EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008L0050-20150918

Consolidated text: Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/50/2015-09-18

02008L0050 — MT — 18.09.2015 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2008/50/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2008

dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa

(ĠU L 152 11.6.2008, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1480 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-28 ta' Awwissu 2015

  L 226

4

29.8.2015


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 072, 14.3.2019, p.  141 (2015/1480)




▼B

DIRETTIVA 2008/50/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Mejju 2008

dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati lejn dan li ġej:

1. id-definizzjoni u d-determinazzjoni ta’ objettivi fir-rigward tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent maħsuba sabiex jevitaw, jimpedixxu jew inaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kollu;

2. il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent fl-Istati Membri fuq il-bażi ta’ metodi u kriterji komuni;

3. il-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent bħala għajnuna sabiex ikun miġġieled it-tniġġis ta’ l-arja u l-fastidju u sabiex ikunu ssorveljati x-xejriet għal perijodu fit-tul u t-titjib li jirriżulta minn miżuri nazzjonali u Komunitarji;

4. l-assigurazzjoni li din l-informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

5. il-manteniment tal-kwalità ta’ l-arja fejn din tkun tajba u tkun qiegħda tittejjeb f’każijiet oħra;

6. il-promozzjoni ta’ aktar koperazzjoni bejn l-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ l-inkwinament ta’ l-arja.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1. “l-arja ta’ l-ambjent” tfisser l-arja ta’ barra fit-troposfera, minbarra l-postijiet tax-xogħol, kif definita bid-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE ( 1 ) fejn japplikaw dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u li għalihom il-pubbliku m’għandux aċċess regolari;

2. “sustanza li tniġġes” tfisser kwalunkwe sustanza fl-arja ta’ l-ambjent u li x’aktarx ikollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u/jew l-ambjent kollu;

3. “livell” tfisser il-konċentrazzjoni ta’ sustanza li tniġġes fl-arja ta’ l-ambjent jew id-depożizzjoni tagħha fuq l-uċuħ fi żmien partikolari;

4. “valutazzjoni” tfisser kwalunkwe metodu użat sabiex jitkejlu, jiġu kkalkolati, jitbassru jew jiġu stmati l-livelli;

5. “valur ta’ limitu” tfisser livell fiss fuq il-bażi tal-konoxxenza xjentifika, bil-għan li jkunu evitati, prevenuti jew jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent kollu, li għandu jintlaħaq f’perijodu partikolari u li ma għandux jinqabeż ladarba jintlaħaq;

6. “livell kritiku” tfisser livell iffissat fuq il-bażi tal-konoxxenza xjentifika, li meta jinqabeż jistgħu jiġru effetti ta’ ħsara diretta fuq ċerti riċetturi, bħal siġar, pjanti oħra jew ekosistemi naturali, iżda mhux fuq il-bnedmin;

7. “marġni ta’ tolleranza” tfisser il-perċentwal tal-valur ta’ limitu li bih jista’ jinqabeż suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva;

8. “pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja” tfisser pjanijiet li jistabbilixxu miżuri sabiex jintlaħqu l-valuri ta’ limitu jew il-valuri mmirati;

9. “valur immirat” tfisser livell iffissat bil-għan li jkunu evitati, prevenuti jew imnaqqsa l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent kollu, li għandu jintlaħaq meta possibbli fuq perijodu stipulat;

10. “limitu ta’ allert” tfisser livell li jekk jinqabeż ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-espożizzjoni fil-qosor għall-popolazzjoni kollha u li meta jintlaħaq l-Istati Membri għandhom jieħdu passi minnufih;

11. “limitu għall-informazzjoni” tfisser livell li jekk jinqabeż ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-espożizzjoni fil-qosor għal sezzjonijiet partikolarment sensittivi tal-popolazzjoni u li għalih ikun hemm bżonn ta’ informazzjoni immedjata u adegwata;

12. “l-ogħla limitu ta’ valutazzjoni” tfisser livell li taħtu tista’ tintuża kombinazzjoni ta’ kejl u metodi tekniċi ta’ mudellar fissi u/jew kejl indikattiv sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent;

13. “l-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni” tfisser livell li taħtu jistgħu jintużaw biss metodi tekniċi ta’ mudellar jew metodi ta’ stima oġġettiva għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent;

14. “objettiv għal perjodu twil ta’ żmien” tfisser livell li għandu jintlaħaq fuq medda twila ta’ żmien, ħlief meta ma jistax jintlaħaq b’miżuri proporzjonati, bil-għan li tingħata protezzjoni effettiva lis-saħħa tal-bnedmin u lill-ambjent;

15. “kontributi minn sorsi naturali” tfisser emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu li ma jkunux direttament jew indirettament ikkawżati minn attivitajiet tal-bniedem, inklużi avvenimenti naturali bħal żbroffi vulkaniċi, attivitajiet sismiċi, attivitajiet ġeotermali, nirien ta’ art selvaġġa, avvenimenti ta’ riħ qawwi, raxx tal-baħar jew risospensjoni ta’ l-atmosfera jew it-trasport ta’ partikuli naturali minn reġjuni nixfin;

16. “żona” tfisser parti mit-territorju ta’ Stat Membru, delimitata minn dak l-Istat Membru għall-finijiet tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità ta’ l-arja;

17. “agglomerazzjoni” tfisser żona li tkun konurbazzjoni b’popolazzjoni li taqbeż il-250 000 abitant, jew, meta l-popolazzjoni tkun ta’ 250 000 abitant jew inqas, b’densità ta’ popolazzjoni kull km2 li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri;

18. “PM10” tfisser il-materja partikulata li tgħaddi minn daħla selettiva skond id-daqs kif definit fil-metodu ta’ referenza għall-kampjunament u għall-kejl tal-PM10, EN 12341, b’50 % efficiency cut-off f’dijametru aerodinamiku ta’ 10 μm;

19. “PM2,5” tfisser il-materja partikulata li tgħaddi minn daħla selettiva skond id-daqs kif definit fil-metodu ta’ referenza għall-kampjunament u għall-kejl tal-PM2,5, EN 14907, b’50 % efficiency cut-off f’dijametru aerodinamiku ta’ 2,5 μm;

20. “indikatur ta’ l-espożizzjoni medja” tfisser livell medju determinat abbażi tal-kejl f’ambjenti urbani madwar it-territorju kollu ta’ l-Istat Membru u li jirrifletti l-espożizzjoni tal-popolazzjoni. Huwa użat għall-kalkolu tal-mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni u l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni;

21. “obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni” tfisser livell fiss abbażi ta’ l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja bil-ħsieb li jitnaqqsu l-effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, li għandu jinkiseb tul perjodu partikulari;

22. “mira għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni” tfisser tnaqqis perċentwali ta’ l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru stabbilit għas-sena ta’ referenza bil-għan li jitnaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, u li għandu jinkiseb, meta dan ikun possibbli, f’perijodu partikolari;

23. “postijiet bi sfond urban” tfisser postijiet f’żoni urbani fejn il-livelli jirrappreżentaw l-espożizzjoni tal-popolazzjoni urbana ġenerali;

24. “ossidi tan-nitroġenu” tfisser it-total tal-volume mixing ratio (ppbv) tal-monossidu tan-nitroġenu (ossidu nitriku) u d-dijossidu tan-nitroġenu mogħtija bħala unitajiet ta’ konċentrazzjoni tal-massa tad-dijossidu tan-nitroġenu (μg/m3);

25. “kejl fiss” tfisser kejl meħud f’siti fissi, jew kontinwament jew bil-kampjunament każwali sabiex jiġu determinati l-livelli skond l-objettivi rilevanti tal-kwalità tad-data;

26. “kejl indikattiv” tfisser kejl li jissodisfa objettivi tal-kwalità tad-data li jkunu inqas stretti minn dawk meħtieġa għall-kejl fiss;

27. “komposti organiċi volatili (VOC)” tfisser komposti organiċi minn sorsi antropoġeniċi u bijoġeniċi, ħlief għal metanu, li jistgħu jipproduċu ossidanti fotokimiċi permezz ta’ reazzjonijiet ma’ l-ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx;

28. “sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu” tfisser sustanzi li jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ l-ożonu fil-livell ta’ l-art, li xi wħud minnhom huma elenkati fl-Anness X.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet

L-Istati Membri għandhom jaħtru fil-livelli adatti l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi responsabbli għal li ġej:

(a) il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent;

(b) l-approvazzjoni ta’ sistemi tal-kejl (metodi, tagħmir, networks u laboratorji);

(ċ) l-assigurazzjoni tal-preċiżjoni tal-kejl;

(d) l-analiżi ta’ metodi ta’ valutazzjoni;

(e) il-koordinazzjoni fit-territorju tagħhom jekk ikunu organizzati mill-Kummissjoni programmi għall-assigurazzjoni tal-kwalità fil-Komunità kollha;

(f) il-koperazzjoni ma’ l-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni.

Fejn rilevanti, l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti għandhom jikkonformaw mat-Taqsima Ċ ta’ l-Anness I.

Artikolu 4

Stabbiliment ta’ żoni u agglomerazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni u agglomerazzjonijiet fit-territorju kollu tagħhom. Il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja u l-ġestjoni tal-kwalità ta’ l-arja għandha ssir fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha.



KAPITOLU II

IL-VALUTAZZJONI TAL-KWALITÀ TA’ L-ARJA FL-AMBJENT



TAQSIMA 1

Il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent fir-rigward tad-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-partikuli, iċ-ċomb, il-benżinau l-monossidu tal-karbonju

Artikolu 5

Reġim ta’ Valutazzjoni

1.  Il-limiti operattivi massimi u minimi ta’ valutazzjoni speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness II għandhom japplikaw għad-dijossidu tal-kubrit, għad-dijossidu tan-nitroġenu u għall-ossidi tan-nitroġenu, għall-materja partikulata (PM10 u PM2,5), għaċ-ċomb, għall-benżina u għall-monossidu tal-karbonju.

Kull żona u agglomerazzjoni għandha tiġi kklassifikata fir-rigward ta’ dawk il-limiti massimi ta’ valutazzjoni.

2.  Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi riveduta ta’ l-anqas kull ħames snin skond il-proċedura stipulata fit-Taqsima B ta’ l-Anness II.

Madankollu, il-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu riveduti aktar spiss fil-każ ta’ tibdil sinifikanti fl-attivitajiet rilevanti fil-konċentrazzjonijiet ta’ l-ambjent tad-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu jew, meta jkun rilevanti, l-ossidi tan-nitroġenu, il-partikuli (PM10, PM2,5), iċ-ċomb, il-benżina jew il-monossidu tal-karbonju.

Artikolu 6

Kriterji ta’ valutazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Artikolu 5 fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, skond il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III.

2.  Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 jaqbeż l-ogħla limitu ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk is-sustanzi li jniġġsu, għandu jintuża kejl fiss sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent. Dak il-kejl fiss jista’ jiżdied b’metodi tekniċi ta’ mudellar u/jew kejl indikattiv sabiex tiġi provduta informazzjoni adegwata dwar id-distribuzzjoni fl-ispazju tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent.

3.  Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 ikun anqas mill-ogħla limitu ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk l-inkwinanti, tista’ tintuża kombinazzjoni ta’ kejl fiss u metodi tekniċi ta’ mudellar u/jew kejl indikattiv sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent.

4.  Fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha fejn il-livell ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fil-paragrafu 1 ikun anqas mil-limitu baxx ta’ valutazzjoni stabbilit għal dawk is-sustanzi li jniġġsu, l-użu ta’ metodi tekniċi ta’ mudellar jew ta’ metodi tekniċi ta’ valutazzjoni ta’ l-objettiv jew it-tnejn huwa biżżejjed sabiex tiġi valutata l-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent.

5.  Barra mill-valutazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-kejl għandu jsiru f’postijiet rurali bi sfond lil hinn minn sorsi sinifikanti tat-tniġġis ta’ l-arja, bl-iskop li jipprovdi, bħala minimu, informazzjoni dwar il-massa tal-konċentrazzjoni totali u l-konċentrazzjonijiet tal-formazzjoni kimika ta’ materja partikulata fina (PM2,5) fuq il-bażi ta’ medja annwali u għandu jsir bl-użu tal-kriterji li ġejjin:

(a) punt wieħed ta’ kampjunament għandu jkun installat kull 100 000  km2;

(b) kull Stat Membru għandu jistabbilixxi ta’ l-anqas stazzjon wieħed tal-kejl jew jista’, bi ftehim ma’ Stati Membri ġirien, jistabbilixxi stazzjon ta’ kejl wieħed jew aktar, li jkopru żoni rilevanti tal-viċinat, sabiex tinkiseb ir-riżoluzzjoni ġeografika meħtieġa;

(ċ) fejn ikun il-każ, il-monitoraġġ għandu jkun koordinat mal-programm ta’ l-istrateġija ta’ monitoraġġ u ta’ kejl tal-Programm Koperattiv għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni tat-Trasmissjoni fuq Distanza Twila ta’ Sustanzi li Jniġġsu fl-Arja fl-Ewropa (EMEP);

(d) It-Taqsima A u Ċ ta’ l-Anness I għandhom japplikaw fir-rigward ta’ l-objettivi tal-kwalità tad-data għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-partikuli u l-Anness IV għandu japplika kollu kemm hu.

L-Istati Membri għandhom jinformaw ukoll lill-Kummissjoni bil-metodi ta’ kejl użati fil-kejl tal-kompożizzjoni kimika ta’ materja partikulata fina (PM2,5).

Artikolu 7

Punti ta’ kampjunament

1.  Fejn jitpoġġew il-punti ta’ kampjunament għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, il-partikuli (PM10, PM2,5), iċ-ċomb, il-benżina u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent għandu jiġi determinat bl-użu tal-kriterji elenkati fl-Anness III.

2.  F’kull żona jew agglomerazzjoni fejn il-kejl fiss ikun is-sors waħdieni ta’ l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja, in-numru ta’ punti ta’ kampjunament għal kull sustanza li tniġġes rilevanti m’għandux ikun anqas min-numru minimu tal-punti ta’ kampjunament speċifikat fit-Taqsima A ta’ l-Anness V.

3.  Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom l-informazzjoni minn punti fissi ta’ kampjunament għall-kejl tiġi supplimentata bl-informazzjoni mill-immudellar u/jew kejl indikati, l-għadd totali ta’ punti, ta’ kampjunament, speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Annessi V jista’ jitnaqqas sa 50 %, sakemm iseħħ dan li ġej:

(a) il-metodi supplimentari jipprovdu informazzjoni suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fir-rigward tal-valuri ta’ limitu jew il-limiti ta’ allert, kif ukoll l-informazzjoni adegwata għall-pubbliku;

(b) in-numru ta’ punti ta’ kampjunament li għandhom jiġu installati u r-riżoluzzjoni ġeografika ta’ metodi tekniċi oħrajn huma suffiċjenti għall-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes rilevanti li għandha tiġi stabbilita skond l-objettivi tal-kwalità tad-data speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I u jippermettu r-riżultati ta’ valutazzjoni jilħqu l-kriterji speċifikati fit-Taqsima B ta’ l-Anness I.

Għandu jittieħed kont tar-riżultati tal-mudellar u/jew tal-kejl indikattiv għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fir-rigward tal-valuri ta’ limitu.

4.  L-applikazzjoni fl-Istati Membri tal-kriterji ta’ l-għażla tal-punti ta’ kampjunament għanda tkun sorveljata mill-Kummissjoni sabiex titħaffef l-applikazzjoni armonizzata ta’ dawk il-kriterji ma’ l-Unjoni Ewropea kollha.

Artikolu 8

Metodi ta’ kejl ta’ referenza

1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodi ta’ kejl ta’ referenza u l-kriterji speċifikati fit-Taqsima A u t-Taqsima Ċ ta’ l-Anness VI.

2.  Jista’ jintuża kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsima B ta’ l-Anness VI.



TAQSIMA 2

Il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent fir-rigward ta’ l-ożonu

Artikolu 9

Kriterji ta’ valutazzjoni

1.  Għandu jittieħed kejl fiss fejn f’żona jew agglomerazzjoni l-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu jkunu qabżu l-objettivi għal perijodu fit-tul speċifikati fit-Taqsima C ta’ l-Anness VII matul kwalunkwe sena mill-ħames snin preċedenti tal-kejl.

2.  Fejn anqas minn ħames snin ta’ data jkunu disponibbli, l-Istati Membri jistgħu, għall-iskop li jiddeterminaw jekk l-objettivi għal perijodu fit-tul imsemmija fil-paragrafu 1 inqabżux matul dawk il-ħames snin, jgħaqqdu r-riżultati meħuda mill-kampanji tal-kejl ta’ tul qasir meta u fejn il-livelli x’aktarx ikunu fl-ogħla tagħhom, bir-riżultati miksuba mill-inventarji ta’ l-emissjonijiet u l-mudellar.

Artikolu 10

Punti ta’ kampjunament

1.  Il-post tal-punti ta’ kampjunament għall-kejl ta’ l-ożonu għandu jiġi determinat bl-użu tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII.

2.  Il-punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss ta’ l-ożonu f’kull żona jew agglomerazzjoni li fihom il-kejl ikun is-sors waħdieni ta’ l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja m’għandux ikun anqas min-numru minimu tal-punti ta’ kampjunament speċifikat fit-Taqsima A ta’ l-Anness IX.

3.  Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom l-informazzjoni minn punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss tiġi supplimentata bl-informazzjoni mill-mudellar u/jew kejl indikattiv, in-numru ta’ punti ta’ kampjunament speċifikat fit-Taqsima A ta’ l-Annessi IX jista’ jitnaqqas jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-metodi supplimentari jipprovdu informazzjoni suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fir-rigward tal-valuri mmirati, l-objettivi għal perijodu fit-tul, u l-limiti ta’ l-informazzjoni u l-allert;

(b) in-numru ta’ punti ta’ kampjunament li jiġu installati u r-riżoluzzjoni ġeografika ta’ metodi tekniċi oħra ikunu biżżejjed sabiex il-konċentrazzjoni ta’ l-ożonu tiġi stabbilita skond l-objettivi tal-kwalità tad-data speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I u għandu jippermetti li r-riżultati tal-valutazzjoni josservaw il-kriterji speċifikati fit-Taqsima B ta’ l-Anness I;

(ċ) in-numru ta’ punti ta’ kampjunament f’kull żona jew agglomerazzjoni jammonta għal ta’ l-anqas punt wieħed ta’ kampjunament kull żewġ miljun abitant jew punt wieħed ta’ kampjunament kull 50 000  km2 skond liema jipproduċi l-akbar numru ta’ punti ta’ kampjunament, iżda ma m’għandux ikun anqas minn punt wieħed ta’ kampjunament f’kull żona jew agglomerazzjoni;

(d) id-dijossidu tan-nitroġenu jitkejjel fil-punti kollha ta’ kampjunament ħlief fl-istazzjonijiet bi sfond rurali kif imsemmi fit-Taqsima A ta’ l-Anness VIII.

Għandu jittieħed kont tar-riżultati tal-mudellar u/jew tal-kejl indikattiv għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fir-rigward tal-valuri mmirati.

4.  Id-dijossidu tan-nitroġenu għandu jitkejjel f’minimu ta’ 50 % tal-punti ta’ kampjunament ta’ l-ożonu meħtieġa fit-Taqsima A ta’ l-Annessi IX. Dak il-kejl għandu jkun kontinwu ħlief fl-istazzjonijiet bi sfond rurali, kif imsemmi fit-Taqsima A ta’ l-Anness VIII, fejn metodi oħra ta’ kejl jistgħu jintużaw.

5.  F’żoni u agglomerazzjonijiet fejn, matul kull waħda mill-ħames snin ta’ qabel ta’ kejl, il-konċentrazzjonijiet huma taħt l-għanijiet għal perijodu fit-tul, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss għandu jkun determinat skond it-Taqsima B ta’ l-Anness IX.

6.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li ta’ l-anqas punt wieħed ta’ kampjunament jkun installat u mħaddem fit-territorju tiegħu sabiex jipprovdi data dwar konċentrazzjonijiet tas-sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu elenkati fl-Anness X. Kull Stat Membru għandu jagħżel in-numru u l-lokalità ta’ l-istazzjonijiet fejn is-sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu jitkejlu, wara li jitqiesu l-objettivi u l-metodi stabbiliti fl-Anness X.

Artikolu 11

Metodi ta’ kejl ta’ referenza

1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu ta’ referenza għall-kejl ta’ l-ożonu, kif stabbilit fil-punt 8 tat-Taqsima A ta’ l-Anness VI. Jistgħu jintużaw metodi oħra ta’ kejl suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima B ta’ l-Anness VI.

2.  Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-metodi li juża, għall-kampjunament u għall-kejl tal-VOC, kif elenkat fl-Anness X.



KAPITOLU III

ĠESTJONI TAL-KWALITÀ TA’ L-ARJA

Artikolu 12

Rekwiżiti fejn il-livelli jkunu anqas mill-valuri ta’ limitu

F’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli tad-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu, il-PM10, il-PM2,5, iċ-ċomb, il-benżina u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent jkunu taħt il-valuri ta’ limitu rispettivi speċifikati fl-Annessi XI u XIV, l-Istati Membri għandhom iżommu l-livelli ta’ dawk is-sutanzi li jniġġsu taħt il-valuri ta’ limitu u għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex jippreżervaw l-aħjar kwalità ta’ l-arja, b’mod kumpatibbli ma’ l-iżvilupp sostenibbli.

Artikolu 13

Valuri ta’ limitu u l-limiti ta’ allert għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, il-livelli tad-dijossidu tal-kubrit, PM10, iċ-ċomb u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent ma’ jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Anness XI.

Fir-rigward tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-benżina, il-valuri ta’ limitu speċifikati fl-Anness XI ma jistgħux jinqabżu mid-dati speċifikati fih.

Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi valutata skond l-Anness III.

Il-marġini ta’ tolleranza stabbiliti fl-Anness XI għandhom japplikaw skond l-Artikolu 22(3) u l-Arikolu 23(1).

2.  Il-limiti ta’ allert għall-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit u d-dijossidu tan-nitroġenu fl-arja ta’ l-ambjent għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Taqsima A ta’ l-Anness XII.

Artikolu 14

Livelli kritiċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-osservanza tal-livelli kritiċi speċifikati fl-Anness XIII kif valutati b’konfomità mat-Taqsima A ta’ l-Anness III.

2.  Fejn il-kejl fiss ikun is-sors waħdieni ta’ l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunament m’għandux ikun anqas min-numru minimu speċifikat fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness V. Fejn dik l-informazzjoni tkun supplimentata b’kejl indikattiv jew bl-immudellar, l-għadd minimu tal-punti ta’ kampjunament jista’ jitnaqqas sa 50 % sakemm il-konċentrazzjonijiet stmati tas-sustanza li tniġġes rilevanti ikunu stabbiliti skond l-għanijiet tal-kwalità tad-data speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I.

Artikolu 15

Mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għall-PM2.5 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għal PM2,5 bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni kif stipulat fit-Taqsima B ta’ l-Anness XIV sas-sena speċifikata fiha.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għas-sena 2015 li ġie stabbilit skond it-Taqsima A ta’ l-Anness XIV ma jaqbiżx l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni stipulat fit-Taqsima C ta’ dak l-Anness.

3.  L-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għall-PM2,5 għandu jkun stmat skond it-Taqsima A ta’ l-Anness XIV.

4.  Kull Stat Membru għandu, skond l-Anness III, jiżgura li t-tqassim u n-numru ta’ punti ta’ kampjunament li fuqhom ikun ibbażat l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għall-PM2,5 jirrifletti l-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali b’mod adegwat. In-numru ta’ punti ta’ kampjunament m’għandux ikun anqas minn dak determinat mill-applikazzjoni tat-Taqsima B ta’ l-Anness V.

Artikolu 16

Il-valur immirat u l-valur ta’ limitu tal-PM2,5 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati sabiex jiżguraw li konċentrazzjonijiet tal-PM2,5 fl-arja ta’ l-ambjent ma jaqbżux il-valur immirat stipulat fit-Taqsima D ta’ l-Anness XIV b’effett mid-data speċifikata fiha.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li konċentrazzjonijiet tal-PM2,5 fl-arja ta’ l-ambjent ma jaqbżux il-limitu tal-konċentrazzjoni stipulat fit-Taqsima E ta’ l-Anness XIV f’kull parti miż-żoni u l-agglomerazzjonijiet tagħhom b’effett mid-data speċifikata fiha. L-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha tiġi valutata b’konformità ma’ l-Anness III.

3.  Il-marġini ta’ tolleranza stabbiliti fit-Taqsima E ta’ l-Anness XIV għandhom japplikaw skond l-Artikolu 23(1).

Artikolu 17

Rekwiżiti f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu jaqbżu l-valuri mmirati u l-objettivi għal perijodu fit-tul

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati sabiex jiżguraw li l-valuri mmirati u l-objettivi għal perijodu fit-tul jintlaħqu.

2.  Għal żoni u agglomerazzjonijiet fejn jinqabeż il-valur immirat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programm ippreparat skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/81/KE u, fejn ikun il-każ, pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja jitwettaq sabiex jintlaħqu l-valuri mmirati, ħlief meta ma’ jistgħux jintlaħqu permezz ta’ miżuri li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati, b’effett mid-data speċifikata fit-Taqsima B ta’ l-Anness VII ta’ din id-Direttiva.

3.  Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom il-livelli ta’ l-ożonu fl-arja ta’ l-ambjent ikunu ogħla mill-objettivi għal perijodu fit-tul iżda anqas, jew daqs, il-valuri mmirati, l-Istati Membri għandhom jippreparaw u jimplimentaw miżuri kost-effettivi bil-għan li jinkisbu l-objettivi għal perijodu fit-tul. Dawk il-miżuri għandhom, ta’ l-anqas, ikunu konsistenti mal-pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja u l-programm imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 18

Rekwiżiti f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu huma konformi ma’ l-objettivi għal perjodu twil ta’ żmien

F’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli ta’ l-ożonu ikunu konformi ma’ l-objettivi għal perjodu twil ta’ żmien, l-Istati Membri għandhom, safejn jippermettu fatturi inkluża n-natura transkonfinali tat-tniġġis ta’ l-ożonu u l-kondizzjonijiet meteoroloġiċi, iżommu dawk il-livelli taħt il-livelli ta’ l-objettivi għal perjodu twil ta żmien u għandhom jippreżervaw permezz ta miżuri propozjonati l-aħjar kwalità ta’ l-arja fl-ambjent kompatibbli ma’ l-iżvilupp sostenibbli u livell għoli ta’ protezzjoni lill-ambjent u lis-saħħa tal-bnedmin.

Artikolu 19

Miżuri meħtieġa fil-każ li jinqabżu l-limiti ta’ l-informazzjoni jew il-limiti ta’ allert

Fejn jinqabeż il-limitu ta’ l-informazzjoni speċifikat fl-Anness XII jew kull limitu ta’ allert stabbilit fih, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jinformaw lill-pubbliku permezz tar-radju, it-televiżjoni, il-gazzetti jew l-Internet.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu wkoll lill-Kummissjoni, fuq bażi provviżorja, informazzjoni dwar il-livelli reġistrati u l-perijodi li matulhom inqabeż il-limitu ta’ allert jew il-limitu ta’ l-informazzjoni.

Artikolu 20

Kontributi minn sorsi naturali

1.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, għal sena partikolari, listi ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-qabżiet tal-valuri ta’ limitu għal sustanzi li jniġġsu partikolari ikunu attribwibbli lil sorsi naturali. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u s-sorsi u l-evidenza li juru li l-qabżiet huma attribwibbli lil sorsi naturali.

2.  Fejn il-Kummissjoni tiġi informata dwar qabża minn sorsi naturali skond il-paragrafu 1, dik il-qabża m’għandhiex tkun kunsidrata bħala qabża għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sal-11 ta’ Ġunju 2010, tippubblika linji gwida għad-dimostrazzjoni u t-tnaqqis ta’ qabżiet attribwibbli lil sorsi naturali.

Artikolu 21

Qabżiet attribwibbli lit-tpoġġija tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa

1.  L-Istati Membri jistgħu jindikaw żoni jew agglomerazzjonijiet li fihom il-valuri ta’ limitu għall-PM10 ikunu nqabżu fl-arja ta’ l-ambjent minħabba r-risospensjoni ta’ partikuli wara t-tqegħid tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa.

2.  L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni listi ta’ kwalunkwe tali żona jew agglomerazzjoni flimkien ma informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u s-sorsi tal-PM10 fihom.

3.  Meta jinformaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 27, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-provi meħtieġa sabiex juru li kull qabża hija dovuta għal partikuli risospiżi u li ttieħdu miżuri raġonevoli sabiex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet.

4.  Bla ħsara għall-Artikolu 20, fil-każ taż-żoni jew l-agglomerazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pjan ta’ kwalità ta’ l-arja previst fl-Artikolu 23 fil-każ biss li dawn il-qabżiet huma attribwibbli lis-sorsi tal-PM10 li ma jkunux it-tpoġġija tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għad-determinazzjoni ta’ kontributi minħabba r-risospensjoni ta’ partikuli wara t-tqegħid tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa, sal-11 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 22

Posponiment tat-termini perentorji għall-kisba ta’ l-objettiv u l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ l-applikazzjoni ta’ ċerti valuri ta’ limitu

1.  Fejn, f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, il-konformità mal-valuri ta’ limitu fir-rigward tad-dijossidu tan-nitroġenu jew il-benżina ma jistgħux jinkisbu sat-termini perentorji speċifikati fl-Anness XI, Stat Membru jista’ jipposponi dawk it-termini perentorji sa massimu ta’ ħames snin għal dik iż-żona jew agglomerazzjoni partikolari, sakemm ikun ġie stabbilit pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja skond l-Artikolu 23 għaż-żona jew agglomerazzjoni li għalihom japplika l-posponiment; tali pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja għandu jiġi supplimentat mill-informazzjoni esposta fit-Taqsima B ta’ l-Anness XV dwar is-sustanzi li jniġġsu kkonċernati u għandu juri kif il-konformità mal-valuri ta’ limitu għandha tintlaħaq qabel it-terminu perentorju l-ġdid.

2.  Fejn, f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, il-konformità mal-valuri ta’ limitu fir-rigward tal-PM10, kif speċifikat fl-Anness XI, ma tistax tinkiseb minħabba l-karatteristiċi tat-tixrid speċifiċi għas-sit, kondizzjonijiet tal-klima ħżiena jew il-kontributi transkonfinali, l-Istat Membru għandu jkun eżentat mill-obbligu li japplika dawk il-valuri ta’ limitu sal-11 ta’ Ġunju 2011, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu osservati, u sakemm dak l-Istai Membru juri li jkun ħa l-miżuri adegwati kollha fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex ilaħħaq ma l-iskadenzi.

3.  Fejn Stat Membru japplika l-paragrafi 1 jew 2, hu għandu jiżgura li l-valur ta’ limitu għal kull sustanza li tniġġes ma jinqabiżx b’aktar mill-marġni massimu tat-tolleranza speċifikat fl-Anness XI għal kull sustanza li tniġġes konċernata.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta, fil-fehma tagħhom, il-paragrafi 1 jew 2 japplikaw, u għandhom jikkomunikaw il-pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja msemmi fil-paragrafu 1 inkluż kull informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex ikun valutat jekk il-kondizzjonijiet rilevanti humiex sodisfatti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ effetti stmati fuq il-kwalità ta’ l-arja ambjentali fl-Istati Membri, kemm fil-preżent u kemm fil-ġejjieni, ta’ miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri kif ukoll effetti stmati Komunitarji fuq il-kwalità ta’ l-arja ambjentali ta’ miżuri Komunitarji kurrenti u ta’ miżuri Komunitarji pjanati li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni.

Fejn il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur minn meta tiġi riċevuta dik in-notifika, għandhom jitqiesu sodisfatti l-kondizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew 2.

Jekk jitqajmu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-Istati Membri jaġġustaw jew jipprovdu pjanijiet ġodda dwar il-kwalità ta’ l-arja.



KAPITOLU IV

PJANIJIET

Artikolu 23

Pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja

1.  Fejn, fiż-żoni jew l-agglomerazzjonijiet stipulati, il-livelli ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja ta’ l-ambjent jaqbżu kwalunkwe valur ta’ limitu jew valur immirat, kif ukoll kwalunkwe marġni rilevanti tat-tolleranza f’kull każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja għal dawk iż-żoni u agglomerazzjonijiet sabiex jinkiseb il-valur ta’ limitu jew valur immirat relatati speċifikati fl-Annessi XI u XIV.

Fil-każ ta’ qabżiet ta’ dawk il-valuri ta’ limitu li għalihom id-data ta’ skadenza sabiex jintlaħqu diġà tkun skadiet il-pjan ta’ kwalità ta’ l-arja għandu jistabbilixxi miżuri adegwati, sabiex il-perijodu tal-qabża jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli. Il-pjan għall-kwalità ta’ l-arja jista’ jinkludi wkoll miżuri speċifiċi li jkollhom il-ħsieb li jipproteġu gruppi sensittivi fil-popolazzjoni, inklużi t-tfal.

Dawk il-pjanijiet għall-kwalità ta’ l-arja għandhom jinkorporaw ta’ l-anqas l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A ta’ l-Anness XV u jistgħu jinkludu miżuri skond l-Artikolu 24. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara l-aħħar ta’ dik is-sena fejn tkun ġiet osservata l-ewwel qabża.

Fejn għandhom jiġu preparati jew implimentati pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja fir-rigward ta’ diversi sustanzi li jniġġsu, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ, jippreparaw u jimplimentaw pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja integrati li jkopru l-s-sustanzi li jniġġsu kollha kkonċernati.

2.  L-Istati Membri għandhom, safejn ikun fattibbli, jiżguraw il-konsistenza ma’ pjanijiet oħra meħtieġa skond id-Direttiva 2001/80/KE, id-Direttiva 2001/81/KE jew id-Direttiva 2002/49/KE sabiex jintlaħqu l-objettivi rilevanti fir-rigward ta’ l-ambjent.

Artikolu 24

Pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir

1.  Fejn, f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, ikun hemm ir-riskju li l-livell ta’ sustanzi li jniġġsu jaqbeż wieħed jew aktar mil-limiti ta’ allert speċifikati fl-Annessi XII, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta’ azzjoni li jindikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu għal perijodu qasir sabiex jitnaqqas ir-riskju jew il-perjodu ta’ tali qabża. Fejn dan ir-riskju japplika għal wieħed jew aktar mill-valuri ta’ limitu jew il-valuri mmirati stabbiliti fl-Annessi VII, XI u XIV, l-Istati Membri jistgħu, fejn ikun il-każ, ifasslu tali pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir.

Madankollu, meta jkun hemm periklu li l-limitu ta’ allert fir-rigward ta’ l-ożonu kif speċifikat fit-Taqsima B ta’ l-Anness XII jinqabeż, l-Istati Membri għandhom ifasslu biss tali pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir ta’ żmien meta fil-fehma tagħhom ikun hemm potenzjal sinifikanti, b’kont meħud tal-kondizzjonijiet nazzjonali ġeografiċi, meteoroloġiċi u ekonomiċi, li jitnaqqas ir-riskju, il-perjodu jew il-gravità ta’ din il-qabża. Meta jfasslu tali pjan ta’ azzjoni għal perijodu qasir, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tad-Deċiżjoni 2004/279/KE.

2.  Il-pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir kif jissemmew fil-paragrafu 1 jistgħu, skond il-każ individwali, jipprovdu miżuri ta’ kontroll u, fejn meħtieġ, jissospendu attivitajiet li jikkontribwixxu għar-riskju li jinqabżu l-valuri ta’ limitu jew il-valuri immirati jew il-limitu ta’ allert rispettivi. Dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni jistgħu jinkludu miżuri fir-rigward tat-traffiku tal-vetturi bil-magni, xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, vapuri max-xatt, u l-użu ta’ impjanti jew prodotti industrijali u t-tisħin domestiku. Fil-qafas ta’ dawn il-pjanijiet jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll azzjonijiet speċifiċi favur il-protezzjoni ta’ gruppi sensittivi fil-popolazzjoni, inklużi t-tfal.

3.  Fejn l-Istati Membri jkunu fasslu programm ta’ azzjoni għal perijodu qasir, huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjonijiet adatti bħalma huma l-organizzazzjonijiet ta’ l-ambjent, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ gruppi sensittivi tal-popolazzjoni entitajiet oħra rilevanti għall-protezzjoni tas-saħħa u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti kemm ir-riżultati ta’ l-istħarriġ tagħhom dwar il-fattibbilità u l-kontenut ta’ pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi għal perijodu qasir kif ukoll l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet.

4.  Għall-ewwel darba sal-11 ta’ Ġunju 2010, u f’intervalli regolari minn hemm ‘il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika eżempji ta’ l-aħjar prattika għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għall-perijodu qasir, inklużi eżempji ta’ l-aqwa prattiki fil-protezzjoni ta’ gruppi sensittivi tal-popolazzjoni, inklużi t-tfal.

Artikolu 25

It-tniġġis transkonfinali ta’ l-arja

1.  Fejn kwalunkwe limitu ta’ allert, valur ta’ limitu jew valur immirat flimkien ma’ kwalunkwe marġni tat-tolleranza rilevanti jew objettiv għal perijodu fit-tul jinqabżu minħabba trasport transkonfinali sinifikanti tat-tniġġis jew il-prekursuri tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw u, fejn ikun il-każ, ifasslu attivitajiet b’mod konġunt, bħalma huma t-tħejjija ta’ pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja konġunti jew koordnati skond l-Artikolu 23 sabiex ikunu eliminati l-qabżiet permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ miżuri adegwati jew proporzjonati.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna sabiex tkun preżenti u tassisti fi kwalunkwe koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha, meta tieħu kont tar-rapporti stabbiliti skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/81/KE, tikkunsidra jekk għandhiex tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Komunità sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet prekursuri responsabbli għat-tniġġis transkonfinali.

3.  L-Istati Membri għandhom, fejn ikun ikun il-każ skond l-Artikolu 24, iħejju u jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni, b’mod konġunt u għal perijodu qasir, li jkopru żoni ġirien fi Stati Membri oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żoni ġirien fi Stati Membri oħra li żviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu fit-tul, jirċievu l-informazzjoni adegwata kollha.

4.  Fejn il-limitu ta’ l-informazzjoni jew il-limiti ta’ allert jinqabżu f’żoni jew agglomerazzjonijiet qrib il-fruntieri nazzjonali, l-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ġirien konċernati. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

5.  Meta jfasslu l-pjanijiet previsti fil-paragrafi 1 u 3 u meta jgħarrfu lill-pubbliku kif jissemma fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ, jagħmlu sforz sabiex iffittxu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u partikolarment mal-pajjiżi kandidati.



KAPITOLU V

INFORMAZZJONI U RAPPURTAR

Artikolu 26

Informazzjoni pubblika

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku kif ukoll organizzazzjonijiet adatti bħal organizzazzjonijiet ta’ l-ambjent, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ popolazzjonijiet sensittivi u korpi oħra rilevanti għall-kura tas-saħħa u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti jkunu mgħarrfa, b’mod adegwat u fil-ħin, dwar dan li ġej:

(a) il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent skond l-Anness XVI;

(b) kwalunkwe deċiżjoni ta’ posponiment skond l-Artikolu 22(1);

(ċ) kwalunkwe eżenzjoni skond l-Artikolu 22(2);

(d) pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja kif previsti fl-Artikolu 22(1) u Artikolu 23 u programmi msemmija fl-Artikolu 17(2).

L-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni bla ħlas bi kwalunkwe mezz aċċessibbli tal-medja, inklużi l-Internet jew kull mezz adegwat ieħor ta’ telekommunikazzjoni, u għandu jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2007/2/KE.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti annwali kollha dwar sustanzi li jniġġsu li huma koperti minn din id-Direttiva.

Dawk ir-rapporti għandhom jiġbru fil-qosor il-livelli li jaqbżu l-valuri ta’ limitu, il-valuri mmirati, l-għanijiet għal perjodu twil ta’ żmien, il-limiti ta’ informazzjoni u l-limiti ta’ allert, għall-perjodi medji rilevanti. Dik l-informazzjoni għandha tingħaqad ma’ valutazzjoni fil-qosor ta’ l-effetti ta’ dawk il-qabżiet. Ir-rapporti jistgħu jinkludu, fejn ikun il-każ, iktar informazzjoni u valutazzjonijiet għall-protezzjoni tal-foresti kif ukoll informazzjoni dwar sustanzi li jniġġsu oħra li għall-monitoraġġ tagħhom hemm dispożizzjonijiet speċifikati f’din id-Direttiva, bħal, fost oħrajn, is-sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu magħżula li mhumiex regolati kif elenkati fit-Taqsima B ta’ l-Anness X.

3.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-pubbliku rigward l-awtorità jew il-korp kompetenti maħtur għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 27

Trasmissjoni ta’ l-informazzjoni u l-irrappurtar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fil-perijodu ta’ żmien meħtieġ kif determinat mill-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 28(2).

2.  Fi kwalunkwe każ, għall-għan speċifiku li tiġi valutata l-konformità mal-valuri ta’ limitu u l-livelli kritiċi u l-ksib ta’ valuri mmirati, tali informazzjoni għandha tiġi magħmula disponibbli għall-Kummissjoni, mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-aħħar ta’ kull sena, u għandha tinkludi:

(a) il-bidliet li saru f’dik is-sena għal-lista u d-delimitazzjoni ta’ żoni u agglomerazzjonijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 4;

(b) il-lista ta’ żoni u agglomerazzjonijiet li fihom il-livelli ta’ sustanzi li jniġġsu wieħed jew aktar ikunu ogħla mill-valuri ta’ limitu flimkien mal-marġni ta’ tolleranza fejn applikabbli jew ogħla mill-valuri mmirati jew livelli kritiċi; u għal dawn iż-żoni u agglomerazzjonijiet:

(i) il-livelli valutati u, jekk rilevanti, id-dati u l-perijodi meta tali livelli ġew osservati;

(ii) fejn ikun il-każ, valutazzjoni dwar kontributi minn sorsi naturali u mir-risospensjoni ta’ partikuli wara t-tqegħid tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa lil-livelli valutati, kif dikjarat lill-Kummissjoni taħt l-Artikoli 20 u 21.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal informazzjoni miġbura mill-bidu tat-tieni sena kalendarja wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 28

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.  Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-Annessi I sa VI, l-Annessi VIII sa X u l-Anness XV, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(3).

Madankollu, l-emendi jista’ ma jkollhomx l-effett li jimmodifikaw direttament jew indirettament dan li ġej:

(a) il-valuri ta’ limitu, il-miri ta’ tnaqqis ta’ l-espożizzjoni, il-livelli kritiċi, il-valuri mmirati, il-limiti ta’ informazzjoni jew ta’ allert jew l-objettivi għal perijodu fit-tul speċifikat fl-Anness VII u l-Annessi XI sa XIV;

(b) id-dati għal konformità ma’ kwalunkwe parametru msemmi fil-punt (a).

2.  Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(2), tiddetermina l-informazzjoni li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 27 kif ukoll il-perijodi ta’ żmien li fihom tali informazzjoni għandha tiġi kkomunikata.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tidentifika modi għas-simplifikazzjoni tal-metodu ta’ rappurtar tad-data u ta’ l-iskambju reċiproku ta’ l-informazzjoni u d-data min-networks u l-istazzjonijiet individwali li jkejlu t-tniġġis ta’ l-arja ta’ l-ambjent fl-Istati Membri, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 29(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida għall-ftehim dwar l-istabbiliment ta’ stazzjonijiet tal-kejl komuni kif imsemmi fl-Artikolu 6(5).

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar il-prova ta’ ekwivalenza msemmija fit-Taqsima B ta’ l-Anness VI.



KAPITOLU VI

KUMITAT, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 29

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, “il-Kumitat dwar il-Kwalità ta’ l-Arja fl-Ambjent”.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit mill-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 30

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, propozjonati u dissważivi.

Artikolu 31

Tħassir u dispożizzjonijiet transizzjonali

1.  Id-Direttivi 96/62/KE, 1999/30/KE, 2000/69/KE u 2002/3/KE għandhom b’dan jiġu imħassra b’effett mill-11 ta’ Ġunju 2010, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-Direttivi.

Madankollu, mill-11 ta’ Ġunju 2008, għandu japplika dan li ġej:

(a) fid-Direttiva 96/62/KE, paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.  L-arranġamenti dettaljati għat-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni li għandha tiġi provduta skond l-Artikolu 11 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3;”

(b) fid-Direttiva 1999/30/KE, Artikolu 7(7), nota tal-qiegħ 1 f’punt I ta’ l-Anness VIII u punt VI ta’ l-Anness IX għandhom jiġu mħassra;

(ċ) fid-Direttiva 2000/69/KE, Artikolu 5(7) u punt III fl-Anness VII għandhom jiġu mħassra;

(d) fid-Direttiva 2002/3/KE, Artikolu 9(5) u punt II fl-Anness VIII għandhom jiġu mħassra.

2.  Minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Artikoli li ġejjin għandhom jibqgħu fis-seħħ:

(a) l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/62/KE sal-31 ta’ Diċembru 2010;

(b) l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/62/KE u l-Artikolu 10(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2002/3/KE sa l-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(2) ta’ din id-Direttiva;

(ċ) l-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva 1999/30/KE sal-31 ta’ Diċembru 2009.

3.  Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom ikunu interpretati bħala magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjonijiet li tinsab fl-Anness XVII.

4.  Id-Deċiżjoni 97/101/KE għandha tiġi mħassra b’effett mill-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(2) ta’ din id-Direttiva.

Madankollu, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames inċiżi ta’ l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 97/101/KE għandhom jiġu mħassra b’effett mill-11 ta’ Ġunju 2008.

Artikolu 32

Reviżjoni

1.  Fl-2013, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet relatati ma’ PM2,5 u, skond kif ikun il-każ, sustanzi oħra ta’ tniġġis u għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fir-rigward tal-PM2,5, ir-reviżjoni għandha ssir bil-ħsieb li tistabbilixxi obbligu ta’ tnaqqis ta’ l-espożizzjoni nazzjonali sabiex tissostitwixxi il-mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni u biex tirrevedi l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni stabbilit fl-Artikolu 15, b’kont meħud, inter alia, ta’ l-elementi li ġejjin:

 l-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti mid-WHO u organizzazzjonijiet rilevanti oħra,

 sitwazzjonijiet tal-kwalità ta’ l-arja u u tal-potenzjali għat-tnaqqis fl-Istati Membri,

 ir-reviżjoni tad-Direttiva 2001/81/KE,

 il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri Komunitarji għat-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu ta’ l-arja.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-fattibilità li tadotta valur ta’ limitu iżjed ambizzjuż ta’ PM2,5, għandha tirrevedi l-valur ta’ limitu indikattiv tat-tieni stadju għall-PM2,5 u tikkunsidra jekk tikkonfermax jew tibdilx dak il-valur.

3.  Bħala parti mir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tipprepara wkoll rapport dwar l-esperjenza u n-neċessità tal-monitoraġġ tal-PM10 u l-PM2,5, b’kont meħud tal-progress tekniku f’sistemi ta’ kejl awtomatiċi. Fejn ikun il-każ, għandhom jiġu proposti metodi ġodda ta’ referenza għall-kejl tal-PM10 u l-PM2,5.

Artikolu 33

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel il-11 ta’ Ġunju 2010. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li numru suffiċjenti ta’ stazzjonijiet PM2,5 f’ambjent bi sfond urban meħtieġa għall-kalkolu ta’ l-Indikatur ta’ l-Espożizzjoni medja, skond it-Taqsima B ta’ l-Anness V, ikun stabbilit mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009, sabiex jikkonformaw mal-limiti ta’ żmien u l-kondizzjonijiet indikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness XIV.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

OBJETTIVI TAL-KWALITÀ TAD-DATA

A.   L-għanijiet tal-kwalità tad-data għall-istimi tal-kwalità ta’ l-arja ta’ l-ambjent



 

Dijossidu tal-kubrit, dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu u l-monossidu tal-karbonju

Benżina

Partiċelli (PM10/PM2,5) u ċ-ċomb

L-ożonu u NO u NO2 li għandhom x’jaqsmu

Kejl fiss (1)

 

 

 

 

Inċertezza

15 %

25 %

25 %

15 %

Ġbir minimu tad-data

90 %

90 %

90 %

90 % matul is-sajf

75 % matul ix-xitwa

Kopertura minima tal-ħin:

 

 

 

 

—  sfond urban u traffiku

35 % (2)

—  siti industrijali

90 %

Kejl indikattiv

 

 

 

 

Inċertezza

25 %

30 %

50 %

30 %

Ġbir minimu tad-data

90 %

90 %

90 %

90 %

Kopertura minima tal-ħin

14 % (4)

14 % (3)

14 % (4)

> 10 % matul is-sajf

L-inċertezza tat-tfassil:

 

 

 

 

Fis-siegħa

50 %

50 %

Il-medji fuq tmien sigħat

50 %

50 %

Il-medji ta’ kuljum

50 %

għad mhux stipulat

Il-medji annwali

30 %

50 %

50 %

Inċertezza ta’ l-istima

 

 

 

 

oġġettiva

75 %

100 %

100 %

75 %

(1)   L-Istati Membri jistgħu japplikaw kejl każwali, minflok kejl kontinwu, fir-rigward tal-benżina, taċ-ċomb u ta’ materja partikulata jekk ikunu jistgħu juru lill-Kummissjoni li l-inċertezza, inkluża l-inċertezza dovuta għall-kampjunament każwali, tilħaq l-għan tal-kwalità ta’ 25 % u l-kopertura tal-ħin xorta tkun akbar mill-kopertura minima tal-ħin għall-kejl indikattiv. Il-kampjunament każwali għandu jitqassam indaqs matul is-sena sabiex ikun evitat it-tagħwiġ tar-riżultati. L-inċertezza dovuta għall-kampjunament każwali tista’ tigi determinata bil-proċedura stipulata fl-ISO 11222 (2002) “Il-kwalità ta’ l-arja — Id-Determinazzjoni ta’ l-Inċertezza tal-Medja tal-Ħin għall-Kejl tal-Kwalità ta’ l-Arja”. Jekk jintuża kejl każwali biex ikun stmat ir-rekwiżit tal-valur ta’ limitu ta’ PM10, għandha tkun stmata il-perċentwali ta’ 90,4 (li għandha tkun anqas jew ugwali għal 50 μg/m3) minflok in-numru ta’ qabżiet, li hu influwenzat ħafna mill-kopertura tad-data.

(2)   Imqassam matul is-sena b’mod li jkun rappreżentattiv tal-kondizzjonijet varji fir-rigward tal-klima u traffiku.

(3)   Il-kejl ta’ jum fil-ġimgħa b’mod każwali, imqassam indaqs matul is-sena, jew 8 ġimgħat imqassma ndaqs matul is-sena.

(4)   Il-kejl fil-ġimgħa b’mod każwali, imqassma ndaqs matul is-sena, jew 8 ġimgħat imqassma ndaqs matul is-sena.

L-inċertezza (mogħtija f’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %) tal-metodi ta’ valutazzjoni tiġi evalwata skond il-prinċipji tal-Gwida CEN għall-Espressjoni ta’ l-Inċertezza fil-Kejl tas-CEN (ENV 13005-1999), il-metodoloġija ta’ l-ISO 5725:1994 u l-gwida mogħtija fir-Rapport tas-CEN “Il-Kwalità ta’ l-Arja — Approċċ lejn Stima ta’ l-Inċertezza fir-Rigward tal-Metodi ta’ Kejl ta’ Referenza għall-Arja ta’ l-Ambjent” (CR 14377:2002E). Il-perċentwali ta’ l-inċertezza fit-tabella ta’ hawn fuq huma mogħtija fir-rigward tal-kejl individwali li l-medja tiegħu tinħadem fuq il-medda tal-perijodu kkunsidrat fil-valur ta’ limitu (jew valur immirat fil-każ ta’ l-ożonu), għal intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %. L-inċertezza fir-rigward tal-kejl fiss għandha tiġi interpretata li tapplika madwar il-valur ta’ limitu adatt (jew valur immirat fil-każ ta’ l-ożonu).

L-inċertezza fir-rigward tal-mudellar hija mfissra bħala d-devjazzjoni massima tal-livelli tal-konċentrazzjoni mkejlin u kalkolati għal 90 % tal-punti individwali ta’ monitoraġġ, matul il-perijodu kkunsidrat, bil-valur ta’ limitu (jew valur immirat fil-każ ta’ l-ożonu), mingħajr ma jingħata każ ta’ meta ġraw l-avvenimenti. L-inċertezza fir-rigward tal-mudellar għandha tiġi interpretata li tapplika madwar il-valur ta’ limitu adatt (jew valur immirat fil-każ ta’ l-ożonu). Il-kejl fiss li għandu jiġi magħżul sabiex jitqabbel mar-riżultati tal-mudellar għandu jkun rappreżentattiv ta’ l-iskala koperta mill-mudell.

L-inċertezza fir-rigward tal-valutazzjoni oġġettiva hija mfissra bħala d-devjazzjoni massima tal-livelli tal-konċentrazzjoni mkejlin u kalkolati, matul il-perijodu kkunsidrat, bil-valur ta’ limitu (jew valur immirat fil-każ ta’ l-ożonu), mingħajr ma jingħata każ ta’ meta ġraw l-affarijiet.

Ir-rekwiżiti tal-ġbir minimu tad-data u l-kopertura tal-ħin ma jinkludux it-telf tad-data minħabba l-kalibrazzjoni regolari jew il-manteniment normali ta’ l-istrumentazzjoni.

B.   Riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja

L-informazzjoni li ġejja għandha tinġabar fir-rigward taż-żoni jew l-agglomerazzjonijiet li fihom jitħaddmu sorsi oħra barra l-kejl sabiex tkun supplimentata l-informazzjoni li toħroġ mill-kejl jew bħala l-mezz waħdieni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja:

 deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ valutazzjoni li jsiru,

 il-metodi speċifiċi li jintużaw, b’referenzi għad-deskrizzjonijiet tal-metodu,

 is-sorsi tad-data u l-informazzjoni,

 deskrizzjoni tar-riżultati, inklużi l-inċertezzi u, partikolarment, il-kobor ta’ kull żona jew, fejn ikun rilevanti, it-tul tat-triq fiż-żona jew l-agglomerazzjoni li fir-rigward tagħhom il-konċentrazzjonijiet jaqbżu kwakunkwe valur ta’ limitu, valur immirat jew objettiv għal perijodu fit-tul flimkien mal-marġni ta’ tolleranza, fejn japplika, u ta’ kwalunkwe żona fejn il-konċentrazzjonijiet jaqbżu l-ogħla limitu jew l-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni,

 il-popolazzjoni potenzjalment esposta għal livelli li jaqbżu l-valur ta’ limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

▼M1

C.   Assigurazzjoni tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent. Validazzjoni tad-dejta

1. Sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni tal-kejl u l-konformità mal-objettivi tal-kwalità tad-dejta, stipulati fit-Taqsima A, l-awtoritajiet kompetenti adatti u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 3 għandhom jiżguraw li:

(i) il-kejl kollu li jsir fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent skont l-Artikoli 6 u 9 jkun traċċabbli skont ir-rekwiżiti stabbiliti tal-istandard armonizzat għal-laboratorji ta' ttestjar u kkalibrar,

(ii) l-istituzzjonijiet li jħaddmu n-networks u l-istazzjonijiet individwali jkollhom sistema stabbilita ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità li taħseb għal manutenzjoni regolari li tiżgura l-preċiżjoni kontinwa tal-apparat ta' kejl. Is-sistema tal-kwalità għandha tiġi riveduta kif meħtieġ u għall-inqas kull ħames snin mil-Laboratorju ta' Referenza Nazzjonali rilevanti

(iii) jkun stabbilit proċess ta' assigurazzjoni tal-kwalità/kontroll tal-kwalità fir-rigward tal-proċess tal-ġbir tad-dejta u r-rappurtar u li l-istituzzjonijiet maħtura għal dan il-kompitu jipparteċipaw b'mod attiv fil-programmi rispettivi ta' assigurazzjoni tal-kwalità li jkopru l-Unjoni kollha,

(iv) il-Laboratorji Nazzjonali ta' Referenza huma maħtura mill-awtorità kompetenti xierqa jew korp maħtur skont l-Artikolu 3 u huma akkreditati għall-metodi ta' referenza msemmija fl-Anness VI, għall-inqas għal dawk is-sustanzi li jniġġsu li għalihom il-konċentrazzjonjiet huma ogħla mil-limitu ta' taħt tal-valutazzjoni, skont l-istandard rilevanti armonizzat għal-laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar, li r-referenza għalihom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq. Dawn il-laboratorji għandhom ikunu responsabbli mill-koordinazzjoni fit-territorju tal-Istati Membri tal-programmi ta' assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni kollha li għandhom ikunu organizzati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u għandhom ikunu wkoll responsabbli biex jikkoordinaw, fuq livell nazzjonali, l-użu adegwat tal-metodi ta' referenza u t-turija tal-ekwivalenza tal-metodi li mhumiex tar-referenza. Il-Laboratorji ta' Referenza Nazzjonali li jorganizzaw l-interparagun fuq il-livell nazzjonali għandhom ukoll ikunu akkreditati skont l-istandard rilevanti armonizzat għall-ittestjar tal-profiċjenza.

(v) il-Laboratorji Nazzjonali ta' Referenza, jieħdu sehem għall-inqas darba kull tliet snin fil-programmi li jsiru fl-Unjoni kollha għall-assigurazzjoni tal-kwalità organizzati miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni. Jekk din il-parteċipazzjoni tipproduċi riżultati mhux sodisfaċenti, il-laboratorju nazzjonali għandu juri fil-parteċipazzjoni fl-interparagun li jkun imiss miżuri ta' rimedju sodisfaċenti, u jipprovdi rapport liċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka dwar dawn.

(vi) il-laboratorji nazzjonali ta' referenza jappoġġaw ix-xogħol magħmul min-Netwerk Ewropew ta' Laboratorji Nazzjonali ta' Referenza stabbiliti mill-Kummissjoni.

2. Id-dejta kollha rrappurtata skont l-Artikolu 27 għandha titqies bħala valida minbarra dejta meqjusa bħala proviżorja.

▼B




ANNESS II

Id-determinazzjoni tar-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ta’ l-ossidi tan-nitroġenu, ta’ materja partikulata (pm10 u pm2,5), taċ-ċomb, tal-benżina u tal-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent f’żona jew agglomerazzjoni

A.   L-ogħla limiti ta’ valutazzjoni u dawk l-aktar baxxi

Ser japplikaw l-ogħla limiti ta’ valutazzjoni u dawk l-aktar baxxi li ġejjin:

1.   Dijossidu tal-kubrit



 

Protezzjoni tas-Saħħa

Il-protezzjoni tal-veġetazzjoni

L-ogħla limitu ta’ valutazzjoni

60 % tal-valur ta’ limitu fuq 24 siegħa (75 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 3 darbiet fi kwalunkwe sena kalendarja)

60 % tal-livell kritiku għax-xitwa

(12 μg/m3)

L-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni

40 % tal-valur ta’ limitu fuq 24 siegħa (50 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 3 darbiet fi kwalunkwe sena kalendarja)

40 % tal-livell kritiku għax-xitwa

(8 μg/m3)

2.   Id-dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu



 

Valur ta’ limitu għal kull siegħa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (NO2)

Valur ta’ limitu annwali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (NO2)

Livell kritiku annwali għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u ta’ l-ekosistemi naturali (NOx)

L-ogħla limitu ta’ valutazzjoni

70 % tal-valur ta’ limitu(140 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 18-il darba fi kwalunkwe sena kalendarja)

80 % tal-valur ta’ limitu (32 μg/m3)

80 % tal-livell kritiku (24 μg/m3)

L-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni

50 % tal-valur ta’ limitu (100 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 18-il darba fi kwalunkwe sena kalendarja)

65 % tal-valur ta’ limitu (26 μg/m3)

65 % tal-livell kritiku(19,5 μg/m3)

3.   Partikuli (PM10/PM2,5)



 

Il-medja fuq 24 siegħa PM10

Il-medja annwali PM10

Il-medja annwali PM2,5 (1)

L-ogħla limitu ta’ valutazzjoni

70 % tal-valur ta’ limitu (35 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 35 darba fi kwalunkwe sena kalendarja)

70 % tal-valur ta’ limitu (28 μg/m3)

70 % tal-valur ta’ limitu (17 μg/m3)

L-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni

50 % tal-valur ta’ limitu (25 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 35 darba fi kwalunkwe sena kalendarja)

50 % tal-valur ta’ limitu (20 μg/m3)

50 % tal-valur ta’ limitu (12 μg/m3)

(1)   L-ogħla limitu ta’ valutazzjoni stabbilit u dak l-aktar baxx għall-PM2,5 ma japplikawx għall-kejl sabiex tiġi stmata l-osservanza mal-mira għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni ta’ PM2,5 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin.

4.   Ċomb



 

Il-medja annwali

L-ogħla limitu ta’ valutazzjoni

70 % tal-valur ta’ limitu (0,35 μg/m3)

L-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni

50 % tal-valur ta’ limitu (0,25 μg/m3)

5.   Benżina



 

Il-medja annwali

L-ogħla limitu ta’ valutazzjoni

70 % tal-valur ta’ limitu (3,5 μg/m3)

L-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni

40 % tal-valur ta’ limitu (2 μg/m3)

6.   Il-Monossidu tal-Karbonju



 

Il-medja fuq tmien sigħat

L-ogħla limitu ta’ valutazzjoni

70 % tal-valur ta’ limitu (7 mg/m3)

L-aktar limitu baxx ta’ valutazzjoni

50 % tal-valur ta’ limitu (5 mg/m3)

B   Determinazzjoni tal-qbiż tal-limiti ta’ valutazzjoni superjuri u inferjuri

Il-qabżiet ta’ l-ogħla limiti ta’ valutazzjoni u dawk l-aktar baxxi għandhom ikunu determinati abbażi tal-konċentrazzjonijiet matul il-ħames snin ta’ qabel meta jkun hemm data suffiċjenti disponibbli. Limitu ta’ valutazzjoni għandu jitqies li nqabeż jekk ikun inqabeż matul ta’ l-anqas tliet snin separati minn dawk il-ħames snin ta’ qabel.

Fejn tkun disponibbli data ta’ inqas minn ħames snin, l-Istati Membri jistgħu jikkombinaw kampanji ta’ kejl ta’ żmien qasir matul il-perijodu tas-sena u f’postijiet li jkunu x’aktarx tipiċi ta’ l-ogħla livelli ta’ sustanzi li jniġġsu b’riżultati miksuba minn informazzjoni ta’ l-inventarji dwar l-emissjonijiet u l-mudellar sabiex jiġu determinati il-qabżiet tal-limiti ta’ valutazzjoni.




ANNESS III

Il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja ta’ l-ambjent u l-lok tal-punti ta’ kampjunament għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ta’ l-ossidi tan-nitroġenu, ta’ materja partikulata (PM10 u PM2,5), taċ-ċomb, tal-benżina u tal-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent

A.   Ġenerali

Il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent għandha tiġi valutata f’żoni u agglomerazzjonijiet skond il-kriterji li ġejjin:

1.

Il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent għandha tiġi valutata fil-postijiet kollha ħlief dawk stabbiliti fil-paragrafu 2, skond il-kriterji stabbiliti mit-Taqsimiet B u Ċ għall-post ta’ punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss. Il-prinċipji stabbiliti bit-Taqsimiet B u Ċ għandhom japplikaw ukoll sakemm dawn huma rilevanti fl-identifikazzjoni tal-postijiet speċifiċi li fihom il-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu rilevanti huma stabbiliti fejn il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent hija valutata minn kejl indikattiv jew ta’ mudellar.

2.

Konformità mal-valuri ta’ limitu diretti lejn il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem m’għandhiex tiġi valutata fil-postijiet li ġejjin:

(a) kwalunkwe post li jinsab f’żoni fejn il-pubbliku m’għandux aċċess u fejn m’hemmx abitazzjoni fissa;

(b) skond l-Artikolu 2(1), dwar il-bini tal-fabbriki jew fi stallazzjonijiet industrijali li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha rigward is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(ċ) fuq il-karreġġjata tat-toroq; u fuq ir-riżervi ċentrali tat-toroq ħlief fejn normalment ikun hemm aċċess għall-persuni mexjin għar-riżerva ċentrali.

B.   Għażla tas-sit fuq skala makro tal-punti ta’ kampjunament

1.

Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

(a) Il-punti ta’ kampjunament maħsuba għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem għandhom jitpoġġew f’lok b’mod li tiġi provduta data dwar dan li ġej:

 il-partijiet fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn ikun hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet li l-popolazzjoni hija mistennija li tkun esposta għalihom, direttament jew indirettament, għal perijodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perijodu li fuqu tinħadem il-medja tal-valur(i) ta’ limitu(i);

 il-livelli f’partijiet oħra fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet li jkunu rappreżentattivi ta’ l-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali.

(b) Il-punti ta’ kampjunament ġeneralment għandhom jitpoġġew b’mod li jiġi evitat il-kejl ta’ mikroambjenti żgħar ħafna fil-viċinat immedjat tal-punti, li jfisser li punt ta’ kampjunament għandu jitqiegħed b’tali mod li l-arja li tagħha jittieħdu l-kampjuni tirrappreżenta l-kwalità ta’ l-arja f’segment ta’ triq ta’ mhux anqas minn 100 m fit-tul f’siti bit-traffiku u ta’ l-anqas 250 m × 250 m f’siti industrijali, fejn ikun fattibbli.

(ċ) Il-postijiet bi sfond urban għandhom jitpoġġew b’mod li l-livell ta’ tniġġis tagħhom ikun influwenzat mill-kontribut integrat tas-sorsi kollha fid-direzzjoni favur ir-riħ ta’ l-istazzjon. Il-livell ta’ tniġġis ma għandux ikun iddominat minn sors wieħed sakemm din is-sitwazzjoni ma tkunx tipika ta’ żona urbana akbar. Il-punti ta’ kampjunament għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu rappreżentattivi għal bosta kilometri kwadri.

(d) Fejn l-objettiv ikun li jiġu stmati livelli bi sfond rurali, il-punt ta’ kampjunament ma għandux ikun influwenzat minn agglomerazzjonijiet jew siti industrijali fil-qrib, jiġifieri, siti eqreb minn ħames kilometri.

(e) Meta jridu jiġu stmati l-kontributi minn sorsi industrijali, ta’ l-anqas punt wieħed ta’ kampjunament għandu jkun installat bir-riħ minn wara s-sors fl-eqreb żona residenzjali. Fejn il-konċentrazzjoni fl-isfond ma tkunx magħrufa, għandu jitqiegħed punt addizzjonali ta’ kampjunament fid-direzzjoni prinċipali tar-riħ.

(f) Il-punti ta’ kampjunament għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu rappreżentattivi wkoll ta’ postijiet simili mhux fil-viċinat immedjat tagħhom.

(g) Għandu jittieħed kont tal-ħtieġa li jinstabu punti ta’ kampjunament fuq gżejjer fejn dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

2.

Protezzjoni ta’ veġetazzjoni u ta’ ekosistemi naturali

Il-punti ta’ kampjunament maħsuba għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u ta’ l-ekosistemi naturali għandhom jitqiegħdu aktar minn 20 km lil hinn mill-agglomerazzjonijiet jew aktar minn 5 km lil hinn minn meded oħra mibnija, installazzjonijiet industrijali jew awtostradi jew toroq prinċipali b’għadd ta’ traffiku ta’ aktar minn 50 000 vettura kuljum, li jfisser li punt ta’ kampjunament għandu jitqiegħed b’tali mod li l-arja li tagħha jittieħdu kampjuni tkun rappreżentattiva tal-kwalità ta’ l-arja f’żona ta’ kobor ta’ mill-anqas 1 000  km2. Stat Membru jista’ jipprovdi għal punt ta’ kampjunament li jkun imqiegħed f’distanza aqsar jew li jkun rappreżentattiv tal-kwalità ta’ l-arja f’medda anqas kbira, b’kont meħud tal-kondizzjonijiet ġeografiċi jew ta’ l-opportunitajiet sabiex jiġu protetti żoni partikolarment vulnerabbli.

Għandu jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi stmata l-kwalità ta’ l-arja fuq il-gżejjer.

Ċ.   Għażla tas-sit fuq skala makro tal-punti ta’ kampjunament

Safejn ikun prattikabbli, għandu japplika dan li ġej:

▼M1

 il-fluss madwar is-sonda kampjunarja tad-dħul ma għandux ikun imfixkel (b'mod ġenerali jkun ħieles f'ark ta' mill-anqas 270° jew 180° għall-punti tal-ġbir ta' kampjuni fil-linja tal-bini) bla ebda xkiel għall-fluss tal-arja qrib id-dħul (normalment xi ftit metri lil hinn mill-bini, il-gallariji, is-siġar u xkiel ieħor u tal-anqas 0,5 m mill-eqreb bini fil-każ ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni li jirrappreżentaw il-kwalità tal-arja fil-linja tal-bini),

 b'mod ġenerali, il-punt tad-dħul fejn isir il-ġbir ta' kampjun għandu jkun ta' bejn 1,5 m (iż-żona tan-nifs) u 4 m 'il fuq mill-art. Għażla ta' siti aktar fl-għoli tista' tkun xierqa jekk l-istazzjon ikun jirrappreżenta żona kbira u kull deroga għandha tiġi dokumentata bis-sħiħ,

▼B

 is-sonda tad-dħul ma għandhiex titqiegħed fil-qrib immedjat ta’ l-għejun sabiex jiġi evitat id-dħul dirett ta’ emissjonijiet mhux imħallta ma’ l-arja ta’ l-ambjent,

 il-ħruġ ta’ l-exhaust minn ġewwa l-apparat kampjunarju għandu jkun f’pożizzjoni b’mod li tiġi evitata ċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid ta’ l-arja ta’ l-exhaust għal ġod-dħul ta’ l-apparat kampjunarju,

▼M1

 għas-sustanzi li jniġġsu kollha, is-sondi kampjunarji f'siti bit-traffiku għandhom ikunu mill-anqas 25 m mit-tarf tas-slalep it-toroq ewlenin u mhux aktar minn 10 m mill-bankina. “Salib it-toroq” li għandu jiġi kkunsidrat hawnhekk huwa salib it-toroq li jinterrompi l-fluss tat-traffiku u jikkawża emissjonijiet differenti (stop&go) mill-bqija tat-triq.

▼B

Il-fatturi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll:

 sorsi li jiddisturbaw,

 sigurtà,

 aċċess,

 disponibbiltà ta’ elettriku u komunikazzjonijiet telefoniċi,

 viżibbiltá tas-sit fir-rigward tal-madwar tiegħu,

 is-sigurtà tal-pubbliku u l-operaturi,

 l-interess li l-postijiet għall-kampjunament ta’ sustanzi li jniġġsu differenti jkunu ppustjati flimkien,

 rekwiżiti ta’ ppjanar.

▼M1

kwalunkwe devjazzjoni mill-kriterji elenkati f'din it-Taqsima għandha tkun ddokumentata b'mod sħiħ permezz tal-proċeduri deskritti fit-Taqsima D.

▼M1

D.   Dokumentazzjoni u reviżjoni tal-għażla tas-siti

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha għandhom jiddokumentaw bis-sħiħ il-proċeduri għall-għażla tas-sit u jirreġistraw l-informazzjoni biex jappoġġaw it-tfassil tan-netwerk u l-għażla tal-post għas-siti ta' monitoraġġ kollha. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi ritratti compass-point taż-żona madwar is-siti ta' monitoraġġ u u mapep iddettaljati. Fejn jintużaw metodi supplementari ġewwa żona jew agglomerazzjoni, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta' dawn il-metodi u informazzjoni dwar kif jiġu sodisfatti l-kriterji elenkati fl-Artikolu 7(3). Id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u riveduta talinqas kull ħames (5) snin, biex jiġi żgurat li l-kriterji ta' għażla, id-disinn tan-netwerk u l-postijiet fejn isir il-monitoraġġ tas-siti jibqgħu validi u l-aħjar li jista' jkun tul iż-żmien. Id-dokumentazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni fi żmien tliet (3) xhur minn meta tintalab.

▼B




ANNESS IV

KEJL F’POSTIJIET BI SFOND RURALI IRRISPETTIVAMENT MILL-KONĊENTRAZZJONI

A.   Objettivi

L-objettivi prinċipali ta’ tali kejl huma li jiġi żgurat li jkun hemm disponibbiltà ta’ l-informazzjoni adegwata dwar il-livelli fl-isfond. Din l-informazzjoni hija essenzjali sabiex jiġu ġġudikati l-livelli mtejba f’żoni aktar imniġġsa (bħalma huma l-isfond urban, postijiet marbuta ma’ l-industrija, postijiet marbuta mat-traffiku), li jiġi stmat il-kontribut possibbli mit-trasport fuq medda twila ta’ sustanzi li jniġġsu ta’ l-arja, li tiġi appoġġata l-analiżi tat-tqassim tas-sorsi u għall-apprezzament ta’ sustanzi li jniġġsu speċifiċi bħall-materja partikulata. Hija wkoll essenzjali għal aktar użu ta’ mudellar f’żoni urbani wkoll.

B.   Sustanzi

Il-kejl tal-PM2,5 għandu jinkludi ta’ l-anqas il-massa totali tal-konċentrazzjoni u l-konċentrazzjonijiet tal-komposti adatti li jikkaratterizzaw l-għamla kimika tiegħu. Ta’ l-anqas, għandha tiġi inkluża l-lista ta’ l-ispeċi kimiċi mogħtija hawn taħt.



SO4 2–

Na+

NH4 +

Ca2+

karbonju elementari (EC)

NO3

K+

Cl

Mg2+

karbonju organiku (OC)

Ċ.   L-għażla tas-sit

Il-kejl għandu jittieħed b’mod partikolari f’żoni bi sfond rurali skond il-partijiet A, B, u Ċ ta’ l-Anness III.




ANNESS V

Il-kriterji għad-determinazzjoni tan-numri minimi ta’ punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss tal-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ta’ l-ossidi tan-nitroġenu, ta’ materja partikulata (PM10, PM2,5), taċ-ċomb, tal-benżina u tal-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent

A.

In-numru minimu ta’ postijiet ta’ kampjunament għall-kejl fiss sabiex tiġi valutata l-konformità mal-valuri ta’ limitu mmirati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-kejl fiss ikun l-uniku għajn ta’ informazzjoni.

1.   Sorsi mxerrda



Il-popolazzjoni ta’ l-agglomerazzjoni jew taż-żona

(eluf)

Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jaqbżu l-ogħla limitu (1)

Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jinsabu bejn l-ogħla limiti ta’ valutazzjoni u dawk l-aktar baxxi

Sustanzi li jniġġsu ħlief

PM (2) (somma tal- PM10 u tal-PM2,5)

Sustanzi li jniġġsu ħlief PM

PM (2) (somma tal- PM10 u tal-PM2,5)

0-249

1

2

1

1

250-499

2

3

1

2

500-749

2

3

1

2

750-999

3

4

1

2

1 000 -1 499

4

6

2

3

1 500 -1 999

5

7

2

3

2 000 -2 749

6

8

3

4

2 750 -3 749

7

10

3

4

3 750 -4 749

8

11

3

6

4 750 -5 999

9

13

4

6

≥ 6 000

10

15

4

7

(1)   Għall-ossidu tan-nitroġenu, materja partikulata, benżina u monossidu tal-karbonju: iridu jkunu inklużi ta’ l-anqas stazzjon wieħed għall-istudju ta’ l-isfond urban u stazzjon wieħed orjentat lejn it-traffiku, sakemm dan ma jżidx l-għadd ta’ punti ta’ kampjunament. Għal dawn is-sustanzi li jniġġsu, l-għadd totali ta’ stazzjonijiet għall-istudju ta’ l-isfond urban u l-għadd totali ta’ stazzjonijiet orjentati lejn it-traffiku fi Stat Membru taħt Taqsima A(1) ma għandux ivarja b’aktar minn fattur ta’ 2. Il-postijiet ta’ kampjunament b’qabżiet tal-valur ta’ limitu għall-PM10 f’dawn l-aħħar tliet snin għandhom jinżammu sakemm ma tkunx meħtieġa xi rilokazzjoni minħabba ċirkustanzi speċjali, b’mod partikulari l-iżvilupp fl-ispazju.

(2)   (2) Fejn il-PM2,5 u l-PM10 jitkejlu skond l-Artikolu 8 fl-istess stazzjon ta’ monitoraġġ, dawn għandhom jgħoddu bħala żewġ punti separati ta’ kampjunament. In-numru totali tal-punti ta’ kampjunament tal-PM2,5 u l-PM10 fi Stat Membru meħtieġ taħt it-Taqsima A(1) m’għandux ivarja b’aktar minn fattur ta’ 2, u n-numru tal-punti ta’ kampjunament tal-PM2,5 f’ambjenti bi sfond urban ta’ agglomerazzjonijiet u żoni urbani għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti taħt it-Taqsima B ta’ l-Anness V.

2.   Siti ta’ emissjoni

Għall-istima tat-tniġġis fil-viċinat ta’ sorsi ta’ emissjoni, in-numru ta’ punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss għandu jiġi kalkolat b’kont meħud tad-densitajiet ta’ l-emissjonijiet, ix-xejriet probabbli ta’ distribuzzjoni tat-tniġġis ta’ l-arja ta’ l-ambjent u ta’ l-espożizzjoni potenzjali tal-popolazzjoni.

B.

In-numru minimu tal-punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss sabiex tiġi valutata l-konformità mal-mira għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni ta’ PM2,5 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

Għal dan il-għan, għandu jintuża punt wieħed ta’ kampjunament għal kull miljun abitant maħdum fuq agglomerazzjonijiet u żoni urbani addizzjonali li jaqbżu l-100 000 abitant. Dawk il-punti ta’ kampjunament jistgħu jkunu l-istess punti ta’ kampjunament taħt it-Taqsima A.

Ċ.

In-numru minimu tal-punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss sabiex tiġi valutata l-konformità tal-livelli kritiċi għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni f’żoni li mhumiex agglomerazzjonijiet



Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jaqbżu l-ogħla limitu ta’ valutazzjoni

Jekk il-konċentrazzjonijiet massimi jkunu bejn l-ogħla limitu ta’ valutazzjoni u dak l-aktar baxx

Stazzjon wieħed kull 20 000  km2

Stazzjon wieħed kull 40 000  km2

F’żoni li huma gżejjer, in-numru tal-punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss għandu jiġi kalkolat b’kont meħud tax-xejriet probabbli ta’ distribuzzjoni tat-tniġġis ta’ l-arja ta’ l-ambjent u l-espożizzjoni potenzjali tal-veġetazzjoni.




ANNESS VI

Metodi ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u ta’ l-ossidi tan-nitroġenu, ta’ materja partikulata (pm10 u pm2,5), taċ-ċomb, tal-benżina, tal-monossidu tal-karbonju u ta’ l-ożonu

▼M1

A.   Il-metodi ta' referenza għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u tal-ossidi tan-nitroġenu, tal-materja partikulata (PM10 u PM2,5), taċ-ċomb, tal-benżina, tal-monossidu tal-karbonju u tal-ożonu

1.    Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-konċentrazzjoni tad-dijossidu tal-kubrit

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit huwa dak deskritt f'EN 14212:2012 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit bil-fluworexxenza ultravjola”.

2.    Il-metodu ta' referenza għall-kejl tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu huwa dak deskritt f'EN 14211:2012 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-monossidu tan-nitroġenu bil-kemiluminixxenza”.

▼C1

3.    Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl taċ-ċomb

Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni taċ-ċomb huwa dak deskritt fit-Taqsima A(4) ta' dan l-Anness. Il-metodu ta' referenza għall-kejl taċ-ċomb huwa dak deskritt fl-EN 14902:2005 “Il-metodu standard għall-kejl tal-Pb/Cd/As/Ni fil-frazzjoni ta' PM10 tal-materja partikolata sospiża”.

▼M1

4.    Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-PM10

Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-PM10 huwa dak deskritt f'EN12341:2014 “L-arja tal-ambjent — il-metodu standard ta' kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa tal-materja partikolata sospiża tal-PM10 jew tal-PM2,5”.

5.    Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-PM2,5

Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-PM2,5 huwa dak deskritt f'EN12341:2014 “L-arja tal-ambjent — Il-metodu standard ta' kejl gravimetriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa tal-materja partikolata sospiża tal-PM10 jew tal-PM2,5”.

▼C1

6.    Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u għall-kejl tal-benżen

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-benżen huwa dak deskritt fl-EN 14662:2005, il-partijiet 1, 2 u 3 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl ta' konċentrazzjonijiet tal-benżen”.

▼M1

7.    Metodu ta' referenza għall-kejl tal-monossidu tal-karbonju

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-monossidu tal-karbonju huwa dak deskritt f'EN 14626:2012 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-monossidu tal-karbonju bl-ispettroskopija infraħamra mhux dispersiva”.

8.    Metodu ta' referenza għall-kejl tal-ożonu

Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-ożonu huwa dak deskritt f'EN 14625:2012 “Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-ożonu bil-fotometrija ultravjola”.

▼B

B.   Prova ta’ l-ekwivalenza

1.

Stat Membru jista’ juża kwalunkwe metodu ieħor li jista’ juri li jagħti riżultati ekwivalenti għal kwalunkwe mill-metodi msemmija fit-Taqsima A jew, fil-każ tal-partikuli, kull metodu ieħor li l-Istat Membru kkonċernat jista’ juri li jimmanifesta relazzjoni konsistenti mal-metodu ta’ referenza. F’dak il-każ ir-riżultati miksuba b’dak il-metodu għandhom jiġu korretti sabiex jinkisbu riżultati ekwivalenti għal dawk li kienu jinkisbu bl-użu tal-metodu ta’ referenza.

2.

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jħejju u jippreżentaw rapport dwar il-prova ta’ ekwivalenza skond il-paragrafu 1.

3.

Fil-valutazzjoni ta’ l-aċċettibbiltà tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tagħmel referenza għall-gwida tagħha dwar it-turija ta’ ekwivalenza (li għandha tiġi pubblikata). Fejn l-Istati Membri kienu qegħdin jużaw fatturi temporanji sabiex japprossimaw l-ekwivalenza, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiġu kkonfermati u/jew emendati b’referenza għall-gwida tal-Kummissjoni.

4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kulfejn ikun jixraq, il-korrezzjoni għandha tiġi applikata wkoll retroattivament għal data ta’ kejl ta’ l-imgħoddi sabiex id-data tkun tista’ titqabbel aħjar.

Ċ.   Standardizzazzjoni

Għas-sustanzi li jniġġsu taħt forma ta’ gass il-volum għandu jkun standardizzat għal temperatura ta’ 293 K u pressjoni atmosferika ta’ 101,3 kPa. Għall-partikuli u s-sustanzi li għandhom jiġu analizzati fil-partikuli (eż. Iċ-ċomb) il-volum tal-kampjun jirriferi għall-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent f’termini ta’ temperatura u pressjoni atmosferika fid-data tal-kejl.

▼M1 —————

▼B

E.   Rikonoxximent reċiproku ta’ data

▼M1

Huma u juru li t-tagħmir huwa konformi mar-rekwiżiti ta' prestazzjoni tal-metodi ta' referenza elenkati fit-Taqsima A ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 3 għandhom jaċċettaw rapporti ta' testijiet maħruġa fi Stati Membri oħra dment li l-laboratorji tat-testijiet huma akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni.

Ir-rapporti tat-testijiet dettaljati u r-riżultati kollha tat-testijiet għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra jew il-korpi maħtura tagħhom. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom juru li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni inkluż fejn xi kundizzjonijiet tas-sit u tal-ambjent huma speċifiċi għal xi Stat Membru u huma 'l barra mill-kundizzjonijiet li għalihom it-tagħmir ġie diġà ttestjat u approvat għat-tip fi Stat Membru ieħor.

▼B




ANNESS VII

VALURI MMIRATI GĦALL-OŻONU U OBJETTIVI GĦALL-PERIJODU FIT-TUL

A.   Definizzjonijiet u kriterji

1.   Definizzjonijiet

AOT40 (mogħtija bħala (μg/m3) · sigħat) tfisser it-total tad-differenza bejn il-konċentrazzjonijiet fis-siegħa ogħla minn 80 μg/m3 (= 40 parti fil-biljun) u 80 μg/m3 fuq perijodu stipulat, bl-użu biss tal-valuri fis-siegħa mkejla bejn it-8:00 u t-20:00, Ħin ta’ l-Ewropa Ċentrali (CET) kuljum.

2.   Kriterji

Il-kriterji li ġejjin għandhom jintużaw sabiex tiġi vverifikata l-validità meta d-data tiġi miġbura flimkien u jiġu kalkolati l-parametri statistiċi:



Parametru

Proporzjon meħtieġ ta’ data valida

Valuri fuq siegħa

75 % (i.e. 45 minuta)

Valuri fuq 8 sigħat

75 % tal-valuri (i.e. 6 sigħat)

Il-medja massima tas-sigħat kuljum mill-valuri fis-siegħa għal 8 sigħat from hourly running 8 hours

75 % tal-medji għal kull siegħa fuq 8 sigħat (i.e. 188 medji ta’ siegħa kuljum)

AOT40

90 % tal-valuri fuq siegħa fuq il-perijodu ta’ żmien stipulat għall-kalkolu tal- valur ta’ l-AOT40 (1)

Medja annwali

75 % tal-valuri fuq siegħa matul l-istaġun tas-sajf (minn April sa Settembru) u 75 % matul l-istaġun tax-xitwa (minn Jannar sa Marzu, minn Ottubru sa Diċembru) separatament

In-numru ta’ qabżiet u valuri massimi kull xahar

90 % tal-valuri medji fuq massimu ta’ 8 sigħat ta’ kuljum (27 valur ta’ kuljum disponibbli kull xahar)

90 % tal-valuri ta’ siegħa bejn it-8:00 u t-20:00 CET

In-numru ta’ qabżiet u valuri massimi kull sena

ħamsa minn sitt xhur matul l-istaġun tas-sajf (minn April sa Settembru)

F’każijiet meta ma tkunx disponibbli d-data kollha mkejla possibbli, għandu jintuża l-fattur li ġej sabiex jiġu kalkolati l-valuri ta’ l-AOT40:


AOT40stima = AOT40imkejjel ×

in-numru totali ta’ sigħat possibbli (*)

in-numru ta’ valuri mkejla fis-siegħa

(*)  li huwa n-numru ta’ sigħat fil-perijodu ta’ ħin tad-definizzjoni ta’ l-AOT40, (jiġifieri mit-08:00 sat-20:00 CET mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Lulju kull sena, għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u mill 1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru kull sena għall-protezzjoni tal-foresti).

B.   Valuri mmirati



Objettiv

Perijodu li fuqu tinħadem il-medja

Valur immirat

Id-data sa meta jrid jintlaħaq il-valur immirat (1)

Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

Medja massima kuljum fuq medda ta’ 8 sigħat (2)

120 μg/m3 li ma għandux jinqabeż għal aktar minn 25 jum fis-sena kalendarja fuq medja ta’ tliet snin (3)

1.1.2010

Il-protezzjoni tal-veġetazzjoni

Minn Mejju sa Lulju

AOT40 (kalkolat mill-valuri fis-siegħa)

18 000  μg/m3 · h fuq medja ta’ ħames snin (3)

1.1.2010

(1)   Il-konformità mal-valuri mmirati għandha tiġi valutata minn din id-data. Jiġifieri, 2010 għandha tkun l-ewwel sena li tintuża d-data sabiex tiġi kkalkolata l-konformità matul it-tliet jew ħames snin li jsegwu, skond kif ikun il-każ.

(2)   Il-medja tal-konċentrazzjoni massima kuljum fuq medda ta’ 8 sigħat għandha tintgħażel bl-eżami tal-medji fuq 8 sigħat, kalkolati mid-data fuq kull siegħa u aġġornati kull siegħa. Kull medja fuq 8 sigħat kalkolata b’dan il-mod għandha tiġi assenjata għall-jum meta tagħlaq. jiġifieri l-ewwel perijodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe jum ikun il-perijodu mill-17:00 tal-jum ta’ qabel sas-01:00 ta’ dakinhar; l-aħħar perijodu ta’ kalkolu għall kwalunkwe jum ikun il-perijodu mill-16:00 sa 24:00 ta’ dakinhar.

(3)   

Jekk il-medji fuq tliet jew ħames snin ma jistgħux ikunu determinati fuq bażi ta’ ġabra ta’

data

annwali sħiħa u konsekuttiva, id-

data

annwali minima meħtieġa għall-verifika tal-konformità mal-valuri mmirati tkun kif ġej:

— fir-rigward tal-valur immirat għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem: id-data valida għal sena;

— fir-rigward tal-valur immirat għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni: id-data valida għal tliet snin.

Ċ.   Objettivi għall-perijodu fit-tul



Objettiv

Perijodu li fuqu tinħadem il-medja

Objettiv għall-perijodu fit-tul

Id-data sa meta jrid jintlaħaq l-objettiv għal perjodu twil ta’ żmien

Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

Medja massima kuljum fuq medda ta’ 8 sigħat f’kull sena kalendarja

120 μg/m3

Mhux definit

Il-protezzjoni tal-veġetazzjoni

Minn Mejju sa Lulju

AOT40, (kalkolat minn valuri fuq siegħa) 6 000  μg/m3 · h

Mhux definit




ANNESS VIII

Kriterji għall-klassifikazzjoni u l-għażla tal-postijiet tal-punti ta’ kampjunament għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu

Dan li ġej għandu japplika għall-kejl fiss:

A.   Għażla tas-sit fuq skala makro



Xorta ta’ stazzjon

Objettivi tal-kejl

Rappreżentattività (1)

Kriterji għall-għażla tas-sit fuq skala makro

Urban

Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem:

biex jiġi valutat l-espożizzjoni tal-popolazzjoni urbana għall-ożonu, jiġifieri meta d-densità tal-popolazzjoni u l-konċentrazzjoni ta’ l-ożonu jkunu relattivament għolja u jirrappreżentaw l-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali

Ftit km2

Lil hinn mill-influwenza ta’ l-emissjonijiet lokali bħalma huma t-traffiku, il-pompi tal-petrol, eċċ.;

postijiet arjużi fejn jistgħu jitkejlu livelli mħallta sew;

postijiet bħalma huma żoni residenzjali u kummerċjali ta’ l-ibliet, parks (lil hinn mis-siġar), toroq kbar jew pjazez bi ftit li xejn jew xejn traffiku, żoni miftuħa karatteristiċi tal-faċilitajiet edukattivi, sportivi jew rikreattivi

Suburban

Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:

sabiex tiġi valutata l-espożizzjoni tal-popolazzjoni u l-veġetazzjoni li jinsabu fil-periferija ta’ l-agglomerazzjoni, fejn ikun hemm l-ogħla livelli ta’ ożonu li għalihom huma mistennija li jkunu esposti l-aktar il-popolazzjoni u l-veġetazzjoni, direttament jew indirettament

Xi għexieren ta’ km2

F’ċerta distanza miż-żona ta’ emissjonijiet massimi, bir-riħ minn wara fid-direzzjoni/jiet tar-riħ prinċipali waqt kondizzjonijiet li jiffavorixxu l-formazzjoni ta’ l-ożonu;

fejn il-popolazzjoni, uċuħ tar-raba sensittivi jew ekosistemi naturali li jinsabu fil-periferija ta’ barra ta’ l-agglomerazzjoni jkunu esposti għal livelli għolja ta’ ożonu;

fejn ikun il-każ, xi stazzjonijiet suburbani wkoll fid-direzzjoni favur ir-riħ taż-żona ta’ l-emissjonijiet massimi, sabiex jiġu determinati l-livelli ta’ ożonu fl-isfond tar-reġjun

Rurali

Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:

sabiex tiġi valutata l-espożizzjoni tal-popolazzjoni, l-uċuħ tar-raba u l-ekosistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta’ ożonu fuq skala subreġjonali

Livelli subreġjonali

(xi mijiet ta’ km2)

L-istazzjonijiet jistgħu jkunu f’irħula żgħar/jew żoni b’ekosistemi naturali, foresti jew uċuħ tar-raba;

rappreżentattivi ta’ l-ożonu lil hinn mill-influwenza ta’ emissjonijiet lokali immedjati bħalma huma dawk minn installazzjonijiet industrijali u toroq;

f’siti miftuħa, iżda mhux fuq il-qċaċet ta’ muntanji ogħla

Sfond rurali

Il-protezzjoni tal-veġetazzjoni u s-saħħa tal-bniedem:

sabiex tiġi valutata l-espożizzjoni ta’ uċuħ tar-raba u ekosistemi

naturali għal konċentrazzjonijiet ta’ ożonu kif ukoll l-espożizzjoni tal-popolazzjoni

Reġjonali/nazzjonali/

livelli kontinentali

(1 000 sa 10 000  km2)

L-istazzjon jinsab f’żoni b’densità tal-popolazzjoni aktar baxxa, eż. b’ekosistemi naturali, foresti, f’distanza ta’ mill-anqas 20 km minn żoni urbani u industrijali u lil hinn minn emissjonijiet lokali;

għandhom jiġu evitati postijiet li huma suġġetti għall-formazzjoni miżjuda lokalment ta’ kondizzjonijiet ta’ inverżjoni qrib l-art, ukoll il-qċaċet ta’ muntanji ogħla;

mhumiex rakkomandati siti mal-kosta b’ċikli ta’ l-irjiħ ta’ matul il-jum ta’ karattru lokali.

(1)   Il-punti ta’ kampjunament għandhom, fejn ikun possibbli, ikunu rappreżentattivi ta’ postijiet simili mhux qribhom eżatt.

Fir-rigward ta’ stazzjonijiet rurali u dawk ta’ l-isfond rurali, il-post għandu, fejn ikun il-każ, ikun koordinat mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/2006 tas-7 ta’ Novembru 2006 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 li jirrigwardja monitoraġġ ta’ foresti u interazzjonijiet ambjentali tal-Komunità ( 2 ).

B.   Għażla tas-sit fuq skala mikro

Safejn ikun prattikabbli, għandha tiġi segwita l-proċedura dwar l-għażla ta’ sit fuq skala mikro kif stipulata fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness III, u jkun żgurat ukoll li s-sonda tad-dħul titqiegħed lil hinn sew minn sorsi bħalma huma l-ifran u ċ-ċmieni ta’ l-inċinerazzjoni u aktar minn 10 m lil hinn mill-eqreb triq, u d-distanza għandha tikber proporzjonalment ma’ l-intensità tat-traffiku.

Ċ.   Dokumentazzjoni u reviżjoni ta’ l-għażla tas-siti

Għandhom jiġu segwiti l-proċeduri tat-Taqsima D ta’ l-Anness III, billi jiġu applikati kontrolli u interpretazzjoni adatti tad-data ta’ monitoraġġ fil-kuntest tal-proċessi meteoroloġiċi u fotokimiċi li jaffettwaw il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu mkejla fis-siti rispettivi.




ANNESS IX

Kriterji għad-determinazzjoni tan-numru minimu ta’ punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu

▼M1

A.   Numru minimu ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-kejl fiss tal-konċentrazzjonijiet tal-ożonu

In-numru minimu tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-kejl fiss kontinwu biex tiġi valutata l-konformità mal-valuri fil-mira, l-objettivi għall-perjodu fit-tul u l-informazzjoni u l-limiti minimi ta' allerta fejn tali kejl huwa s-sors uniku ta' informazzjoni.



Popolazzjoni (× 1 000 )

Agglomerazzjoni (1)

Żoni oħra (1)

Sfond rurali

< 250

 

1

Stazzjon wieħed/50 000  km2 bħala densità medja għaż-żoni kollha għal kull pajjiż (2)

< 500

1

2

< 1 000

2

2

< 1 500

3

3

< 2 000

3

4

< 2 750

4

5

< 3 750

5

6

> 3 750

Stazzjon addizzjonali kull żewġ (2) miljun abitant

Stazzjon addizzjonali kull żewġ (2) miljun abitant

(1)   Mill-inqas stazzjon wieħed (1) f'żoni fejn l-espożizzjoni tal-popolazzjoni għall-ogħla konċentrazzjonijiet tal-ożonu hija probabbli li sseħħ. Fl-agglomerazzjonijiet, mill-anqas 50 % tal-istazzjonijiet għandhom ikunu fiż-żoni suburbani.

(2)   Huwa rrakkomandat li jkun hemm stazzjon wieħed (1) għal kull 25 000  km2 għal terran kompless.

▼B

B   In-numru minimu tal-punti ta’ kampjunament għall-kejl fiss għal żoni u agglomerazzjonijet sabiex jintlaħqu l-objettivi għall-perijodu fit-tul

In-numru ta’ punti ta’ kampjunament għall-ożonu għandhom, flimkien ma’ mezzi oħra ta’ valutazzjoni supplimentari bħall-mudelli tal-kwalità ta’ l-arja u l-kejl kollokat tad-dijossidu tan-nitroġenu, ikunu biżżejjed għall-eżami tat-tendenza tat-tniġġis ta’ l-ożonu u l-verifika tal-konformità ma’ l-objettivi għall-perijodu fit-tul. In-numru ta’ stazzjonijiet li jinsabu fl-agglomerazzjonijiet u ż-żoni l-oħra jistgħu jitnaqqsu għal terz tan-numru speċifikat fit-Taqsima A. Fejn l-informazzjoni minn stazzjonijiet għall-kejl fiss tkun is-sors waħdieni ta’ l-informazzjoni, għandu jinżamm ta’ l-anqas stazzjon wieħed ta’ monitoraġġ. Jekk, f’żoni fejn issir valutazzjoni supplimentari, ir-riżultat ta’ dan ikun li żona ma jkun jibqgħalha l-ebda stazzjon, il-koordinazzjoni man-numru ta’ stazzjonijiet fiż-żoni ġirien għandha tiżgura valutazzjoni adegwata tal-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu fir-rigward ta’ l-objettivi għall-perijodu fit-tul. In-numru ta’ stazzjonijiet għall-isfond rurali għandu jkun ta’ 1 kull 100 000  km2.




ANNESS X

KEJL TA’ SUSTANZI PREKURSURI TA’ L-OŻONU

A.   Objettivi

L-objettivi prinċipali ta’ tali kejl huma li tiġi analizzata kwalunkwe xejra tal-prekursuri ta’ l-ożonu, li tiġi kontrollata l-effiċjenza ta’ l-istrateġiji għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet, li tiġi kontrollata l-konsistenza ta’ l-inventarji ta’ l-emissjonijiet u sabiex tgħin sabiex ikunu attribwiti s-sorsi ta’ l-emissjoni għall-konċentrazzjonijiet osservati ta’ tniġġis.

Għan ieħor huwa li jiġi sostnut l-apprezzament tal-formazzjoni ta’ l-ożonu u l-proċessi tad-dispersjoni tal-prekursuri, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ mudelli fotokimiċi.

B   Sustanzi

Il-kejl tas-sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu għandu jinkludi ta’ l-anqas l-ossidi tan-nitroġenu (NO u NO2), u l-komposti organiċi volatili (VOC) adatti. Lista ta’ komposti organiċi volatili rakkomandati għall-kejl tingħata hawn taħt:



 

1-Butene

Isoprene

Etil benżina

Etanu

Trans-2-Butene

n-Hexane

m + p-Xylene

Etilene

cis-2-Butene

i-Hexane

o-Xylene

Aċitilena

1.3-Butadiene

n-Heptane

1,2,4-Trimethylebenżina

Propan

n-Pentane

n-Octane

1,2,3-Trimethylebenżina

Propilin

i-Pentane

i-Octane

1,3,5-Trimethylebenżina

n-Butane

1-Pentene

Benżina

Formaldeide

i-Butane

2-Pentene

Toluene

Total ta’ idrocarboni mhux tal-metanu

Ċ.   Għażla tas-sit

B’mod partikolari l-kejl għandu jittieħed f’żoni urbani jew suburbani fi kwalunkwe post mnejn isir il-monitoraġġ stabbilit skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u kunsidrat adegwat fir-rigward ta’ l-objettivi tal-monitoraġġ imsemmija fit-Taqsima A.




ANNESS XI

VALURI TA’ LIMITU GĦALL-PROTEZZJONI TAS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM

A.   Kriterji

Bla ħsara għall-Anness I, il-kriterji li ġejjin għandhom jintużaw sabiex tiġi vverifikata l-validità meta tinġabar id-data flimkien u jiġu kalkolati l-parametri statistiċi:



Parametru

Proporzjon ta’ data valida meħtieġ

Valuri fuq siegħa

75 % (i.e. 45 minuta)

Valuri fuq 8 sigħat

75 % tal-valuri (i.e. 6 sigħat)

Medja massima kuljum fuq ta’ 8 sigħat

75 % tal-medji għal kull siegħa fuq 8 sigħat (jiġifieri. 18-medja ta’ kuljum fuq 8 sigħat)

Valuri fuq 24 siegħa

75 % tal-medji ta’ kull siegħa (jiġifieri. mhux inqas minn valuri ta’ 18-il siegħa)

Medja annwali

90 % (1) tal-valuri ta’ kull siegħa jew (jekk mhux disponibbli) valuri ta’ 24 siegħa matul sena.

(1)   Il-ħtieġa għall-kalkolu tal-medja annwali ma jinkludux it-telf ta’ data minħabba l-kalibrazzjoni regolari jew il-manteniment normali ta’ l-istrumentazzjoni.

B   Valuri ta’ limitu



Perijodu li fuqu tinħadem il-medja

Valur ta’ limitu

Marġini ta’ tolleranza

Data sa meta jrid jintlaħaq il-valur ta’ limitu

Dijossidu tal-kubrit

Siegħa

350 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 24-il darba kull sena kalendarja

150 μg/m3 (43 %)

— (1)

Jum

125 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 3-il darba kull sena kalendarja

Xejn

— (1)

Dijossidu tan-nitroġenu

Siegħa

200 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 18-il darba kull sena kalendarja

50 % fid-19 ta’ Lulju 1999, li jonqos f1-1 ta’ Jannar 2001 u kull 12-il xahar ta’ wara b’perċentwali annwali ndaqs sakemm jinżel għal 0 % sa l-1 ta’ Jannar 2010

L-1 ta’ Jannar 2010

Sena kalendarja

40 μg/m3

50 % fid-19 ta’ Lulju 1999, li jonqos f1-1 ta’ Jannar 2001 u kull 12-il xahar ta’ wara b’perċentwali annwali ndaqs sakemm jinżel għal 0 % sa l-1 ta’ Jannar 2010

L-1 ta’ Jannar 2010

Benżina

Sena kalendarja

5 μg/m3

5 μg/m3 (100 %) fit-13 ta’ Diċembru 2000, li jonqos fl-1 ta’ Jannar 2006 u kull 12-il xahar ta’ wara b’1 μg/m3 sakemm jinżel għal 0 % sa l-1 ta’ Jannar 2010

L-1 ta’ Jannar 2010

Monossidu tal-karbonju

Il-medja massima kuljum fuq medda ta’ 8 sigħat (2)

10 mg/m3

60 %

— (1)

Ċomb

Sena kalendarja

0,5 μg/m3 (3)

100 %

— (3)

PM10

Jum

50 μg/m3, li ma għandux jinqabeż aktar minn 35 darba kull sena kalendarja

50 %

— (1)

Sena kalendarja

40 μg/m3

20 %

— (1)

(1)   Fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005.

(2)   Il-konċentrazzjoni medja massima kuljum fuq medda ta’ 8 sigħat tintgħażel billi jiġu eżaminati l-medji fuq 8 sigħat, kalkolati minn data għal kull siegħa u aġġornati kull siegħa. Kull medja fuq 8 sigħat kalkolata b’dan il-mod tiġi assenjata għall-jum meta tispiċċa jiġifieri l-ewwel perijodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe jum ikun il-perijodu mill-17:00 tal-jum ta’ qabel sas-01:00 ta’ dakinhar; l-aħħar perijodu ta’ kalkolu għal kwalunkwe jum ikun il-perijodu mill-16:00 sa 24:00 ta’ dakinhar.

(3)   Valur tal-limitu li għandu jintlaħaq biss sa l-1 ta’ Jannar 2010 fil-viċinat immedjat tas-sorsi industrijali speċifiċi li jinsabu f’siti kontaminati b’deċenni ta’ attivitajiet industrijali. F’tali każijiet, il-valur tal-limitu sa l-1 ta’ Jannar 2010 ser ikun 1,0 μg/m3. Il-qasam li fih japplikaw valuri ta’ limiti ogħla m’għandux jestendu aktar minn 1 000  m minn tali sorsi speċifiċi.




ANNESS XII

INFORMAZZJONI U LIMITI TA’ ALLERT

A.   Limiti ta’ allert għal sustanzi li jniġġsu diversi mill-ożonu

Għandhom jitkejlu fuq medda ta’ tliet sigħat konsekuttivi f’postijiet li jirrappreżentaw il-kwalità ta’ l-arja fuq medda ta’ madwar 100 km2 jew żona jew agglomerazzjoni sħiħa, skond liema tkun l-iżgħar.



Sustanza li tniġġes

Limitu ta’ allert

Dijossidu tal-kubrit

500 μg/m3

Dijossidu tan-nitroġenu

400 μg/m3

B.   Limiti ta’ informazzjoni u ta’ allert għall-ożonu



Fini

Perijodu li fuqu tinħadem il-medja

Limitu

Informazzjoni

Siegħa

180 μg/m3

Twissija

Siegħa (1)

240 μg/m3

(1)   Għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 24, il-qabża tal-limitu massimu li għandu jitkejjel jew jiġi previst għal tliet sigħat konsekuttivi.




ANNESS XIII

LIVELLI KRITIĊI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-VEĠETAZZJONI



Perijodu li fuqu tinħadem il-medja

Livell kritiku

Marġini ta’ tolleranza

Dijossidu tal-kubrit

Sena kalendarja u x-xitwa (1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu)

20 μg/m3

Xejn

Ossidi tan-nitroġenu

Sena kalendarja

30 μg/m3 NOx

Xejn




ANNESS XIV

MIRA NAZZJONALI TA’ TNAQQIS TA’ L-ESPOŻIZZJONI, VALUR IMMIRAT U VALUR TA’ LIMITU GĦAL PM2,5 A

A.   Indikatur ta’ l-espożizzjoni medja

L-Indikatur ta’ l-Espożizzjoni medja mogħti bħala μg/m3 (AEI) għandu jkun ibbażat fuq kejl meħud f’ambjenti bi sfond urban f’żoni u agglomerazzjonijiet madwar it-territorju kollu ta’ l-Istat Membru. Dan għandu jkun ivvalutat bħala l-medja għall-punti kollha stabbiliti skond it-Taqsima B ta’ l-Anness V għall-kampjunament sabiex jitkejjel il-punt intermedju annwali tal-konċentrazzjoni meħuda fuq medda ta’ 3 snin kalendarji. L-AEI għas-sena ta’ referenza 2010 għandu jkun il-punt intermedju tal-konċentrazzjoni tas-snin 2008, 2009 u 2010.

Madankollu, meta d-data għat-2008 ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-punt intermedju tal-konċentrazzjoni għas-snin 2009 u 2010 jew il-punt intermedju tal-konċentrazzjoni għas-snin 2009, 2010 u 2011. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dawn il-possibbiltajiet għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni sal-11 ta’ Settembru 2008.

L-AEI għas-sena 2020 għandu jkun il-punt intermedju tal-konċentrazzjoni fuq medda ta’ 3 snin meħud minn dawk il-punti kollha ta’ kampjunament għas-snin 2018, 2019 u 2020. L-AEI huwa użat għall-eżami dwar jekk jintlaħaqx l-objettiv tat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni nazzjonali.

L-AEI għas-sena 2015 għandu jkun il-punt intermedju tal-konċentrazzjoni fuq medda ta’ 3 snin meħud minn dawk il-punti kollha ta’ kampjunament għas-snin 2013, 2014 u 2015. L-AEI huwa użat għall-eżami dwar jekk jintlaħaqx l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni.

B.   Mira nazzjonali ta’ tnaqqis ta’ l-espożizzjoni



Il-mira għat-tnaqqis ta’ l-esponiment li għandu jkun hemm fir-rigward ta’ l-AEI fl-2010 (%)

Id-data sa meta għandha tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis ta’ l-esponiment

Konċentrazzjoni inizjali f’μg/m3

Mira tat-tnaqqis f’persentaġġ

2020

< 8.5 = 8.5

0 %

> 8.5 — < 13

10 %

= 13 — < 18

15 %

= 18 — < 22

20 %

≥ 22

Il-miżuri xierqa kollha li jridu jilħqu 18 μg/m3

Fejn l-AEI fis-sena ta’ referenza ikun 8,5 μg/m3 jew anqas, il-mira għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għandha tkun żero. It-tnaqqis immirat għandu jkun żero anke f’każijiet fejn l-AEI jilħaq il-livell ta’ 8,5 μg/m3 fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu mill-2010 sa l-2020 u jinżamm f’dak il-livell jew inqas.

C.   Obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni



L-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni

Id-data sa meta jrid ikun osservat il-valur ta’ l-obbligu

20 μg/m3

fl-1 ta’ Jannar 2015.

D.   Valur immirat



Perijodu li Fuqu Tinħadem il-Medja

Valur immirat

Data sa meta jrid jintlaħaq il-valur immirat

Sena kalendarja

25 μg/m3

L-1 ta’ Jannar 2010

E.   Valur ta’ limitu



Perijodu li fuqu tinħadem il-medja

Valur tal-limitu

Marġini ta’ tolleranza

Data sa meta jrid jintlaħaq il-valur ta’ limitu

STADJU 1

Sena kalendarja

25 μg/m3

20 % fil-11 ta’ Ġunju 2008, li jonqos fl-1 ta’ Jannar u kull 12-il xahar ta’ wara b’perċentwali annwali ndaqs sakemm jinżel għal 0 % sa l-1 ta’ Jannar 2015

fl-1 ta’ Jannar 2015.

STADJU 2 (1)

Sena kalendarja

20 μg/m3

 

L-1 ta’ Jannar 2020

(1)   Stadju 2 — valur ta’ limitu indikattiv li jrid jiġi rivedut mill-Kummissjoni fl-2013 fid-dawl ta’ iżjed informazzjoni dwar l-effetti ambjentali u fuq is-saħħa, il-fattibilità teknika u l-esperjenza tal-valur tal-mira fl-Istati Membri.




ANNESS XV

Informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-pjanijiet lokali, reġjonali jew nazzjonali dwar il-kwalità ta’ l-arja jew għal titjib fil-kwalità ta’ l-arja ta’ l-ambjent

A.   Informazzjoni li għandha tingħata skond l-artikolu 23 (pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja)

1.   Lokalizzazzjoni ta’ tniġġis żejjed

(a) reġjun;

(b) belt (mappa);

(ċ) stazzjon tal-kejl (mappa, koordinati ġeografiċi).

2.   Informazzjoni ġenerali:

(a) ix-xorta ta’ żona (belt, żona industrijal jew rurali);

(b) stima taż-żona inkwinata (km2) u tal-popolazzjoni esposta għat-tniġġis;

(ċ)  data utli tal-klima;

(d)  data rilevanti dwar it-topografija;

(e) informazzjoni suffiċjenti dwar ix-xorta ta’ miri li jeħtieġu protezzjoni fiż-żona.

3.   Awtoritajiet responsabbli

Ismijiet u indirizzi ta’ persuni responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ titjib.

4.   Natura u valutazzjoni ta’ tniġġis:

(a) konċentrazzjonijiet osservati matul is-snin ta’ qabel (qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ titjib);

(b) konċentrazzjonijiet imkejla mill-bidu tal-proġett;

(ċ) metodi tekniċi użati għall-valutazzjoni.

5.   Oriġini ta’ tniġġis

(a) elenku tas-sorsi prinċipali ta’ emissjonijiet responsabbli għat-tniġġis (mappa);

(b) kwantità totali ta’ emissjonijiet minn dawn is-sorsi (tunnellati metriċi/sena);

(ċ) informazzjoni dwar tniġġis impurtat minn reġjuni oħra.

6.   Analiżi tas-sitwazzjoni

(a) dettalji ta’ dawk il-fatturi responsabbli għall-qabża (eż. it-trasport, inkluż it-trasport minn pajjiż għall-ieħor, il-formazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu sekondarji fl-atmosfera);

(b) dettalji tal-miżuri li jistgħu jittieħdu għat-titjib tal-kwalità ta’ l-arja.

7.   Dettalji ta’ dawk il-miżuri jew proġetti għat-titjib li kienu jeżistu qabel il-11 ta’ Ġunju 2008, jiġifieri:

(a) miżuri lokali, reġjonali, nazzjonali, internazzjonali;

(b) l-effetti osservati ta’ dawn il-miżuri.

8.   Dettalji ta’ dawk il-miżuri jew proġetti adottati bil-ħsieb li jitnaqqas it-tniġġis wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva:

(a) elenku u deskrizzjoni tal-miżuri kollha stipulati fil-proġett;

(b) skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni;

(ċ) stima tat-titjib tal-kwalità ta’ l-arja pjanat u taż-żmien mistenni li jkun meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

9.   Dettalji tal-miżuri jew proġetti pjanati jew li qegħdin jiġu mistħarrġa għall-perijodu fit-tul.

10.   Lista tal-pubblikazzjonijiet, id-dokumenti, ix-xogħol, eċċ., użati sabiex jissupplimentaw l-informazzjoni mitluba taħt dan l-Anness.

B   Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta taħt l-artikolu 22(1)

1.

L-informazzjoni kollha kif esposta fit-Taqsima A.

2.

L-informazzjoni dwar l-istatus ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttivi li ġejjin:

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur ( 3 );

2. Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminali għall-istazzjonijiet tas-servizz ( 4 );

3. Id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis ( 5 );

4. Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar miżuri kontra l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu taħt forma ta’ gass u ta’ partikuli, minn magni tal-kombustjoni interna maħsuba sabiex ikunu installati f’makkinarji mobbli mhux għat-triq ( 6 );

5. Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-dijżil ( 7 );

6. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komponenti organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u installazzjonijiet ( 8 );

7. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċertu karburanti likwidi ( 9 );

8. Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart ( 10 );

9. Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni;

10. Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu atmosferiċi;

11. Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komponenti organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerta żebgħa u verniċ u prodotti sabiex jingħata l-verniċ mill-ġdid lill-vetturi ( 11 );

12. Id-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut tal-kubrit fil-karburanti marittimi ( 12 );

13. Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi ( 13 );

14. Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija ( 14 ).

3.

Informazzjoni dwar il-miżuri kollha possibbli għat-tnaqqis tat-tniġġis ta’ l-arja li kienu kunsidrati fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali adegwat għall-implimentazzjoni f’konnessjoni mal-kisba ta’ l-objettivi tal-kwalità ta’ l-arja, inkluż:

(a) tnaqqis ta’ emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji billi jiġi żgurat li s-sorsi ta’ kombustjoni stazzjonarji tas-sustanzi li jniġġsu li għandhom daqs żgħir jew medju (inklużi għall-bijomassa) jitwaħħlilhom tagħmir għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet jew jinbidlu;

(b) tnaqqis ta’ emissjonijiet mill-vetturi billi jiġu mmodifikati b’tagħmir għall-kontroll ta’ l-emissjonijet. Għandu jiġi kunsidrat l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni;

(ċ) akkwist mill-awtoritajiet pubbliċi, b’mod konformi mal-manwal dwar l-akkwist pubbliku favur l-ambjent ta’ vetturi tat-triq, karburant u tagħmir tal-kombustjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet, inkluż ix-xiri ta’:

 vetturi ġodda, inklużi vetturi b’emissjoni baxxa,

 servizzi ta’ trasport b’vetturi li jħammġu anqas,

 sorsi ta’ kombustjoni stazzjonarji b’emissjoni baxxa,

 karburanti b’emissjonjiet baxxi għal sorsi stazzjonarji u mobbli;

(d) miżuri sabiex jiġu llimitati l-emissjonijiet mit-trasport permezz ta’ l-ippjanar u l-immaniġġar tat-traffiku (inkluż tariffi marbuta mal-konġestjoni, ħlasijiet differenti għall-ipparkjar jew inċentivi ekonomiċi oħra; li jistabbilixxu “żoni b’emissjonijiet baxxi”);

(e) miżuri sabiex tiġi inkoraġġuta bidla fit-trasport għal modi li jniġġsu anqas;

(f) li jiġi żgurat li jintużaw karburanti b’emissjonijiet baxxi f’sorsi stazzjonarji ta’ skala żgħira, medja u kbira u f’sorsi mobbli;

(g) miżuri sabiex jitnaqqas it-tniġġis ta’ l-arja permezz tas-sistema tal-permessi taħt id-Direttiva 2008/1/KE, il-pjanijiet nazzjonali taħt id-Direttiva 2001/80/KE, u permezz ta’ l-użu ta’ strumenti ekonomiċi bħalma huma t-taxxi, il-piżijiet jew l-iskambju tal-kwoti ta’ l-emissjonijiet.

(h) fejn hu xieraq, miżuri li jipproteġu s-saħħa tat-tfal jew ta’ gruppi sensittivi oħra.




ANNESS XVI

INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKU

1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-ambjent kif kopert b’din d-Direttiva titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq bażi regolari.

2.

Il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent mogħtija għandhom jiġu ppreżentati bħala valuri medji skond il-perijodu adegwat li fuqu jinħadmu l-medji kif stipulat fl-Anness VII u l-Annessi XI sa XIV. L-informazzjoni għandha għall-anqas tindika kwalunkwe livell li jaqbeż l-objettivi dwar il-kwalità ta’ l-arja inklużi l-valuri ta’ limitu, il-valuri mmirati, il-limiti ta’ allert, il-limiti ta’ informazzjoni jew l-objettivi għall-perijodu fit-tul fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu regolati. L-informazzjoni għandha tagħti wkoll valutazzjoni qasira fir-rigward ta’ l-objettivi dwar il-kwalità ta’ l-arja u informazzjoni adegwata dwar l-effetti fuq is-saħħa, jew, fejn ikun il-każ, il-veġetazzjoni.

3.

L-informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent tad-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu, materja ta’ partikuli (mhux inqas minn PM10), l-ożonu u l-monossidu tal-karbonju għandha tiġi aġġornata ta’ l-anqas kuljum, u, kulfejn ikun prattikabli, l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata kull siegħa. L-informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet taċ-ċomb u l-benżina fl-ambjent, espressi bħala l-valur medju għall-aħħar 12-il xahar, għandha tiġi aġġornata kull tliet xhur, u kull xahar, kulfejn ikun prattikabbli.

4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata lill-pubbliku informazzjoni f’waqtha dwar qabżiet attwali jew imbassra tal-limiti ta’ allert, u kwalunkwe limitu ta’ informazzjoni. Id-dettalji mogħtija għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) informazzjoni dwar xi qabża/qabżiet osservati:

 il-post jew iż-żona tal-qabża,

 it-tip ta’ livell maqbuż (ta’ informazzjoni jew ta’ allert),

 meta bdiet il-qabża u kemm damet,

 l-ogħla konċentrazzjoni f’siegħa u, barra minn hekk, l-ogħla medja tal-konċentrazzjoni fuq medda ta’ 8 sigħat fil-każ ta’ l-ożonu;

(b) tbassir għal filgħaxija/filgħaxijiet jew jum/jiem li ġejjin:

 il-medda ġeografika tal-qabżiet mistennija ta’ l-informazzjoni u/jew il-limitu ta’ allert,

 il-bidla mistennija fit-tniġġis (titjib, stabbilizzazzjoni jew deterjorazzjoni), flimkien mar-raġunijiet għal dawn il-bidliet;

(ċ) informazzjoni dwar it-tip ta’ popolazzjoni konċernata, l-effetti li jista’ jkun hemm fuq is-saħħa u l-imġieba rrakkomandata:

 informazzjoni dwar il-gruppi mill-popolazzjoni li jinsabu f’riskju,

 deskrizzjoni tas-sintomi li jista’ jkun hemm,

 prekawzjonijiet rakkomandati li għandhom jittieħdu mill-popolazzjoni konċernata,

 fejn tista’ tinstab aktar informazzjoni;

(d) informazzjoni dwar azzjoni preventiva sabiex jitnaqqas it-tniġġis u/jew l-espożizzjoni għalih: indikazzjoni tas-setturi tas-sorsi prinċipali; rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet;

(e) fil-każ ta’ qabżiet imbassra, l-Istat Membru għandu jieħu passi sabiex jiżgura li tali dettalji jingħataw sal-punt prattikabbli.




ANNESS XVII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Din id-Direttiva

Id-Direttiva 96/62/KE

Id-Direttiva 1999/30/KE

Id-Direttiva 2000/69/KE

Id-Direttiva 2002/3/KE

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1) sa (5)

Artikolu 2(1) sa (5)

Artikolu 2(6) u (7)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(12)

Artikolu 2(12) u (13)

Artikolu 2(13) u (14)

Artikolu 2(a) u (b)

Artikolu 2(14)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(15) u (16)

Artikolu 2(9) u (10)

Artikolu 2(8) u (9)

Artikolu 2(7) u (8)

Artikolu 2(17) u (18)

Artikolu 2(11) u (12)

Artikolu 2(19), (20), (21), (22) u (23)

Artikolu 2(24)

Artikolu 2(10)

Artikolu 2(25) u (26)

Artikolu 6(5)

Artikolu 2(27)

Artikolu 2(13)

Artikolu 2(28)

Artikolu 2(3)

Artikolu 3, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu (1)(f)

Artikolu 3

Artikolu 3(1)(f)

Artikolu 4

Artikolu 2(9) u (10), Artikolu 6(1)

Artikolu 5

Artikolu 7(1)

Artikolu 5(1)

Article 6(1) to (4)

Article 6(1) to (4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 7

Artikolu 7(2) u (3) bl-emendi

Artikolu 5(2) u (3) bl-emendi

Artikolu 8

Artikolu 7(5)

Artikolu 5(5)

Artikolu 9

Artikolu 9(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 10

Artikolu 9(1) sa (3) bl-emendi

Artikolu 11(1)

Artikolu 9(4)

Artikolu 11(2)

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13(1)

Artikoli 3(1), 4(1), 5(1) u 6

Artikoli 3(1) u 4

Artikolu 13(2)

Artikoli 3(2) u 4(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 5(5)

Artikolu 14

Artikoli 3(1) u 4(1) bl-emendi

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17(1)

Artikoli 3(1) u 4(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 3(2) u (3)

Artikolu 17(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 18

Artikolu 5

Artikolu 19

Artikolu 10 bl-emendi

Artikolu 8(3)

Artikolu 6 bl-emendi

Artikolu 20

Artikoli 3(4) u 5(4) bl-emendi

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 8(1) sa (4) bl-emendi

Artikolu 24

Artikolu 7(3) bl-emendi

Artikolu 7 bl-emendi

Artikolu 25

Artikolu 8(5) bl-emendi

Artikolu 8 bl-emendi

Artikolu 26

Artikolu 8 bl-emendi

Artikolu 7 bl-emendi

Artikolu 6 bl-emendi

Artikolu 27

Artikolu 11 bl-emendi

Artikolu 5(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 10 bl-emendi

Artikolu 28(1)

Artikolu 12(1) bl-emendi

Artikolu 28(2)

Artikolu 11 bl-emendi

Artikolu 28(3)

Artikolu 28(4)

Anness IX bl-emendi

Artikolu 29

Artikolu 12(2)

Artikolu 30

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 14

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 10

Artikolu 15

Artikolu 34

Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 11

Artikolu 17

Artikolu 35

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 18

Anness I

Anness VIII bl-emendi

Anness VI

Anness VII

Annex II

Anness V bl-emendi

Anness III

Anness III

Anness VI

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness VII bl-emendi

Anness V

Anness VI

Anness IX bl-emendi

Anness VII

Anness VIII

Anness VII

Anness I, Anness III Taqsima II

Anness VIII

Anness IV

Anness IX

Anness V

Anness X

Anness VI

Anness XI

Anness I, Taqsima I, Anness II, Taqsima I u Anness III (bl-emendi); Anness IV (mhux mibdul)

Anness I, Anness II

Anness XII

Anness I, Taqsima II, Anness II, Taqsima II,

Anness II, Taqsima I

Anness XIII

Anness I, Taqsima I, Anness II, Taqsima I,

Anness XIV

Anness XV, Taqsima A

Anness IV

Anness XV, Taqsima B

Anness XVI

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 6 bl-emendi




DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LI TAKKOMPANJA L-ADOZZJONI TAD-DIRETTIVA L-ĠDIDA DWAR IL-KWALITÀ TA’ L-ARJA FL-AMBJENT U ARJA IKTAR NADIFA GĦALL-EWROPA

Il-Kummissjoni tinnota t-test adattat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew għad-Direttiva dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja aktar nadifa għall-Ewropa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota l-importanza li l-Parlament Ewropew u l-Istati Membri jagħtu, fl-Artikolu 22(4) u l-Premessa 16 tad-Direttiva, għall-miżuri Komunitarji għat-tnaqqis f’ras il-għajn ta’ emissjonijiet li jniġġsu l-arja.

Il-Kummissjoni tagħraf li, biex jinkiseb progress sinifikanti fil-kisba ta’ l-għanijiet stabbiliti fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, jeħtieġ li li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ ħsara li jniġġsu l-arja. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja tistabbilixxi għadd sinifikanti ta’ miżuri Komunitarji possibbli. Minn meta l-Istrateġija ġiet adottata, sar progress sinifikanti kemm fuq dawn il-miżuri kif ukoll fuq miżuri oħra:

 Il-Kunsill u l-Parlament diġà adottaw liġijiet ġodda li jillimitaw l-emissjoni ta’ exhaust minn vetturi ħfief (light duty);

 Il-Kummissjoni adottat proposta għal liġijiet ġodda biex ittejjeb l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-emissjonijiet industrijali li tinkludi impjanti ta’ agrikoltura intensiva u miżuri għall-kontroll ta’ sorsi ta’ kombustjoni industrijali ta’ skala iżgħar;

 Il-Kummissjoni adottat proposta għal liġijiet ġodda li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ exhaust minn magni installati fuq vetturi tqal (heavy duty);

 Għall-2008, il-Kummissjoni tipprevedi proposti leġiżlattivi ġodda li:

 

 ikomplu jnaqqsu l-limitu massimu nazzjonali ta’ l-Istati Membri għall-emissjonijiet li l-aktar iniġġsu l-arja;

 inaqqsu l-emissjonijiet assoċjati mat-teħid tal-petrol mill-karozzi fl-istazzjonijiet tal-petrol;

 jindirizzaw il-kontenut tal-kubrit fil-fjuwils, anke fil-fjuwils għall-użu marittimu;

 Qiegħed isir xogħol ta’ tħejjija biex issir magħrufa l-fattibilità ta’:

 

 it-titjib fl-ekodisinn ta’ bojlers u heaters domestiċi, u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet minnhom;

 it-tnaqqis mill-kontenut ta’ solvent fiż-żebgħa, verniċ u prodotti ta’ lostru mil-ġdid ta’ vetturi;

 it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ exhaust minn makkinarju mobbli mhux tat-triq, liema tnaqqis iwassal biex jinkiseb l-aktar benefiċċju possibbli mill-użu ta’ fjuwils b’kontenut ta’ kubrit aktar baxx li ma jintużawx għat-triq, kif diġà propost mill-Kummissjoni;

 Fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), il-Kummissjoni ser tibqa’ tinsisti wkoll għal tnaqqis sostenzjali ta’ emissjonijiet mill-bastimenti, u jekk l-IMO ma jirnexxiliex twettaq il-proposti ambizzjużi previsti għas-sena 2008, il-Kummissjoni għandha l-impenn li tippromwovi proposti għal miżuri Komunitarji.

Madankollu, il-Kummissjoni hija marbuta ma’ l-għanijiet ta’ l-inizjattiva tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar u mal-ħtieġa li l-proposti jkunu bbażati fuq valutazzjoni komprensiva ta’ l-impatti u l-benefiċċji. F’dan ir-rigward, u b’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni ser tkompli tevalwa l-ħtieġa li tressaq proposti għal leġiżlazzjoni ġdida iżda żżomm id-dritt tagħha li tiddeċiedi jekk u meta jkun xieraq li tippreżenta dawn il-proposti.

DIKJARAZZJONI MILL-OLANDA

L-Olanda dejjem appoġġat l-iżvilupp ta’ politika Ewropea ambizzjuża u effettiva dwar il-kwalità ta’ l-arja u ser tkompli tagħmel dan fil-futur. Għalhekk, hija kuntenta bil-kompromess li ntlaħaq bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew u tifraħ lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lill-Presidenza dwar ir-riżultati miksuba. Id-Direttiva l-ġdida dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent timmarka progress konsiderevoli kemm għall-ambjent kif ukoll għas-saħħa pubblika.

Hekk kif innotat l-Olanda mat-tfassil tal-Pożizzjoni Komuni, il-kwalità ta’ l-arja f’pajjiżna hija influwenzata ħafna mill-iżviluppi transkonfini u għalhekk ser tibbenefika bil-kbir minn approċċ Ewropew effettiv. It-tħassib ewlieni ta’ l-Olanda kien li d-Direttiva għandu jkun fiha pakkett ibbilanċjat ta’ miżuri Ewropej u nazzjonali, kif ukoll limiti ta’ żmien realistiċi biex jinkisbu l-miri tal-kwalità ta’ l-arja. Huwa f’dak il-mument biss li l-Istati Membri ser ikunu jistgħu jiksbu l-miri ambizzjużi li ġew stabbiliti.

L-Olanda tinnota b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ser tippreżenta miżuri Komunitarji fi żmien debitu. Konformità mifruxa ma’ l-UE u f’waqtha ma’ l-istandards tal-kwalità ta’ l-arja ser tiddependi fuq politika Ewropea soda li titratta t-tniġġis f’ras il-għajn. L-Olanda tinnota b’mod speċjali n-nuqqas ta’ data u l-inċertezzi prevalenti dwar l-emissjonijiet u l-konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli fini (PM2.5). Ovvjament, hija ser tagħmel kull sforz biex tilħaq l-objettivi tad-Direttiva sad-data mmirata. Abbażi ta’ l-għarfien li għandha bħalissa, dan ser ikun ġeneralment fattibbli. Il-gvern Olandiż qed jiżviluppa Programm Nazzjonali ta’ Kooperazzjoni fil-Kwalità ta’ l-Arja biex jitratta bnadi fejn il-limiti massimi ta’ l-emissjonijiet qed jiġu persistentement maqbuża, biex b’hekk, hemmhekk ukoll, l-istandards tal-kwalità ta’ l-arja jkunu jistgħu jintlaħqu sad-data mmirata.

L-Olanda hija kuntenta li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew ikkonkludew it-tieni qari tagħhom fil-ħin biex id-Direttiva tieħu effett sa minn kmieni fl-2008. Dan huwa essenzjali għall-programm nazzjonali tagħna stess, kif ukoll għall-azzjonijiet fil-pajjiżi madwarna. L-Olanda ser tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-programm ta’ kooperazzjoni nazzjonali u l-miżuri lokali u reġjonali kollha jkunu suffiċjenti biex jinkisbu l-istandards Ewropej għall-kwalità ta’ l-arja.



( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol (ĠU L 393, 30.12.1989, p. 1). Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).

( 2 ) ĠU L 334, 30.11.2006, p. 1.

( 3 ) ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

( 4 ) ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 5 ) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

( 6 ) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/105/KE.

( 7 ) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 8 ) ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

( 9 ) ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 59).

( 10 ) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

( 11 ) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

( 12 ) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 59.

( 13 ) ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 715/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

( 14 ) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

Top