 
                This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008R0543-20121227
Commission Regulation (EC) No 543/2008 of 16 June 2008 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1234/2007 as regards the marketing standards for poultrymeat
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas- 16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas- 16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur
2008R0543 — MT — 27.12.2012 — 005.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
| REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p.46) | 
Emendat bi:
| 
 | 
 | Il-Ġurnal Uffiċjali | ||
| No | page | date | ||
| REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2008 ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 | L 257 | 7 | 25.9.2008 | |
| REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 508/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009 | L 151 | 28 | 16.6.2009 | |
| REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 | L 159 | 13 | 25.6.2010 | |
| REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 576/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 | L 159 | 66 | 17.6.2011 | |
| REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 652/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 | L 190 | 1 | 19.7.2012 | |
| REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1239/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2012 | L 350 | 63 | 20.12.2012 | |
         
      
Ikkoreġut b'
         
      
         
      
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 543/2008
tas-16 ta’ Ġunju 2008
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur
         
         
      
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 121, punt e) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:| (1) | Mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-istandards tal-marketing għal-laħam tat-tjur ( 2 ) tħassar mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. | 
| (2) | Ċerti dispożizzjonijiet u obbligi previsti mir-Regolament (KEE) Nru 1906/90 ma ġewx inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. | 
| (3) | B’hekk ċerti dispożizzjonijiet u obbligi meħuda jridu jiġu adottati fil-qafas ta’ regolament li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jippermetti l-kontinwità u t-tħaddim tajjeb ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq u b'mod partikolari l-istandards tat-tqegħid fis-suq. | 
| (4) | Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 stabbilixxa standards ta’ tqegħid fis-suq għall-bejgħ tat-tjur li l-applikazzjoni tagħhom tesiġi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, il-lista tal-karkassi, partijiet ta’ karkassi u ġewwiena li japplika għalihom ir-Regolament imsemmi, il-klassifikazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma’ l-għamla, id-dehra u l-piż, it-tipi ta’ preżentazzjoni, l-indikazzjoni tad-denominazzjoni li biha l-prodotti kkonċernati għandhom jitqiegħdu fis-suq, it-tismija fakultattiva dwar il-metodu tar-refriġerazzjoni u l-mod tat-trobbija, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tat-trasport ta’ ċerti tipi ta’ laħam tat-tjur u kontrolli regolari li għandhom jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Komunità. Jeħtieġ għalhekk li jitħassar r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 ( 3 ) li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90, u jiġi ssostitwit minn regolament ġdid. | 
| (5) | Bittqegħid fis-suq ta’ klassijiet differenti ta’ tjur stabbiliti skond l-għamla u d-dehra tagħhom jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-definizzjonijiet relattivi għall-ispeċijiet, għall-età u għall-preżentazzjoni tal-karkassi, kif ukoll għall-għamla anatomika u għall-kontenut tal-biċċiet tal-karkassi. Il-valur għoli tal-prodott magħruf bħala “foie gras” u r-riskju konsegwenti ta’ prattiċi qarrieqa jagħmlu meħtieġ li jiġu speċifikati standards minimi u preċiżi ta’ tqegħid fis-suq. | 
| (6) | Mhuwiex meħtieġ li jiġu applikati dawn l-istandards għal ċerti prodotti u għal ċerti preżentazzjonijiet li l-importanza tagħhom hija purament lokali jew b’xi mod ieħor limitata. Madankollu, id-denominazzjonijiet li bihom dawk il-prodotti huma mqegħdin fis-suq ma għandhomx ikunu tali li jistgħu jqarrqu bil-konsumatur billi jġegħluh ifixkel dawn il-prodotti ma’ prodotti li huma soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet. Dawn iridu għalhekk ukoll ikun applikati għat-termini deskrittivi addizzjonali wżati biex jikkwalifikaw id-denominazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti. | 
| (7) | Bil-għan li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ jiġu ddefiniti l-kunċetti tat-tqegħid fis-suq u tal-lott fis-settur tal-laħam tat-tjur. | 
| (8) | It-temperatura tal-ħżin u taż-żamma għandha importanza primarja għall-osservanza ta’ standards tal-kwalità stretti. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi speċifikata temperatura minima li fiha għandhom jiġu kkonservati t-tjur. | 
| (9) | Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u partikolarment dawk rigward il-monitoraġġ u l-osservanza tiegħu, iridu jiġu applikati b’mod uniformi fit-territorju kollu tal-Komunità. Ir-regoli dettaljati adottati għal dawn l-iskopijiet għandhom ikunu wkoll uniformi. Huwa għalhekk meħtieġ, bħala konsegwenza, li jiġu speċifikati regoli komuni għal dak li għandu x’jaqsam mat-teħid ta’ kampjuni u t-tolleranza. | 
| (10) | Sabiex il-konsumatur jingħata informazzjoni xierqa, ċara u oġġettiva dwar il-prodotti maħruġa għall-bejgħ u sabiex tiġi assigurata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn ta’ l-aħħar fil-Komunità, jeħtieġ li jiġi żgurat li n-normi tat-tqegħid fis-suq tat-tjur iqisu kemm jista’ jkun id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/211/KEE tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodtti b'imballaġġ minn qabel ( 4 ). | 
| (11) | Fost l-indikazzjonijiet fakultattivi tat-tikketta, jidhru dawk dwar il-metodu tat-tkessiħ u l-mod tat-trobbija. L-indikazzjoni dwar din tal-aħħar, fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur, teħtieġ li tkun subordinata fir-rigward ta’ kriterji mfissra b’attenzjoni kemm dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija kif ukoll il-limiti tal-kwantità għall-indikazzjoni ta’ kriterji bħall-età mal-qatla jew it-tul tal-perjodu tat-tismin u l-kontenut ta’ ċerti ingredjenti ta’ prodotti tal-ikel. | 
| (12) | Meta t-trobbija fil-beraħ hija indikata fuq it-tikketta għal-laħam ġej minn papri u wiżż miżmuma għall-produzzjoni tal-“foie gras”, jeħtieġ ukoll li tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ dan lill-konsumatur fuq it-tikketta biex tkun assigurata l-informazzjoni kollha dwar il-karatteristiċi tal-prodott. | 
| (13) | Huwa xieraq li Kummissjoni teżerċita kontroll permanenti tal-kompatibbiltà ta’ kull miżura nazzjonali adottata b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet preżenti mad-dritt Komunitarju, inklużi l-istandards tat-tqegħid fis-suq. Għandu jkun hemm dispożizzjoni partikolari wkoll għar-reġistrazzjoni u l-ispezzjoni regolari ta’ impriżi awtorizzati jużaw termini li jsemmu tipi partikolari ta’ biedja. Dawn l-impriżi għandhom ikunu għalhekk obbligati jżommu reġistri regolari u dettaljati għal dan il-għan. | 
| (14) | L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jridu jkunu fil-pożizzjoni li jiddelegaw ir-responsabbiltà ta’ din l-ispezzjoni, filwaqt li titqies in-natura speċifika tagħha, lil entitajiet indipendenti kkwalifikati u approvati kif xieraq, bla ħsara għas-sorveljanza u l-prekawzjonijiet xierqa. | 
| (15) | L-operaturi tal-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jitolbu li jużaw id-diċituri fakultattivi dwar il-metodi tat-tkessiħ u l-modi tat-trobbija. Jeħtieġ issir dispożizzjoni għalihom sabiex jagħmlu dan, soġġett għal ċertifikazzjoni xierqa mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz interessat, u li jidher fuq lista stabbilita mill-Kummissjoni. | 
| (16) | Fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni ekonomika u teknoloġika, kemm fil-livell tal-preparazzjoni tat-tjur kif ukoll fil-livell tal-kontrolli, u minħabba l-fatt li l-kontenut ta’ l-ilma huwa ta’ interess partikolari fil-bejgħ ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr, għandu jiġi ffissat il-kontenut massimu ta’ l-ilma tat-tjur iffriżat jew iffriżat malajr u għandha tiġi ddefinita sistema ta’ monitoraġġ sew fil-biċċeriji sew fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni mingħajr ma jinkiser il-prinċipju taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti f’suq uniku. | 
| (17) | L-assorbiment ta’ l-ilma fl-istabbiliment tal-produzzjoni għandu jiġi vverifikat u għandhom jiġu stabbiliti metodi ta’ min joqgħod fuqhom għall-kalkolu tal-kontenut ta’ ilma miżjud waqt il-preparazzjoni tal-karkassi ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr mingħajr ma tkun magħmula distinzjoni bejn il-likwidu fiżjoloġiku u ilma ieħor li joriġina fil-preparazzjoni tat-tjur minħabba l-fatt li distinzjoni bħal din tiltaqa’ ma’ diffikultajiet prattiċi. | 
| (18) | It-tqegħid fis-suq ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr li ma jikkonformax mingħajr indikazzjoni xierqa fuq il-pakkett għandu jkun ipprojbit. Bħala riżultat, huwa neċessarju li jiġu adottati regoli prattiċi fejn għandhom x’jaqsmu l-indikazzjonijiet li għandhom jiġu mmarkati fuq pakketti individwali u lottijiet skond id-destinazzjoni tagħhom sabiex il-kontrolli jiġu ffaċilitati u sabiex ikun żgurat li ma jiġux użati għal ħaġa oħra għajr għall-iskop maħsub tagħhom. | 
| (19) | Jeħtieġ li tiġi stabbilita l-azzjoni li għandha tittieħed jekk kontroll juri irregolarità f’kunsinna, fejn il-prodotti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ tiġi stabbilita proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwimiet li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-kunsinni intra-Komunitarji. | 
| (20) | F’każ ta’ tilwima, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tieħu azzjoni fuq il-post u billi tadotta miżuri xierqa għas-sitwazzjoni. | 
| (21) | L-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontenut ta’ l-ilma tippresupponi l-ħatra ta’ laboratorji nazzjonali u Komunitarji ta’ referenza. | 
| (22) | Għandha tingħata assistenza finanzjarja mill-Komunità. | 
| (23) | Għandu jiġi konkluż kuntratt bejn il-Komunità Ekonomika u l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas ta’ l-għajnuna finanzjarja. | 
| (24) | Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri biex jadottaw metodi prattiċi għall-kontroll tal-kontenut ta’ ilma ta’ tjur iffriżat u ffriżat malajr. Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dak ir-Regolament, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b’dan. | 
| (25) | Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, | 
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
         
         
      
Artikolu 1
Il-prodotti msemmija f’Artikolu 121(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma definiti kif ġej:
(1) Karkassi tat-tjur
(a) SRIEDAK U TIĠIEĠ (Gallus domesticus)
— tiġieġ (għat-tismin): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata),
— sriedak, qroqq (għat-togħlija): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata),
— ħasjien: tjur irġiel imsewwija b'mod kirurġiku qabel ma jilħqu l-maturità sesswali u maqtula ta' età minima ta’ 140 jum; wara li jiġi msewwi, il-ħasi għandu jissemmen għal talanqas 77 jum,
— poussins, coquelets: tiġieġ ta’ inqas minn 650g piż tal-karkassa (espress mingħajr l-intern, ir-ras u s-saqajn); it-tiġieġ ta’ bejn 650g u 750g jista’ jitqies “poussin” jekk l-età tal-qatla ma tkunx taqbez it-28 jum. L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 12 għall-verifika ta’ din l-età tal-qatla,
— serduk ta’ età żgħira: minn razza li tbid, bil-ponta ta’ l-isternu riġida mingħajr ma tkun għal kollox ossifikata u li l-età tal-qatla hija talanqas 90 jum;
(b) DUNDJANI (Meleagris gallopavo dom.)
— dundjani nisa u rġiel (ta’ età żgħira): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata),
— dundjani (għat-togħlija): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata);
(c) PAPRI (Anas platyrhynchos dom., cairina muschata), canards mulards (cairina muschata x Anas platyrhynchos)
— papri (jew ta’ età żgħira); papri (jew ta’ età żgħira) Muscovy; papri (jew ta’ età żgħira) Mulard: tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata),
— papri, papri Muscovy, papri Mulard: tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata),
(d) WIŻŻ (Anser anser dom.)
— wiżż nisa u rġiel (ta’ età żgħira): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata); is-saff ta’ xaħam madwar il-karkass ikun irqiq jew mhux oħxon wisq. ix-xaħam tal-wiżża ta’ età żgħira jista’ jkollu lewn karatteristiku ta’ dieta speċjali,
— wiżż, tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata), jkollu preżenti saff ta’ xaħam minn moderat għal oħxon madwar il-karkassa kollha;
(e) FARGĦUNI (Numida meleagris domesticus)
— fargħuni (ta’ età żgħira): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata),
— fargħuni: tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata).
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, varjanti tat-termini użati fil-punti a) sa e) li għandhom x’jaqsmu mas-sess għandhom jinftehmu bħala ekwivalenti għal dawn it-termini.
(2) Biċċiet tat-tjur
(a) nofs: nofs karkassa, bi qtugħ mit-tul f’linja tul l-isternu u s-sinsla;
(b) kwart: kwarti ta’ wara jew ta’ quddiem (sidra jew saqajn), b’qatgħa trasversali ta’ nofs;
(c) kwarti tas-sieq mhux mifrudin: iż-żewġ kwarti tas-sieq magħquda ma’ parti mid-daħar, bi jew mingħajr it-taħrika;
(d) sidra: l-isternu u l-kustilji, jew parti minnhom, mqassma fuq iż-żewġ naħat tagħhom, flimkien mal-muskolatura ta’ madwarhom. Is-sidra tista’ tiġi ppreżentata bħala sħiħa jew maqsuma fi tnejn;
(e) sieq: il-wirk, il-qasba u l-fibula bil-muskolatura ta’ madwarhom. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru mill-ġogi;
(f) sieq tat-tiġieġa b’biċċa mid-daħar imqabbda magħha: il-piż tad-dahar ma jaqbiżx 25 % ta’ dak tal-qatgħa sħiħa;
(g) koxxa (il-parti ta’ fuq tas-sieq): il-wirk bil-muskolatura ta’ madwaru. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru mill-ġogi;
(h) il-biċċa t’isfel tal-koxxa (drumstick): il-qasba u l-fibula bil-muskolatura ta’ madwarhom. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru mill-ġogi;
(i) ġewnaħ: l-omeru, ir-radjus u l-kubitus, bil-muskolatura ta’ madwarhom. Fil-każ tal-ġwienaħ tad-dundjani, l-omeru, ir-radjus u l-kubitus jistgħu jiġu ppreżentati separatament, bil-muskolatura ta’ madwarhom. Il-ponta, inkluż l-għadam karpali, jista’ jkun tħeħħa jew ma tneħħiex. Il-qtugħ għandu jsir mill-ġogi;
(j) ġwienaħ mhux mifruda: iż-żewġ ġwienaħ magħquda minn biċċa tad-daħar, il-piż ta’ dan ta’ l-aħħar ma għandux ikun iżjed minn 45 % tal-qatgħa;
(k) flettt tas-sider tad-dundjan, mingħajr ġilda; is-sidra kollha jew nofsha dissussata, jiġifieri mingħajr sternu jew kustilji. Fil-każ tas-sidra tad-dundjan, il-flett tad-dundjan jista’ jinkludi biss il-muskolu pettorali ta’ taħt;
(l) flett tas-sidra bil-klavikula: il-flett tas-sidra bla ġilda u bil-klavikula:u l-ponta qarquċija ta’ l-isternu biss, il-piż tal-klavikula u tal-qarquċa ma jaqbiżx 3 % ta’ dik il-qatgħa;
(m) magret, maigret: flett tas-sidra tal-wiżż u tal-papri tal-punt 3), inklużi l-ġilda u x-xaħam ta’ taħt il-ġilda li jgħatti l-muskolu tas-sidra, mingħajr il-muskolu pettorali ta’ taħt;
(n) laħam tas-saqajn tad-dundjan dissussat: koxxa jew il-biċċa t’isfel tal-koxxa (drumstick), jiġifieri mingħajr il-femora, it-tibja jew il-fibula, sħaħ, mqatta’ jew maqtugħin fi strixxi.
Għall-prodotti elenkati taħt e), g) u h) il-kliem “il-qatgħat għandhom isiru mill-ġogi” għandhom ifissru qatgħat magħmulin bejn iż-żewġ linji ta’ delimitazzjoni tal-ġogi kif muri fil-preżentazzjoni grafika fl-Anness II.
Prodotti elenkati taħt (d) sa (k) jistgħu jiġu ppreżentati bil-ġilda jew mingħajrha. In-nuqqas ta’ ġilda fil-każ ta’ prodotti elenkati taħt d) sa (j) jew il-preżenza tal-ġilda fil-każ tal-prodott elenkat taħt k) għandhom jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).
(3) Foie gras
Il-fwied tal-wiżż jew ta’ papri ta’ l-ispeċi Cairina muschata jew Cairina muschata x Anas platyrachos li ġew mitmugħin b’tali mod biex jipproduċu ipertrofija ċellulari epatika grassa.
It-tjur li minnhom jitneħħa fwied bħal dan għandhom jinfasdu għal kollox. Il-fwied għandu jkun ta’ lewn uniformi.
Il-fwied għandu jkollu l-piż li ġej:
— il-fwied tal-papri għandu jiżen talanqas 300g netti,
— il-fwied tal-wiżż għandu jiżen talanqas 400 g netti.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) “karkassa” tfisser: il-karkassa sħiħa tat-tajra ta’ l-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) wara t-tneħħija tad-demm, tar-rix u ta’ l-imsaren; madankollu, it-tneħħija tal-kliewi hija fakultattiva; karkassa mnaddfa mill-imsaren tista’ tkun ippreżentata għall-bejgħ bil-gewwieni jew mingħajru, jiġifieri l-qalb, il-fwied, il-qanżħa u l-għonq, imdeffsa fil-ħofra addominali;
(b) “biċċiet ta’ karkassi” tfisser laħam tat-tjur li minħabba d-daqs u l-karatteristiċi tat-tessut muskolari jkun jista’ jingħaraf bħala li nkiseb minn parti partikolari tal-karkassa;
(c) “laħam tat-tjur ippakkjat bil-lest” tfisser: laħam tat-tjur ippreżentat skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE;
(d) “laħam tat-tjur mhux ippakkjat bil-lest” tfisser laħam tat-tjur ippreżentat għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mingħajr ma jkun ippakkjat bil-lest jew inkella ppakkjat fil-post tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej;
(e) “tqegħid fis-suq” tfisser iż-żamma jew il-wiri għall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ, il-kunsinna jew kwalunkwe forma oħra ta’ tqegħid fis-suq;
(f) “lott” tfisser il-laħam tat-tjur ta’ l-istess speċi u tip, l-istess klassi, l-istess metodu ta’ produzzjoni, mill-istess biċċerija jew impjant tat-tqattigħ, li jkunu jinsabu fl-istess post, li għandhom jiġu spezzjonati. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 9 u l-Annessi V u VI, lott għandu jikkonsisti biss f’pakketti ppreparati minn qabel ta’ l-istess kategorija ta’ piż nominali.
Artikolu 3
1. Sabiex jitqegħdu fis-suq skond dan ir-Regolament, il-karkassi tat-tjur għandhom jiġu ppreżentati għall-bejgħ f’waħda mill-forom li ġejjin:
— l-intern parzjalment imneħħi (“effilé,”“roped”),
— bl-intern,
— mingħajr intern.
It-terminu “mnaddfa minn ġewwa” jista’ jiġi miżjud.
2. Karkassi li l-intern tagħhom huwa mneħħi parzjalment huma karkassi li minnhom il-qalb, il-fwied, il-pulmun, il-qanżħa, il-ħawsla, u l-kliewi ma tneħħewx.
3. Għall-preżentazzjonijiet kollha tal-karkassi, jekk ir-ras ma titneħħiex, it-trakea, l-esofagu u l-ħawsla jistgħu jibqgħu fil-karkassa.
4. L-intern għandu jinkludi biss l-organi li ġejjin.
Il-qalb, l-għonq, il-qanżħa u l-fwied, u l-partijiet kollha l-oħra meqjusa bħala tajbin għall-ikel mis-suq li fih il-prodott huwa maħsub għall-konsum aħħari. Il-fwied għandu jkun mingħajr il-bużżieqa tal-marrara, u l-qanżħa trid tkun mingħajr ir-rita l-ħarxa u bil-kontenut ta’ ġo fiha mneħħi. Il-qalb tista’ tkun bil-borża perikardjali jew mingħajrha. Jekk l-għonq jibqa’ magħqud mal-karkassa, ma jitqiesx bħala intern.
Meta wieħed minn dawn l-erba’ organi ma jkunx inkluż bħas-soltu mal-karkassa għall-bejgħ, in-nuqqas tiegħu għandu jkun jidher fuq it-tikketta.
5. Minbarra l-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skond id-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjonijiet ulterjuri li ġejjin għandhom jintwerew fid-dokumenti kummerċjali anċillari fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1)(b) ta’ dik id-Direttiva:
(a) il-kategorija msemmija fl-Anness XIV, parti B, punt III 1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;
(b) l-istat li fih il-laħam tat-tjur jitqiegħed fis-suq, skond l-Anness XIV, parti B, punt III 2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u t-temperatura tal-ħżin.
Artikolu 4
1. L-ismijiet li bihom jinbigħu il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 3(1)(1) tad-Direttiva 2000/13/KE, għandhom ikunu dawk numerati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-anness I, kwalifikat fil-każ ta’:
— karkassi sħaħ, b’referenza għal waħda mill-forom ta’ preżentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(1),
— qatgħat ta’ tjur, b’referenza għall-ispeċijiet rispettivi.
2. L-ismijiet definiti fl-Artikolu 1(1) u (2) jistgħu jiġu supplementati b’termini oħra sakemm dawn tal-aħħar ma jfixklux lill-konsumatur sa grad materjali u b’mod partikolari ma jwasslux għal tfixkil ma’ prodotti oħra elenkati fl-Artikolu 1(1) u (2) jew ma’ indikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11.
Artikolu 5
1. Prodotti għajr dawk definiti f’Artikolu 1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità biss b’ismijiet li ma jfixklux lill-konsumatur sa grad materjali li jippermettu tfixkil ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 1 jew b’indikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11.
2. Minbarra l-konformità mal-liġijiet nazzjonali addottati skond id-Direttiva 2000/13/KE, it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-laħam tat-tjur maħsub għall-konsumatur aħħari għandhom isegwu r-rekwiżiti addizjonali stabbiliti fil-paragrafi 3, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 7(2).
3. Fil-każ ta’ laħam tat-tjur frisk, id-data tad-durabbiltà minima għandha tinbidel bid-data “uża sa” bi qbil mc l-Artikolu 9a(1) tad-Direttiva 2000/13/KE.
4. Fil-każ tal-laħam tat-tjur ippakkjat minn qabel, id-dettalji li ġejjin iridu jidhru wkoll fuq l-imballaġġ minn qabel jew fuq tikketta bħal ta’ din ta’ l-aħħar:
(a) il-kategorija msemmija fl-Anness XIV, parti B, punt III 1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;
(b) fil-każ ta’ laħam tat-tjur frisk, il-prezz totali u l-prezz skond il-piż fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut;
(c) l-istat li fih il-laħam tat-tjur jitqiegħed fis-suq, skond l-Anness XIV, parti B, punt III 2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u t-temperatura tal-ħżin rakkomandata.
(d) in-numru ta’ approvazzjoni tal-biċċerija jew tal-post tat-tqattigħ maħruġ skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), għajr fil-każ fejn it-tqattigħ u d-dissussar iseħħu fil-punt tal-bejgħ skond l-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament imsemmi;
(e) fil-każ ta’ laħam tat-tjur impurtat minn pajjiżi terzi, indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini.
5. Fil-każ tal-laħam tat-tjur mibjugħ mhux ippakkjat bil-lest, għajr meta t-tqattigħ u d-dissussar iseħħu fil-punt tal-bejgħ skond kif provdut mill-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, sakemm it-tqattigħ u d-dissussar isiru fuq talba tal-konsumtur u quddiemu, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/13/KE huwa applikabbli għall-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.
6. B’deroga mill-Artikolu 3, paragrafu 5 u l-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, mhuwiex meħtieġ li l-laħam tat-tjur jiġi kklassifikat jew li jkunu indikati d-diċituri supplimentari msemmija fl-Artikoli msemmijin fil-każ ta’ kunsinni lill-impjanti tat-tqattigħ jew ta’ l-ipproċessar.
Artikolu 6
Id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal laħam tat-tjur iffriżat kif imfisser fl-Anness XIV, parti B, punt II 3), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
It-temperatura tal-laħam tat-tjur iffriżat imsemmija minn dan ir-Regolament għandha tkun stabbli u miżmuma, fil-punti kollha fil-prodott, għal massimu ta’ xi fluttwazzjonijiet 'il fuq ta’ mhux iżjed minn 3 °C. Dawn it-tolleranzi fit-temperatura tal-prodott għandhom jitħallew skond prassi tajba tal-ħżin u t-tqassim u fit-tagħmir tal-wiri għall-bejgħ bl-imnut.
Artikolu 7
1. Il-karkassi tat-tjur u qatgħat koperti minn dan ir-Regolament għandhom, sabiex jiddaħħlu fil-klassi A jew il-klassi B, jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:
(a) intatti, meta titqies il-preżentazzjoni;
(b) nodfa, ħielsa minn kull materja barranija li tidher, ħmieġ jew demm;
(c) bla ebda riħa barranija;
(d) bla tbajja' tad-demm li jidhru għajr dawk li huma żgħar u ma jagħtux fil-għajn;
(e) bla għadam miksur imqabbeż ‘il barra;
(f) bla tbenġil serju.
Fil-każ ta’ tjur frisk, ma għandu jkun hemm ebda traċċa ta’ ffriżar minn qabel.
2. Sabiex jiġu kklassifikati bħala ta’ Klassi A, karkassi ta’ tjur u qatgħat għandhom barra minn hekk jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) huma għandhom ikunu ta’ konformazzjoni tajba. Il-laħam irid ikun impaħpaħ, is-sidra żviluppata sew, wiesgħa, twila u ħoxna, u l-koxox iridu jkunu ħoxnin. Fuq tiġieġ, papri żgħar jew papri ta’ età żgħira u dundjani għandu jkun hemm saff irqiq u regolari ta’ xaħam fuq is-sidra, id-dahar u l-koxox. Fuq sriedak, tiġieġ, papri u wiżż żgħir, saff iktar oħxon ta’ xaħam huwa permess. Fuq il-wiżż għandu jkun preżenti saff ta’ xaħam minn moderat għal oħxon fuq il-karkassi kollha,
(b) jista’ jkun hemm xi ftit rix żgħir, pezzijiet (ponot tar-rix) u xagħar (filopjumi) fuq is-sidra, is-saqajn, id-dahar, il-ġogi tas-sieq u l-ponot tal-ġwienaħ. Fil-każ ta’ tjur, papri, dundjani u wiżż tat-togħlija jista’ jkun preżenti wkoll xi ftit fuq partijiet oħra,
(c) xi ftit ħsara, tbenġil u tidnis tal-kulur huma permessi sakemm ikunu żgħar u ma jagħtux fil-għajn, u mhumiex preżenti fuq is-sidra jew saqajn. Il-ponta tal-ġewnaħ tista’ tkun nieqsa. Ħmura żgħira ħafna hija permessibbli fil-ponot tal-ġwienaħ u l-follikoli,
(d) fil-każ ta’ tjur iffriżati jew iffriżati ta’ malajr ma għandu jkun hemm ebda traċċa ta’ ħruq mill-iffriżar ( 7 ) għajr dawk li huma inċidentali, żgħar u ma jagħtux fil-għajn u mhux preżenti fuq is-sidra jew saqajn.
Artikolu 8
1. Deċiżjonijiet li ġejjin minn nuqqas ta’ konformità ma’ Artikoli 1 u 3 jistgħu jittieħdu biss għal-lott kollu li jkun ġie kontrollat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan Artikolu.
2. Kampjun li huwa magħmul mill-kwantitajiet li ġejjin ta’ prodotti differenti definiti fl-Artikolu 1 għandu jittieħed b’mod aleatorju minn kull lott li għandu jiġi spezzjonat fil-biċċerija, impjanti ta’ qtugħ, imħażen tal-ingrossa jew tal-imnut jew f’kull stadju ieħor tat-tqegħid fis-suq jew fil-każ ta’ importazzjonijiet minn terzi pajjiżi, fiż-żmien meta jinħarġu mid-dwana.
         
      
            
         
| Daqs tal-lott | Daqs tal-kampjun | Għadd tollerat ta’ unitajiet mhux konformi | |
| Total | għall-Artikolu 1, punti 1) (1) u 3), u l-Artikolu 7, paragrafu 1 | ||
| 1 | 2 | 3 | 4 | 
| 100 sa 500 | 30 | 5 | 2 | 
| 501 sa 3 200 | 50 | 7 | 3 | 
| > 3 200 | 80 | 10 | 4 | 
| (1) Tolleranza għal kull speċi, u mhux minn speċi għall-oħra | |||
3. Fil-kontroll ta’ lott tal-laħam tat-tjur ta’ klassi A, tapplika t-tolleranza totali ta’ unitajiet mhux konformi msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella tal-paragrafu 2. Dawn l-unitajiet mhux konformi jistgħu wkoll jinkludu, meta jkun hemm flett ta’ sidra, il-fletti li fihom sa massimu ta’ 2 % ta’ qarquċa (il-ponta flessibbli ta’ l-isternu).
Madankollu, l-għadd ta’ l-unitajiet mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 3 ta’ l-Artikolu 1 kif ukoll ta’ l-Artikolu 7(1) ma għandux jaqbeż iċ-ċifri murija fil-kolonna 4 tat-tabella fil-paragrafu 2.
Fejn għandu x’jaqsam il-punt 3 ta’ l-Artikolu 1, kwalunkwe unità mhux konformi ma għandhiex tiġi kkunsidrata tollerabbl sakemm ma tkunx ta’ piż ta’ talanqas 240 g fil-każ ta’ fwied tal-papri u ta’ talanqas 385 g fil-każ ta’ fwied tal-wiżż.
4. Meta jiġi kkontrollat lott ta’ laħam tat-tjur tal-klassi B, l-għadd tollerat ta’ unitajiet mhux konformi jirdoppja.
5. Fejn il-lott ikkontrollat ma jitqiesx li jkun konformi, l-aġenzija ta’ sorveljanza għandha tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew l-importazzjoni tiegħu jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, sakemm tingħata prova li jkun ġie magħmul konformi ma’ Artikoli 1 sa 7.
Artikolu 9
1. Laħam tat-tjur li huwa ppakkjat minn qabel u ffriżat jew iffriżat malajr skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/211/KE, jista’ jiġi kklassifikat skond il-kategorija tal-piż bi qbil ma’ l-Anness XIV, parti B, punt III 3) tar-Regolament (KE) 1234/2007. L-ippakkjar minn qabel jista’ jkun:
— imballaġġ minn qabel li jkun fih karkassa ta’ tajra, jew
— imballaġġ minn qabel li jesa’ qatgħa waħda jew ħafna qatgħat ta’ tjur ta’ l-istess tip u speċi, kif imfisser fl-Artikolu 1.
2. Il-pakketti ppreparati minn qabel kollha għandhom bi qbil mal-paragrafi 3 u 4 juru indikazzjoni tal-piż tal-prodott magħruf bħala “piż nominali” li huma meħtieġa li jkollhom.
3. Imballaġġ minn qabel ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr jista’ jkun ikklassifikat skond il-kategoriji ta’ piż nominali kif ġej:
(a) karkassi;
— < 1 100 gramma: klassijiet ta’ 50 gramma (1 050 - 1 000 - 950 eċċ.),
— 1 100 - < 2 400 gramma: klassijiet ta’ 100 gramma (1 100 - 1 200 - 1 300 eċċ.),
— < 2 400 gramma: klassijiet ta’ 200 g (2 400 - 2 600 - 2 800 eċċ.);
(b) biċċiet:
— < 1 100 gramma: klassijiet ta’ 50 gramma (1 050 - 1 000 - 950, eċċ.),
— ≥ 1 100 gramma: klassijiet ta’ 100 gramma (1 100 - 1 200 - 1 300 eċċ.).
4. L-imballaġġ minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir b’tali mod li jissodisfa ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) il-kontenut effettiv ma għandux ikun inqas, bħala medja, mill-piż nominali,
(b) il-proporzjon ta’ l-imballaġġ minn qabel li jkollu żball negattiv akbar mill-iżball negattiv aċċettat u stabbilit fil-paragrafu 9 għandu jkun żgħir biżżejjed li lottijiet ta’ l-imballaġġ minn qabel jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 10,
(c) l-ebda imballaġġ minn qabel li jkollu żball negattiv ikbar mid-doppju ta’ l-iżball negattiv aċċettat imsemmi fil-paragrafu 9 ma għandu jitqiegħed fis-suq.
It-tifsir ta’ piż nominali, kontenut proprju u żball negattiv stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 76/211/KEE għandu jgħodd għal dan ir-Regolament.
5. Rigward ir-responsabbiltà ta’ min jippakkja jew jimporta laħam tat-tjur iffriżat jew iffriżat malajr u l-kontrolli li għandhom isiru mill-awtorijajiet kompetenti, punti 4, 5 u 6 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/211/KEE japplikaw mutatis mutandis.
6. Il-kontrolli ta’ l-imballaġġ minn qabel għandhom isiru permezz ta’ teħid ta’ kampjuni u għandhom jinqasmu f’żewġ partijiet:
— kontroll li jkopri l-kontenut proprju ta’ kull imballaġġ minn qabel tal-kampjun,
— kontroll tal-medja tal-kontenut proprju ta’ l-imballaġġ minn qabel tal-kampjun.
Lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jiġi kkunsidrat aċċettabli jekk ir-riżultati taż-żewġ kontrolli jissodisfaw il-kriterji ta’ aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafi 10 u 11.
7. Lott għandu jkun magħmul mill-imballaġġi minn qabel ta’ l-istess piż nominali, kollha ta’ l-istess tip u ta’ l-istess produzzjoni, ippakkjati fl-istess post, li jrid jiġi spezzjonat.
Id-daqs tal-lott għandu jkun limitat għall-kwantitajiet imsemmija hawn taħt:
— meta l-imballaġġ minn qabel jiġi kkontrollat fl-aħħar ta’ l-ippakkjar, in-numru f'kull lott għandu jkun ugwali għall-produzzjoni massima kull siegħa tal-linja ta’ l-ippakkjar, mingħajr ebda restrizzjoni fuq id-daqs tal-lott,
— f'każijiet oħra d-daqs tal-lott għandu jkun limitat għal 10 000.
8. Kampjun li jkun magħmul min-numri ta’ imballaġġi minn qabel li ġejjin għandu jittieħed b’mod aleatorju minn kull lott li għandu jiġi spezzjonat:
         
      
            
         
| Daqs tal-lott | Daqs tal-kampjun | 
| 100-500 | 30 | 
| 501-3 200 | 50 | 
| > 3 200 | 80 | 
Għal kunsinni iżgħar minn 100 imballaġġ minn qabel, it-test mhux distruttiv, kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva 76/211/KEE, fejn użat, għandu jkun 100 %.
9. Fil-każ ta’ qatgħat ta’ tjur ippreparati minn qabel, japplikaw l-iżbalji tolerabbli u negattivi li ġejjin:
         
      
            
         
| (fi grammi) | ||
| Piż nominali | Żball negattiv massimu tollerat | |
| Karkassi | Qatgħat | |
| anqas minn 1 100 | 25 | 25 | 
| 1 100 – < 2 400 | 50 | 50 | 
| 2 400 u aktar | 100 | 50 | 
10. Għall-kontrolli tal-kontenut proprju ta’ kull imballaġġ minn qabel fil-kampjun, l-inqas kontenut aċċettat għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqas l-iżball negattiv aċċettat għall-kontenut ikkonċernat mill-piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel.
L-imballaġġ minn qabel fil-kampjun li l-kontenut proprju tiegħu huwa inqas mill-kontenut minimu aċċettat għandu jitqies difettuż.
Il-lott ta’ imballaġġ minn qabel ikkontrollat għandu jitqies aċċettabbli jekk in-numru ta’ unitajiet difettużi mhux konformi misjuba fil-kampjun ikun inqas minn jew daqs il-kriterju ta’ aċċettazzjoni fit-tabella t'hawn taħt; jiġi rrifjutat jekk l-għadd ta’ l-unitajiet mhux konformi jkun daqs jew aktar mill-kriterju tar-rifjut.
         
      
            
         
| Daqs tal-kampjun | Numru ta’ kampjuni mhux konformi | |
| In-numru ta' aċċettazzjoni | In-numru tar-rifjut | |
| 30 | 2 | 3 | 
| 50 | 3 | 4 | 
| 80 | 5 | 6 | 
11. Għall-kontroll tal-medja tal-kontenut proprju, lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jitqies aċċettabbli, jekk il-medja tal-kontenut proprju li jifforma l-kampjun huwa ikbar mill-kriterju ta’ aċċettazzjoni msemmi hawn taħt:
         
      
            
         
| Daqs tal-kampjun | Kriterju ta’ aċċettazzjoni għall-kontenut effettiv medju | 
| 30 | x— ≥ Qn – 0,503 s | 
| 50 | x— ≥ Qn – 0,379 s | 
| 80 | x— ≥ Qn – 0,295 s | 
| x— | = | kontenut effettiv medju ta’ l-imballaġġ minn qabel. | 
| Qn | = | piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel | 
| s | = | devjazzjoni standard tal-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel tal-lott. | 
Id-devjazzjoni normali għandha tiġi kkalkulata kif stabbilit mill-punt 2.3.2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 76/211/KEE.
12. Sakemm id-Direttiva 80/181/KEE tal-Kunsill ( 8 ) tawtorizza l-użu ta’ indikaturi supplimentari, l-indikazzjoni tal-piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel li japplika għalihom dan l-Artikolu tista’ tigi akkumpanjata minn indikaturi supplimentari.
13. Fil-każ tal-laħam tat-tjur li jidħol fir-Renju Unit mill-Istati Membri l-oħra, għandhom isiru kontrolli b'mod aleatorju u ma għandhomx isiru mal-fruntiera.
Artikolu 10
Indikazzjoni ta’ l-użu ta’ wieħed mill-metodi ta’ tkessiħ imfisser hawnhekk iżjed 'il quddiem u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-Anness III jistgħu jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE:
— tkessiħ bl-arja: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur bl-arja kiesħa.
— tkessiħ b’raxx ta’ arja: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur bl-arja kiesħa u raxx fin ta’ l-ilma.
— tkessiħ b’immersjoni: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur f’tankijiet ta’ l-ilma jew silġ u ilma, skond il-proċedura tal-kontrokurrent.
Artikolu 11
1. Sabiex jiġu indikati t-tipi ta’ trobbija, għajr dawk organiċi jew bijoloġiċi, huma biss it-termini msemmija hawn taħt u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-Anness IV li jistgħu jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE (barra minn hekk, ma jistgħux jidhru jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament):
(a) “mitmugħa bi … % ta’ …”;
(b) “imrobbija ġewwa — sistema estensiva”;
(c) “trobbija fil-beraħ (free range)”;
(d) “trobbija fil-beraħ tradizzjonali”;
(e) “trobbija fil-beraħ - libertà totali”.
Dawn it-termini jistgħu jiġu ssupplementati b’indikazzjonijiet li jsemmu l-karatteristiċi partikolari tat-tipi rispettivi ta’ trobbija.
Meta t-trobbija fil-beraħ (punti c), d) u e)) hija indikata fuq it-tikketta għal-laħam ġej minn papri u wiżż miżmuma għall-produzzjoni tal-“foie gras”, jeħtieġ ukoll li jiġi indikat it-terminu “mill-produzzjoni tal-foie gras”.
2. L-indikazzjoni ta’ l-età tal-qtil jew tat-tul tal-perjodu tat-tismin għandha tkun permessa biss meta jsir użu minn wieħed mit-termini msemmija fil-paragrafu 1 u għal età ta’ mhux anqas minn dik murija fl-Anness IV (b), (ċ) jew (d). Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-każ ta’ annimali li jaqgħu fi ħdan ir-raba’ inċiż tal-punt 1 (a) ta’ l-Artikolu 1.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw bla ħsara għal miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru 'l hinn mill-ħtiġijiet minimi msemmija fl-Anness V u għandhom japplikaw biss għall-produtturi ta’ l-Istat Membru kkonċernat, sakemm huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u huma konformi ma’ l-istandards komuni ta’ tqegħid fis-suq għal-laħam tat-tjur.
4. Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.
5. F'kull ħin u fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jistmaw il-kompatibbiltà tal-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu mal-liġijiet Komunitarji u l-konformità tagħhom ma’ l-istandards komuni tat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur.
Artikolu 12
1. Biċċeriji awtorizzati sabiex jużaw it-termini msemmija f’Artikolu 11 għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni speċjali. Huma għandhom iżommu rekord separat, skond it-tip ta’ trobbija:
(a) ta’ l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi ta’ dawk it-tjur, li għandhom jiġu rreġistrati wara spezzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru;
(b) fuq talba ta’ din l-awtorità, l-għadd tat-tjur miżmuma minn kull produttur għal kull turnround;
(c) l-għadd u l-piż totali ħaj jew tal-karkassi ta’ dawn it-tjur imwassla u pproċessati;
(d) i-dettalji tal-bejgħ, inklużi l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja, għal minimu ta’ sitt xhur wara l-ispezzjoni.
2. Il-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom sussegwentement jiġu spezzjonati regolarment. Għandhom iżommu rekords aġġornati, għal minimu ta’ sitt xhur wara t-twassil, ta’ l-għadd tat-tjur skond it-tip ta’ trobbija, filwaqt li juru wkoll l-għadd ta’ tjur mibjugħ, l-isem u l-indirizzi tax-xerrejja, u l-kwantitajiet u s-sors tal-provvista ta’ l-għalf.
Barra minn dan, produtturi li jużaw sistemi tat-trobbija fil-beraħ għandhom ukoll iżommu rekords tad-data meta t-tjur ingħataw l-ewwel aċċess biex jimirħu.
3. Il-manifatturi u l-fornituri ta’ l-għalf għandhom iżommu rekords għal ta’ lanqas sitt xhur wara t-twassil li juru li l-kompożizzjoni ta’ l-għalf ipprovdut mill-produtturi għat-tip ta’ trobbija msemmi fl-Artikolu 11(1)(a) jikkonforma ma’ l-indikazzjonijiet mogħtija fir-rigward ta’ l-għalf.
4. L-imqafas għandhom iżommu rekords tat-tjur tar-razez rikonoxxuti bħala li jikbru bil-mod ipprovduti lill-produtturi għat-tipi ta’ trobbija fl-Artikolu 11(1)(d) u (e) għal talanqas sitt xhur wara l-ispezzjoni.
5. Għandhom isiru spezzjonijiet regolari fir-rigward tal-konformità ma’ Artikoli 11 u l-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu:
(a) fil-farm: talanqas darba kull turnround,
(b) għand il-manifattur u l-fornitur ta’ l-għalf: talanqas darba fis-sena,
(c) fil-biċċerja: talanqas erba’ darbiet fis-sena,
(d) fil-maqfas: talanqas darba fis-sena għall-modi ta’ trobbija msemmija fl-Artikolu 11(1)(d) u (e).
6. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, permezz ta' kull mezz xieraq, fosthom il-pubblikazzjoni fuq l-internet, il-lista aġġornata tal-biċċeriji approvati rreġistrati skont il-paragrafu 1, li turi l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u n-numru allokat għal kull waħda.
Artikolu 13
Fil-każ ta’ sorveljanza ta’ l-indikazzjoni tat-tip ta’ trobbija użata kif imsemmi f’Artikolu 121(e)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-korpi nominati mill-Istati Membri għandhom iħarsu l-kriterji stabbiliti min-Norma Ewropea Nru En/45011 tas-26 ta’ Ġunju 1989, u b’hekk għandhom jiġu liċenzjati u sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat.
Artikolu 14
Laħam tat-tjur importat minn terzi pajjiżi jista’ juri indikazzjoni waħda jew aktar mhux obbligatorja li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikoli 10 jew 11 jekk ikun akkumpanjat minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajiż ta’ oriġini li jiċċertifika l-konformità tal-prodotti in kwistjoni mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan ir-Regolament.
Fuq talba minn pajjiż terz lill-Kummissjoni, għandha tiġi stabbilita lista ta’ awtoritajiet tali mill-Kummissjoni.
Artikolu 15
1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16(5) u ta’ l-Artikolu 17(3), it-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr, jista’ jitqiegħed fis-suq permezz ta’ negozju jew kummerċ fi ħdan il-Komunità biss jekk il-kontenut ta’ ilma ma jkunx jaqbeż il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu evitati stabbiliti bil-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness VI (metodu tat-tqattir) jew dak ta’ l-Anness VIIa (metodu kimiku).
2. L-awtoritajiet kompetenti maħtura minn kull Stat Membru għandhom jiżguraw li l-biċċeriji jadottaw il-miżuri kollha neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1 u b’mod partikolari li:
— jittieħdu kampjuni għall-osservazzjoni ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma matul it-tkessiħ u l-kontenut ta’ ilma ta’ tiġieġ iffriżati u ffriżati malajr,
— ir-riżultati tal-kontrolli jiġu rrekordjati u miżmuma għal perjodu ta’ sena;
— kull lott ikun immarkat b’tali mod li d-data tal-produzzjoni tiegħu tista’ tiġi identifikata, meqjus li l-marka tal-lott imsemmi trid tidher fuq ir-reġistru tal-produzzjoni.
Artikolu 16
1. Għandhom isiru kontrolli regolari skond l-indikazzjonijiet li jidhru fl-Anness IX fuq l-assorbiment ta’ l-ilma jew kontrolli skond l-Anness V fil-biċċeriji, talanqas darba f’kull perjodu ta’ xogħol ta’ tmien sigħat.
Fejn dawn il-kontrolli juru li l-ammont ta’ ilma assorbit huwa iktar mill-volum totali ta’ ilma permess taħt it-termini tar-Regolament, jingħata kas ta’ l-ilma assorbit mill-karkassi matul il-fażijiet ta’ l-ipproċessar li mhumiex soġġetti għall-kontrolli, u fejn, fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ ilma assorbit huwa akbar mill-istandards imsemmija fil-punt 10 ta’ l-Anness IX, jew il-punt 7 ta’ l-Anness VI, l-aġġustamenti tekniċi neċessarji għas-sistema tal-preparazzjoni għandhom isiru immedjatament mill-biċċerija.
2. Fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż, u fi kwalunkwe każ, talanqas darba kull xahrejn, il-kontrolli fuq il-kontenut ta’ ilma fuq tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr imsemmija fl-Artikolu 15(1), isiru permezz ta’ kkampjunar, għal kull biċċerija, skond l-indikazzjonijiet ta’ l-Annessi VI jew VII, magħżula mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru. Dawn il-kontrolli ma għandhomx isiru għall-karkassi li għalihom tkun mogħtija prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li huma maħsuba esklussivament għall-esportazzjoni.
3. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom isiru minn jew taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetneti jistgħu, fil-każijiet speċifiċi, jagħmlu aktar riġorużi għal biċċerja partikolari d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, u partikolarment l-indikazzjonijiet ta’ l-Anness IX, punti 1 u 10, u tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta jidher meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kontenut totali ta’ l-ilma permess skond dan ir-Regolament.
F'kull każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn lott tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr jitqies mhux konformi ma’ dan ir-Regolament, ikomplu jeżaminaw bil-frekwenza minima ta’ kontrolli li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 biss wara li tliet kontrolli suċċessivi skond l-Annessi V jew VII, li għandhom isiru permezz ta’ teħid ta’ kampjuni minn tlitt ijiem differenti ta’ produzzjoni fi żmien massimu ta’ erba’ ġimgħat, ikunu taw riżultati negattivi. L-ispejjeż ta’ dawn il-verifiki għandhom jitħallsu mill-biċċerija kkonċernata.
4. Fejn, fil-każ ta’ tkessiħ bl-arja, ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 juru konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Annessi VI sa IX matul il-perjodu ta’ sitt xhur, il-frekwenza tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji pprovduti f'dawn l-Annessi għandhom jirriżultaw fl-applikazzjoni mill-ġdid ta’ verifiki kif imsemmi fil-paragrafu 1.
5. Jekk ir-riżultat tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 huwa iżjed mil-limiti ammissibbli, il-lott ikkonċernat għandu jitqies bħala mhux konformi ma’ dan ir-Regolament. F'dak il-każ, madankollu, il-biċċerija kkonċernata tista’ titlob li titwettaq kontro-analiżi f'laboratorju ta’ referenza ta’ Stat Membru, bl-użu ta’ metodu li għandu jintgħażel mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. L-ispejjeż ta’ din il-kontro-analiżi għandhom isiru mid-detentur tal-lott.
6. Fejn, jekk ikun hemm bżonn wara kontro-analiżi bħal din, il-lott imsemmi jitqies li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jħallu lott bħal dan jitqiegħed fis-suq kif inhu, fi ħdan il-Komunità, biss taħt il-kundizzjoni li sew l-imballaġġ individwali sew dak bl-ingrossa tal-karakassi kkonċernati jiġi mmarkat mill-biċċerija taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti bi strixxa jew tikketta li jkollha fuqha għallinqas waħda mill-indikazzjonijet elenkati fl-Anness X b’ittri ħomor kbar.
Il-lott imsmemi fl-ewwel inċiż jibqa’ taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti sakemm jiġi ttrattat konformi għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu prezenti jew jekk ikun hemm dispożizzjonijiet mod ieħor. Jekk jiġi ċċertifikat lill-awtorità kompetenti li l-lott imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi esportat, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex iżżomm il-lott imsemmi milli jitqiegħed fis-suq fi ħdan il-Komunità.
L-indikazzjonijiet ipprovduti fl-ewwel inċiż ikunu mmarkati f’post li jispikka b’tali mod li jkunu viżibbli faċilment, li jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u li ma jistgħux jitħassru. Ma għandhomx ikunu moħbija, mgħottija jew imfixkla minn materjal ieħor miktuba jew minn stampi. L-ittri għandhom ikunu għoljin talanqas 1 ċm fuq l-imballaġġ individwali u 2 ċm fuq l-imballaġġ ta’ kwantità.
Artikolu 17
1. L-Istat Membru destinatarju jista’ meta jkunu jeżistu raġunijiet serji biex jiġu ssusspettati irregolaritajiet, iwettaq kontrolli mhux diskriminatorji, bl-ikkampjunar, ta’ tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr, sabiex jivverifika li lott jaqbel mal-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 15 u 16.
2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu fil-post tad-destinazzjoni tal-prodotti jew f’post ieħor xieraq, dejjem sakemm, fil-każ aħħari, it-trasport tal-prodotti jixxekkel mill-inqas, il-post magħżul ma jkunx qiegħed fuq il-fruntiera, u l-prodotti jkunu jistgħu jaslu b’mod normali fid-destinazzjoni tagħhom darba li jkun ittieħed il-kampjun ix-xieraq. Madankollu l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jinbigħu lill-konsumatur aħħari sakemm ir-riżultat tal-kontrolli ma jkunx disponibbli.
Kontrolli bħal dawn għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr sabiex ma jdewmux bla raġuni t-tqegħid tagħhom fuq is-suq, jew jikkawżaw dewmien li jista’ jħassar il-kwalità tagħhom.
Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti u r-raġunijiet għaliex ikunu saru għandhom jiġu nnotifikati mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara li jkunu ttieħdu l-kampjuni lill-kunsinnatur, lid-destinatarju jew lir-rappreżentant tagħhom. Id-deċiżjoniiet meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u r-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità komeptenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ.
Jekk il-kunsinnatur jew ir-rappreżentant tiegħu jitlob hekk, id-deċiżjonijiet u r-raġunijiet imsemmija għandhom jiġu mgħoddija lilu bil-miktub bid-dettalji tad-drittijiet ta’ l-appell li huma disponibbli għalih taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u tal-proċedura u l-limiti ta’ żmien applikabbli.
3. Jekk ir-riżultat tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 jaqbeż il-limiti ammissibbli, id-detentur tal-grupp ikkonċernat jista’ jitlob li kontro-analiżi titwettaq f'wieħed mil-laboratorji ta’ referenza elenkati fl-Anness XI, u jintuża l-istess metodu bħal fl-eżami inizjali. L-ispejjeż li jiġġarrbu minħabba din il-kontro-analiżi jitħallsu mid-detentur tal-lott. Il-kompiti u l-kompetenzi tal-laboratorji ta’ referenza hemm ipprovdut għalihom fl-Anness XII.
4. Jekk, wara li jsir kontroll skond id dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 u, jekk ikun mitlub, wara kontro-analiżi, jinstab li t-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15 u 16, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tapplika l-proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 16(6).
5. Fil-każijiet li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafi 3 u 4, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ mingħajr dewmien. L-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel Stat Membru bix-xorta tal-kontrolli mwettqa, id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn.
Fejn il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 3 juru irregolaritajiet ripetuti, jew fejn kontrolli bħal dawn, fl-opinjoni ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ, ikunu qegħdin isiru mingħajr ġustifikazzjoni biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.
Sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament jew fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru destinatarju, u meqjusa n-natura ta’ l-infrazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’:
— tibgħat missjoni ta’ esperti fl-istabbiliment ikkonċernat, u flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, twettaq spezzjonijiet fuq il-post, jew
— titlob lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ biex jintensifika t-teħid ta’ kampjuni tal-prodotti ta’ l-istabbiliment ikkonċernat u jekk ikun hemm bżonn tapplika sanzjonijiet skond l-Artikolu 194 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Il-Kummsssjoni għandha tavża lill-Istati Membri bis-sejbiet tagħha. L-Istati Membri li ssir spezzjoni fit-territorji tagħhom għandhom jagħtu lill-esperti l-għajnuna kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.
Sakemm jaslu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, l-Istat Membru ta’ dispaċċ għandu, fuq it-talba ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, isaħħaħ il-kontrolli fuq prodotti li jkunu ġejjin mill-istabbiliment imsemmi.
Fejn dawn il-miżuri jittieħdu biex jitrattaw l-irregolaritajiet ripetuti min-naħa ta’ l-istabbiliment, il-Kummissjoni għandha tiddebita kwalunkwe spiża kkawżata mill-applikazzjoni ta’ l-inċiżi tat-tielet subparagrafu lill-istabbiliment involut.
Artikolu 18
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza rispettiv mingħajr dewmien bir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 li huma wettqu jew li twettqu taħt ir-responsabbbiltà tagħhom.
Sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena, il-laboratorji nazzjoni ta' referenza għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-verifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu. Is-sejbiet għandhom jiġu ppreżentati għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni msemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri prattiċi għall-kontrolli li għalihom hemm ipprovdut f'dan l-Artikolu f'kull fażi tat-tqegħid fis-suq, inklużi l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fiż-żmien tar-rilaxx mid-dwana skond l-Annessi VI u VII. Għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri. Kull tibdil ta’ dawn il-miżuri għandu jiġi kkomunikat minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
Artikolu 19
Kumitat ta’ esperti fil-monitoraġġ tal-kontenut ta’ l-ilma fil-laħam tat-tjur għandu jaġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni għall-ativitajiet tal-kontroll tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u minn laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Il-kompiti tal-kumitat u tal-laboratorji ta’ referenza, kif ukoll l-istruttura organizattiva tal-kumitat huma stabbiliti fl-Anness XII.
Għajnuna finanzjarja għandha titħallas lil-laboratorju ta’ referenza skond it-termini tal-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità, u l-laboratorju.
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura għandu jkun awtorizzat jiffirma l-kuntratt f'isem il-Kummissjoni.
Artikolu 20
1. Il-qatgħat tat-tjur friski, ffriżati jew iffriżati malajr li ġejjin jistgħu jitqiegħdu fis-suq permezz ta’ negozju jew kummerċ fi ħdan il-Komunità biss jekk il-kontenut ta’ ilma ma jkunx jaqbeż il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu evitati, stabbiliti bil-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness VIII (metodu kimiku):
(a) flett tas-sidra tat-tiġieġa, bil-klavikula jew mingħajrha, mingħajr ġilda;
(b) sidra tat-tiġieġa, bil-ġilda;
(c) koxox (parti ta’ fuq) tat-tiġieġ, drumsticks, saqajn/koxox, saqajn/koxox b'porzjon mid-dahar, robbi (kwarti) tas-saqajn, bil-ġilda;
(d) flett tas-sidra tad-dundjan, mingħajr ġilda;
(e) sidra tad-dundjan, bil-ġilda;
(f) koxox tad-dundjan, drumsticks, saqajn, bil-ġilda;
(g) laħam tas-saqajn tad-dundjan disssusat u mingħajr ġilda.
2. L-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-biċċeriji u l-impjanti ta’ qtugħ sew jekk parti mill-biċċeriji sew jekk le, jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, u b'mod partikolari li:
(a) l-kontrolli regolari ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma fil-biċċeriji skond l-Artikolu 16(1) jiġu estiżi wkoll għall-karkassi tat-tiġieġ u d-dundjani maħsuba għall-produzzjoni ta’ qatgħat friski, ffriżati u ffriżati malajr elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu talanqas darba kull perjodu ta’ xogħol ta’ tmien sigħat. Madankollu, fil-każ tat-tkessiħ bl-arja tal-karkassi tad-dundjani, m'għandhomx għalfejn jitwettqu verifiki regolari ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma. Il-valuri tal-limitu stabbiliti fl-Anness IX(10) għandhom japplikaw wkoll għall-karkassi tad-dundjani;
(b) ir-riżultati tal-kontrolli jiġu rrekordjati u miżmuma għal perjodu ta’ sena;
(c) kull lott għandu jiġi mmarkat b’tali mod li d-data tal-produzzjoni tiegħu tista’ tiġi identifikata, meqjus illi l-marka tal-lott trid tidher fuq ir-reġistru tal-produzzjoni.
Fejn, fil-każ ta’ tkessiħ bl-arja tat-tiġieġ, ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-punt a) u fil-paragrafi 3 juru konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Annessi VI sa IX matul perjodu ta’ sitt xhur, il-frekwenza tal-verifiki msemmija fil-punt a) tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji pprovduti fl-Annessi VI sa IX għandu jirriżulta fl-applikazzjoni mill-ġdid tal-verifiki skond il-frekwenza pprovduta fil-punt a).
3. Talanqas darba kull tliet xhur, għandhom isiru, permezz ta’ kkampjunar, il-verifiki fuq l-assorbiment ta’ l-ilma tal-qatgħat iffrizati jew iffriżati malajr imsemmija fil-paragrafu 1, għal kull impjant tat-tqattigħ li jipproduċi dawn il-qatgħat, skond l-indikazzjonijiet ipprovduti fl-Anness VIII. Dawn il-kontrolli ma għandhomx isiru għall-qatgħat li għalihom tkun mogħtija prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li huma maħsuba esklussivament għall-esportazzjoni.
Meta impjant tal-qtugħ josserva l-kriterji msemmija fl-Anness VIII tul perjodu ta’ sena, il-frekwenza tal-kontrolli titnaqqas għal kontrol kull sitt xhur. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji għandu jirriżulta fl-applikazzjoni mill-ġdid tal-verifiki kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
4. L-Artikolu 16, paragrafi 3 sa 6, u l-Artikoli 17 u 18 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-qatgħat tat-tjur li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 20a
In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikoli 11(4), 11(5), 17(5), 18(1) u 18(2) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 9 ).
Artikolu 21
Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008.
Riferenzi għar-Regolament imħassar u għar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 għandhom jinftiehmu illi jirreferu għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness XIII.
Artikolu 22
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
         
      
         
      
ANNESS I
Ismijiet tal-karkassi sħaħ tat-tjur
         
      
            
         
| bg | es | cs | da | de | et | el | en | fr | it | lv | |
| 1. | Пиле, бройлер | Pollo (de carne) | Kuře, brojler | Kylling, slagtekylling | Hähnchen Masthuhn | Tibud, broiler | Κοτόπουλο Πετετνοί και κότες (κρεατοπαραγωγής) | Chicken, broiler | Poulet (de chair) | Pollo, ‘Broiler’ | Cālis, broilers | 
| 2. | Петел, кокошка | Gallo, gallina | Kohout, slepice, drůbež na pečení, nebo vaření | Hane, høne, suppehøne | Suppenhuhn | Kuked, kanad, hautamiseks või keetmiseks mõeldud kodulinnud | Πετεινοί και κότες (για βράοιμο) | Cock, hen, casserole, or boiling fowl | Coq, poule (à bouillir) | Gallo, gallina Pollame da brodo | Gailis, vista (sautēšanai vai vārīšanai) | 
| 3. | Петел (угоен, скопен) | Capón | Kapoun | Kapun | Kapaun | Kohikukk | Καπόνια | Capon | Chapon | Cappone | Kapauns | 
| 4. | Ярка, петле | Polluelo | Kuřátko, kohoutek | Poussin, Coquelet | Stubenküken | Kana- ja kukepojad | Νεοσσός, πετεινάρι | Poussin, Coquelet | Poussin, coquelet | Galletto | Cālītis | 
| 5. | Млад петел | Gallo joven | Mladý kohout | Unghane | Junger Hahn | Noor kukk | Πετεινάρι | Young cock | Jeune coq | Giovane gallo | Jauns gailis | 
| 1. | (Млада) пуйка | Pavo (joven) | (Mladá) krůta | (Mini) kalkun | (Junge) Pute, (Junger) Truthahn | (Noor) kalkun | (Νεαροί) γάλοι και γαλοπούλες | (Young) turkey | Dindonneau, (jeune) dinde | (Giovane) tacchino | (Jauns) tītars | 
| 2. | Пуйка | Pavo | Krůta | Avlskalkun | Pute, Truthahn | Kalkun | Γάλοι και γαλοπούλες | Turkey | Dinde (à bouillir) | Tacchino/a | Tītars | 
| 1. | (Млада) патица, пате (млада) мускусна патица, (млад) мюлар | Pato (joven o anadino), pato de Barbaria (joven), pato cruzado (joven) | (Mladá) kachna, kachnê, (mladá) Pižmová kachna, (mladá) kachna Mulard | (Ung) and (Ung) berberiand (Ung) mulardand | Frühmastente, Jungente, (Junge) Barbarieente (Junge Mulardente) | (Noor) part, pardipoeg. (noor) muskuspart, (noor) mullard | (Νεαρές) πάπιες ή παπάκια, (νεαρές) πάπιες Βαρβαρίας, (νεαρές) παπιες mulard | (Young) duck, duckling, (Young) Muscovy duck (Young) Mulard duck | (Jeune) canard, caneton, (jeune) canard de Barbarie, (jeune) canard mulard | (Giovane) anatra (Giovane) Anatra muta (Giovane) Anatra ‘mulard’ | (Jauna) pīle, pīlēns, (jauna) muskuspīle, (jauna) Mulard pīle | 
| 2. | Патица, мускусна патица, мюлар | Pato, pato de Barbaria, pato cruzado | Kachna, Pižmová kachna, kachna Mulard | Avlsand Avlsberberiand Avlsmulardand | Ente, Barbarieente Mulardente | Part, muskuspart, mullard | Πάτιες, πάτιες Βαρβαρίας πάτιες mulard | Duck, Muscovy duck, Mulard duck | Canard, canard de Barbarie (à bouillir), canard mulard (à bouillir) | Anatra Anatra muta Anatra ‘mulard’ | Pīle, muskuspīle, Mulard pīle | 
| 1. | (Млада) гъска, гъсе | Oca (joven), ansarón | Mladá husa, house | (Ung) gås | Frühmastgans, (Junge) Gans, Jungmastgans | (Noor) hani, hanepoeg | (Νεαρές) χήνες ή χηνάκια | (Young) goose, gosling | (Jeune) oie ou oison | (Giovane) oca | (Jauna) zoss, zoslēns | 
| 2. | Гъска | Oca | Husa | Avlsgås | Gans | Hani | Χήνες | Goose | Oie | Oca | Zoss | 
| 1. | (Млада) токачка | Pintada (joven) | Mladá perlička | (Ung) perlehøne | (Junges) Perlhuhn | (Noor) pärlkana | (Νεαρές) φραγκόκοτες | (Young) guinea fowl | (Jeune) pintade Pintadeau | (Giovane) faraona | (Jauna) pērļu vistiņa | 
| 2. | Токачка | Pintada | Perlička | Avlsperlehøne | Perlhuhn | Pärlkana | Φραγκόκοτες | Guinea fowl | Pintade | Faraona | Pērļu vistiņa | 
         
      
            
         
| lt | hu | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | fi | sv | |
| 1. | Viščiukas, viščiukas broileris | Brojler csirke, pecsenyecsirke | Fellus, brojler | Kuiken, braadkuiken | Kurczę, broiler | Frango | Pui de carne, broiler | Kurča, brojler | Pitovni piščanec – brojler | Broileri | Kyckling, slaktkyckling (broiler) | 
| 2. | Gaidys, višta, gaidys (arba višta) troškinti arba virti | Kakas és tyúk (főznivaló baromfi) | Serduk, tiġieġa (tal-brodu) | Haan, hen soep- of stoofkip | Kura rosołowa | Galo, galinha | Cocoș, găină sau carne de pasăre pentru fiert | Kohút, sliepka | Petelin, kokoš, perutnina za pečenje ali kuhanje | Kukko, kana | Tupp, höna, gryt-, eller kokhöna | 
| 3. | Kaplūnas | Kappan | Ħasi | Kapoen | Kapłon | Capão | Clapon | Kapún | Kopun | Chapon (syöttökukko) | Kapun | 
| 4. | Viščiukas tabaka (arba poussin (coquelet) tipo viščiukas) | Minicsirke | Għattuqa, coquelet | Piepkuiken | Kurczątko | Franguitos | Pui tineri | Kurčiatko | Mlad piščanec, mlad petelin (kokelet) | Kananpoika, kukonpoika | Poussin, Coquelet | 
| 5. | Gaidžiukas | Fiatal kakas | Serduk żgħir fl-eta | Jonge haan | Młody kogut | Galo jovem | Cocoș tânăr | Mladý kohút | Mlad petelin | Nuori kukko | Ung tupp | 
| 1. | Kalakučiukas | Pecsenyepulyka, gigantpulyka, növendék pulyka | Dundjan (żgħir fl-eta) | (Jonge) kalkoen | (Młody) indyk | Peru | Curcan (tânăr) | Mladá morka | (Mlada) pura | (Nuori) kalkkuna | (Ung) kalkon | 
| 2. | Kalakutas | Pulyka | Dundjan | Kalkoen | Indyk | Peru adulto | Curcan | Morka | Pura | Kalkkuna | Kalkon | 
| 1. | Ančiukas, muskusinis ančiukas, mulardinis ančiukas | Pecsenyekacsa, Pecsenye pézsmakacsa, Pecsenye mulard-kacsa | Papra (żgħira fl-eta), papra żgħira (fellus ta’ papra) muskovy (żgħira fl-eta), papra mulard | (Jonge) eend, (Jonge) Barbarijse eend (Jonge) „Mulard”-eend | (Młoda) kaczka tuczona, (Młoda) kaczka piżmova, (Młoda) kaczka mulard | Pato, Pato Barbary, Pato Mulard | Rață (tânără), rață (tânără) din specia Cairina moschata, rață (tânără) Mulard | (Mladá kačica), káča, (Mladá) pižmová kačica, (Mladý) mulard | (Mlada) raca, račka, (mlada) muškatna raca, (mlada) mulard raca | (Nuori) ankka, (Nuori) myskiankka | (Ung) anka, ankunge (ung) mulardand (ung) myskand | 
| 2. | Antis, muskusinė antis, mulardinė antis | Kacsa, Pézsma kacsa, Mulard kacsa | Papra, papra muscovy, papra mulard | Eend Barbarijse eend „Mulard”-eend | Kaczka, Kaczka piżmowa, Kaczka mulard | Pato adulto, pato adulto Barbary, pato adulto Mulard | Rață, rață din specia Cairina moschata, rață Mulard | Kačica, Pyžmová kačica, Mulard | Raca, muškatna raca, mulard raca | Ankka, myskiankka | Anka, mulardand, myskand | 
| 1. | Žąsiukas | Fiatal liba, pecsenye liba | Wiżża (żgħira fl-eta), fellusa ta’ wiżża | (Jonge) gans | Młoda gęś | Ganso | Gâscă (tânără) | (Mladá) hus, húsa | (Mlada) gos, goska | (Nuori) hanhi | (Ung) gås, gåsunge | 
| 2. | Žąsis | Liba | Wiżża | Gans | Gęś | Ganso adulto | Gâscă | Hus | Gos | Hanhi | Gås | 
| 1. | Perlinis viščiukas | Pecsenyegyöngyös | Farghuna (żgħira fl-eta) | (Jonge) parelhoen | (Młoda) perliczka | Pintada | Bibilică adultă | (Mladá) perlička | (Mlada) pegatka | (Nuori) helmikana | (Ung) pärlhöna | 
| 2. | Perlinė višta | Gyöngytyúk | Fargħuna | Parelhoen | Perlica | Pintada adulta | Bibilică | Perlička | Pegatka | Helmikana | Pärlhöna | 
Ismijiet ta’ qatgħat tat-tjur
         
      
            
         
| bg | es | cs | da | de | et | el | en | fr | it | lv | |
| (a) | Половинка | Medio | Půlka | Halvt | Hälfte oder Halbes | Pool | Μισά | Half | Demi ou moitié | Metà | Puse | 
| (b) | Четвъртинка | Charto | Čtvrtka | Kvart | (Vorder-, Hinter-) Viertel | Veerand | Τεταρτημόριο | Quarter | Quart | Quarto | Ceturtdaļa | 
| (c) | Неразделени четвъртинки с бутчетата | Cuartos traseros unidos | Neoddělená zadní čtvrtka | Sammenhængende lårstykker | Hinterviertel am Stück | Lahtilõikamata koivad | Αδιαχώριστα τεταρτημόρια ποδιών | Unseparated leg quarters | Quarts postérieurs non séparés | Cosciotto | Nesadalītas kāju ceturtdaļas | 
| (d) | Гърди, бяло месо или филе с кост | Pechuga | Prsa | Bryst | Brust, halbe Brust, halbierte Brust | Rind | Στήθος | Breast | Poitrine, blanc ou filet sur os | Petto con osso | Krūtiņa | 
| (e) | Бутче | Muslo y contramuslo | Stehno | Helt lår | Schenkel, Keule | Koib | Πόδι | Leg | Cuisse | Coscia | Kāja | 
| (f) | Бутче с част от гърба, прикрепен към него | Charto trasero de pollo | Stehno kuřete s částí zad | Kyllingelår med en del af ryggen | Hähnchenschenkel mit Rückenstück, Hühnerkeule mit Rückenstück | Koib koos seljaosaga | Πόδι από κοτόπουλο με ένα κομμάτι της ράχης | Chicken leg with a portion of the back | Cuisse de poulet avec une portion du dos | Coscetta | Cāļa kāja ar muguras daļu | 
| (g) | Бедро | Contramuslo | Horní stehno | Overlår | Oberschenkel, Oberkeule | Kints | Μηρός (μπούτι) | Thigh | Haut de cuisse | Sovraccoscia | ciska jeb šķiņķis | 
| (h) | Подбедрица | Muslo | Dolní stehno (Palička) | Underlår | Unterschenkel, Unterkeule | poolkoib | Κνήμη | Drumstick | Pilon | Fuso | Stilbs | 
| (i) | Крило | Ala | Křídlo | Vinge | Flügel | Tiib | Φτερούγα | Wing | Aile | Ala | Spārns | 
| (j) | Неразделени крила | Alas unidas | Neoddělená křídla | Sammenhængende vinger | Beide Flügel, ungetrennt | Lahtilõikamata tiivad | Αδιαχώριστες φτερούγες | Unseparated wings | Ailes non séparées | Ali non separate | Nesadalīti spārni | 
| (k) | Филе от гърдите, бяло месо | Filete de pechuga | Prsní řízek | Brystfilet | Brustfilet, Filet aus der Brust, Filet | Rinnafilee | Φιλέτο στήθους | Breast fillet | Filet de poitrine, blanc, filet, noix | Filetto, fesa (tacchino) | Krūtiņas fileja | 
| (l) | Филе от гърдите с «ядеца» | Filete de pechuga con clavícula | Filety z prsou (Klíční kost s chrupavkou prsní kosti včetně svaloviny v přirozené souvislosti, klíč. kost a chrupavka max. 3 % z cel. hmotnosti) | Brystfilet med ønskeben | Brustfilet mit Schlüsselbein | Rinnafilee koos harkluuga | Φιλέτο στήθους με κλειδοκόκαλο | Breast fillet with wishbone | Filet de poitrine avec clavicule | Petto (con forcella), fesa (con forcella) | Krūtiņas fileja ar atslēgas kaulu | 
| (m) | Нетлъсто филе | Magret, maigret | Magret, maigret (Filety z prsou kachen a hus s kůží a podkožním tukem pokrývajícím prsní sval, bez hlubokého svalu prsního) | Magret, maigret | Magret, Maigret | Rinnaliha («magret» või «maigret») | Maigret, magret | Magret, maigret | Magret, maigret | Magret, maigret | Magret, maigret | 
| (n) | Oбезкостен пуешки бут | Carne de muslo y contramuslo de pavo deshuesada | U vykostěných krůtích stehen | Udbenet kød af hele kalkunlår | Entbeintes Fleisch von Putenschenkeln | Kalkuni konditustatud koivaliha | Κρέας ποδιού γαλοπούλας χωρίς κόκαλο | Deboned turkey leg meat | Cuisse désossée de dinde | Carne di coscia di tacchino disossata | Atkaulota tītara kāju gaļa | 
         
      
            
         
| lt | hu | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | fi | sv | |
| (a) | Pusė | Fél baromfi | Nofs | Helft | Połówka | Metade | Jumătăți | Polená hydina | Polovica | Puolikas | Halva | 
| (b) | Ketvirtis | Negyed baromfi | Kwart | Kwart | Ćwiartka | Quarto | Sferturi | Štvrťka hydiny | Četrt | Neljännes | Kvart | 
| (c) | Neatskirti ketvirčiai su šlaunelėmis | Összefüggő (egész) combnegyedek | Il-kwarti ta’ wara tas-saqajn, mhux separati | Niet-gescheiden achterkwarten | Ćwiartka tylna w całości | Quartos da coxa não separados | Sferturi posterioare neseparate | Neoddelené hydinové stehná | Neločene četrti nog | Takaneljännes | Bakdelspart | 
| (d) | Krūtinėlė | Mell | Sidra | Borst | Pierś, połówka piersi | Peito | Piept | Prsia | Prsi | Rinta | Bröst | 
| (e) | Kulšelė | Comb | Koxxa | Hele poot, hele dij | Noga | Perna inteira | Pulpă | Hydinové stehno | Bedro | Koipireisi | Klubba | 
| (f) | Viščiuko kulšelė su nugarėlės dalimi | Csirkecomb a hát egy részével | Koxxa tat-tiġieġa b’porzjon tad-dahar | Poot/dij met rugdeel (bout) | Noga kurczęca z częścią grzbietu | Perna inteira de frango com uma porção do dorso | Pulpă de pui cu o porțiune din spate atașată | Kuracie stehno s panvou | Piščančja bedra z delom hrbta | Koipireisi, jossa selkäosa | Kycklingklubba med del av ryggben | 
| (g) | Šlaunelė | Felsőcomb | Il-biċċa ta’ fuq tal-koxxa | Bovenpoot, bovendij | Udo | Coxa | Pulpă superioară | Horné hydinové stehno | Stegno | Reisi | Lår | 
| (h) | Blauzdelė | Alsócomb | Il-biċċa t’isfel tal-koxxa (drumstick) | Onderpoot, onderdij (Drumstick) | Podudzie | Perna | Pulpă inferioară | Dolné hydinové stehno | Krača | Koipi | Ben | 
| (i) | Sparnelis | Szárny | Ġewnaħ | Vleugel | Skrzydło | Asa | Aripi | Hydinové krídelko | Peruti | Siipi | Vinge | 
| (j) | Neatskirti sparneliai | Összefüggő (egész) szárnyak | Ġwienaħ mhux separate | Niet-gescheiden vleugels | Skrzydła w całości | Asas não separadas | Aripi neseparate | Neoddelené hydinové krídla | Neločene peruti | Siivet kiinni toisissaan | Sammanhängande vingar | 
| (k) | Krūtinėlės filė | Mellfilé | Flett tas-sidra | Borstfilet | Filet z piersi | Carne de peito | Piept dezosat | Hydinový rezeň | Prsni file | Rintafilee | Bröstfilé | 
| (l) | Krūtinėlės filė su raktikauliu | Mellfilé szegycsonttal | Flett tas-sidra bil-wishbone | Borstfilet met vorkbeen | Filet z piersi z obojczykiem | Carne de peito com fúrcula | Piept dezosat cu osul iadeș | Hydinový rezeň s kosťou | Prsni file s prsno kostjo | Rintafilee solisluineen | Bröstfilé med nyckelben | 
| (m) | Magret, maigret tipo anties (arba žąsies) krūtinėlės filė | Bőrös libamell-filé, (maigret) | Magret, maigret | Magret | Magret | Magret, maigret | Tacâm de pasăre, Spinări de pasăre | Magret | Magret | Magret, maigret | Magret, maigret | 
| (n) | Kalakuto kulšelių mėsa | Kicsontozott pulykacomb | Laħam tas-saqajn tad-dundjan dissussat | Vlees van hele poten/hele dijen van kalkoenen, zonder been | Pozbawione kości mięso z nogi indyka | Carne desossada da perna inteira de peru | Pulpă dezosată de curcan | Vykostené morčacie stehno | Puranje bedro brez kosti | Kalkkunan luuton koipi-reisiliha | Urbenat kalkonkött av klubba | 
         
      
         
      
ANNESS II
Qatgħa li tifred il-koxxa/sieq mid-daħar
— delineazzjoni tal-ġoga tal-ġenb
— 
             
         
Qatgħa li tifred il-koxxa mid-drumstick
— delineazzjoni tal-ġoga ta’ l-irkobba
— 
             
         
         
      
         
      
ANNESS III
Metodi ta’ tkessiħ
         
      
            
         
| bg | es | cs | da | de | et | el | en | fr | it | lv | |
| 1. | Въздушно охлаждане | Refrigeración por aire | Vzduchem (Chlazení vzduchem) | Luftkøling | Luftkühlung | Ōhkjahutus | Ψύξη με αέρα | Air chilling | Refroidissement à l'air | Raffreddamento ad aria | Dzesēšana ar gaisu | 
| 2. | Въздушно-душово охлаждане | Refrigeración por aspersión ventilada | Vychlazeným proudem vzduchu s postřikem | Luftspraykøling | Luft-Sprühkühlung | Ōhkpiserdusjahutus | Ψύξη με ψεκασμό | Air spray chilling | Refroidissement par aspersion ventilée | Raffreddamento per aspersione e ventilazione | Dzesēšana ar gaisu un smidzināšanu | 
| 3. | Охлаждане чрез потапяне | Refrigeración por immersión | Ve vodní lázni ponořením | Neddypningskøling | Gegenstrom-Tauchkühlung | Sukeljahutus | Ψύξη με βύθιση | Immersion chilling | Refroidissement par immersion | Raffreddamento per immersione | Dzesēšana iegremdējot | 
         
      
            
         
| lt | hu | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | fi | sv | |
| 1. | Atšaldymas oru | Levegős hűtés | Tkessih bl-arja | Luchtkoeling | Owiewowa | Refrigeração por ventilação | Refrigerare în aer | Chladené vzduchom | Zračno hlajenje | Ilmajäähdytys | Luftkylning | 
| 2. | Atšaldymas drėgnu oru | Permetezéses hűtés | Tkessih b'air spray | Lucht-sproeikoeling | Owiewowo-natryskowa | Refrigeração por aspersão e ventilação | Refrigerare prin dușare cu aer | Chladené sprejovaním | Hlajenje s pršenjem | Ilmasprayjäähdytys | Evaporativ kylning | 
| 3. | Atšaldymas panardinant | Bemerítéses hűtés | Tkessiħ b’immersjoni | Dompelkoeling | Zanurzeniowa | Refrigeração por imersão | Refrigerare prin imersiune | Chladené vo vode | Hlajenje s potapljanjem | Vesijäähdytys | Vattenkylning | 
         
      
         
      
ANNESS IV
Modi ta’ trobbija
         
      
            
         
| bg | es | cs | da | de | et | el | en | fr | it | lv | |
| a) | Хранен с … % … гъска, хранена с овес | Alimentado con … % de … Oca engordada con avena | Krmena z … % (čím) … Husa krmená ovsem | Fodret med … % … Havrefodret gås | Gefüttert mit … % … Hafermastgans | Söödetud …, mis sisaldab … % … Kaeraga toidetud hani | Έχει τραφεί με … % … Χήνα που παχαίνεται με βρώμη | Fed with … % of … Oats fed goose | Alimenté avec … % de … Oie nourrie à l'avoine | Alimentato con il … % di … Oca ingrassata con avena | Baroti ar … % … ar auzām barotas zosis | 
| b) | Екстензивно закрито (отгледан на закрито) | Sistema extensivo en gallinero | Extenzivní v hale | Ekstensivt staldopdræt (skrabe …) | Extensive Bodenhaltung | Ekstensiivne seespidamine (lindlas pidamine) | Εκτατικής εκτροφής | Extensive indoor (barnreared) | Élevé à l'intérieur: système extensif | Estensivo al coperto | Turēšana galvenokārt telpās (“Audzēti kūtī”) | 
| c) | Свободен начин на отглеждане | Gallinero con salida libre | Volný výběh | Fritgående | Freilandhaltung | Vabapidamine | Ελεύθερης βοσκής | Free range | Sortant à l'extérieur | All'aperto | Brīvā turēšana | 
| d) | Традиционен свободен начин на отглеждане | Granja al aire libre | Tradiční volný výběh | Frilands … | Bäuerliche Freilandhaltung | Traditsiooniline vabapidamine | Παραδοσιακής ελεύθερης βοσκής | Traditional free range | Fermier-élevé en plein air | Rurale all'aperto | Tradicionālā brīvā turēšana | 
| e) | Свободен начин на отглеждане – пълна свобода | Granja de cría en libertad | Volný výběh – úplná volnost | Frilands … opdrættet i fuld frihed | Bäuerliche Freilandhaltung Unbegrenzter Auslauf | Täieliku liikumisvabadusega traditsiooniline vabapidamine | Απεριόριστης ελεύθερης βοσκής | Free-range — total freedom | Fermier-élevé en liberté | Rurale in libertà | Brīvā turēšana – pilnīgā brīvībā | 
         
      
            
         
| lt | hu | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | fi | sv | |
| a) | Lesinta … % … Avižomis penėtos žąsys | … %-ban …-val/vel etetve Zabbal etetett liba | Mitmugħa bi … % ta’ … Wiżża mitmugħa bil-ħafur | Gevoed met … % … Met haver vetgemeste gans | Żywione z udziałem … % … tucz owsiany (gęsi) | Alimentado com … % de … Ganso engordado com aveia | Furajate cu … % de … Gâște furajate cu ovăz | Kŕmené … % … husi kŕmené ovsom | Krmljeno z … % gos, krmljena z ovsom | Ruokittu rehulla, joka sisältää … % Kauralla ruokittu hanhi | Utfodrad med … % … Havreutfodrad gås | 
| b) | Ekstensyvus paukščių auginimas patalpose (tvartuose) | Istállóban külterjesen tartott | Imrobbija ġewwa: sistema estensiva | Scharrel … binnengehouden | Ekstensywny chów ściółkowy | Produção extensiva em interior | Crescute în spații închise – sistem extensiv | Chované na hlbokej podstielke (chov v hale) | Ekstenzivna zaprta reja | Laajaperäinen sisäkasvatus | Extensivt uppfödd inomhus | 
| c) | Laisvai auginami paukščiai | Szabadtartás | Trobbija fil-beraħ (free range) | Scharrel … met uitloop | Chów wybiegowy | Produção em semiliberdade | Creștere liberă | Výbehový chov (chov v exteriéri) | Prosta reja | Vapaa laidun | Tillgång till utomhusvistelse | 
| d) | Tradiciškai laisvai auginami paukščiai | Hagyományos szabadtartás | Trobbija fil-beraħ tradizzjonali | Boerenscharrel … met uitloop Hoeve … met uitloop | Tradycyjny chów wybiegowy | Produção ao ar livre | Creștere liberă tradițională | Chované navol'no | Tradicionalna prosta reja | Vapaa laidun – perinteinen kasvatustapa | Traditionell utomhusvistelse | 
| e) | Visiškoje laisvėje auginami paukščiai | Teljes szabadtartás | Trobbija fil-beraħ – libertà totali | Boerenscharrel … met vrije uitloop Hoeve … met vrije uitloop | Chów wybiegowy bez ograniczeń | Produção em liberdade | Creștere liberă totală | Úplne vol'ný chov | Prosta reja – neomejen izpust | Vapaa laidun – täydellinen liikkumavapaus | Uppfödd i full frihet | 
         
      
         
      
ANNESS V
Id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 huma kif ġej:
a) “Mitmugħa bi … % ta’ …”
Referenza għall-ingredjenti partikolari ta’ l-ikel li ġej tista’ ssir biss fejn:
— fil-każ ta’ ċereali, huma jiġġustifikaw għallinqas 65 % tal-piż tal-formula ta’ ikel mogħtija matul l-ikbar parti tal-perjodu tat-tismin, li jista’ jinkludi mhux iżjed minn 15 % ta’ prodotti sekondarji ta’ ċereali; iżda, meta ssir referenza għal ċereali speċifiku wieħed, huwa għandu jiġġustifika għallinqas 35 % tal-formula tal-ikel użata, u għallinqas 50 % fil-każ ta’ qamħirrum,
— fil-każ ta’ legumi jew ħaxix aħdar huma jiġġustifikaw għallinqas 5 % f’piż tal-formula ta’ ikel mogħtija matul il-biċċa l-kbira tal-perjodu tat-tismin,
— fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib, huma jiġġustifikaw għallinqas 5 % f’piż tal-formula ta’ ikel mogħtija matul il-fażi tal-aħħar.
It-terminu “wiżża mitmugħa l-ħafur” jista’ iżda jintuża meta l-wiżż huma mitmugħa matul il-fażi tal-aħħar ta’ tliet ġimgħat mhux inqas minn 500 g ta’ ħafur kuljum.
b) “Mrobbija ġewwa - sistema estensiva”
Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:
i) ir-rata tal-irjus għal kull metru kwadru ta’ spazju ta’ paviment ma jkunx iżjed fil-każ ta’:
— għat-tiġieġ, sriedak ta’ età żgħira, ħasjien: 15-il tajra iżda mhuax aktar minn 25 kg piż ħaj,
— għall-papri, l-fargħuni u d-dundjani, 25 kg ta’ piż ħaj,
— għall-wiżż: 15 kg ta’ piż ħaj,
ii) jekk l-għasafar huma maqtula ta’ dawn l-etajiet:
— tiġieġ: 56 jum jew aktar,
— dundjani: 70 jum jew aktar,
— wiżż, 112-il jum jew aktar,
— papri Peking: 49 jum jew aktar,
— papri Muscovy: 70 jum jew aktar għan-nisa, 84 jum jew aktar għall-irġiel,
— papri Mulard nisa: 65 jum jew aktar,
— fargħuni. 82 jum jew aktar,
— wiżż ta’ età żgħira (flieles tal-wiżż): 60 jum jew aktar,
— sriedak (ta’ età żgħira) 90 jum jew aktar,
— ħasjien: 140 jum jew aktar.
c) “Trobbija fil-beraħ (Free range)”
Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:
i) jekk ir-rata tal-irjus fil-gallinar u l-età tal-qatla huma skond il-limiti ffissati taħt (b), għajr għal tiġieġ, li għalihom ir-rata ta’ ħażna tista’ tiżdied għal 13, iżda mhux iżjed minn 27,5 kg piż ħaj għal kull metru kwadru, u għall-ħasjien, li għalihom ir-rata ta’ l-irjus ma tistax taqbeż 7,5 l-metru kwadry u mhux aktar minn 27,5 kg ta’ piż ħaj kull metru kwadru,
ii) għallinqas matul nofs ħajjithom l-għasafar kellhom aċċess kontinwu matul il-jum għal ġirjiet fil-beraħ fi spazji primarjament koperti b’veġetazzjoni ta’ mhux anqas minn:
— 1 m għal kull tiġieġa jew fargħuna,
— 2 m għal kull papra jew għal kull ħasi,
— 4 m2 għal kull dundjan jew wiżża,
Fil-każ tal-fargħuni, il-ġirjiet fil-beraħ jistgħu jiġu mibdula b’perċa ta’ wiċċ tal-paviment li jkun għallinqas id-doppju ta’ dak tal-gallinar u għoli ta’ mill inqas 2 m. Ikunu disponibbli pereċ ta’ talanqas 10 ċm fit-tul għal kull għasfur (gallinar u perċa),
iii) Jekk il-formola ta’ l-għalf użata fil-fażi tat-tismin ikun fiha talanqas 70 % ta’ ċereali,
iv) jekk il-gallinar tat-tjur huwa pprovdut bi bwejbiet ta’ tul kombinat talanqas ekwivalenti għal 4 m għal kull 100 m2 tal-wiċċ tal-gallinar.
d) “Trobbija fil-beraħ tradizzjonali”
Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:
i) ir-rata tal-irjus f’kull metru kwadru ta’ paviment ma tkunx iżjed:
— għat-tiġieġ: 12-il tajra iżda mhux aktar minn 25 kg piż ħaj, Madankollu, fil-każ ta’ gallinari mobbli ta’ mhux iżjed minn 150 m2 ta’ spazju ta’ paviment u li jibqgħu miftuħa bil-lejl, ir-rata tal-irjus tista’ tiżdied għal 20, iżda mhux iżjed minn 40 kg piż ħaj għal kull m2,
— għall-ħasjien: 6,25 tajra (12 sa 91 jum) iżda mhux aktar minn 35 kg piż ħaj,
— għall-papri Muscovy u Peking, 8 irġiel iżda mhuax aktar minn 35 kg piż ħaj, 10 nisa iżda mhux aktar minn 25 kg piż ħaj,
— għall-papri Mulard: 8 tajriet iżda mhux aktar minn 35 kg piż ħaj,
— għall-fargħuni:: 13-il tajra iżda mhux aktar minn 25 kg piż ħaj,
— għad-dundjani: 6,25 tajra (10 sa 7 ġimgħat) iżda mhux aktar minn 35 kg piż ħaj,
— għall-wiżż: 5 tajriet (10 sa 6 ġimgħat), 3 itjur tul l-aħħar 3 ġimgħat tat-tismin jekk jitrabbew fl-għeluq, iżda mhux aktar minn 30 kg piż ħaj,
ii) il-medda totali tal-gallinari li tista’ tiġi użata fi kwalunkwe sit waħdieni ta’ trobbija ma tistax taqbeż 1 600 m2,
iii) kull gallinar ikun fih aktar sa:
— 4 800 tiġieġa,
— 5 200 fargħun,
— 4 000 papra Muscovy jew Peking nisa, 3 200 papri Muscovy jew Peking irġiel jew 3 200 papra Mulard,
— 2 500 ħasi, wiżż u dundjan,
iv) il-gallinar ikun fih bwejbiet għall-ħruġ ta’ tul kombinat li jkun għallinqas ekwivalenti għal 4m għal kull 100 m2 tal-paviment,
v) hemm aċċess kontinwu bi nhar għal spazji fil-beraħ, għallinqas mill-età ta’:
— sitt ġimgħat fil-każ ta’ tiġieġ, u ħasi,
— tmien ġimgħat fil-każ ta’ papri, wiżż, fargħuni u dundjani.
vi) il-ġirjiet fil-beraħ jikkonsistu fi spazju fil-biċċa l-kbira kopert b’veġetazzjoni li tammonta għal talanqas:
— 2 m2 għal kull tiġieġa, papra Muscovy jew Peking, jew fargħuna,
— 3 m2 għal kull papra Mulard,
— 4 m2 kull ħasi mit-92 jum (2 m2 sa 91 jum),
— 6 m2 kull dundjan,
— 10 m2 kull wiżża.
Fil-każ tal-fargħuni, il-ġirjiet fil-beraħ jistgħu jiġu mibdula b’perċa ta’ wiċċ tal-paviment li jkun għallinqas id-doppju ta’ dak tal-gallinar u għoli ta’ mill inqas 2 m. Ikunu disponibbli pereċ ta’ talanqas 10 ċm fit-tul għal kull għasfur (gallinar u perċa),
vii) l-għasafar imsemmna huma ta’ razza magħrufa bħala li tikber bil-mod,
viii) il-formula ta’ ikel użata fil-fażi tat-tismin fiha għall-inqas 70 % taċ-ċereali,
ix) l-età minima fil-qatla hija:
— 81 jum għat-tiġieġ,
— 150 jum għall-ħasjien,
— 49 jum għal papri Peking,
— 70 jum għal papri nisa Muscovy,
— 84 jum għal papri irġiel Muscovy,
— 92 jum għal papri Mulard,
— 94 jum għall-fargħuni,
— 140 jum għal dundjani (irġeil u nisa) u l-wiżż għax-xiwi kummerċjali mibjugħa sħaħ,
— 98 jum għad-dundjani nisa maħsuba għat-tqattigħ,
— 126 jum għad-dundjani irġiel maħsuba għat-tqattigħ,
— 95 jum għal wiżż maħsub għall-produzzjoni ta’ foie gras u “magret”,
— 60 jum għall-wiżż ta’ età żgħira (flieles).
x) iż-żmien ta’ l-għeluq ta’ l-aħħar ma jaqbiżx:
— għat-tiġieġ ta’ aktar minn 90 jum: 15-il jum,
— 4 ġimgħat għall-ħasjien,
— għall-wiżż u l-papri mulard ta’ aktar minn 70 jum, maħsuba għall-produzzjoni ta’ foie gras u magret 4 ġimgħat.
e) “Trobbija fil-beraħ — libertà totali”.
L-użu ta’ dan it-terminu għandu jeħtieġ il-konformità mal-kriterji stipulati f’(d), ħlief li t-tjur għandhom ikollhom aċċess kontinwu bi nhar għal ġirjiet fil-beraħ fi spazju mhux limitat.
F’każ ta’ restrizzjoni, u inkluż f’każ ta’ restrizzjoni veterinarja, meħuda abbażi tad-dritt Komunitarju sabiex titħares is-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, bil-għan li jiġi ristrett l-aċċess tat-tjur għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, it-tjur imrobbija skond il-modi tal-produzzjoni deskritti fl-ewwel inċiż, punti c), d) u e), minbarra l-fargħuni mrobbija fil-guvi, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq b’referenza partikolari għall-mod tat-trobbija tul ir-restrizzjoni iżda fl-ebda każ lil hinn minn tnax-il xahar.
         
      
         
      
ANNESS VI
KEJL TAT-TELF TA’ L-ILMA MAT-TIDWIB
(Test tat-taqtir)
1. Is-suġġett u l-ambitu
Dan il-metodu għandu jintuża sabiex jistabbilixxi l-ammont ta’ ilma mitluf mit-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr matul it-tidwib. Jekk dan it-telf f’taqtir, espress bħala perċentwal skond il-piż tal-karkassa (inkluż l-intern li jista’ jittiekel miżmum fil-pakkett) jaqbeż il-limitu tal-valur stabbilit fil-paragrafu 7, jitqies li l-ilma żejjed ġie assorbit matul l-ipproċessar.
2. Definizzjoni
It-telf f’taqtir stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-piż totali tal-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr, inkluż l-intern li jista’ jittiekel.
3. Il-prinċipju
Il-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr, inkluż l-intern li jista’ jittiekel preżenti, għandha titħalla ddub taħt kundizzjonijiet ikkontrollati li jħallu li jiġi kkalkulat l-piż ta’ l-ilma mitluf.
4. Apparat
4.1. Miżien li kapaċi jiżen sa 5 kg bi preċiżjoni sa talanqas 1 g.
4.2. Boroż tal-plastik kbar biżżejjed biex iżommu l-karkassa u li għandhom mezzi b’saħħithom għat-twaħħil tal-borża.
4.3. Banju ta’ l-ilma b’kontroll termostatiku b’tagħmnir li jkun jista’ jesa’ l-karakassi kif deskritt fil-punti 5.5 u 5.6. Il-banju ta’ l-ilma għandu jkun fih volum ta’ ilma ta’ mhux anqas minn tmien darbiet dak tat-tjur li għandhom jiġu kkontrollati u għandu jkun kapaċi jżomm l-ilma f’temperatura ta’ 42 ± 2 °C.
4.4. Karta filtru jew srievet tal-karta li jassorbu oħrajn.
5. Teknika
5.1. Għoxrin karkassa għandhom jitneħħew b’mod aleatorju mill-kwantità ta’ tjur li għandha tiġi kkontrollata. Sakemm kull waħda tkun tista’ tiġi ttestjata kif deskritt f’ 5.2 sa 5.11, għandhom jinżammu f’temperatura mhux aktar għolja minn – 18 °C.
5.2. Il-parti ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma ta’ fuq barra. Iżen kull karkassa u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M0.
5.3. Neħħi l-karakkasa, kif ukoll jekk hemm bżonn kull intern li jittiekel mibjugħ magħha, mill-pakket ta’ barra. Nixxef u iżen u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M1.
5.4. Il-piż tal-karkassa ffriżata u l-intern li jista’ jittiekel għandhom jiġu kkalkulati permezz tat-tnaqqis ta’ M1 minn M0.
5.5. Il-karkassa, inkluż l-intern li jista’ jittiekel, għandhom jitqiegħdu f’borża b’saħħitha, reżistenti għall-ilma bil-kavità abdominali tħares lejn in-naħa ta’ isfel magħluq tal-borża. Il-borża għandha tkun twila biżżejjed sabiex tiżgura li tista’ tiġi mwaħħla sew meta tkun fil-banju ta’ l-ilma iżda ma għandhiex tkun wiesgħa tant li tħalli l-karkassa tiċċaqqlaq mill-pożizzjoni vertikali.
5.6. Il-parti tal-borża li żżomm il-karkassa u l-intern li jista’ jittiekel għandha titgħaddas għal kollox fil-banju ta’ l-ilma u għandha tibqa’ miftuħa, b’hekk tħalli kemm jista’ jkun arja taħrab. Għandha tinżamm vertikali, jekk meħtieġ b’vireg ta’ gwida jew billi jitpoġġew piżijiet żejda fil-borża, b’tali mod li l-ilma mill-banju ma jkunx jista’ jidħol fiha. Il-boroż individwali ma għandhomx imissu ma’ xulxin.
5.7. Il-borża għandha titħalla fil-banju ta’ l-ilma, miżmuma f’temperatura kostanti ta’ 42 ± 2 °C il-ħin kollu, b’moviment kontinwu tal-borża jew aġitazzjoni kontinwa ta’ l-ilma, sakemm iċ-ċentru termali tal-karkassa (l-iktar parti fonda tal-muskolu tas-sidra viċin ta’ l-isternu, f’tiġieġ mingħajr l-organi interjuri, jew in-nofs ta’ l-organi interjuri f’tiġieġ bl-organi) jilħaq talanqas 4 °C, imkejla f’żewġ karkassi magħżula b’mod każwali. Il karkassi m’għandhomx jibqgħu fil-banju għal iktar milli meħtieġ sabiex jilħqu 4 °C. Il-perjodu meħtieġ għall-immersjoni, għall-karkassi miżmuma fi – 18 °C huwa ta’:
            
         
               
            
| Kategorija tal-piż (g) | Piż tal-karkassa + intern (g) | Ħin indikattiv ta’ l-immersjoni f’minuti | |
| Tiġieġ mingħajr intern | Tiġieġ bl-intern | ||
| < 800 | < 825 | 77 | 92 | 
| 850 | 825 — 874 | 82 | 97 | 
| 900 | 875 — 924 | 85 | 100 | 
| 950 | 925 — 974 | 88 | 103 | 
| 1 000 | 975 — 1 024 | 92 | 107 | 
| 1 050 | 1 025 — 1 074 | 95 | 110 | 
| 1 100 | 1 075 — 1 149 | 98 | 113 | 
| 1 200 | 1 150 — 1 249 | 105 | 120 | 
| 1 300 | 1 250 — 1 349 | 111 | 126 | 
| 1 400 | 1 350 — 1 449 | 118 | 133 | 
Minn hemm ’il quddiem, tkun meħtieġa żieda ta’ seba’ minuti għal kull 100 g żejda kompluta jew mhux kompluta. Jekk il-perjodu ta’ immersjoni suġġerit jinqabeż mingħajr ma tintlaħaq temperatura ta’ + 4 °C, fiż-żewġ karkassi li huma kkontrollati, il-proċess ta’ tidwib tas-silġ għandu jitkompla sakemm jilħqu temperatura ta’ + 4 °C fiċ-ċentru termali.
5.8. Il-borża u l-kontenut tagħha għandhom jitneħħew mill-banju ta’ l-ilma; il-qiegħ tal-borża għandu jiġi mtaqqab sabiex iħalli kwalunkwe ilma prodott mit-tidwib tas-silġ jissaffa. Il-borża u l-kontenut tagħha għandhom jitħallew iqattru għal siegħa f’temperatura ambjentali ta’ bejn it + 18 °C u l- + 25 °C.
5.9. Il-karkassa bis-silġ imniżżel għandha titneħħa mill-borża u l-pakkett li jżomm l-intern li jista’ jittiekel (jekk preżenti) għandu jitneħħa mill-kavità abdominali. Il-karkassa għandha titnixxef minn ġewwa u minn barra b’karti filtru jew srievet tal-karti. Il-borża li żżomm l-intern li jista’ jittiekel għandha tiġi mtaqqba u, ladarba l-ilma li jista’ jkun preżenti jissaffa, il-borża u l-intern li jista’ jittiekel bis-silġ imniżżel għandhom ukoll jiġu mnixxfa bl-akbar attenzjoni.
5.10. Il-piż totali tal-karkassa bis-silġ imniżżel, tal-intern li jista’ jittiekel u tal-pakkett għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M2.
5.11. Il-piż totali tal-pakkett li jżomm l-intern li jista’ jittiekel għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M3.
6. Il-kalkolu tar-riżultat
L-ammont ta’ ilma mitluf permezz tal-karkassa bis-silġ imniżżel bħala perċentwali skond il-piż tal-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr (inkluż l-intern li jista’ jittiekel) għandu jiġi mogħti skond:
((M0 – M1 – M2)/(M0 – M1 – M3)) × 100
7. L-evalwazzjoni tar-riżultat
Jekk it-telf medju tal-ilma tal-20 karkassa fil-kampjun malli jinħall is-silġ jaqbeż il-perċentwali mogħtija hawn taħt, l-ammont ta’ ilma assorbit matul l-ipproċessar jitqies li jaqbeż il-limitu permissibbli.
Il-perċentwali huma, fil-każ ta’:
tkessiħ bl-arja: 1,5 %,
tkessiħ b’raxx ta’ arja: 3,3 %,
tkessiħ b’immersjoni: 5,1 %.
metodu ta’ tkessiħ ieħor jew taħlita ta’ żewġ metodi jew aktar definiti fl-Artikolu 10:1,5 %
         
      
         
      
ANNESS VII
KALKOLU TAL-KONTENUT TOTALI TA’ ILMA FIT-TIĠIEĠ
(Test kimiku)
1. Is-suġġett u l-ambitu
Dan il-metodu għandu jintuża biex jiġi kkalkolat il-kontenut totali ta’ ilma tat-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr. Il-metodu għandu jinvolvi l-kalkolu tal-kontenut ta’ ilma u l-protejini tal-kampjuni mill-karkassa omoġenizzata tat-tajra. Il-kontenut totali ta’ l-ilma kif stabbilit għandu jitqabbel mal-valur tal-limitu mogħti permezz tal-formoli indikati fil-paragrafu 6.4, biex jiġi stabbilit jekk l-ilma żejjed ġiex imneħħi jew le waqt l-ipproċessar. Jekk l-analista jissusspetta l-presenża ta’ xi sustanza li tista' tfixkel l-istima, għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha li jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa meħtieġa.
2. Definizzjonijiet
“Karkassa”: il-karkassa tat-tajra bl-għadam, il-qarquċ u kwalunkwe intern addizzjonali.
“Intern”: fwied, qalb, qanżħa u għonq.
3. Il-prinċipju
Il-kontenut ta’ l-ilma u l-protejini għandu jiġi stabbilit skond il-metodi ta’ l-ISO (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) rikonoxxuti jew metodi oħra jew analiżi approvati mill-Kunsill.
L-akbar kontenut totali ta’ ilma permessibbli tal-karkassa għandu jiġi stmat mill-kontenut ta’ l-protejini tal-karkassa, li jista’ jiġi mqabbel mal-kontenut ta’ ilma fiżjoloġiku.
4. Apparat u reaġenti
4.1. Miżien għall-użin tal-karkassa u l-kisi, kapaċi jiżen bi preċiżjoni sa talanqas 1g.
4.2. Mannara jew serrieq tal-laħam għall-qtugħ tal-karkassi f’biċċiet ta’ qies xieraq għall-magna ta’ l-ikkapuljat.
4.3. Magna ta’ l-ikkapuljat u blender heavy-duty li kapaċi li jomoġeniżżaw biċċiet tat-tjur iffriżati jew iffriżati malajr.
Nota:
Ebda magna ta’ l-ikkappuljat speċjali ma għandha tkun rakkomandata. Għandha jkollha saħħa biżżejjed biex tagħmel ikkappuljat wkoll laħam iffriżat jew iffriżat malajr u għadam biex tipproduġi taħlita omoġena li tkun tikkorrispondi ma’ dik miksub minn magna ta’ l-ikkappuljat li jkollha t-toqob b'dijametru ta’ 4 mm.
4.4. Apparat kif speċifikat fl-ISO 1442, biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma.
4.5. Apparat kif speċifikat fl-ISO 937, għall-kalkolu tal-kontenut tal-protejini.
5. proċedura
5.1. Seba’ karkassi għandhom jittieħdu b’mod aleatorju mill-kwantità ta’ tjur li għandha tiġi kkontrollata u f’kull każ għandhom jinżammu ffriżati sa ma tibda l-analiżi skond 5.2 sa 5.6.
Tista’ tiġi mwettqa jew bħala analiżi ta’ kull waħda mis-seba’ karkassi, jew bħala analiżi ta’ kampjun magħmul mis-seba’ karkassi.
5.2. Il-preparazzjoni għandha tibda fi żmien dik is-siegħa mit-tneħħija tal-karkassi mill-friża.
a) Il-parti ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma ta’ fuq barra. Kull karkassa għandha tintiżen u jitneħħielha kwalunkwe materjal tal-kisi. Wara l-qtugħ tal-karkassa f’biċċiet iżgħar, kwalunkwe materjal tal-kisi madwar il-ġewwieni li għandu. Għandu jiġi kkalkulat il-piż totali tal-karkassa, inkluż l-intern u s-silġ ta’ mal-karkassa, stabbilit sa l-inqas gramma wara li jitnaqqas il-piż ta’ kull materjal ta’ l-ippakkjar.
b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-piż totali tas-seba’ karkassi, ippreparati skond 5.3 a), għandu jiġi stabbilit biex jagħti P7.
a) Il-karkassa sħiħa li l-piż tagħha huwa P1, għandha tiġi kkappuljata mill-magna ta’ l-ikkappuljat speċifikata taħt il-punt 4.3 (u, jekk meħtieġ, imħallta wkoll permezz tal-magna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jkun jista' jittieħed kampjun rappresentattiv ta’ karkassa.
b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, is-seba’ karkassi li l-piż tagħhom huwa P7 għandhom jiġu kkapuljati f'magna ta’ l-ikkapuljat kf speċifikat taħt il-punt 4.3 (u, fejn meħtieġ, imħallta ukoll permezz ta’ magna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jistgħu jittieħdu żewġ kampjuni rappresentattivi tal-seba’ karkassi. Iż-żewġ kampjuni għandhom jiġu analizzati kif imfisser fil-punti 5.5 u 5.6.
5.5. Għandu jittieħed kampjun tal-materjal omoġenizzat u dan għandu jiġi wżat minnufih biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma skond l-ISO 1442 biex jagħti “%” għhall-kontenut ta’ ilma.
5.6. Għandu jittieħed kampjun ta’ materjal omoġenizzat ukoll u għandu jintuża immedjatament biex jistabbilixxi l-kontenut ta’ nitroġenu skond l-ISO 937. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi mibdul f'kontenut ta’ protejina mhux ipproċessata “b%” billi jiġi mmultiplikat bil-figura 6,25.
6. Kalkolu tar-riżultati
(a) Il-piż tal-ilma (W) f’kull karkassa għandu jingħata b’aP1/100, u l-piż tal-proteina (RP) b’bP1/100, u dawn it-tnejn għandhom jiġu espressi fi grammi. Għandhom jiġu stabbiliti t-totali tal-piżijiet tal-ilma (W7) u l-piżijiet tal-proteina (RP7) fis-seba’ karkassi analizzati.
(b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-kontenut medju tal-ilma u tal-proteina miż-żewġ kampjuni analizzati għandu jiġi stabbilit sabiex jagħti a % u b %, rispettivament. Il-piż tal-ilma (W7) fis-seba’ karkassi għandu jingħata b’aP7/100, u l-piż tal-proteina (RP7) b’bP7/100, u t-tnejn huma espressi fi grammi.
6.2. Il-piż medju tal-ilma (WA) u tal-proteini (RPA) għandu jiġi kkalkulat billi W7 u RP7 jiġu diviżi rispettivament, b’sebgħa.
6.3. Il-kontenut teoretiku fiżjoloġiku tal-ilma, kif espress b’dan il-metodu, jista’ jiġi kkalkulat billi tiġi applikata l-formula li ġejja:
għat-tiġieġ:
             
         
(a) Tkessiħ bl-arja
Jekk il-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 2 % ( 10 ), l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali tal-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza (ta’ fiduċja)):
għat-tiġieġ:
                
            
(b) Tkessiħ b’raxx ta’ arja
Jekk il-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 4.5 % (10) , l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali tal-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza (ta’ fiduċja)):
għat-tiġieġ:
                
            
(c) Tkessiħ b’immersjoni
Jekk il-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 7 % (10) , l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali tal-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza (ta’ fiduċja)):
għat-tiġieġ:
                
            
(d) Metodi oħra ta’ tkessiħ jew taħlita ta’ żewġ metodi jew aktar mill-metodi definiti fl-Artikolu 10
Jekk il-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax jiġi evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 2 % (10) , l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali tal-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza (ta’ fiduċja)):
għat-tiġieġ:
                
            
6.5. Jekk il-kontenut medju tal-ilma (WA) tas-seba’ karkassi kif ikkalkulat skont il-punt 6.2 ma jaqbiżx il-valur mogħti f’6.4 (WG), il-kwantità tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha titqies ta’ livell standard.
         
      
         
      
ANNESS VIII
KALKOLU TAL-KONTENUT TOTALI TA’ ILMA F'QATGĦAT TAT-TJUR
(Test kimiku)
1. Is-suġġett u l-ambitu
Dan il-metodu għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-kontenut totali ta’ ilma f'ċerti qatgħat tat-tjur. Dan il-metodu għandu jinvolvi l-metodu ta’ kalkolu tal-kontenut ta’ ilma u protejini tal-kampjuni mill-qatgħat omoġenizzati tat-tjur. Il-kontenut totali ta’ ilma kif stabbilit għandu jitqabbel mal-valur tal-limitu mogħti permezz tal-formoli ndikati fil-paragrafu 6.4, biex jiġi stabbilit jekk l-ilma żejjed ġiex imneħħi jew le waqt l-ipproċessar. Jekk l-analista jissusspetta l-preżenza ta’ xi sustanza li tista' tfixkel l-istima, għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha li jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa meħtieġa.
2. Definizzjonijiet u proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni
Id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 1, punt 2) għandhom japplikaw għall-qatgħat tat-tjur imsemmija fl-Artikolu 20. Id-daqsijiet tal-kampjuni għandhom ikunu ta’ l-anqas kif ġej:
— Sidra tat-tiġieġa: nofs sidra;
— Flett tas-sidra tat-tiġieġa: nofs is-sidra dissussata, mingħajr ġilda,
— Sidra tad-dundjan, fiett tas-sidra tad-dundjan u koxxa dissussata tad-dundjan: porzjonijiet ta’ madwar 100 g,
— Qatgħat oħrajn: kif iddefiniti fl-Artikolu 1, punt 2):
Fil-każ ta’ prodotti fi kwantità ffriżati jew iffriżati malajr (qatgħat mhux ippakkjati individwalment) il-pakketti l-kbar li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni jistgħu jinżammu f'0 °C sakemm il-qatgħat individwali jistgħu jitneħħew.
3. Il-prinċipju
Il-kontenut ta’ l-ilma u l-protejini għandu jiġi stabbilit skond il-metodi ta’ l-ISO (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) rikonoxxuti jew metodi oħra jew analiżi approvati mill-Kunsill.
L-ogħla kontenut totali ta’ ilma permissibbli f'qatgħat tat-tjur għandu jiġi stmat mill-kontenut ta’ proteini tal-qatgħat, li jista' jkollu x'jaqsam mal-kontenut fisjoloġiku ta’ l-ilma.
4. Apparat u reaġenti
4.1. Miżien biex jintiżnu l-qatgħat u l-ippakkjar, li jkun kapaċi jiżen bi preċiżjoni ta’ talanqas 1 g.
4.2. Mannara jew serrieq tal-laħam għall-qtugħ tal-qatgħat fid-daqs xieraq għall-magna ta’ l-ikkappuljat.
4.3. Magni ta’ l-ikkappuljat li jifilħu għall-istrapazz u magni li jħalltu li jkunu kapaċi jomoġenizzaw qatgħat tat-tjur jew partijiet minnhom.
Nota:
Ebda makna ta’ l-ikkappuljat speċjali ma għandha tkun rakkomandata. Għandha jkollha saħħa biżżejjed biex tagħmel ikkappuljat wkoll laħam iffriżat jew iffriżat malajr u għadam biex tipproduċi taħlita omoġenea li tkun tikkorrispondi ma’ dik miksuba minn makna ta’ l-ikkappuljat li jkollha t-toqob b'dijametru ta’ 4 mm.
4.4. Apparat kif speċifikat fl-ISO 1442, biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma.
4.5. Apparat kif speċifikat fl-ISO 937, għall-kalkolu tal-kontenut tal-protejini.
5. Proċedura
5.1. Għandhom jittieħdu ħames qatgħat b'mod każwali mill-kwantità ta’ qatgħat tat-tjur li għandhom jiġu verifikati u f'kull każ miżmuma ffriżati jew imkessħin skond il-każ sakemm jingħata bidu għall-analiżi skond il-punti 5.2 sa 5.6.
Kampjuni minn prodotti fi kwantità ffriżati jew ffriżati malajr li jirreferi għalihom il-punt 2 għandhom jinżammu f'0 °C sakemm jingħata bidu għall-analiżi.
Dan jista' jsir jew bħala analiżi ta’ kull waħda mill-ħames qatgħat, jew bħala analiżi ta’ kampjun magħmul mill-ħames qatgħat.
5.2. It-tħejjija għandha tinbeda f'dik is-siegħa wara li l-qatgħat jitneħħew mill-friża jew mill-friġġ.
a) Il-parti ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma ta’ fuq barra. Kull qatgħa għandha tintiżen u titneħħa mill-materjal ta’ l-ippakkjar. Wara li l-qatgħat jinqatgħu fi bċejjeċ iżgħar, il-piż tal-qatgħa tat-tjur għandu jkun stabbilit sa l-inqas gramma wara li jitnaqqas il-piż ta’ xi materjal ta’ l-ippakkjar imneħħi biex jagħti P1.
b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-piż totali tal-ħames qatgħat, imħejjija skond 5.3(a), għandu jiġi stabbilit biex jagħti P5.
a) Il-qatgħa sħiħa li l-piż tagħha huwa P1, għandha tiġi kkapuljata mill-magna ta’ l-ikkappuljat speċifikata taħt il-punt 4.3 (u, jekk meħtieġ, imħallta wkoll permezz tal-magna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jkun jista' jittieħed kampjun rappresentattiv ta’ kull qatgħa.
b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-ħames qatgħat li l-piż tagħhom huwa P5 għandhom jiġu kkapuljati f'magna ta’ l-ikkapuljat kf speċifikat taħt il-punt 4.3 (u, fejn meħtieġ, imħallta ukoll permezz ta’ magna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jistgħu jittieħdu żewġ kampjuni rappresentattivi tal-ħames qatgħat.
Iż-żewġ kampjuni għandhom jiġu analizzati kif imfisser fil-punti 5.5 u 5.6.
5.5. Għandu jittieħed kampjun tal-materjal omoġenizzat u dan għandu jiġi wżat minnufih biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma skond l-ISO 1442 biex jagħti “%” għall-kontenut ta’ ilma.
5.6. Għandu jittieħed kampjun ta’ materjal omoġenizzat ukoll u għandu jintuża immedjatament biex jistabbilixxi l-kontenut ta’ nitroġenu skond l-ISO 937. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi mibdul f'kontenut ta’ protejina mhux ipproċessata “b %” billi jiġi mmultiplikat bil-figura 6,25.
6. Kalkolu tar-riżultati
(a) Il-piż tal-ilma (W) f’kull karkassa għandu jingħata b’aP1/100, u l-piż tal-proteina (RP) b’bP1/100, u t-tnejn li huma għandhom jiġu espressi fi grammi.
Għandu jiġi stabbilit it-total tal-piżijiet tal-ilma (W5) u tal-piżijiet tal-proteina (RP5) fil-ħames qatgħat analizzati.
(b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-kontenut medju tal-ilma u tal-proteina miż-żewġ kampjuni analizzati għandu jiġi stabbilit sabiex jagħti a % u b %, rispettivament. Il-piż tal-ilma (W5) fil-ħames qatgħat għandu jingħata b’aP5/100, u l-piż tal-proteina (RP5) b’bP5/100, u t-tnejn li huma għandhom jiġu espressi fi grammi.
6.2. Il-piż medju tal-ilma (WA) u tal-proteina (RPA) għandu jiġi kkalkolat billi wieħed jiddividi W5 u RP5 rispettivament, b’ħamsa.
6.3. Il-proporzjon tal-medja fiżjoloġika W/RP kif stabbilit b’dan il-metodu huwa kif ġej:
flett tas-sidra tat-tiġieġ: 3,19 ± 0,12,
saqajn u robbi tas-saqajn tat-tiġieġ: 3,78 ± 0,19,
flett tas-sidra tad-dundjan: 3,05 ± 0,15,
saqajn tad-dundjan: 3,58 ± 0,15,
laħam dissussat tas-saqajn tad-dundjan: 3,65 ± 0,17.
6.4. Jekk nassumu li l-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jkun jammonta għal 2 %, 4 % jew 6 % ( 11 ) skont it-tip ta’ prodotti u l-metodi ta’ tkessiħ applikati, l-ogħla proporzjon ta’ W/RP permessibbli kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jkun kif ġej:
            
         
               
            
| Tkessiħ bl-arja | Tkessiħ b’raxx ta’ arja: | Tkessiħ b’immersjoni | |
| Flett tas-sidra tat-tiġieġ: mingħajr ġilda | 3,40 | 3,40 | 3,40 | 
| Sidra tat-tiġieġ: bil-ġilda | 3,40 | 3,50 | 3,60 | 
| Koxox (parti ta’ fuq) tat-tiġieġ, isfel tal-koxox (drumsticks), saqajn, saqajn b’porzjon mid-dahar, robbi (kwarti) tas-saqajn, bil-ġilda | 4,05 | 4,15 | 4,30 | 
| Flett tas-sidra tad-dundjan; mingħajr ġilda | 3,40 | 3,40 | 3,40 | 
| Sidra tad-dundjan, bil-ġilda | 3,40 | 3,50 | 3,60 | 
| Koxox tad-dundjan, isfel tal-koxox, saqajn, bil-ġilda | 3,80 | 3,90 | 4,05 | 
| Laħam dissussat tas-saqajn tad-dundjan, mingħajr ġilda | 3,95 | 3,95 | 3,95 | 
Fil-każ ta’ metodi oħra ta’ tkessiħ jew taħlita ta’ żewġ metodi jew aktar minn dawk definiti fl-Artikolu 10, il-kontenut tal-ilma li ma jistax jiġi evitat li jammonta għal 2 % u l-ogħla proporzjonijiet permessibbli W/PR huma dawk iffissati għall-metodu ta’ tkessiħ bl-arja fit-tabella hawn fuq.
Jekk il-proporzjon tal-medja WA/RPA tal-ħames qatgħat kif ikkalkulat mill-valuri fil-punt 6.2 ma jkunx aktar mill-proporzjon mogħti fil-punt 6.4, il-kwantità tal-qatgħat tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha titqies li tilħaq il-livell standard.
         
      
         
      
ANNESS IX
KONTROLL TA’ L-ASSORBIMENT TA’ L-ILMA FL-ISTABBILIMENT TAL-PRODUZZJONI
(Test tal-biċċerija)
1. Għallinqas darba f'kull perjodu tax-xogħol ta’ tmien sigħat:
jintgħażlu 25 karkassa b'mod aleatorju mil-linja fejn jitneħħa l-intern immedjatament wara li jitneħħilhom l-intern u wara li jitneħħa l-iskart u x-xaħam u qabel l-ewwel ħasla sussegwenti.
2. Jekk ikun hemm bżonn, neħħi l-għonq bi qtugħ, bil-ġilda ta’ l-għonq titħalla mwaħħla mal-karkassa.
3. Identifika kull karkassa individwalment. Iżen kull karkassa u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma.
4. Erġa’ onxor il-karkassa tat-test fuq il-linja ta’ tneħħija tal-intern biex jitkompla l-proċess normali tal-ħasil, tkessiħ, taqtir, eċċ.
5. Neħħi l-karkassi identifikati fl-aħħar tal-linja tat-taqtir mingħajr ma jitħallielhom aktar żmien milli joqtru milli jkun normalment permess għat-tjur mil-lott li jkun ittieħed il-kampjun minnu.
6. Il-kampjun għandu jkun magħmul mill-ewwel 20 karkassa rkuprata. Għandhom jintiżnu mill-ġdid. Għandu jiġi mniżżel il-piż tagħhom sa l-eqreb gramma kontra l-piż imniżżel fl-ewwel użin. It-test għandu jiġi ddikjarat null jekk jiġu rkuprati inqas minn 20 karkassa identifikati.
7. Neħħi l-identifikazzjoni mill-karkassi kampjuni u ħalli l-karkassi jkomplu fl-operazzjonijiet normali ta’ l-ippakkjar tagħhom.
8. Stabbilixxi l-persentaġġ ta’ assorbiment ta’ ilma billi tnaqqas il-piż totali ta’ dawn l-istess karkassi wara l-ħasil, it-tkessiħ u t-taqtir, bid-differenza tkun diviża bil-piż tal-bidu u r-riżultat jiġi mmultiplikat b’100.
9. Minflok l-użin manwali kif deskritt taħt il-punti 1 sa 8 jistgħu jintużaw linji ta’ wżin awtomatiċi biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta’ assorbiment ta’ l-umdità għall-istess numru ta’ karkassi u skond l-istess prinċipji, sakemm il-linja ta’ l-użin awtomatiku tkun approvata minn qabel għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.
10. Ir-riżultat ma għandux jaqbeż il-perċentwali li ġejjin tal-piż tal-bidu tal-karkassa jew kwalunkwe figura oħra li tippermetti l-konformità mal-kontenut massimu barrani totali ta’ l-ilma: —tkessiħ ta’ l-arja: 0,1 %, —tkessiħ ta’ spray ta’ arja: 2,0 %, —tkessiħ ta’ immersjoni 4,5 %.
| tkessiħ bl-arja | : | 0 %, | 
| tkessiħ b’raxx ta’ arja | : | 2 %, | 
| tkessiħ b’immersjoni | : | 4,5 %, | 
11. F’każijiet fejn il-karkassi jitkessħu b’metodu ieħor ta’ tkessiħ jew b’taħlita ta’ żewġ metodi jew aktar minn dawk definiti fl-Artikolu 10, il-perċentwal massimu tal-kontenut tal-ilma ma għandux ikun aktar minn 0 % tal-piż oriġinali tal-karkassa.
         
      
         
      
ANNESS X
DEFINIZZJONIJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 16(6)
| bil-Bulgaru | : | Съдържанието на вода превишава нормите на ЕО | 
| bl-Ispanjol | : | Contenido en agua superior al límite CE | 
| biċ-Ċek | : | Obsah vody překračuje limit ES | 
| bid-Daniż | : | Vandindhold overstiger EF-Normen | 
| bil-Ġermaniż | : | Wassergehalt über dem EG-Höchstwert | 
| bl-Estonjan | : | Veesisaldus ületab EÜ normi | 
| bil-Grieg | : | Περιεκτικότητα σε νερό ανώτερη του ορίου ΕΚ | 
| bl-Ingliż | : | Water content exceeds EC limit | 
| bil-Franċiż | : | Teneur en eau supérieure à la limite CE | 
| bit-Taljan | : | Tenore d’acqua superiore al limite CE | 
| bil-Latvjan | : | Ūdens saturs pārsniedz EK noteikto normu | 
| bil-Litwan | : | Vandens kiekis viršija EB nustatytą ribą | 
| bl-Ungeriż | : | Víztartalom meghaladja az EK által előírt határértéket | 
| bil-Malti | : | Il-kontenut ta’ l-ilma superjuri għal-limitu KE | 
| bl-Olandiż | : | Watergehalte hoger dan het EG-maximum | 
| bil-Pollakk | : | Zawartość wody przekracza normę WE | 
| bil-Portugiż | : | Teor de água superior ao limite CE | 
| bir-Rumen | : | Conținutul de apă depășește limita CE | 
| bis-Slovakk | : | Obsah vody presahuje limit ES | 
| bis-Sloven | : | Vsebnost vode presega ES omejitev | 
| bil-Finlandiż | : | Vesipitoisuus ylittää EY-normin | 
| bl-Iżvediż | : | Vattenhalten överstiger den halt som är tillåten inom EG. | 
         
      
         
      
ANNESS XI
LISTA TA’ LABORATORJI TA’ REFERENZA NAZZJONALI
Il-Belġju
Instituut voor Landbouw- en Visserijonderzoek (ILVO)
Eenheid Technologie en Voeding
Productkwaliteit en voedselveiligheid
Brusselsesteenweg 370
BE-9090 Melle
Il-Bulgarija
Национален диагностичен научно-изследователски ветеринарно-медицински институт
(National Diagnostic Research Veterinary Medicine Institute)
бул. „Пенчо Славейков“ 15
(15, Pencho Slaveikov str.)
София–1606
(Sofia–1606)
Ir-Repubblika Ċeka
Státní veterinární ústav Jihlava
Národní referenční laboratoř pro mikrobiologické,
chemické a senzorické analýzy masa a masných výrobků
Rantířovská 93
CZ-586 05 Jihlava
Id-Danimarka
Fødevarestyrelsen
Fødevareregion Øst
Afdeling for Fødevarekemi
Søndervang 4
DK-4100 Ringsted
Il-Ġermanja
Max Rubner-Institut
Bundesforschungsinstitut für Ernährung und Lebensmittel
(Federal Research Institute of Nutrition and Food)
- Institut für Sicherheit und Qualität bei Fleisch -
(Department of Safety and Quality of Meat)
E.-C.-Baumann-Str. 20
D-95326 Kulmbach
L-Estonja
Veterinaar- ja Toidulaboratoorium
Kreutzwaldi 30
EE-51006 Tartu
L-Irlanda
National Food Centre
Teagasc
Dunsinea
Castleknock
IE-Dublin 15
Il-Greċja
Ministry of Rural Development & Food
Veterinary Laboratory of Larisa
7th km Larisa-Trikalοn st.
GR-411 10 Larisa
Spanja
Laboratorio Arbitral Agroalimentario
Carretera de La Coruña, km 10,700
E-28023 Madrid
Franza
SCL Laboratoire de Montpellier
parc Euromédecine
205, rue de la Croix-Verte
FR-34196 MONTPELLIER CEDEX 5
L-Italja
Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali
Ispettorato centrale della tutela della qualità e repressione frodi dei prodotti agroalimentari
Laboratorio di Modena
Via Jacopo Cavedone N. 29
IT – 41100 Modena
Ċipru
Analytical Laboratories Section
Department of Agriculture
Ministry of agriculture, Natural Resources and Environment
Loukis Akritas Ave
CY-1412 Nicosia
Il-Latvja
Pārtikas drošības, dzīvnieku veselības un vides zinātniskais institūts
Lejupes iela 3,
LV - Rīga, 1076
Il-Litwanja
Nacionalinis maisto ir veterinarijos rizikos vertinimo institutas
J. Kairiūkščio g. 10
LT-08409 Vilnius
Il-Lussemburgu
Laboratoire National de Santé
Rue du Laboratoire, 42
L-1911 Lussemburgu
L-Ungerija
Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ Élelmiszer- és Takarmánybiztonsági Igazgatóság
(Central Agricultural Office Food and Feed Safety Directorate)
Budapest 94. Pf. 1740
Mester u. 81
HU-1465
Malta
Id-Direttorat tas-Servizzi tal-Laboratorji tal-MCCAA
L-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija
L-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konsumatur
F22, Mosta Technopark
Il-Mosta MST3000
Malta
Il-Pajjiżi l-Baxxi
RIKILT — Instituut voor Voedselveiligheid
Wageningen University and Research Centre
Akkermaalsbos 2, gebouw 123
6708 WB Wageningen
NEDERLAND
L-Awstrija
Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH
Spargelfeldstraße 191
A-1226 Wien
Il-Polonja
Centralne Laboratorium Głównego Inspektoratu Jakości
Handlowej Artykułów Rolno-Spożywczych
ul. Reymonta 11/13
60-791 Poznań
POLSKA
Il-Portugall
Autoridade de Segurança Alimentar e Económica — ASAE
Laboratório Central da Qualidade Alimentar — LCQA
Av. Conde Valbom, 98
P-1050-070 Lisboa
Ir-Rumanija
Institutul de Igienă și Sănătate Publică Veterinară
Str. Câmpul Moșilor, nr. 5, Sector 2
București
Is-Slovenja
Univerza v Ljubljani
Veterinarska fakulteta
Nacionalni veterinarski inštitut
Gerbičeva 60
SI-1115 Ljubljana
Is-Slovakkja
Štátny veterinárny a potravinový ústav
Botanická 15
842 52 Bratislava
SLOVENSKÁ REPUBLIKA
Il-Finlandja
Elintarviketurvallisuusvirasto Evira
Mustialankatu 3
FI-00710 Helsinki
L-Isvezja
Livsmedelsverket
Box 622
S-75126 Uppsala
Ir-Renju Unit
Laboratory of the Government Chemist
Queens Road
Teddington
TW11 0LY
UNITED KINGDOM
         
      
         
      
ANNESS XII
Kompiti u struttura organizzattiva tal-kumitat ta’ esperti speċjalizzati fil-kontroll tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur
Il-kumitat ta’ l-esperti msemmi fl-Artikolu 19 huwa responsabbli mill-kompiti li ġejjin:
a) jipprovdi informazzjoni dwar metodi analitiċi u ttestjar komparattiv fir-rigward tal-kontenut ta’ ilma tal-laħam tat-tjur lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza;
b) jikkoordina l-applikazzjoni mil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza nazzjonali tal-metodi msemmija fil-punt (a), billi b'mod partikolari jorganizza testijiet komparattivi, partikolarment dawk ta’ l-attitudni;
ċ) jappoġġa l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza f’dak li għandu x’jaqsam mat-testijiet ta’ l-attitudni u jipprovdilu għajnuna xjentifika għall-evalwazzjoni statistika tad-dejta u għat-tfassil ta’ rapporti;
d) jikkoordina r-riċerka fil-metodi analitiċi ġodda u jgħarraf lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza bil-progress magħmul f’dan il-qasam;
e) jipprovdi assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni, speċjalment f'każijiet fejn ir-riżultati tat-testijiet jiġu kkontestati bejn l-Istati Membri.
Il-kumitat ta’ l-esperti msemmi fl-Artikolu 19 huwa organizzati kif ġej:
Il-kumitat ta’ l-esperti speċjalizzati fil-kontroll ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma fil-laħam tat-tjur huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istitut tal-Materjali u tal-Miżuri ta’ Referenza (IRMM) taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka (CCR), tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, kif ukoll minn tliet laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Ir-rappreżentant ta’ l-IRMM għandu jaġixxi bħala president tal-bord u għandu jaħtar il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza b’sistema ta’ rotazzjoni. L-awtorità ta’ l-Istat Membru responsabbli għal-laboratorju nazzjonali ta’ referenza magħżul għandu mbagħad jaħtar esperti individwali fil-monitoraġġ tal-kontneut ta’ l-ilma fl-ikel sabiex iservu fuq il-bord. Permezz ta’ rotazzjoni annwali, laboratorju nazzjonali ta’ referenza jiġi sostitwit kull darba, sabiex jiġi żgurat grad ta’ kontinwità fuq il-bord. L-ispejjeż imġarrba mill-esperti u/jew mil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza ta’ l-Istati Membri fl-eżerċiżżju tal-funzjonijiet tagħhom skond is-Sezzjoni ta’ dan l-Anness għandhom jitħallsu mill-Istati Membri rispettivi.
Il-kompiti tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza
Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza elenkati fl-Anness XI huma responsabbli għall-kompiti li ġejjin:
a) jikkoordinaw l-attivitajiet tal-laboratorji nazzjonali responsabbli għall-analiżi tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur;
b) jgħinu lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru biex jorganizza sistema għall-osservazzjoni tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur;
ċ) jieħdu sehem f’testijiet komparattivi (testijiet ta’ attitudni) bejn il-laboratorji nazzjonali varji li msemmija fil-punt a);
d) jiżguraw t-tixrid li l-informazzjoni fornuta mill-kumitat ta’ l-esperti lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rilevanti u lill-laboratorji nazzjonali msemmija fil-punt a);
e) Jikkollaboraw mal-kumitat ta’ l-esperti u, jekk maħtura biex jidħlu fil-bors ta’ l-esperti, iħejju l-kampjuni meħtieġa tat-testijiet, inkluż l-ittestjar għall-omoġeneità, u jirranġaw għat-trasport kif xieraq.
▼M3 —————
         
      
         
      
ANNESS XIII
         
      
            
         
Tabella ta’ Korrelazzjoni
| Regolament (KEE) Nru 1906/90 | Regolament (KEE) Nru 1538/91 | Dan ir-Regolament | 
| Artikolu 1 | Artikolu 1 | |
| Artikolu 1 bis, termini introduttivi | Artikolu 2, termini introduttivi | |
| Artikolu 2, punti (2), (3) u (4) | Artikolu 2, punti (a), (b) u (ċ) | |
| Artikolu 2, punt (8) | Artikolu 2, punt (d) | |
| Artikolu 1 bis, l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 2, punti (e) u f) | |
| Artikolu 2 | Artikolu 3, paragrafi (1) sa (4) | |
| Artikolu 4 | Artikolu 3, paragrafu (5) | |
| Artikolu 3 | Artikolu 4 | |
| Artikolu 4 | Artikolu 5, paragrafu (1) | |
| Artikolu 5, paragrafi (1) sa (4) | Artikolu 5, paragrafi 2 sa 5 | |
| Artikolu 6 | Artikolu 5, paragrafu (6) | |
| Artikolu 5 | Artikolu 6 | |
| Artikolu 6, paragrafu 1, termini introduttivi | Artikolu 7, paragrafu 1, termini introduttivi | |
| Artikolu 6(1), l-ewwel sas-sitt inċiż | Artikolu 7(1)(a) to (f) | |
| Artikolu 6, paragrafu 2, termini introduttivi | Artikolu 7, paragrafu 2, termini introduttivi | |
| Artikolu 6, paragrafu 2, l-ewwel sar-raba’ inċiż | Artikolu 7, paragrafu (2)(a) sa (d) | |
| Artikolu 7, paragrafu (1) | Artikolu 8, paragrafu (1) | |
| Artikolu 7, paragrafu (3) | Artikolu 8, paragrafu (2) | |
| Artikolu 7, paragrafu (4) | Artikolu 8, paragrafu (3) | |
| Artikolu 7, paragrafu (5) | Artikolu 8, paragrafu (4) | |
| Artikolu 7, paragrafu (6) | Artikolu 8, paragrafu (5) | |
| Artikolu 8, paragrafu (1) | Artikolu 9, paragrafu (1) | |
| Artikolu 8, paragrafu (2) | Artikolu 9, paragrafu (2) | |
| Artikolu 8, paragrafu 3, termini introduttivi | Artikolu 9, paragrafu 3, termini introduttivi | |
| Artikolu 8(3) l-ewwel inċiż | Artikolu 9(3)(a) | |
| Artikolu 8, paragrafu (3), it-tieni inċiż | Artikolu 9, paragrafu (3)(b), punt (b) | |
| Artikolu 8, paragrafu (4), l-ewwel inċiż, termini introduttivi | Artikolu 9, paragrafu (4), l-ewwel inċiż, termini introduttivi | |
| Artikolu 8, paragrafu (4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tielet inċiż | Artikolu 9(4) l-ewwel subparagrafu punti (a) sa (c) | |
| Artikolu 8, paragrafu 4, it-tieni inċiż | Artikolu 9, paragrafu 4, it-tieni inċiż | |
| Artikolu 8, paragrafi (5) sa (12) | Artikolu 9, paragrafi (5) sa (12) | |
| l-Artikolu 8(13), l-ewwel inċiż | — | |
| Artikolu 8, paragrafu 13, it-tieni inċiż | Artikolu 9, paragrafu (13) | |
| Artikolu 9 | Artikolu 10 | |
| Artikolu 10 | Artikolu 11 | |
| Artikolu 11, paragrafu 1, termini introduttivi | Artikolu 12, paragrafu 1, termini introduttivi | |
| Artikolu 11, paragrafu 1, l-ewwel sar-raba’ inċiż | Artikolu 12(1)(a) sa (d) | |
| Artikolu 11, paragrafu (2) | Artikolu 12, paragrafu (2) | |
| Artikolu 11(2)(a) | Artikolu 12, paragrafu (3) | |
| Artikolu 11, paragrafu 2 ter | Artikolu 12, paragrafu (4) | |
| Artikolu 11, paragrafu 3, termini introduttivi | Artikolu 12, paragrafu 5, termini introduttivi | |
| Artikolu 11, paragrafu 3, l-ewwel sar-raba’ inċiż | Artikolu 12(5)(a) sa (d) | |
| Artikolu 11, paragrafu (4) | Artikolu 12, paragrafu (6) | |
| Artikolu 12 | Artikolu 13 | |
| Artikolu 13 | Artikolu 14 | |
| Artkolu 14 bis, paragrafi 1 u 2 | Artikolu 15 | |
| Artkolu 14 bis, paragrafi 3 sa 5 | Artikolu 16(1) sa (3) | |
| Artikolu 14 bis, paragrafu 5 bis | Artikolu 16, paragrafu (4) | |
| Artikolu 14 bis, paragrafu 6 | Artikolu 16, paragrafu (5) | |
| Artikolu 14 bis, paragrafu (7), l-ewwel inċiż, termini introduttivi | Artikolu 16(6), l-ewwel inċiż | |
| Artikolu 14 bis, paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, inċiżi | Anness X | |
| Artikolu 14 bis, paragrafu 7, it-tieni u it-tielet subparagrafi | Artikolu 16(6) it-tieni u it-tielet subparagrafi | |
| Artkolu 14 bis, paragrafi 8 sa 12 | Artikolu 17, paragrafi 1 sa 5 | |
| Artikolu 14 bis, paragrafu 12 bis | Artikolu 18, paragrafu (1) | |
| Artikolu 14 bis, paragrafu 13 | Artikolu 18, paragrafu (2) | |
| Artikolu 14 bis, paragrafu 14 | Artikolu 19 | |
| Artikolu14 ter, paragrafu1 | Artikolu 20, paragrafu (1) | |
| Artikolu 14 ter, paragrafu (2), l-ewwel inċiż, termini introduttivi | Artikolu 20, paragrafu (2), l-ewwel inċiż, termini introduttivi | |
| Artikolu 14 ter, paragrafu (2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tielet inċiż | Artikolu 20(2) l-ewwel subparagrafu punti (a) sa (ċ) | |
| Artikolu 14 ter, paragrafu 2, it-tieni inċiż | Artikolu 20, paragrafu 2, it-tieni inċiż | |
| Artikolu 14 ter, paragrafi 3 u 4 | Artikolu 20(3) u (4) | |
| Artikolu 15 | — | |
| — | Artikolu 21 | |
| — | Artikolu 22 | |
| Anness I | Anness I | |
| Anness I bis | Anness II | |
| Anness II | Anness III | |
| Anness III | Anness IV | |
| Anness IV | Anness V | |
| Anness V | Anness VI | |
| Anness VI | Anness VII | |
| Anness VI bis | Anness VIII | |
| Anness VII | Anness IX | |
| Anness VIII | Anness XI | |
| Anness IX | Anness XII | |
| — | Anness XIII | 
         
      
( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 470/2008 (ĠU L 140, 30.5.2008, p. 1).
( 2 ) ĠU L 173, 6.7.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1029/2006 (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 6).
( 3 ) ĠU L 143, 7.6.1991, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1474/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 14).
( 4 ) ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17).
( 5 ) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
( 6 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.
( 7 ) Ħruq tal-friża: (fis-sens ta’ tnaqqis tal-kwalità) tnixxif ftit jew wisq lokalizzat u irriversibbli tal-ġilda jew tal-laħam, li jista’ jwassal għal tibdiliet li jaffettwaw:
— il-lewn oriġinali (li ġeneralment isir aktar bajdani) jew
— it-togħma u r-riħa (assenza ta’ togħma jew ħsaa) jew
— il-konsistenza (niexfa, bħal sponża).
( 8 ) ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.
( 9 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.
( 10 ) Ikkalkulat abbażi tal-karkassa, bl-esklużjoni tal-ilma barrani assorbit.
( 11 ) Ikkalkulat fuq il-bażi tal-qatgħa, mingħajr ilma barrani assorbit. Għall-fillets (bla ġilda) u laħam dissussat tas-saqajn tad-dundjan, il-perċentwal huwa ta’ 2 % għal kull wieħed mill-metodi ta’ tkessiħ.