Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007R0425-20180805

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2007 tad-19 ta’ April 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/425/2018-08-05

    02007R0425 — MT — 05.08.2018 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 425/2007

    tad-19 ta’ April 2007

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

    (ĠU L 103 20.4.2007, p. 26)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT (UE) 2018/974 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018

      L 179

    14

    16.7.2018




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 425/2007

    tad-19 ta’ April 2007

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni



    ▼M1 —————

    ▼B

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, id-definizzjonijiet, l-ispjegazzjonijiet u l-linji ta' gwida għar-rappurtar tad-data addizzjonali stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

    Artikolu 3

    Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, l-istatistika għandha tiġi trażmessa jew uploaded b'mezzi elettroniċi lill-punt ta' aċċess uniku għad-data fl-Eurostat skond id-deskrizzjoni tal-fajls tad-data u l-mezz ta' trażmissjoni definiti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    It-trażmissjoni għandha tkun konformi ma' l-istandards xierqa ta' skambju speċifikat mill-Eurostat.

    Artikolu 4

    Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, il-Kummissjoni għandha xxerred, bi kwalunkwe mezz u bi kwalunkwe struttura tad-data, id-data kollha speċifikata fl-Anness A sa F ta' l-istess Regolament (KE) Nru 1365/2006 li ma tiġix iddikjarata bħala kunfidenzjali mill-Istati Membri.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    L-Annessi A sa F tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 jinbidel b'dan li ġej:




    “ANNESS A



    Tabella A1.  Merkanzija ttrasportata skond it-tip ta' oġġett (data annwali)

    Elementi

    Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2 karattri alfanumeriċi

    “A1”

     

    Il-Pajjiż tar-rappurtar

    2 karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

     

    Sena

    4-karattri numeriċi

    “yyyy”

     

    Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

    4-karattri alfanumeriċi

    NUTS2 (*1)

     

    Pajjiż/reġjun tal-ħatt

    4-karattri alfanumeriċi

    NUTS2 (*1)

     

    Tip ta' trasport

    1-karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Tip ta' oġġett

    2-karattri numeriċi

    NST 2000 (*2)

     

    Tip ta' imballaġġ

    1-karattrui numeriku

    1 = Merkanzija f'kontejners

    2 = Merkanzija mhux f'kontejners u kontejners vojta

     

    Tunnellati ttrasportati

     

     

    Tunnellati

    Tunnellati-Km

     

     

    Tunnellati-Km

    (*1)   

    Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

    — “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

    — “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

    — “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

    (*2)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.




    ANNESS B



    Tabella B1.  Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

    Elementi

    Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2-karattri alfanumeriċi

    “B1”

     

    Il-Pajjiż tar-rappurtar

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

     

    Sena

    4-karattri numeriċi

    “yyyy”

     

    Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

    4-karattri alfanumeriċi

    NUTS2 (*1)

     

    Pajjiż/reġjun tal-ħatt

    4-karattri alfanumeriċi

    NUTS2 (*1)

     

    Tip ta' trasport

    1-karattru alfabetiku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Tip ta' bastiment

    1-karattru numeriku

    1 = Barkun immotorizzat

    2 = Barkun mhux immotorizzat

    3 = Barkun tat-tanker immotorizzat

    4 = Barkun tat-tanker mhux immotorizzat

    5 = Bastimenti oħrajn li jġorru l-merkanzija

    6 = Bastiment marittimu

     

    Nazzjonalità tal-bastiment

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (*2)

     

    Tunnellati ttrasportati

     

     

    Tunnellati

    Tunnellati-Km

     

     

    Tunnellati-Km

    (*1)   

    Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

    — “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

    — “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

    — “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

    (*2)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata l-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.



    Tabella B2.  Traffiku tal-bastimenti (data annwali)

    Elementi

    Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2-karattri alfanumeriċi

    “B2”

     

    Il-Pajjiż tar-rappurtar

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

     

    Sena

    4-karattri numeriċi

    “yyyy”

     

    Tip ta' trasport

    1-karattru alfabetiku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżiti)

    3 = Tranżitu

     

    Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

     

     

    Movimenti tal-bastimenti

    Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

     

     

    Movimenti tal-bastimenti

    Bastiment -Km (bastimenti mgħobbija)

     

     

    Bastiment-Km

    Bastiment-Km (bastimenti vojta)

     

     

    Bastiment-Km

    NOTA: Il-provvediment ta' din it-Tabella B2 mhux obbligatorju.




    ANNESS C



    Tabella C1.  Trasport tal-kontejners skond it-tip ta' oġġett (data annwali)

    Elementi

    Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2-karattri alfanumeriċi

    “C1”

     

    Il-Pajjiż tar-rappurtar

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

     

    Sena

    4-karattri numeriċi

    “yyyy”

     

    Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

    4-karattri alfanumeriċi

    NUTS2 (*1)

     

    Pajjiż/reġjun tal-ħatt

    4-karattri alfanumeriċi

    NUTS2 (*1)

     

    Tip ta' trasport

    1-karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Daqs tal-kontejner

    1-karattru numeriku

    1 = 20' unitajiet ta' tagħbija

    2 = 40' unitajiet ta' tagħbija

    3 = unitajiet ta' tagħbija > 20' u < 40'

    4 = unitajiet ta' tagħbija > 40'

     

    Status tat-tagħbija

    1-karattru numeriku

    1 = Kontejners mgħobbija

    2 = Kontejners vojta

     

    Tip ta' oġġett

    2-karattri numeriċi

    NST 2000 (*2)

     

    Tunnellati ttrasportati

     

     

    Tunnellati

    Tunnellati-Km

     

     

    Tunnellati-Km

    TEU

     

     

    TEU

    TEU-Km

     

     

    TEU-Km

    (*1)   

    Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

    — “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

    — “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

    — “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

    (*2)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.




    ANNESS D



    Tabella D1.  Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

    Elementi

    Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2-karattri alfanumeriċi

    “D1”

     

    Il-Pajjiż tar-rappurtar

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

     

    Sena

    4-karattri numeriċi

    “yyyy”

     

    Kwart ta' sena

    2-karattri numeriċi

    41 = L-1 kwart

    42 = It-2 kwart

    43 = It-3 kwart

    44 = Ir-4 kwart

     

    Tip ta' trasport

    1-karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Nazzjonalità tal-bastiment

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (*1)

     

    Tunnellati ttrasportati

     

     

    Tunnellati

    Tunnellati-Km

     

     

    Tunnellati-Km

    (*1)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata il-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.



    Tabella D2.  Trasport bil-kontejner skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

    Elementi

    Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2-karattri alfanumeriċi

    “D2”

     

    Il-Pajjiż tar-rappurtar

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

     

    Sena

    4-karattri numeriċi

    “yyyy”

     

    Kwart tas-sena

    2-karattri numeriċi

    41 = L-1 kwart

    42 = It-2 kwart

    43 = It-3 kwart

    44 = Ir-4 kwart

     

    Tip ta' trasport

    1-karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Nazzjonalità tal-bastiment

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (*1)

     

    Status tat-tagħbija

    1-karattru numeriku

    1 = Kontejners mgħobbija

    2 = Kontejners vojta

     

    Tunnellati ttrasportati

     

     

    Tunnellati

    Tunnellati-Km

     

     

    Tunnellati-Km

    TEU

     

     

    TEU

    TEU-Km

     

     

    TEU-Km

    (*1)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtat il-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.




    ANNESS E



    Tabella E1.  Trasport ta' merkanzija (data annwali)

    Elementi

    Kodiċi

    Nomenklatura

    Unità

    Tabella

    2-karattri alfanumeriċi

    “E1”

     

    Il-Pajjiż tar-rappurtar

    2-karattri alfabetiċi

    NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

     

    Sena

    4-karattri numeriċi

    “yyyy”

     

    Tip ta' trasport

    1-karattru numeriku

    1 = Nazzjonali

    2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

    3 = Tranżitu

     

    Tip ta' oġġett

    2-karattri numeriċi

    NST 2000 (*1)

     

    Totral ta' tunnellati trasportati

     

     

    Tunnellati

    Total ta' tunnellati-Km

     

     

    Tunnellati-Km

    (*1)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.




    ANNESS F

    IN-NOMENKLATURA TAL-MERKANZIJA

    It-tip ta' merkanzija għandha tiġi rrappurtata skond il-klassifikazzjoni NST-2000 ( 1 ) kif muri fit-Tabella F.1. Għandha tintuża l-kodiċi b'żewġ numri tal-kolonna “Gruppi NST-2000”.

    Madankollu, fl-2007 biss, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-klassifikazzjoni NST/R ( 2 ) kif murija fit-Tabella F.2 għar-rappurtar tat-tip ta' merkanzija. Għandha tintuża l-kodiċi b'żewġ numri tal-kolonna “Gruppi ta' merkanzija”.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jirrappurtaw id-data biż-żewġ klassifikazzjonijiet fl-2007. Mill-2008 'l quddiem, il-klassifikazzjoni NST-2000 biss għandha tkun valida.



    Tabella F.1  Klassifikazzjoni NST-2000

    Gruppi NST-2000

    Deskrizzjoni tal-merkanzija

    01

    Prodotti ta' l-agrikolutra, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

    02

    Faħam u lignite; pît; żejt mhux raffinat u gass naturali; uranju u torju

    03

    Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri

    04

    Prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk

    05

    Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

    06

    Injam u prodotti ta' l-injam u tas-sufra (ħlief għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta' l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal rekordjat

    07

    Kokk, prodotti irfinuti tal-pitrolji u fjuwil nukleari

    08

    Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik

    09

    Prodotti oħra minerali li m'humiex metalliċi

    10

    Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, ħlief makkinarju u tagħmir

    11

    Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta' l-uffiċċji u computers; makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta' preċiżjoni u ottiċi; arloġġi u arloġġi ta' l-idejn

    12

    Tagħmir ta' trasport

    13

    Għamara; oġġetti oħra mmanifatturi n.e.c.

    14

    Materja prima sekondarja; skart muniċiopali u tip ieħor ta' skart li mhux speċifikat f'post ieħor fis-CPA

    15

    Posta, pakketti postali

    Nota: din l-intestatura normalment tintuża għal oġġetti ttrasportati permezz ta' l-amministrazzjonijiet tal-posta u s-servizzi speċjalizzati ta' kurjer fid-diviżjonijiet 53.10 u 53.20 tan-Nace Rev. 2

    16

    Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija

    Nota: din l-intestatura tkopri oġġetti bħal kontejners vojta, paletti, kaxxi, ċestuni u gaġeġ. Tkopri wkoll vetturi użati sabiex iżommu l-merkanzija, fejn il-vettura nnifisha tinġarr minn vettura oħra. L-eżistenza ta' kodiċi ta' dan it-tip ta' materjal mhix ta' preġudizzju għall-kwistjoni jekk tali materjali għandhomx jgħoddu bħala “merkanzija”, dan jiddependi mir-regoli tal-ġbir tad-data għal kull mezz ta' trasport.

    17

    Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagali trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

    18

    Merkanzija ragruppata taħlita ta' tipi ta' merkanzija li huma ttrasportati flimkien

    Nota: din l-intestatura tintuża kull meta ma jkunx ikkunsidrat xieraq li l-merkanzija tiġi assenjata separatament lil gruppi 01-16.

    19

    Merkanzija li ma tistax tiġi identifikata: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01-16.

    Nota: din l-intestatura hija intenzjonata tkopri merkanzija fejn l-unità ta' rappurtar ma jkollha ebda informazzjoni dwar it-tip ta' merkanzija li tkun qiegħda tiġi trasportata.

    20

    Merkanzija oħra n.e.c.

    Nota: din l-intestatura tkopri kwalunkwe oġġett li ma jistax jiġi assenjat lil xi wieħed mill-gruppi 01-19. Billi l-gruppi 01-19 huma maħsuba li jkopru l-kategoriji kollha previsti ta' merkanzija trasportata, l-użu tal-grupp 20 għandu jitqies mhux tas-soltu u jista' jindika l-ħtieġa għal kontrolli ulterjuri tad-data rappurtata taħt din l-intestatura.



    Tabella F.2  Klassifikazzjoni NST/R

    Gruppi ta' merkanzija

    Kapitlu NST/R

    Gruppi NST/R

    Deskrizzjoni

    1

    0

    01

    Ċereali

    2

    02, 03

    Patata, frott u ħxejjex oħra friski jew iffriżati

    3

    00, 06

    Annimali ħajjin, pitrava zokkrija

    4

    05

    Injam u sufra

    5

    04, 09

    Tessuti, oġġetti tat-tessuti u fibri magħmulin mill-bniedem, materjal ieħor nej ta' annimali jew ħxejjex

    6

    1

    11, 12, 13, 14, 16, 17

    Oġġetti ta' l-ikel u għalf ta' l-annimali

    7

    18

    Żerriegħa taż-żejt u frott u xaħmijiet oleaġinużi

    8

    2

    21, 22, 23

    Fjuwils minerali solidi

    9

    3

    31

    Żejt mhux raffinat

    10

    32, 33, 34

    Prodotti taż-żejt

    11

    4

    41, 46

    Ħadid mhux maħdum, skart tal-ħadid u l-azzar u trab mill-blast furnace

    12

    45

    Minerali mhux maħduma u skart li ma fihomx ħadid

    13

    5

    51, 52, 53, 54, 55, 56

    Prodotti tal-metall

    14

    6

    64, 69

    Siment, ġir, materjali mmanifatturati tal-bini

    15

    61, 62, 63, 65

    Minerali mhux maħduma u mmanifatturati

    16

    7

    71, 72

    Fertilizzanti naturali u kimiċi

    17

    8

    83

    Kimiċi tal-faħam, qatran

    18

    81, 82, 89

    Kimiċi li mhumiex kimiċi tal-faħam u qatran

    19

    84

    Polpa tal-karti u skart tal-karti

    20

    9

    91, 92, 93

    Tagħmir tat-trasport, makkinarju, apparat, magni, armati jew le, u l-parts tagħhom

    21

    94

    Manifatturi tal-metall

    22

    95

    Ħġieġ, prodotti tal-ħġieġ, prodotti taċ-ċeramika

    23

    96, 97

    Ġilda, tessuti, ħwejjeġ, artikoli oħra mmanifatturati

    24

    99

    Artikoli mixxellanji”




    ANNESS II

    DEFINIZZJONIJIET, SPJEGAZZJONIJIET U LINJI TA' GWIDA GĦAR-RAPPURTAR TAD-DATA ADDIZZJONALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006

    TAQSIMA I.   TRASPORT FUQ PASSAĠĠ TA' L-ILMA INTERNI

    1.   Passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli

    Dan it-terminu jkopri xmajjar, lagi, kanali u estwarji navigabbli. Passaġġ ta' l-ilma intern li jifforma fruntiera komuni bejn żewġ pajjiżi għandu jiġi rrappurtat mit-tnejn.

    2.   Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni

    Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-movimenti ta' merkanzija u/jew passiġġieri permezz ta' bastimenti marittimi li jseħħu kompletament f'passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli se jitqiesu bħala trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni u se jkunu soġġetti għall-istess obbligi dwar l-għoti tad-data irrispettivament minn jekk il-bastimenti marittimi jissemmewx speċifikament f'definizzjonijiet oħra.

    Il-movimenti ta' merkanzija mibgħuta b'bastiment lil installazzjonijiet offshore huma esklużi. Bankers u ħażniet fornuti lil bastimenti fil-port huma esklużi, iżda żejt tal-banker ixxippjat lil bastimenti offshore huwa inkluż.

    3.   Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni nazzjonali

    Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni nazzjonali jista' jinvolvi tranżitu minn pajjiż ieħor, iżda għal dan il-pajjiż, dan it-trasport għandu jiġi rrappurtat bħala tranżitu. Trasport b'kabotaġġ iddefinit bħala trasport fuq passaġġi ta' ilma interni nazzjonali mwettaq minn bastiment irreġistrat f'pajjiż ieħor huwa inkluż.

    4.   Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni internazzjonali

    It-trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni internazzjonali jista' jinvolvi tranżitu minn pajjiż terz wieħed jew iktar. Għal dawn il-pajjiżi msemmija l-aħħar dan it-trasport għandu jiġi rrappurtat bħala tranżitu.

    5.   Trasport ta' tranżitu fuq passaġġi ta' l-ilma interni

    Trasport ta' tranżitu fuq passaġġi ta' l-ilma interni għandu jitqies bħala tali biss jekk matul il-vjaġġ sħiħ fit-territorju nazzjonali ma jkun hemm ebda trasbord.

    6.   Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

    Dan huwa l-pajjiż jew ir-reġjun tal-port (livell NUTS2 ( 3 )) fejn il-merkanzija ttrasportata titgħabba fuq bastiment.

    7.   Pajjiż/reġjun tal-ħatt

    Dan huwa l-pajjiż jew ir-reġjun tal-port (livell NUTS2) fejn il-merkanzija ttrasportata tinħatt minn fuq bastiment.

    8.   Tip ta' imballaġġ tal-merkanzija

    Il-merkanzija fuq bastiment tista' tiġi ttrasportata permezz ta' żewġ tipi ta' imballaġġ:

     Ġewwa kontejners kif definit fit-Taqsima III.1.

     Mhux fil-kontejners

    TAQSIMA II.   TIPI TA' BASTIMENTI

    1.   Barkun immotorizzat

    Kwalunkwe bastiment tat-tagħbija mmotorizzat għall-passaġġi fuq l-ilma interni, ħlief barkuni tat-tanker immotorizzati.

    2.   Barkun mhux immotorizzat

    Kwalunkwe bastiment tat-tagħbija mhux immotorizzat għall-passaġġi fuq l-ilma interni, ħlief barkuni tat-tanker mhux immotorizzati. Din il-kategorija tinkludi barkuni ttowjati, imbuttati u ttowjati-mbuttati.

    3.   Barkun tat-tanker immotorizzat:

    Barkun immotorizzat maħsub għat-trasport ta' likwidi jew gassijiet f'tankijiet fissi.

    4.   Barkun tat-tanker mhux immotorizzat

    Barkun mhux immotorizzat maħsub għat-trasport ta' likwidi jew gassijiet f'tankijiet fissi.

    5.   Bastimenti oħrajn li jġorru l-merkanzija

    Kwalunkwe tip magħruf jew mhux magħruf ta' bastiment tat-tagħbija għall-passaġġi fuq l-ilma interni maħsub għall-ġarr ta' merkanzija mhux definita fil-kategoriji preċedenti.

    6.   Bastiment marittimu

    Bastimenti li primarjament jinnavigaw f'passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli jew f'ilmijiet ġo, jew qrib ħafna ta', ilmijiet kennija jew żoni fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet.

    TAQSIMA III.   KONTEJNERS

    1.   Kontejner

    Kontejner għat-trasport tal-merkanzija jfisser artikolu ta' apparat tat-trasport:

    1. ta' natura permanenti u għalhekk b'saħħtu biżżejjed sabiex ikun tajjeb għal użu repetittiv;

    2. iddiżinjat speċjalment sabiex jiffaċilita t-trasport ta' merkanzija b'mod wieħed jew iktar ta' trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid f'nofs triq;

    3. mgħammar b'apparat li jippermetti li jiġi mmaniġġjat faċliment, b'mod partikolari t-trasferiment tiegħu minn mezz wieħed ta' trasport għall-ieħor;

    4. maħsub b'mod li jkun faċli biex jimtela u biex jiġi żvujtat;

    5. li għandu tul ta' 20 pied jew iktar.

    2.   Daqs tal-kontejner

    Għall-iskop ta' dan ir-Regolament id-daqs tal-kontejners se jiġi rrappurtat skond erba' kategoriji:

    1) Kontejners ISO ta' 20 Pied (tul ta' 20 pied u wisa' ta' 8 piedi)

    2) Kontejners ISO ta' 40 Pied (tul ta' 40 pied u wisa' ta' 8 piedi)

    3) Kontejners ISO itwal minn 20 pied imma inqas minn 40 pied

    4) Kontejners ISO itwal minn 40 pied

    (Kontejners iżgħar minn 20 pied jew ta' daqs mhux magħruf għandhom jiġu rrappurtati taħt il-Kategorija 1).

    3.   Status tat-tagħbija tal-kontejners

    Il-kontejners jista' jkollhom żewġ tipi ta' status tat-tagħbija irrispettivament mid-daqs tagħhom.

     mgħobbija, meta kwalunkwe tip ta' merkanzija tkun qed tiġi ttrasportata ġewwa l-kontejner

     vojta, meta l-kontejner ma jkollu ebda merkanzija fih.

    TAQSIMA IV.   TRAFFIKU FUQ PASSAĠĠ TA' L-ILMA INTERNI

    1.   Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

    Moviment wieħed ta' bastiment mgħobbi jingħadd bħala l-moviment ta' bastiment mill-port tat-tagħbija ta' kwalunkwe tip ta' merkanzija sal-port ta' wara tat-tagħbija jew il-ħatt.

    2.   Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

    Moviment wieħed ta' bastiment vojt jingħadd bħala l-moviment ta' bastiment minn port wieħed sa ieħor li għalih il-piż gross-gross tal-merkanzija jkun żero. Il-moviment ta' bastiment li jġorr kontejners vojta ma jitqiesx bħala bastiment vojt.

    TAQSIMA V.   UNITAJIET

    1.   Tunnellata

    Unità għall-kejl tal-piż tal-merkanzija ttrasportata ekwivalenti għal 1 000  kilogramma.

    Il-piż għandu jitqies fil-piż gross-gross tal-merkanzija. Il-piż li jitqies huwa ekwivalenti għall-piż totali tal-merkanzija u l-imballaġġ u l-piż tara tat-tagħmir bħall-kontejners, swap bodies u palletti. Meta dan il-piż tara jiġi eskluż, il-piż ikun il-piż gross.

    2.   Tunnellati-Km

    Unità għall-kejl tat-trasport tal-merkanzija ekwivalenti għal tunnellata ta' merkanzija ttrasportata fuq distanza ta' kilometru.

    Għall-iskopijiet ta' rappurtar tal-prestazzjoni fir-rigward tat-tunnellata-km, għandha titqies biss id-distanza vjaġġata fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni.

    3.   TEU

    Unità għall-kejl tad-daqs tal-kontejner ekwivalenti għal unità ta' 20 pied. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, japplikaw l-ekwivalenzi li ġejjin:

    Kontejners ISO ta' 20 Pied (tul ta' 20 pied u wisa' ta' 8 piedi)

    =

    1TEU

    Kontejners ISO ta' 40 Pied (tul ta' 40 pied u wisa' ta' 8 piedi)

    =

    2 TEU

    Kontejners ISO b'iktar minn 20 pied u inqas minn 40 pied tul

    =

    1,5 TEU

    Kontejners ISO itwal minn 40 pied

    =

    2,25 TEU

    4.   TEU-Km

    Unità għall-kejl tat-trasport tal-merkanzija ekwivalenti għal TEU waħda ttrasportata fuq distanza ta' kilometru.

    Għall-iskopijiet ta' rappurtar tal-prestazzjoni fir-rigward tat-TEU-km, għandha titqies biss id-distanza vjaġġata fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni.

    5.   Bastimenti-Km

    Unità għall-kejl tat-traffiku tal-bastimenti ekwivalenti għall-moviment ta' bastiment fuq distanza ta' kilometru. Għall-iskopijiet ta' rappurtar tal-prestazzjoni fir-rigward tal-bastiment-km, għandha titqies biss id-distanza vjaġġata fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni.




    ANNESS III

    DESKRIZZJONI TAL-FAJLS TAD-DATA U L-MEZZ GĦAT-TRAŻMISSJONI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006

    Deskrizzjoni ta' l-elementi li għandhom jintużaw f'kull fajl tad-data

    Sommarju ta' l-elementi li għandhom jingħataw f'kull fajl tad-data (tabelli) ta' dan ir-Regolament huwa ppreżentat fit-tabella li ġejja.



    Elementi

    Format u daqs

    Tabella

    A1

    B1

    B2

    C1

    D1

    D2

    E1

    Qisien

    Numru tat-tabella

    an2

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Pajjiż tar-rappurtar

    a2

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Sena

    n4

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Kwart tas-sena

    n2

     

     

     

     

    X

    X

     

    Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

    an4

    X

    X

     

    X

     

     

     

    Pajjiż/reġjun tal-ħatt

    an4

    X

    X

     

    X

     

     

     

    Tip ta' trasport

    n1

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Tip ta' merkanzija

    n2

    X

     

     

    X

     

     

    X

    Tip ta' imballaġġ

    n1

    X

     

     

     

     

     

     

    Tip ta' bastiment

    n1

     

    X

     

     

     

     

     

    Nazzjonalità tal-bastiment

    a2

     

    X

     

     

    X

    X

     

    Daqs tal-kontejner

    n1

     

     

     

    X

     

     

     

    Status tat-tagħbija

    n1

     

     

     

    X

     

    X

     

    Valuri

    Tunnellati ttrasportati

    n..12

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    Tunnellati-Km

    n..18

    X

    X

     

    X

    X

    X

    X

    Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

    n..12

     

     

    X

     

     

     

     

    Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

    n..12

     

     

    X

     

     

     

     

    Bastimenti -Km (bastimenti mgħobbija)

    n..18

     

     

    X

     

     

     

     

    Bastiment -Km (bastimenti vojta)

    n..18

     

     

    X

     

     

     

     

    TEU

    n..12

     

     

     

    X

     

    X

     

    TEU-Km

    n..18

     

     

     

    X

     

    X

     

    Żewġt oqsma huma identifikati fil-kolonna assoċjata mat-tabella rilevanti:

     “X”: oqsma li għandhom jingħataw għal tabella;

     “” (spazju): oqsma mhux rilevanti għat-tabella (ma għandhomx jiġu pprovduti).

    Il-format ta' kull qasam huwa jew numeriku (n) jew alfabetiku (a) jew alfanumeriku (an). Id-daqs huwa jew iffissat (“format + numru” — e.g.: “n4”) jew varjabbli b'numru massimu ta' pożizzjonijiet (“format” + “…” + numru massimu ta' pożizzjonijiet — e.g.: “n..12”).

    Deskrizzjoni tal-mezz tat-trażmissjoni

    Il-format tat-trażmissjoni li għandu jintuża għandu jkun kompatibbli ma' trażmissjoni awtomatika tad-data (approċċ EDI).

    Il-format “CSV” (Comma Separated Values — Valuri Mifrudin b'Virgola) b'punt u virgola (;) li jifirdu l-qasam huwa aċċettabbli.

    Format ieħor iktar avvanzat ibbażat fuq standard ta' skambju xieraq jista' wkoll jiġi speċifikat mill-Eurostat. L-Eurostat imbagħad tagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni dettaljata dwar kif jiġi implimentat dan l-istandard skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

    Id-data għandha tiġi trażmessa jew uploaded permezz ta' mezzi elettroniċi fil-punt ta' aċċess uniku għad-data fl-Eurostat.

    Fajl separat wieħed għal kull tabella tar-Regolament u perjodu għandu jintbagħat.

    Il-konvenzjoni li ġejja għall-għoti ta' isem li fajl hija meħtieġa:

    “IWW_Tabella_Frekwenza_Pajjiż_Sena_Perjodu[_KampFakultattiv].format” fejn:



    IWW

    Għal Inland Waterways data (Data dwar il-Passaġġi fuq l-ilma interni)

    Tabella

    “A1”, “B1”, “B2”, “C1”, “D1”, “D2” jew “E1”

    Frekwenza

    “A” għal Annwali

    “Q” għal Trimestru

    Pajjiż

    Il-pajjiż rapportatur: Uża NUTS0

    Sena

    Is-sena tad-data fuq 4 pożizzjonijiet (eż. 2007)

    Perjodu

    “0000” għal Annwali

    “0001” għall-ewwel trimestru Q01

    “0002” għat-tieni trimestru Q02

    “0003” għat-tielet trimestru Q03

    “0004” għar-raba' trimestru Q04

    [_Qasam Fakultattiv]

    Jista' jkun fih kwalunkwe katina minn 1 sa 220 karattru (minn “A” sa “Z”, “0” sa “9” jew “_” biss huma permessi). Dan il-qasam mhuwiex interpretat mill-għodod ta' l-Eurostat.

    .format

    Il-Format tal-fajl: (eż. “CSV” għal Valur Separat b'Virgola, “GES” għal GESMES)

    Eżempju:

    Il-fajl “IWW_D1_Q_FR_2007_0002.csv” huwa l-fajl tad-data li fih id-data tat-tabella D1 tar-Regolament għal Franza, għat-tieni trimestru tas-sena 2007.



    ( 1 Standard Goods for Transport Statistics, 2000, adottat fl-erbgħa u sittin sessjoni (it-18-21 ta' Frar 2002) tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u riveduta fis-sitta u ħamsin sessjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Istatistika tat-Trasport (it-8-10 ta' Ġunju 2005) taħt id-Dokument TRANS/WP.6/2004/1/Rev.2.

    ( 2 Standard Goods Classification for Transport Statistics/Riveduta, 1967. Ippubblikata mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (il-verżjoni Franċiża 1968).

    ( 3 ) In-nomenklatura ta' l-unitajiet territorjali skond ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS). Kwalunkwe aġġornament fil-ġejjieni ta' din il-klassifikazzjoni adottat permezz ta' regolamenti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkun applikabbli għall-iskop ta' dan ir-Regolament.

    Top