Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009D0300-20161116

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1830) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2009/300/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/300/2016-11-16

02009D0300 — MT — 16.11.2016 — 004.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Marzu 2009

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1830)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/300/KE)

(ĠU L 082 28.3.2009, p. 3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/295/UE tas-17 ta’ Ġunju 2013

  L 167

57

19.6.2013

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/336/UE tal-5 ta' Ġunju 2014

  L 168

112

7.6.2014

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2056 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Novembru 2015

  L 300

41

17.11.2015

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2003 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Novembru 2016

  L 308

59

16.11.2016


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 253, 30.9.2017, p.  41 (2009/300/KE)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Marzu 2009

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1830)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/300/KE)



Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet” għandu jinkludi:

“Tagħmir elettroniku li jaħdem bil-kurrent tal-elettriku bl-iskop u l-funzjoni primarja li jirċievi, jiddekodifika u juri sinjali ta’ trasmissjoni tat-TV.”

Artikolu 2

Sabiex jingħata l-eko-tikketta Komunitarja skont ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, it-televiżjoni jrid jidħol fil-grupp ta’ prodotti “televiżjonijiet” u jrid jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

▼M4

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “televiżjonijiet”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.

▼B

Artikolu 4

Għal finijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi assenjat lit-televiżjonijiet għandu jkun “022”.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2002/255/KE hija mħassra.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Novembru 2009.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

IL-QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Biex jingħata Ekotikketta, il-prodott għandu jkun konformi mal-kriterji ta’ dan l-Anness, li l-għan tagħhom huwa li jmexxu ‘l quddiem:

 it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali jew ir-riskji marbuta mal-użu tal-enerġija (it-tisħin globali, l-aċidifikazzjoni, it-tnaqqis ta’ għejun ta’ enerġija li ma jiġġeddux), billi jitnaqqas il-konsum tal-enerġija,

 it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali relatata mal-użu ta’ riżorsi naturali,

 it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali relatata mal-użu ta’ sustanzi perikolużi billi jitnaqqas l-użu ta’ sustanzi tali.

Barra minn hekk, il-kriterji jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni tal-aħjar prattika (l-aħjar użu ambjentali) u jsaħħu l-għarfien tal-konsumaturi dwar l-ambjent.

Il-korpi kompetenti huma rakkomandati li jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi amministrattivi ambjentali rikonoxxuti, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jivvalutaw applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan l-Anness (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta’ ġestjoni).

Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifikazzjoni huma indikati f’kull kriterju.

Meta possibbli t-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji akkreditati kif jixraq jew laboratorji li jissodisfaw il-ħtiġijiet espressi fl-istandard EN ISO 17025 u li huma kompetenti li jwettqu t-testijiet rilevanti.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu d-dokumentazzjoni ta’ evidenza u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Il-korpi kompetenti huma rakkomandati li jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi amministrattivi ambjentali rikonoxxuti, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jivvalutaw applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta’ ġestjoni).

IL-KRITERJI

1.   Tfaddil tal-enerġija

(a)   Standby b’mod passiv

i. Il-konsum tat-televiżjoni waqt li jkun standby b’mod passiv għandu ≤ 0,30 W ħlief meta l-kundizzjoni f’parti ii tiġi sodisfatta.

ii. Għal televiżjonijiet bi swiċċ faċilment viżibbli jitfi kompletament, tant li meta l-iswiċċ ikun fil-pożizzjoni “mitfi”, il-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni tkun < 0,01 W, il-konsum tat-televiżjoni waqt li jkun standby b’mod passiv għandu jkun ≤ 0,30 W.

(b)   Il-konsum massimu tal-enerġija

Waqt il-modalità mixgħula il-konsum tal-enerġija tat-televiżjonijiet għandu jkun ≤ 200 W.

(ċ)   L-Effiċjenza fl-Enerġija

Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula tat-televiżjonijiet imqiegħda fis-suq li jkunu ngħataw l-Ekotikketta, għandu jkun daqs jew inqas minn 0,64 (20 W + A 4,3224 W/dm2).

Mill-1 ta’ Jannar 2011, sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula tat-televiżjonijiet imqiegħda fis-suq li jkunu ngħataw l-Ekotikketta, għandu jkun daqs jew inqas minn 0,51 (20 W + A 4,3224 W/dm2).

Mill-1 ta’ Jannar 2013, il-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula tat-televiżjonijiet imqiegħda fis-suq li jkunu ngħataw l-Ekotikketta, għandu jkun daqs jew inqas minn 0,41 (20 W + A 4,3224 W/dm2).

Fejn A hija l-arja viżibbli tal-iskrin ( 1 ) espressa f’dm2.

Il-valutazzjoni u l-verifika ►C1  (il-punti a) sa c)): ◄ it-televiżjoni għadu jiġi eżaminat għall-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula fil-kundizzjoni li jkun wasal fiha għand il-konsumatur, skont l-istandard rivedut IEC62087, u jintuża s-sinjal dinamiku tax-xandir tal-vidjo (“Il-Metodi ta’ Kejl għall-Konsum tal-Enerġija ta’ Tagħmir tal-Awdjo, tal-Vidjo u ta’ tagħmir ieħor relatat”). Jekk it-televiżjoni jkollu menu obligatorju hekk kif jinxtegħel, il-valuri pprogrammati minn qabel għandhom ikunu l-issettjar rakkomandat mill-manufattur għall-użu normali fid-dar. Rapport tat-test għandu jiġi provdut mill-applikant għall-korp kompetenti ta’ għotja li juri li t-televiżjoni jissodisfa ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti a) sa c).

Biex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ a) ii), l-applikant għandu jiddikjara li t-televiżjoni tagħhom huwa konformi mar-rekwiżiti u jipprovdi evidenza fotografika rigward is-swiċċ li jitfi kompletament.

Sabiex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ c), l-applikant għandu juri li kull televiżjoni tagħhom bl-Ekotikketta meta tqiegħed l-ewwel darba fis-suq wara d-dati li hemm imniżżla fil-kriterja se jissodisfa l-kriterja xierqa għall-effiċenza tal-enerġija. Jekk dan ma jistax jintwera l-korp kompetenti joħroġ biss il-liċenzja tal-Ekotikketta għall-perjodu li fih tista’ tintwera konformità.

2.   Il-Kontenut ta’ Merkurju tal-Lampi Fluworexxenti

L-ammont totali ta’ merkurju (Hg), fil-lampi kollha, għal kull skrin, ma għandux ikun akbar minn 75 mg għal skrins bi skrin viżibbli dijagonali sa u jinkludi 40 pulzier. (101 cm.)

L-ammont totali ta’ merkurju (Hg), fil-lampi kollha, għal kull skrin, ma għandux ikun akbar minn 99 mg għal skrins bi skrin viżibbli dijagonali akbar minn 40 pulzier. (101 cm.)

Il-valutazzjoni u l-verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li t-televiżjonijiet tagħhom huma konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti. Hi għandha tinkludid-dokumentazzjoni dwar l-għadd ta’ lampi użati u t-total ta’ kontenut ta’ merkurju tal-lampi, mingħand il-fornituri.

3.   L-estensjoni tat-tul tal-ħajja

Il-manifattur għandu joffri garanzija kummerċjali li tiżgura li t-televiżjoni jibqa’ jiffunzjona għal mill-inqas sentejn. Din il-garanzija għandha tkun valida mid-data tal-kunsinna lill-klijent.

Id-disponibbiltà tal-partijiet elettroniċi kompatibbli li jinbidlu għandha tkun garantita għal 7 snin minn meta tieqaf il-produzzjoni.

Il-valutazzjoni u l-verifika: l-applikant irid jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dawn ir-rekwiżiti.

4.   Id-disinn għaż-żarmar

Il-manufattur għandu juri li t-televiżjoni jista’ jiżżarma faċilment minn riċiklaturi professjonisti mħarrġa bl-użu tal-għodda li s-soltu jkolhom għad-dispożizzjoni tagħhom, bl-iskop li:

 isir xogħol ta’ tiswija u tibdil ta’ partijiet mherrija;

 jaġġornaw partijiet aktar antiki jew partijiet skaduti u

 jisseparaw il-partijiet u l-materjali, fl-aħħar mill-aħħar għar-riċiklaġġ.

Sabiex jiġi ffaċilitat iż-żarmar:

 It-tagħmir ġewwa t-televiżjoni għandu jkun jista’ jiġi żarmat, eż. il-viti, “snap-fixes”, speċjalment għall-partijiet li għandhom sustanzi perikolużi.

 Partijiet tal-pastik għandhom ikunu magħmulin minn polimeru wieħed jew minn polimeri kompatibbli għar-riċiklaġġ u jkollhom il-marka tal-ISO11469 rilevanti jekk huma ikbar minn 25 g bħala massa.

 Ma għandux jintuża interzjar ta’ metall li ma jistax jiġi sseparat.

 Id-dejta dwar in-natura u l-ammont ta’ sustanzi perikolużi fit-televiżjoni għadhom jinġabru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/121/KE ( 2 ) u skont Sistema Armonizzata Globali tal-Ikklassifikar u l-Ittikkettar tal-Kimiċi (GHS).

Il-valutazzjoni u l-verifika: Rapport tal-eżami għandu jiġi ppreżentat flimkien mal-applikazzjoni li tispjega fid-dettal kif jiżżarma it-televiżjoni. Għandu jkun fiha djagramma sploduta tat-televiżjoni li timmarka l-komponenti ewlenin kif ukoll tidentifika kwalunkwe sustanza perikoluża fil-komponenti. Tista’ tkun fil-format bil-miktub jew dak awdjoviżiv. It-tagħrif li jirrigwarda s-sustanzi perikolużi għandu jiġi pprovdut lill-korp kompetenti tal-għotja f’forma ta’ lista ta’ materjali u tidentifika t-tip ta’ materjali, il-kwantità użata u l-lokalità.

5.   Il-Metalli Tqal u s-Sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-Nar

(a) Il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, il-kromju 6 + jew sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar bħall-bifenil polibrominat (PBB) jew l-eteru difenil polibrominat (PBDE) kif elenkati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), ma għandhomx jintużaw fit-televiżjoni sakemm l-applikazjonijiet ta’ dawn is-sustanzi mhumiex imniżżlin fl-Anness għad-Direttiva bħala eżenti mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva jew sakemm il-valur massimu ta’ konċentrazzjoni mhuwiex ugwali għal jew inqas mil-limitu speċifikat fl-istess Anness. Rigward l-Anness, il-valur massimu ta’ konċentrazzjoni għandu jkun < 0.1 %.

(b) Il-partijiet tal-plastik ma għandux ikollhom sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar, jew preparazzjonijiet li jkun fihom sustanzi, li jiġu assenjati jew jistgħu jiġu assenjati, fiż-żmien tal-applikazzjoni,l-ebda minn dawn il-frażijiet tar-riskju li ġejjin jew taħlita minnhom:

 R40 (riskju possibbli ta’ kanċer)

 R45 (jista’ jikkawża l-kanċer)

 R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret)

 R50 (tossiċi hafna għall-organiżmi tal-baħar)

 R51 (tossiċi għall-organizmi akwatiċi/tal-baħar)

 R52 (ta’ dannu għall-organiżmi akwatiċi/tal-baħar)

 R53 (jistgħu jikkawżaw effetti avversi fuq medda twila ta’ żmien fl-ambjent akwatiku)

 R60 (jista’ jnaqqas il-fertilità)

 R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhux imwielda)

 R62 (riskju possibbli li tonqos il-fertilità)

 R63 (riskju possibbli ta’ ħsara għal tarbija mhux imwielda)

kif definiti fid-Direttiva 2006/121/KE. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għas-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar jiġifieri dawk li ladarba jintużaw jinbidlulhom il-propjetajiet tagħhom (jiġifieri li filfatt ma jinstabux fil-prodott finali f’konċentrazzjoni > 0,1 %) tant li l-frażijiet identifikati bl-R ta’ hawn fuq ma japplikawx aktar.

Il-valutazzjoni u l-verifika: Għandu jiġi ppreżentat ċertifikat iffirmat mill-manufattur tat-televiżjoni li jiddikjara l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti lill-korp kompetenti tal-għotja. Il-korp kompetenti tal-għotja għandu jiġi pprovdut ukoll b’dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata mill-fornituri tal-plastik u tas-sustanzi li jwaqqfu t-tixrid tan-nar u l-kopji ta’ skedi ta’ dejta rilevanti għas-sikurezza tal-materjali u tas-sustanzi. Is-sustanzi kollha li jwaqqfu t-tixrid tan-nar li jintużaw għandhom jiġu indikati b’mod ċar.

6.   L-istruzzjonijiet għall-utent

It-televiżjoni għandu jinbiegħ bit-tagħrif rilevanti għall-utent li jipprovdi l-parir li jipprovdi pariri dwar l-użu xieraq ambjentali tiegħu. It-tagħrif għandu jitqiegħed f’post wieħed u faċli biex jinstab fl-istruzzjonijiet għall-utent kif ukoll fil-websajt tal-manufattur. It-tagħrif jinkludi, b’mod partikolari:

(a) Il-konsum tal-enerġija tat-televiżjoni fil-modalitajiet varji: mixgħul, mitfi, standby b’mod passiv, inkluż it-tagħrif dwar l-iffrankar tal-enerġija possibbli fil-modalitajiet differenti.

(b) Il-medja tal-konsum annwali tal-enerġija tat-televiżjoni mfissra f’kWh, ikkalkulata abbażi tal-konsum tal-enerġija waqt il-modalità mixgħula, waqt li jitħaddem 4 sigħat kull ġurnata 365 ġurnata fis-sena.

(ċ) Tagħrif li l-effiċjenza tal-enerġija tnaqqas il-konsum tal-enerġija u b’hekk tiffranka l-flus billi tnaqqas il-kontijiet tal-elettriku.

(d) L-indikazzjonijiet li ġejjin dwar kif tnaqqas il-konsum tal-enerġija meta ħadt ma jkun qed jara t-televiżjoni:

 Jekk jintefa l-kurrent mill-mejn li miegħu jkun imqabbad it-televiżjoni, jew jinqala’ l-plagg, l-użu tal-enerġija jixxejjen għat-televiżjonijiet kollha, u hija proċedura rakkomandata meta t-televiżjoni ma jkunx se jintuża għal żmien twil, eżempju meta wieħed ikun sejjer għal xi vaganza;

 Jekk jintuża l-iswiċċ li jitfi kompletament, l-użu tal-enerġija jitnaqqas għal kważi żero (jekk hemm swiċċ installat);

 Jekk it-televiżjoni jitqiegħed f’modalità “standby”, il-konsum tal-enerġija se jonqos, iżda xorta se juża ftit enerġija;

 Jekk jitnaqqas il-livell tal-qawwa tad-dawl tal-iskrin jonqos l-użu tal-enerġija.

(e) Il-pożizzjoni tal-iswiċċ li jitfi kompletament (jekk hemm wieħed installat).

(f) It-tagħrif dwar it-tiswija rigward min hu kwalifikat biex isewwi t-televiżjonijiet, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt kif jixraq.

(g) L-istruzzjonijiet ta’ tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja għar-rimi xieraq tat-televiżjonijiet f’żoni ta’ kumdità ċivika jew permezz ta’ bejjiegħ ta’ skemi ta’ ritorn (retailer take-back schemes) kif applikabbli, li għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

(h) It-tagħrif illi l-prodott ġie mogħti l-fjura (l-Ekotikketa tal-UE), bi spjegazzjoni qasira dwar xi tfisser, flimkien ma’ indikazzjoni li aktar tagħrif dwar l-Ekotikketta jinstab fl-indirizz tal-websajt: http://www.ecolabel.eu

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dawn il-ħtiġijiet, u għandu jipprovdi kopja tal-manwal tal-istruzzjonijiet lill-korp kompetenti li tivvaluta l-applikazzjoni.

7.   L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

Il-Kaxxa 2 tal-Ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

 Effiċjenza għolja fl-enerġija

 L-emissjonijiet imnaqqsa tas-CO2

 Iddisinjat sabiex jiffaċilita t-tiswija u r-riċiklaġġ.

Il-valutazzjoni u l-verifika: L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ din il-ħtieġa, u għandu jipprovdi kopja tal-Ekotikketta kif tidher fuq il-pakkett u/jew il-prodott u/jew id-dokumentazzjoni li takkumpanjahom għall-korp kompetenti tal-għotja.



( 1 L-erja tal-iskrin: Din hija l-erja tal-iskrin f’dm2. Hija ugwali għal [id-daqs tal-iskrin × id-daqs tal-iskrin × 0,480] għal skrin standard (proporzjon tad-dehra ta’ 4:3), u [id-daqs tal-iskrin × id-daqs tal-iskrin × 0,427] għal skrin wiesa’ (proporzjon tad-dehra ta’ 16:9).

( 2 ) ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1

( 3 ) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 31, p. 127.

( 4 ) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 7, p. 359.

Top