This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008L0090-20190128
Council Directive 2008/90/EC of 29 September 2008 on the marketing of fruit plant propagating material and fruit plants intended for fruit production (Recast version)
Consolidated text: Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (Verżjoni mfassla mill-ġdid)
Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (Verżjoni mfassla mill-ġdid)
02008L0090 — MT — 28.01.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267 8.10.2008, p. 8) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/777/UE tal-15 ta' Diċembru 2010 |
L 332 |
40 |
16.12.2010 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 652/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014 |
L 189 |
1 |
27.6.2014 |
|
L 24 |
27 |
28.1.2019 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/90/KE
tad-29 ta’ Settembru 2008
dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott
(Verżjoni mfassla mill-ġdid)
KAPITOLU 1
AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Ambitu
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u l-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott fil-Komunità.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ġeneri u l-ispeċji elenkati fl-Anness I kif ukoll għall-ibridi tagħhom. Għandha tapplika wkoll għar-riżomi u l-partijiet oħra tal-pjanti ta’ ġeneri jew speċji għajr dawk elenkati fl-Anness I jew l-ibridi tagħhom, jekk il-materjal tal-ġeneri jew l-ispeċi elenkati fl-Anness I jew l-ibridi tagħhom ikun imlaqqam jew għandu jitlaqqam fuqhom.
3. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-saħħa tal-pjanti stipulati mid-Direttiva 2000/29/KE.
4. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-materjal ta’ propagazzjoni jew għall-pjanti tal-frott maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, sakemm ikunu identifikati bħala tali u jinżammu suffiċjentement iżolati.
Għandhom jiġu addotati miżuri sabiex jiġi implimentat l-ewwel sub paragrafu, b’referenza partikolari għall-identifikazzjoni u l-iżolament, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “materjal ta’ propagazzjoni” tfisser iż-żerriegħa, il-partijiet minn pjanti u l-materjal kollu mill-pjanti, inklużi r-riżomi, maħsuba għall-propagazzjoni u l-produzzjoni tal-pjanti tal-frott;
(2) “pjanti tal-frott” tfisser il-pjanti maħsuba sabiex jinżergħu jew jerġgħu jinżergħu, wara kummerċjalizzazzjoni;
(3) “varjetà” tfisser raggruppament ta’ pjanti fi grupp tassonomiku botaniku wieħed fl-iktar skala baxxa magħrufa, li jista’ jkun:
(a) definit bl-espressjoni tal-karatteristiċi li jirriżultaw minn ġenotipa partikolari jew taħlita ta’ ġenotipi,
(b) distint minn kwalunkwe raggruppament ieħor tal-pjanti bl-espressjoni ta’ għallinqas wieħed mill-karatt eristiċ i msemmija, u
(ċ) jitqies bħala entità fid-dawl tal-kapaċità tiegħu li jippropaga mingħajr bidla;
(4) “klonu” tfisser il-wild veġetattiv ġenetikament uniformi pjanta waħda;
(5) “materjal pre-bażiku” tfisser materjal ta’ propagazzjoni li:
(a) li kien prodott skond metodi ġeneralment aċċettati, għall-manteniment ta’ l-identità tal-varjetà, inkluż il-karatteristiċi pomoloġiċi, u għall-prevenzjoni sabiex tal-mard;
(b) hu maħsub għall-produzzjoni tal-materjal bażiku jew għal materjal attestat għajr il-pjanti tal-frott;
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-materjal pre-bażiku stabbiliti skond l-Artikolu 4; u
(d) instabu minn ispezzjoni uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet f’ (a), (b) u (c);
(6) “materjal bażiku” tfisser materjal ta’ propagazzjoni li:
(a) ġie prodott direttament jew f’numru magħruf ta’ stadji f’manjiera veġetattiva mill-materjal pre-bażiku skond metodi ġeneralment aċċettati għall-manteniment ta’ l-identità tal-varjetà, inkluż il-karatteristiċi pomoloġiċi relevanti tiegħu, u għall-prevenzjoni tal-mard;
(b) hu maħsub għall-produzzjoni tal-materjal attestat;
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-materjal bażiku stabbiliti skond l-Artikolu 4; u
(d) instabu minn ispezzjoni uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet f’ (a), (b) u (c);
(7) “materjal attestat” tfisser:
(a) materjal ta’ propagazzjoni li:
(i) ġie prodott direttament f’manjiera veġetattiva mill-materjal bażiku jew mill-materjal pre-bażiku jew, jekk maħsub sabiex jintuża għall-produzzjoni ta’ riżomi, minn żerriegħa attestata minn materjal bażiku jew attestat ta’ riżomi;
(ii) huwa maħsub għall-produzzjoni ta’ pjanti tal-frott;
(iii) jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-materjal attestat stabbiliti skond l-Artikolu 4, u
(iv) instab permezz ta’ ispezzjoni uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet f’ (i), (ii) u (iii);
(b) pjanti tal-frott li:
(i) ġew prodotti direttament minn materjal ta’ propagazzjoni attestat, bażiku jew pre-bażiku;
(ii) huma maħsuba għall-produzzjoni tal-frott;
(iii) jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi għal materjal attestat, stabbiliti skond l-Artikolu 4, u
(iv) fl-ispezzjoni uffiċjali nstab li jissodisfaw il-kondizzjonijiet f’ (i), (ii) u (iii);
(8) “materjal CAC (Conformitas Agraria Communitatis)” tfisser il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li:
(a) għandhom identità varjetali u purità adegwata,
(b) huma maħsuba għal:
— il-produzzjoni ta’ materjal għall-propagazzjoni,
— il-produzzjoni tal-pjanti tal-frott, u/jew
— il-produzzjoni tal-frott;
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi għall-materjal CAC stabbilit skond l-Artikolu 4
(9) “fornitur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li twettaq professjonalment mill-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin rigward il-materjal ta’ propagazzjoni jew il-pjanti tal-frott: ir-riproduzzjoni, il-produzzjoni, il-preservazzjoni u/jew it-trattament, l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni;
(10) “kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-bejgħ, iż-żamma bil-ħsieb tal-bejgħ, li jitpoġġew għall-bejgħ, jew kwalunkwe tqassim, forniment jew trasferiment bil-għan ta’ l-isfruttament kummerċjali ta’ materjal ta’ propagazzjoni jew pjanti tal-frott lil partijiet terzi, sew jekk ikunu għall-kunsiderazzjoni u sew jekk le;
(11) “korp uffiċjali responsabbli” tfisser
(a) awtorità stabbilita jew innominata mill-Istat Membru taħt is-sorveljanza tal-gvern nazzjonali u responsabbli mill-kwistjonijiet dwar il-kwalità tal-materjal għall-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott:
(b) kull awtorità ta’ l-Istat stabbilita:
— jew fuq il-livell nazzjonali, jew
— fuq il-livell reġjonali, taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet nazzjonali fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru interessat.
(12) “ispezzjoni uffiċjali” tfisser l-ispezzjoni mwettqa mill-korp uffiċjali responsabbli jew taħt ir-responsabbiltà tal-korp uffiċjali responsabbli;
(13) “lott” tfisser numru ta’ unitajiet ta’ oġġett wieħed, identifikabbli mill-omoġeneità fil-kompożizzjoni u mill-oriġini tiegħu.
KAPITOLU 2
REKWIŻITI GĦALL-MATERJAL TA’ PROPAGAZZJONI U L-PJANTI TAL-FROTT
Artikolu 3
Rekwiżiti ġenerali għat-tqegħid fis-suq
1. Il-materjal ta’ propagazzjoni jew il-pjanti tal-frott jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk:
(a) il-materjal ta’ propagazzjoni jkun ġie attestat uffiċjalment bħala “materjal pre-bażiku”, “materjal bażiku” jew “materjal attestat” jew jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet li jkun kkwalifikat bħala materjal CAC;
(b) il-pjanti tal-frott kienu ċċertifikati uffiċjalment bħala materjal attestat jew jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jkunu kkwalifikati bħala materjal CAC.
2. Il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li jikkonsistu minn organiżmu modifikat ġenetikament fis-sens tal-punti 1 u 2 ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE għandhom jitqiegħdu fis-suq biss jekk l- organiżmu modifikat ġenetikament jkun ġie awtorizzat skond dik id-Direttiva jew skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
3. Meta prodotti derivati minn pjanti tal-frott jew minn materjal ta’ propagazzjoni jkunu maħsuba sabiex jintużaw bħala jew fl-ikel li jaqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 3 jew bħala jew fl-għalf li jaqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jitqiegħdu fis-suq biss jekk l-ikel jew l-għalf derivati minn dan il-materjal ġie awtorizzat skond dak ir-Regolament.
4. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil fornituri fit-territorju tagħhom stess sabiex iqiegħdu fis-suq il-kwantitajiet xierqa ta’ materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott maħsuba:
(a) għal provi jew finijiet xjentifiċi;
(b) għal xogħol ta’ għażla; jew
(ċ) għall-preservazzjoni tad- diversità ġenetika.
Il-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni bħal din jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 4
Rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneri u l-ispeċi
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3), għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal kull ġeneru jew speċji riferiti fl-Anness I, li jispeċifikaw:
(a) il-kondizzjonijiet li jrid iħares il-materjal CAC, b’mod partikolari dawk relatati mas-sistemi applikati tal-propagazzjoni, għas-safa tal-wiċċ tar-raba’ li jkun qiegħed jitkabbar, għas-saħħa tal-pjanta, u, għajr fil-każ tar-riżomi, fejn il-materjal ma jappartjenix għal varjetà, għall-aspetti varjetali;
(b) il-kondizzjonijiet li jridu jħarsu l-materjal pre-bażiku, dak bażiku u dak attestat, rigward il-kwalità (inkluż, għall-materjal pre-bażiku u bażiku, metodi għall-manteniment ta’ l-identità tal-varjetà u, fejn ikun applikabbli, tal-klonu, inklużi l-karatteristiċi promoloġiċi rilevanti) is-saħħa,tal-pjanti, il-metodi tat-testijiet u l-proċeduri applikati, is-sistema(i) applikata(i) tal-propagazzjoni u, għajr fil-każ tar-riżomi, fejn il-materjal ma jappartjenix għal varjetà, għall-aspetti varjetali.
(c) il-kondizzjonijiet li magħhom ir-riżomi u partijiet oħra tal-pjanti tal-ġeneru jew speċi minbarra dawk elenkati fl-Anness I, jew l-ibridi tagħhom, jridu jikkonformaw jekk il-materjal tal-propagazzjoni tal-ġeneru jew ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness I jew l-ibridi tagħhom jiġi mlaqqam fuqhom.
KAPITOLU 3
REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-FORNITURI
Artikolu 5
Reġistrazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-forituri jiġu reġistrati uffiċjalment skond l-attivitajiet li jwettqu taħt din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-p aragrafu 1 għal fornituri li jikkummerċjalizzaw biss lil konsumaturi finali mhux professjonali.
3. Jistgħu jiġu stabbiliti regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 6
Rekwiżiti speċifiċi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li materjal pre-bażiku, bażiku, attestat kif ukoll materjal CAC jiġi prodott taħt ir-responsabbiltà ta’ f ornituri li huma involuti fil-produzzjoni jew ir-riproduzzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni jew pjanti tal-frott. Għal dan l-għan, dawk il-fornituri għandhom:
— jidentifikaw u jimmonitorjaw punti kruċjali fil-proċess ta’ produzzjoni tagħhom li jaffettwaw il-kwalità tal-materjal,
— iżommu informazzjoni dwar il-monitoraġġ imsemmi fl-ewwel inċiż disponibbli għal eżami kull meta jintalab mill-korp uffiċjali responsabbli,
— jieħdu kampjuni kull fejn ikun meħtieġ għall-analiżi f’laboratorju, u
— jiżguraw li, waqt il-produzzjoni, lottijiet ta’ materjal ta’ propagazzjoni jibqgħu identifikabbli b’mod separat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f il-każ li fuq l-istabbiliment ta’ fornitur jitfaċċa organiżmu ta’ ħsara elenkat fl-Annessi tad-Direttiva 2000/29/KE jew imsemmi fir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, f’livell ogħla mil-livell permess f’dawn ir-rekwiżiti speċifiċi il-fornitur jirrapportah lill-korp uffiċjali responsabbli mingħajr dewmien, minkejja lwalunkwe obbligu ta’ rappurtar skond id-Direttiva 2000/29/KE u jwettaq kwalunkwe miżura imposta minn dak il-korp.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri għandhom iżommu reġistru tal-bejgħ jew ix-xiri tagħhom għallinqas għal 3 snin meta jitqiegħdu fis-suq materjal għall-propagazzjoni jew pjanti tal-frott.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal fornituri li huma eżentati mir-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 5(2).
4. Jistgħu jiġu addottati regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).
KAPITOLU 4
IDENTIFIKAZZJONI U TIKKETTAR TAL-VARJETAJIET
Artikolu 7
Identifikazzjoni tal-varjetà
1. Il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom jiġu kummerċjalizzati b’referenza għall-varjetà tagħhom. Billi, fil-każ tar-riżomi, il-materjal ma jappartenix għal varjetà, għandha ssir referenza għall-ispeċi jew l-ibridu interspeċifiku interessati.
2. Il-varjetajiet li għalihom għandha ssir referenza skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu:
(a) protetti bil-liġi bi dritt ta’ varjetà tal-pjanti skond id-disposizzjonijet dwar il-protezzjoni ta’ varjetajiet ġodda;
(b) reġistrati uffiċjalment skond il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jew
(ċ) magħrufa komunement; varjetà titqies li hija magħrufa komunement jekk:
(i) ġiet reġistrata uffiċjalment fi Stat Membru ieħor;
(ii) hija s-suġġett ta’ applikazzjoni oħra għal reġistrazzjoni uffiċjali fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ applikazzjoni għal dritt ta’ varjetà tal-pjanti msemmi fil-punt (a); jew
(iii) diġà ġiet kummerċjalizza ta qabel it-30 ta’ Settembru 2012 fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat jew ta’ Stat Membru ieħor, sakemm ikollu deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment.
Tista’ wkoll issir referenza skond il-paragrafu 1 għal varjetà ta’ ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ kummerċjali dment li l-varjetà għandha deskrizzjoni rikonoxxuta uffiċjalment u l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott jiġu kummerċjalizza ti bħala materjal CAC fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat u huma identifikati b’referenza għal din id-dispożizzjoni fuq it-tikketta u/jew dokument.
3. Sa fejn hu possibbli, kull varjetà għandu jkollha l-istess denominazzjoni fl-Istati Membri kollha, skond il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) jew, fin-nuqqas tagħhom, skond il-linji-gwida aċċettati internazzjonalment.
4. Il-varjetajiet jistgħu jiġu reġistrati uffiċjalment jekk ikunu nstabu li jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet approvati uffiċjalment u jkollhom deskrizzjoni uffiċjali. Jistgħu jiġu reġistrati uffiċjalment ukoll jekk il-materjal tagħhom ikun diġà ġie kummerċjalizzat qabel it-30 ta’ Settembru 2012 fit-territorju ta’ l-Istat Membru interessat sakemm ikollhom deskrizjoni rikonoxxuta uffiċjalment.
Varjetà modifikata ġenetikament tista’ tiġi reġistrata uffiċjalment biss jekk l-organiżmu modifikat ġenetikament li minnu tikkonsisti ġie awtorizzat skond id-Direttiva 2001/18/KE jew skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003,
Meta prodotti derivati minn pjanti tal-frott jew materjal ta’ propagazzjoni jkunu maħsuba sabiex jintużaw bħala jew fl-ikel li jaqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 3 jew bħala jew fl-għalf li jaqa’ fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-varjetà konċernata għandha tiġi reġistrata uffiċjalment biss jekk l-ikel jew l-għalf derivat minn dan il-materjal ikun ġie awtorizzat skond dak ir-Regolament
5. Ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni uffiċjali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), billi jitqies it-tagħrif xjentifiku u tekniku korrenti u li jkopri:
(a) il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni uffiċjali, li tista’ tinkludi, b’mod partikolari, iċ-ċarezza, l-istabbilità u l-uniformità suffiċjenti;
(b) il-karatteristiċi li jridu mill-inqas ikopru l-eżamijiet ta’ l-ispeċji varji;
(ċ) ir-rekwiżiti minimi sabiex isiru l-eżamijiet;
(d) il-perjodu massimu tal-validità tar-reġistrazzjoni uffiċjali ta’ varjetà.
6. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2):
— tista’ tiġi stabbilita sistema tan-notifikazzjonijiet tal-varjetajiet jew l-ispeċji jew l-ibridi interspeċifiċi lill-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri,
— jista’ jiġi deċiż li tiġi stabbilita u ppubblikata lista komuni tal-varjetajiet.
Artikolu 8
Kompożizzjoni u identifkazzjoni tal-lott
1. Waqt li l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikunu qegħdin jikbru u waqt il-qligħ jew it-tneħħija mill-materjal ġenitur, dawn għandhom jinżammu f’lottijiet separati.
2. Jekk jitqiegħdu flimkien il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ta’ oriġinijiet differenti jew jitħalltu matul l-pakkettjar, il-ħażna, it-trasport jew il-kunsinja, il-fornitur għandu jżomm reġistrazzjonijiet li jinkludu t-tagħrif li ġej: il-kompożizzjoni tal-lott u l-oriġini tal-komponenti individwali tiegħu.
Artikolu 9
Tikettar
1. Il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott għandhom jiġu kummerċjalizzati biss f’lottijiet suffiċjentement omoġenji u jekk ikunu:
(a) ikkwalifikati bħala materjal CAC u akkumpanjati b’dokument imfassal mill-fornitur skond ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skond l-Artikolu 4. Jekk tidher dikjarazzjoni uffiċjali f’dan id-dokument, din għandha tidher ċarament separata mit-tagħrif l-ieħor kollu fid-dokument; jew
(b) ikkwalifikati bħala materjal pre-bażiku, bażiku jew attestat, u mogħti ċertifikat bħala ta’ hekk mill-korp uffiċjali responsabbli skond ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skond l-Artikolu 4.
Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-materjal ta’ propagazzjoni u/jew il-pjanti tal-frott dwar it-tikkettar u/jew is-siġillar u l-pakkettjar jistgħu jkunu f’miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3).
2. Fil-każ ta’ provvista bl-imnut tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott għall-konsumatur finali mhux professjonali, ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu limitati għal tagħrif approprjat dwar il-prodott.
3. Fil-każ ta’ materjal ta’ propagazzjoni jew pjanta tal-frott ta’ varjetà li tkun ġiet modifikata ġenetikament, kwalunkwe tikketta jew dokument, sew jekk uffiċjali u sew jekk le, li jkun imwaħħal mal-materjal, jew li jakkumpanjah, skond din id-Direttiva għandu jindika b’mod ċar li l-varjetà kienet ġenetikament modifikata u għandu jidentifika l-organiżmi ġenetikament modifikati
KAPITOLU 5
EŻENZJONIJIET
Artikolu 10
Ċirkolazzjoni lokali
1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw:
(a) milli jiġi applikat l-Artikolu 9 il-paragrafu 1, il-produtturi ż-żgħar li l-produzzjoni u l-bejgħ kollu tagħhom tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott ikunu maħsuba għall-użu finali minn persuni fis-suq lokali li ma jkunux involuti professjonalment fil-produzzjoni tal-pjanti (“ċirkolazzjoni lokali”);
(b) mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali pprovvduti fl-Artikolu 13, iċ-ċirkolazzjoni lokali tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott prodotti minn dawn il-persuni eżentati.
2. Skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 19(2), jistgħu jiġu addottati miżuri ta’ implimentazzjoni relattivi għal rekwiżiti oħra dwar l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragragu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari rigward il-kunċetti ta’ “produtturi żgħar” u ta’ “suq lokali”, u għall-proċeduri relatati magħhom.
Artikolu 11
Diffikultajiet temporanji fil-provvista
Fil-każ ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva minħabba diżastri naturali jew ċirkostanzi mhux previsti, jistgħu jiġu addottati miżuri, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), li jirrigwardaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott li jissodisfaw rekwiżiti inqas strinġenti.
KAPITOLU 6
MATERJAL TA’ PROPAGAZZJONI U PJANTI TAL-FROTT PRODOTTI F’PAJJIŻI TERZI
Artikolu 12
1. Skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 19(2), għandu jiġi deċiż jekk il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti f’pajjiż terz u joffru l-istess garanziji rigward l-obbligi dwar il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, il-pakkettjar, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, il-marka u s-siġill, humiex ekwivalenti f’dawn ir-rigwardi kollha għall-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u li jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. Sakemm tittieħed id-deċiżjoni riferita fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, ►M3 sal-31 ta' Diċembru 2022 ◄ , u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, japplikaw lill-importazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni u ta’ pjanti tal-frott minn pajjiżi terzi il-kondizzjonijiet għall-inqas ekwivalenti għal dawk indikati, fuq bażi temporanja jew permanenti, fir-rekwiżiti speċifiċi addottati skond l-Artikolu 4. Meta dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux stabbiliti fir-rekwiżiti speċifiċi l-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jridu mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-produzzjoni fl-Istat Membru interessat.
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), id-data riferita fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’, għall-pajjiżi terzi varji, tiġi estiża sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott importati minn Stat Membru skond deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat Membru skond l-ewwel subparagrafu ma għandhom ikunu suġġetti għall-ebda restrizzjoni tat-tqegħid fis–suq fl-Istati Membri l-oħra rigward il-materji msemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU 7
MIŻURI TA’ KONTROLL
Artikolu 13
Ispezzjoni uffiċjali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott jiġu ispezzjonati uffiċjalment matul il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Għal dan l-għan, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jkollu aċċess ħieles għall-partijiet kollha ta’ l-istabbiliment tal-fornituri fi kwalunkwe mument raġjonevoli.
2. Il-korpi uffiċjali responsabbli jistgħu, b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jiddelegaw ix-xogħlijiet ipprovduti f’din id-Direttiva li jitwettqu taħt l-awtorità u s-sorveljanza tagħhom lil kull persuna legali, kemm jekk iggvernata mil-liġi pubblika jew dik privata, li skond l-istatut uffiċjali approvat tagħha, tiġi fdata b’funzjonijiet speċifiċi pubbliċi, sakemm din il-persuna, u l-membri tagħha, ma jkollhom l-ebda interess personali mir-riżultat tal-miżuri li tieħu.
Skond il-proċedura isemmija fl-Artikolu 19(2), kull persuna legali oħra stabbilita f’isem il-korp uffiċjali responsabbli u li taġixxi taħt is-sorveljanza u l-kontroll ta’ dan il-korp, tista’ tiġi approvata, sakemm din il-persuna ma jkollhiex interess personali fir-riżultat tal-miżuri li tieħu.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħrajn.
3. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati mal-kategorija ta’ materjal ikkonċernat.
Artikolu 14
Monitoraġġ Komunitarju
1. Għandhom jitwettqu fl-Istati Membri provi, jew, fejn ikun xieraq, testijiet fuq kampjuni sabiex jiġi verifikat li l-materjal ta’ propagazzjoni u xtieli tal-frott ikunu konformi mar-rekwiżiti u kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. Il-Kummissjoni tista’ torganizza ispezzjonijiet tal-provi mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni.
2. Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità jistgħu jitwettqu fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni tal-materjal ta’ propagazzjoni jew xtieli tal-frott imqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sew jekk obbligatorji jew liberi, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
— materjal ta’ propagazzjoni jew xtieli tal-frott magħmul f’pajjiżi barranin,
— materjal ta’ propagazzjoni jew xtieli tal-frott adatti għall-biedja organika,
— materjal ta’ propagazzjoni jew xtieli tal-frott imqiegħda fis-suq relatati ma’ miżuri ntiżi sabiex jippreservaw id-diversità ġenetika.
3. Dawn it-testijiet u provi komparattivi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw sabiex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ eżami għal materjal ta’ propagazzjoni u xtieli tal-frott u sabiex jiċċekkjaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa għandha tkun konformi.
4. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(2) dwar l-arranġamenti tekniċi sabiex isiru t-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom. Meta jinqalgħu problemi tas-saħħa tax-xtieli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tax-Xtieli.
5. Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet u provi previsti fil-paragrafi 2 u 3.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.
6. It-testijiet u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għall-provvista tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).
7. It-testijiet u l-provi previsti fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu skond ir-responsabbiltà lejn l-Istat.
Artikolu 15
Kontrolli Komunitarji fl-Istati Membri
1. L-esperti tal-Kommissjoni jistgħu, b’kooperazzjoni mal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri, jagħmlu eżamijiet fuq il-post sakemm dawn ikunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari sabiex jivverifikaw jekk il-fornituri jkunux fil-fatt jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Stat Membru li fit-territorju tiegħu jkun qiegħed jitwettaq dan l-ispezzjoni għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti sabiex iwettqu dmirijiethom. Il-Kommissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet.
2. Għandhom jiġu addottati regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 16
Azzjonijiet ta’ segwitu mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti fit-territorju tagħhom u maħsuba għat-tqegħid fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
2. Jekk, matul l-ispezzjoni uffiċjali riferita fl-Artikolu 13, jew il-provi riferiti fl-Artikolu 14, jinstab li l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, il-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat li jħarsu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew, jekk dan mhux possibbli, li jiġi pprojbit it-tqegħid fis -suq ta’ dan il-materjal ta’ propagazzjoni u ta’ dawn il-pjanti tal-frott fil-Komunità.
3. Jekk jinstab li l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kummerċjalizzati minn fornitur partikolari ma jissodisfawx ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istat Membru interessat għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa kontra dan il-fornitur. Jekk il-fornitur jiġi pprojbit milli jikkummerċjalizza l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott, l-Istat Membru għandu jgħarraf kif approprjat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri.
4. Kull miżura meħuda skond il-paragrafu 3 għandha tiġi rtirata hekk kif ikun stabbilit b’ċertezza suffiċenti li l-materjal ta’ propagazzjoni jew il-pjanti tal-frott maħsuba għat-tqegħid fis –suq minn fornitur, iħarsu, fil-futur, ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
KAPITOLU 8
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 17
Klawżola dwar il-moviment liberu
1. Il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx ikunu suġġetti għall-ebda restrizzjoni fuq il-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-fornitur, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz tat-tkabbir u l-arranġamenti ta’ l-ispezzjonijiet għajr dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
2. Fir-rigward tal-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-ġeneri u l-ispeċi riferiti fl-Anness I l-Istati Membri għandhom jibqgħu lura milli jimponu kondizzjonijiet aktar strinġenti jew restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni barra dawk stipulati f’din id-Direttiva jew fir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti skond l-Artikolu 4 jew dawk eżistenti fit-28 ta’ April 1992, skond il-każ.
Artikolu 18
Emendi u adattament ta’ l-Annessi
Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3), temenda l-Anness I, sabiex tadattah għall-iżviluppi fil-konoxxenza xjentifika u teknika.
Artikolu 19
Kumitat
1. Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
2. Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
3. Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta’ Proċedura.
Artikolu 20
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ l-Artikoli 1(2) u (3), 2, 3, 5, 6, 7(2)(3)(4), 9(3), 12(2), 13(1), 16 u 21 Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-disposizzjonijiet u t-tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-30 ta’ Settembru 2012.
2. Meta jiġu addottati dawn il-miżuri mill-Istati Membri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bir-referenza msemmija fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet eżistenti, ir-regolamenti eżistenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti dwar dawn id-direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza u kif trid tkun formulata din l-istqarrija.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali, adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 21
Miżuri transizzjonal
L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2018, jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħhom stess ta’ materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott meħudin minn pjanti ġenituri li kienu jeżistu qabel it-30 ta’ Settembru 2012 u ġew attestati uffiċjalment jew jissodisfaw il-kondizzjonijiet sabiex ikunu kkwalifikati bħala materjal CAC qabel il-31 ta’ Diċembru 2018. Meta kummerċjalizzati, tali materjal ta’ propagazzjoni u pjanti tal-frott bħal dawn għandhom jiġu identifikati b’referenza għal dan l-Artikolu fuq it-tikketta u/jew id-dokument. Wara l-31 ta’ Diċembru 2018, il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott jistgħu jiġu kummerċjalizzati jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 22
Tħassir
1. Id-Direttiva 92/34/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness II, Parti A, hija b’dan imħassra b’effett mit-30 ta’ Settembru 2012, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi kif stabbilit fl-Anness II, Parti B
2. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza fl-Anness III.
Artikolu 23
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 24
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta’ ġenera u speċi li għalihom tapplika din id-Direttiva
Castanea sativa Mill.
Citrus L.
Corylus avellana L.
Cydonia oblonga Mill.
Ficus carica L.
Fortunella Swingle
Fragaria L.
Juglans regia L.
Malus Mill.
Olea europaea L.
Pistacia vera L.
Poncirus Raf.
Prunus amygdalus Batsch
Prunus armeniaca L.
Prunus avium (L.) L.
Prunus cerasus ċ L.
Prunus domestica L.
Prunus persica (L.) Batsch
Prunus salicina Lindley
Pyrus L.
Ribes L.
Rubus L.
Vaccinium L.
ANNESS II
PARTI A
Id-Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 22)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 10) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/401/KEE (ĠU L 177, 21.7.1993, p. 28) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/150/KE (ĠU L 66, 10.3.1994, p. 31) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/26/KE (ĠU L 36, 16.2.1995, p. 36) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/110/KE (ĠU L 39, 8.2.1997, p. 22) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/30/KE (ĠU L 8, 14.1.1999, p. 30) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/112/KE (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 44) |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) |
Il-punt 7 ta’ l-Anness II u l-punt 28 ta’ l-Anness III biss |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23) |
L-Artikolu 1(5) biss |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/111/KE (ĠU L 311, 27.11.2003, p. 12) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/54/KE (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 16) |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/776/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 48) |
|
PARTI B
Lista ta’ limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 22)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ l-applikazzjoni |
92/34/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
il-31 ta’ Diċembru 1992 (1) |
2003/61/KE |
fl-10 ta’ Ottubru 2003. |
|
2003/111/KE |
fil-31 ta’ Ottubru 2004. |
|
(1) Safejn u sakemm jirrigwarda l-Artikoli 5 sa 11, 14, 15, 17, 19 u 24, id-data ta’ l-applikazzjoni għal kull ġeneru jew speċi msemmija fl-Anness II għandha tiġi ffissata skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 21, meta titfassal l-iskeda msemmija fl-Artikolu 4 (Ara l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 92/34/KEE). |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Id-Direttiva 92/34/KEE |
Din id-Direttiva |
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(1) |
L-Artikolu 1(2) |
— |
L-Artikolu 1(3) |
L-Artikolu 18 emendat |
— |
L-Artikolu 1(2)(3) |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 1(4) |
L-Artikolu 3 (a), (b) |
L-Artikolu 2(1), (2) |
— |
L-Artikolu 2(3), (4) |
L-Artikolu 3(c) – (f) |
L-Artikolu 2(5) – 2 (8) emendat |
L-Artikolu 3 (g) – (h) |
— |
L-Artikolu 3 (i) - (j) |
L-Artikolu 2(9) - (10) emendat |
L-Artikolu 3 (k) (i) u (ii) |
L-Artikolu 2(11) |
L-Artikolu 3 (k) parti |
L-Artikolu 13(2) emendat |
L-Artikolu 3(l) (m) |
L-Artikolu 2(12), (13) |
L-Artikolu 3(n) |
— |
L-Artikolu 3(o) |
L-Artikolu 2(14) |
L-Artikolu 3(p) |
— |
L-Artikolu 4(1) |
L-Artikolu 4 emendat |
L-Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 5 |
— |
— |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 6 |
— |
— |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 15 |
L-Artikoli 8(1) (2) |
L-Artikolu 3 (1) (a), (b) emendat |
— |
L-Artikolu 3(2) |
— |
L-Artikolu 3(3) |
L-Artikolu 8(3) |
L-Artikolu 3(4) emendat |
L-Artikolu 9(1) |
L-Artikolu 7(1) |
— |
L-Artikolu 7(2) |
L-Artikolu 9(2) (i), (ii) |
L-Artikolu 7 (3) (a), (b) emendat |
L-Artikolu 9(2) dispożizzjoni finali |
L-Artikolu 7(4) emendat |
L-Artikolu 9(3) |
L-Artikolu 7(5) |
L-Artikolu 9(4) |
— |
L-Artikolu 9(5) |
L-Artikolu 7(6) |
L-Artikolu 9(6) |
L-Artikolu 7(7) |
L-Artikolu 10(1) (2) |
L-Artikolu 8(1) (2) emendat |
L-Artikolu 10(3) |
— |
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 9 emendat |
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 11 emendat |
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 17(1) |
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 17(2) emendat |
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 13(1) emendat |
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 13(3) emendat |
L-Artikolu 19(1) |
L-Artikolu 16(2) |
L-Artikolu 19(2) |
L-Artikolu 16(3) |
L-Artikolu 19(3) |
L-Artikolu 16(4) |
L-Artikolu 20 |
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 21(1)(2) |
L-Artikolu 19(1)(2) |
L-Artikolu 21(3) |
L-Artikolu 19(4) |
L-Artikolu 22(1)(2) |
L-Artikolu 19(1)(3) |
L-Artikolu 23 |
— |
L-Artikolu 24(1) |
L-Artikolu 16(1) |
L-Artikolu 24(2) |
— |
L-Artikolu 25 |
— |
L-Artikolu 26 |
L-Artikolu 20 |
— |
L-Artikolu 21 |
— |
L-Artikolu 22 |
— |
L-Artikolu 23 |
L-Artikolu 27 |
L-Artikolu 24 |
L-Anness I |
— |
L-Anness II |
L-Anness I |
— |
L-Annessi II u III |
( 1 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
( 2 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).