieni. Kull deroga bħal din għandha tiskadi awtomatikament mill-mument meta għall-inqas wieħed mill-kondizzjonijiet msemmij ma tibqax tapplika. Kwalunkwe deroga bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
Ċipru jista’ jidderoga mill-Artikoli 4, 9, 37 u/jew 38. Din id-deroga għandha tiskadi mill-mument li Ċipru ma jikkwalifikax bħala suq iżolat.
L-Artikoli 4, 9, 37 u/jew 38 m’għandhomx japplikaw għall-Estonja, il-Latvja, u/jew il-Finlandja sakemm kwalunkwe wieħed minn dawn l-Istati Membri huwa konness direttament mas-sistema interkonnessa ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor minbarra l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Finlandja. Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal kull derogazzjoni taħt l-ewwel sub-paragrafu ta’ dan il-paragrafu.
Stat Membru li jikkwalifika bħala suq emerġenti, li minħabba l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jesperjenza problemi sostanzjali jista’ jidderoga mill-Artikoli 4 u 9, mill-Artikolu 13(1) u (3), mill-Artikoli 14 u 24, mill-Artikolu 25(5), mill-Artikoli 26, 31 u 32, mill-Artikolu 37(1) u/jew mill-Artikolu 38. Din id-deroga għandha tiskadi awtomatikament mill-mument meta l-Istat Membru ma jibqax jikkwalifika bħala suq emerġenti. Kwalunkwe deroga bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
Ċipru jista’ jidderoga mill-Artikoli 4 u 9, mill-Artikolu 13(1) u (3), mill-Artikoli 14 u 24, mill-Artikolu 25(5), mill-Artikoli 26, 31 u 32, mill-Artikolu 37(1) u/jew mill-Artikolu 38. Din id-deroga għandha tiskadi mill-mument li Ċipru ma jikkwalifikax bħala suq emerġenti.
Il-Kummissjoni tista’ tagħti d-deroga msemmija fil-paragrafu 4, filwaqt li tqis, b’mod partikolari, il-kriterji li ġejjin:
Għall-infrastruttura tal-gass għajr infrastruttura tad-distribuzzjoni, tista’ tingħata deroga biss jekk ma tkun ġiet stabbilita ebda infrastruttura tal-gass f’din iż-żona, jew ilha stabbilita hemm għal inqas minn 10 snin. Id-deroga temporanja ma tistax teċċedi 10 snin miż-żmien meta l-gass l-ewwel ġie provdut f’dik iż-żona.
Għall-infrastruttura tad-distribuzzjoni tista’ tingħata deroga għal perijodu ta’ żmien li ma jistax jeċċedi 20 sena għall-infrastruttura tad-distribuzzjoni miż-żmien meta l-gass l-ewwel ġie provdut mill-imsemmijainfrastruttura fiż-żona.
Artikolu 49a
Derogi fir-rigward ta' linji ta' trasmissjoni lejn u minn pajjiżi terzi
Id-deroga għandha tkun limitata fiż-żmien sa 20 sena fuq il-bażi ta' ġustifikazzjoni oġġettiva, li tista' tiġġedded jekk ikun hemm ġustifikazzjoni u tista' tkun soġġetta għal kondizzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-kondizzjonijiet ta' hawn fuq.
Tali derogi m'għandhomx japplikaw għal-linji ta' trasmissjoni bejn Stat Membru u pajjiż terz li jkollu l-obbligu li jittrasponi din id-Direttiva u li effettivament jimplimenta din id-Direttiva fis-sistema legali tiegħu taħt ftehim konkluż mal-Unjoni.
Fuq talba mill-Istati Membri konċernati, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li taġixxi bħala osservatur fil-konsultazzjoni bejn l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab l-ewwel punt ta' konnessjoni u l-pajjiż terz dwar l-applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva fit-territorju u l-baħar territorjali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-ewwel punt ta' interkonnessjoni inkluż l-għoti ta' derogi għal linji ta' trasmissjoni bħal dawn.
Artikolu 49b
Proċedura ta' awtorizzazzjoni
Tali notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni rilevanti u indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fin-negozjati jew li għandhom jiġu nnegozjati mill-ġdid, l-objettivi tan-negozjati u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti u għandha tintbagħat lill-Kummissjoni tal-anqas ħames xhur qabel il-bidu intenzjonat tan-negozjati.
B'segwitu għal kwalunkwe notifika skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tawtorizza lill-Istat Membru konċernat jidħol f'negozjati formali ma' pajjiż terz għall-parti li tista' taffettwa r-regoli komuni tal-Unjoni dment li ma tikkunsidrax li l-ftuħ ta' tali negozjati:
ikun f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni barra l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;
ikun ta' ħsara għall-funzjonament tas-suq intern tal-gass naturali, għall-kompetizzjoni jew għas-sigurtà tal-provvista fi Stat Membru jew fl-Unjoni;
jimmina l-objettivi tan-negozjati pendenti ta' ftehimiet intergovernattivi mill-Unjoni ma' pajjiż terz;
ikun diskriminatorju.
Artikolu 50
Proċedura ta’ Reviżjoni
Fil-każ li r-rapport imsemmi fl-Artikolu 52(6) jasal għall-konklużjoni fejn, minħabba l-mod effettiv li bih l-aċċess għan-network ikun sar fi Stat Membru — li jwassal għal aċċess kompletament effettiv, non-diskriminatorju u mingħajr xkiel għan-network, il-Kummissjoni tikkonkludi li ċerti obbligi imposti minn din id-Direttiva fuq l-impriżi (inklużi dawk rigward is-separazzjoni legali għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni) mhumiex proporzjonati mal-objettiv mixtieq, l-Istat Membru in kwistjoni jista’ jippreżenta talba lill-Kummissjoni għal eżenzjoni mill-ħtieġa in kwistjoni.
It-talba għandha tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa biex jintwera li l-konklużjoni milħuqa fir-rapport dwar l-aċċess effettiv għan-networks milħuq ser jinżamm.
Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi notifika, il-Kummissjoni għandha tadotta opinjoni rigward it-talba mill-Istat Membru in kwistjoni, u fejn xieraq, tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi, fil-proposti biex tiġi emendata d-Direttiva, li l-Istat Membru in kwistjoni jiġi eżentat minn rekwiżiti speċifiċi, b’kondizzjoni li dak l-Istat Membru jimplimenta miżuri ugwalment effettivi kif xieraq.
Artikolu 51
Kumitat
Artikolu 52
Rapportar
Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat rapport ġenerali ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala anness tar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).
Artikolu 53
Tħassir
Id-Direttiva 2003/55/KE għandha titħassar mit-3 ta' Marzu 2011 mingħajr preġudizzju għall-obbliazzjonijiet tal-Istati Membri rigwrd it-termini perentorji għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Ir-riferenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiemu li qed isiru għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw konformement mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 54
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-3 ta' Marzu 2011. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwarhom.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-3 ta' Marzu 2011 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 11 li għandhom japplikaw mit-3 ta' Marzu 2013
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 55
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 56
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
MIŻURI DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
1. |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari d-Direttivi 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod ( 12 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur ( 13 ), il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jiżguraw li l-klijenti:
(a)
għandhom dritt għal appalt mal-provditur tas-servizz tal-gass tagħhom li jispeċifika:
—
l-identità u l-indirizz tal-provditur;
—
is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-servizzi offruti kif ukoll iż-żmien għall-ewwel konnessjoni;
—
it-tipi ta’ servizz ta’ manutenzjoni offruti;
—
il-mezzi kif tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ħlasijiet għall-manutenzjoni applikabbli kollha;
—
it-tul tal-kuntratt, il-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-tmiem tas-servizzi u tal-kuntratt, u jekk huwiex permess l-irtirar mill-kuntratt mingħajr ħlas;
—
kwalunkwe kumpens u l-arranġamenti għar-rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizzi appaltati ma jintlaħqux, inklużi n-nuqqas ta’ eżattezza u d-dewmien fil-kontijiet;
—
il-metodu biex jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni ta’ disputi taħt il-punt (f); u
—
tagħrif dwar id-drittijiet tal-konsumatur, anke dwar il-ġestjoni tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-punt, ikkomunikati b’mod ċar permezz tal-kontijiet jew tas-siti elettroniċi tal-impriżi tal-gass naturali.
Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta’ intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet imsemmija f’ dan il-punt għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt;
(b)
jingħataw avviż adegwat dwar kwalunkwe intenzjoni li l-kondizzjonijiet kuntrattwali jiġu modifikati u jiġu informati dwar id-dritt tagħhom ta’ rtirar meta jingħata l-avviż. Il-provdituri tas-servizzi għandhom javżaw lis-sottoskritti tagħhom direttament dwar kwalunkwe żieda fil-piżijiet, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn perijodu wieħed fejn isir il-kont, wara li ż-żieda tkun daħlet fis-seħħ b’mod trasparenti u li jiftiehem. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-klijenti huma liberi li jirtiraw mill-kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kondizzjonijiet ġodda, notifikati lilhom mill-provditur tagħhom tas-servizzi tal-gass;
(c)
jirċievu informazzjoni trasparenti dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli u dwar it-termini u l-kondizzjonijiet standard, fir-rigward tal-aċċess għal u l-użu tas-servizzi tal-gass;
(d)
jiġu offruti għażla wiesgħa ta’ metodi tal-ħlas, li ma tiddiskriminax b’mod mhux xieraq bejn il-klijenti. Is-sistemi ta’ ħlas minn qabel għandhom ikunu ġusti u jirriflettu kif xieraq il-konsum probabbli. Kwalunkwe differenza fit-termini u l-kondizzjonijiet għandha tirrefletti l-ispejjeż lill-provditur tas-sistemi differenti tal-ħlas. It-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għandhom ikunu ġusti u trasparenti. Għandhom jingħataw f’lingwaġġ ċara u li tinftiehem u m’għandhomx jinkludu ostakoli mhux kuntrattwali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-klijenti, pereżempju dokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva. Il-klijenti għandhom jiġu mħarsa kontra l-metodi tal-bejgħ mhux imparzjali u qarriqin;
(e)
m’għandhomx iħallsu talli jibdlu l-fornitur;
(f)
jibbenefikaw minn proċeduri trasparenti, sempliċi u effettivi biex jiġu ttrattati l-ilmenti tagħhom. B’mod partikolari, il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt għal livell għoli ta’ servizz u ta’ ġestjoni tal-ilmenti mill-fornitur tas-servizz tal-gass tagħhom. Dawn il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti għandhom jippermettu li kwalunkwe disputa tiġi solvuta b’mod ġust u minnufih, kemm jista’ jkun fi żmien tliet xhur, bi provvediment, fejn ikun meħtieġ, għal sistema ta’ rifużjoni u/jew kumpens. Għandhom ikunu konformi, kull fejn possibbli, mal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għar-riżoluzzjoni extra-ġudizzjarja ta’ disputi konsumeristiċi ( 14 );
(g)
imqabbda mas-sistema tal-gass jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom li jiġu forniti, taħt il-liġi nazzjonali li tapplika, bil-gass naturali ta’ kwalità speċifikata bi prezzijiet raġonevoli;
(h)
ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-data dwar il-konsum tagħhom, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jagħtu lil kwalunkwe impriża ta’ provvista reġistrata aċċess għad-data tagħha dwar il-kejl. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-data għandu jkollha l-obbligu li tgħaddi din id-data lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format għad-data kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għad-data. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi imposta fuq il-konsumatur għal dan is-servizz;
(i)
għandhom ikunu infurmati tajjeb dwar l-konsum u l-ispejjeż attwali tal-gass ta’ spiss biżżejjed biex ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tal-gass tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tingħata bl-użu ta’ qafas ta’ żmien suffiċjenti, b’ kont meħud tal-kapaċità tat-tagħmir tal-metraġġ tal-klijent. Għandu jittieħed debitament kont tal-effiċjenza ta’ tali miżuri fir-rigward tal-ispiża tagħhom. L-ebda spiża addizzjonali ma tista’ tiġi imposta fuq il-konsumatur għal dan is-servizz;
(j)
jirċievu kont tal-għeluq aħħari wara kull bidla tal-fornitur tal-gass naturali mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li tkun saret il-bidla tal-fornitur. |
2. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti li għandhom jgħinu l-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi fis-suq tal-provvista tal-gass. L-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi ta’ metraġġ tista’ tkun suġġetta għal evalwazzjoni ekonomika tal-ispejjeż u l-benefiċċji kollha fuq żmien twil għas-suq u għall-konsumatur individwali jew liema forma ta’ metraġġ intelliġenti hija raġonevoli ekonomikament u effettiva meta mqabbla mal-infiq u liema perjodu ta’ żmien ikun fattibbli għad-distribuzzjoni tagħhom. Evalwazzjoni ta’ dan it-tip għandha sseħħ sat-3 ta' settembru 2012. Skont din l-evalwazzjoni, l-Istati Membri jew kull awtorità kompetenti li jaħtru, għandhom iħejju kalendarju għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ metraġġ intelliġenti. L-Istati Membri jew kull awtorità kompetenti li jaħtru, għandhom jiżguraw l-interoperabilità ta’ dawk is-sistemi ta’ metraġġ li għandhom jiġu implimentati fit-territorji tagħhom u għandhom iqisu kif xieraq l-użu tal-istandards xierqa u l-aħjar prattikia kif ukoll l-importanza tal-iżvilupp tas-suq intern tal-gass naturali. |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Id-Direttiva 2003/55/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 7 |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 7 |
Artikolu 12 |
Artikolu 8 |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
Artikolu 10 |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 18 |
— |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 20 |
— |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 22 |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 11 |
Artikolu 24 |
Artikolu 12 |
Artikolu 25 |
Artikolu 13 |
Artikolu 26 |
Artikolu 14 |
Artikolu 27 |
Artikolu 15 |
Artikolu 29 |
Artikolu 16 |
Artikolu 30 |
Artikolu 17 |
Artikolu 31 |
Artikolu 18 |
Artikolu 32 |
Artikolu 19 |
Artikolu 33 |
Artikolu 20 |
Artikolu 34 |
Artikolu 21 |
Artikolu 35 |
Artikolu 22 |
Artikolu 36 |
Artikolu 23 |
Artikolu 37 |
Artikolu 24 |
Artikolu 38 |
Artikolu 25(1) (l-ewwel sentenza u t-tieni sentenza) |
Artikolu 39 |
— |
Artikolu 40 |
Artikolu 25 (il-bqija) |
Artikolu 41 |
— |
Artikolu 42 |
— |
Artikolu 43 |
— |
Artikolu 44 |
— |
Artikolu 45 |
Artikolu 26 |
Artikolu 46 |
— |
Artikolu 47 |
Artikolu 27 |
Artikolu 48 |
Artikolu 28 |
Artikolu 49 |
Artikolu 29 |
Artikolu 50 |
Artikolu 30 |
Artikolu 51 |
Artikolu 31 |
Artikolu 52 |
Artikolu 32 |
Artikolu 53 |
Artikolu 33 |
Artikolu 54 |
Artikolu 34 |
Artikolu 55 |
Artikolu 35 |
Artikolu 56 |
Anness A |
Anness I |
( *1 ) It-titolu tad-Direttiva 83/349/KEE ġie aġġustat biex jittieħed kont tar-rinumerazzjoni tal-Artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunita’ Ewropea taħt l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3)(g).
( 1 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
( 2 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
( 3 ) ĠU L 127, 29.4.2004, p. 92.
( 4 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
( 5 ) Ara paġna 55 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 6 ) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu 1968 dwar il-koordinament ta’ salvagwardji li, għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta’ oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri mingħand kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li dawn is-salvagwardji jsiru ekwivalenti mal-Komunità kollha (ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8).
( *2 ) It-Titolu tad-Direttiva 78/660/KEE ġie aġġustat biex jikkunsidra n-numerazzjoni mill-ġdid tal-Artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea skont l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 54(3).
( 7 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
( 8 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 1.
( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2022/869. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45).
( 10 ) Deċiżjoni (UE) 2017/684 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija, u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE (ĠU L 99, 12.4.2017, p. 1).
( 11 ) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
( 12 ) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
( 13 ) ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.
( 14 ) ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.