EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007D0777-20150304

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/777/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/777/2015-03-04

2007D0777 — MT — 04.03.2015 — 018.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2007

li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/777/KE)

(ĠU L 312, 30.11.2007, p.49)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta' Lulju 2008

  L 207

24

5.8.2008

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-22 ta’ Ottubru 2008

  L 283

49

28.10.2008

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Novembru 2009

  L 314

97

1.12.2009

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 925/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010

  L 272

1

16.10.2010

 M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 536/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011

  L 147

1

2.6.2011

 M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 991/2011 tal-5 ta’ Ottubru 2011

  L 261

19

6.10.2011

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 110/2012 tad-9 ta’ Frar 2012

  L 37

50

10.2.2012

 M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012

  L 163

1

22.6.2012

 M9

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-14 ta’ Awwissu 2012

  L 219

23

17.8.2012

 M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1036/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012

  L 308

13

8.11.2012

►M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1162/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012

  L 336

17

8.12.2012

►M12

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 88/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013

  L 32

8

1.2.2013

►M13

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Frar 2013

  L 51

16

23.2.2013

►M14

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Mejju 2013

  L 129

38

14.5.2013

►M15

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M16

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-14 ta’ Ġunju 2013

  L 164

27

18.6.2013

►M17

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta’ Awwissu 2013

  L 220

46

17.8.2013

►M18

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Marzu 2014

  L 95

31

29.3.2014

►M19

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta' Ottubru 2014

  L 311

78

31.10.2014

►M20

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/204 tas-6 ta' Frar 2015

  L 33

45

10.2.2015

►M21

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/216 tal-10 ta' Frar 2015

  L 36

11

12.2.2015

►M22

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/252 tat-13 ta' Frar 2015

  L 41

52

17.2.2015

►M23

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/267 tas-17 ta' Frar 2015

  L 45

19

19.2.2015

►M24

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/349 tat-2 ta' Marzu 2015

  L 60

68

4.3.2015


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 276, 17.10.2008, p. 50 (2007/777/KE)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Novembru 2007

li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/777/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti msemmija stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem ( 2 ), u b’mod partikolari l-fażi introduttorja ta’ l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 ta’ l-Artikolu 8, l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE tat-3 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE ( 3 ) tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam, inklużi l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet ta’ prodotti bħal dawn huma awtorizzati.

(2)

Id-Deċiżjoni 2005/432/KE, kif emendata bid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2006/801/KE ( 4 ), tqis ir-rekwiżiti tas-saħħa u d-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ( 5 ), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene għall-ikel ta’ oriġini mill-annimali ( 6 ) u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali ta’ prodotti ġejjin mill-annimali u maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 7 ).

(3)

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula definizzjonijiet separati għal prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.

(4)

It-trattamenti speċifiċi stipulati għal kull pajjiż terz bid-Deċiżjoni 2005/432/KE huma stabbiliti u jibbażaw fuq it-trattamenti stipulati bid-Direttiva 2002/99/KE biex ineħħu r-riskju potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali li jeżisti minħabba fil-laħam frisk użat fit-tħejjija tal-prodotti tal-laħam. Mill-aspett tas-saħħa ta’ l-annimali, l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati jippreżentaw l-istess riskju għas-saħħa ta’ l-annimali li jippreżentaw il-prodotti tal-laħam. Għalhekk, għandhom jiġu ttrattati bl-istess trattamenti speċifiċi kif stipulat fid-Deċiżjoni 2005/432/KE u konsegwentement imressqa għaċ-ċertifikazzjoni armonizzata veterinarja għall-importazzjoni tagħhom fil-Komunità.

(5)

Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fl-UE ta’ imsaren huma stipulati fid-Deċiżjoni 2003/779/KE ( 8 ). Għalhekk, il-prodotti koperti mid-Deċiżjoni 2003/779/KE għandhom ikunu esklużi bid-definizzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati stipulata f’din id-Deċiżjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet għall-monitoraġġ tal-fdalijiet imressqa minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE ( 9 ) telenka l-pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità fuq il-bażi tal-pjanijiet approvati għall-monitoraġġ tal-fdalijiet.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE ( 10 ) tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-verifiki veterinarji fuq prodotti mill-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi għall-importazzjoni u t-tranżitu ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn il-Komunità, inklużi ċerti rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni.

(8)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu permezz tal-Komunità ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja minħabba l-qagħda ġeografika ta’ Kaliningrad u wara li jitqiesu l-problemi klimatiċi li jimpedixxu l-użu ta’ xi portijiet f'ċerti żminijiet tas-sena.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE ( 11 ) tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tagħmel lista ta’ postijiet fil-fruntiera għall-ispezzjonijiet miftiehma għall-verifiki veterinarji fuq l-annimali u prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi u l-aġġornament ta’ regoli dettaljati dwar il-verifiki li għandhom isiru mill-esperti tal-Kummissjoni tispeċifika l-Postijiet fil-Fruntieri ta’ Spezzjoni awtorizzati għall-kontroll tat-tranżitu ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja permezz tal-Komunità.

(10)

L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika u dik veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom ( 12 ), jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali. L-Iżlanda hija mniżżla fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni bħala pajjiż awtorizzat biex jesporta laħam frisk ta’ ċerti annimali. Għalhekk, l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ dawk l-annimali mill-Iżlanda għandhom jitħallew mingħajr l-applikazzjoni ta’ ebda trattament speċifiku.

(11)

L-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ l-agrikoltura ( 13 ) jistabbilixxi l-miżuri ta’ saħħa ta’ l-annimali, tas-saħħa pubblika u dawk żootekniċi applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali. It-trattamenti applikabbli mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u għall-imsaren ittrattati għandhom ikunu skond dan il-ftehim. Għalhekk,mhuwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dawn it-trattamenti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(12)

L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 14 ) ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 722/2007 tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX, u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ( 15 ) u bir-Regolament (KE) Nru 1275/2007 ( 16 ) li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija li tinxtered. Rekwiżiti ġodda li jikkonċernaw l-istatus ta’ l-ESB ta’ pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u msaren ittrattati lejn il-Komunità għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus ta’ l-ESB ta’ l-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skond ir-riskju ta’ ESB tagħhom ( 17 ) tikklassifika l-pajjiżi jew ir-reġjuni fi tliet gruppi: riskju ta’ ESB negliġibbli, riskju ta’ ESB kkontrollat u riskju ta’ ESB mhux stabbilit. Għandha ssir referenza għal din il-lista fiċ-ċertifikat.

(14)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2005/432/KE titħassar u tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Is-suġġett u l-għan

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità u t-tranżitu u l-ħażna fil-Komunità, ta’ kunsinni ta’:

(a) prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll

(b) l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, kif definit fil-punt 7.9 ta’ dan l-Anness, li jkunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fl-Anness II Parti 4 ta’ din id-Deċiżjoni.

Dawn ir-regoli għandhom jinkudu l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati importazzjonijiet bħal dawn kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati u r-regoli tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawn l-importazzjonijiet.

2.  Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għad-Deċiżjoni 2004/432/KE u d-Deċiżjoni 2003/779/KE.

Artikolu 2

Kunidizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċi u l-annimali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni tal-prodotti tal-laħam u dawk ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, ġejjin minn laħam jew minn prodotti tal-laħam mill-ispeċijiet jew mill-annimali li ġejjin:

(a) tjur inklużi l-pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani u perniċi mkabbra jew miżmuma f'kaptività għal tkabbir, il-produzzjoni tal-laħam u l-bajd għal konsum, jew biex iżidu l-provvista tat-tjur;

(b) annimali domestiċi ta’ l-ispeċijiet li ġejjin: annimali bovini, inklużi l-Bubalus bubalis u l-Bison bison, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u s-solipedi;

(c) fniek u liebri, u annimali tal-kaċċa mrobbija, kif definit fil-punt 1.6 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(d) annimali tal-kaċċa selvaġġi, kif definit fil-punt 1.5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 3

Rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li:

▼C1

(a) huma konformi mal-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament stipulati fl-Anness I(1) jew (2); kif ukoll

▼B

(b) joriġinaw fil-pajjiżi terzi u partijiet minnhom kif ġej:

(i) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 1(b) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness;

(ii) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren li huma soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 2(a)(ii) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.

Artikolu 4

Rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika li jikkonċernaw il-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għandhom jiġu importati fil-Komunità u ċ-ċertifikati dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati u li huma miksuba minn laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huwa konformi mar-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika;

(b) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li huma konformi mar-rekwiżiti tal-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika kif stipulat fl-Anness III;

(c) dan iċ-ċertifikat jakkumpanja kunsinni bħal dawn u jkun komplut u ffirmat kif xieraq mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni.

Artikolu 5

Kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati fi tranżitu jew maħżuna fil-Komunità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kunsinni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, introdotti ġewwa l-Komunità u li huma maħsuba għall-pajjiż terz jew bi transitu minnufih jew wara l-ħażna skond l-Artikolu 12(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) li huma ġejjin mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu mniżżel fl-Anness II u li għaddew mit-trattament minimu għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ l-ispeċi msemmija fih;

(b) li huma konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-ispeċi kkonċernata stipulata fil-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika fl-Anness III;

(c) li huma akkumpanjati minn ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali magħmul skond il-mudell imfassal fl-Anness IV, iffirmat kif xieraq minn veterinarju uffiċjali ta’ pajjiż terz ikkonċernat;

(d) li huma ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u għall-ħażna, kif xieraq, fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni ġewwa l-Komunità.

Artikolu 6

Deroga għal ċerti destinazzjonijiet fir-Russja

1.  B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu fit-triq jew bil-ferrovija madwar il-Komunità, bejn postijiet magħrufa ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li ġejjin minn u li huma ddestinati għar-Russja direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-kunsinna għandha tiġi ssiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;

(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAT-TRANSITU BISS LEJN IR-RUSSJA VIA L-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;

(ċ) ir-rekwiżiti proċedurali mogħtija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jitħarsu;

(d) il-kunsinna għandha tiġi ċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fil-Komunità.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew il-ħażna, kif definit fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità ta’ kunsinni bħal dawn.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel verifiki regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ kunsinni u ta’ kwantitajiet ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, li ġejjin jew li huma ddestinati għar-Russja, u li qed jitilqu mill-Komunità jaqbel ma’ l-għadd u l-kwantitajiet li deħlin fil-Komunità.

▼M16

Artikolu 6a

Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

1.  B’deroga mill-Artikolu 5, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

(c) ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d) il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 18 ) mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

2.  Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.

3.  L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 7

Dispożizzjoni tranżitorja

Kunsinni li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji qabel l-1.5.2008 skond il-mudelli stabbiliti bid-Deċiżjoni 2005/432/KE għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn il-Komunità sa l-1.6.2008.

Artikolu 8

Revoka

Id-Deċiżjoni 2005/432/KE hija rrevokata.

Artikolu 9

Data ta’ l-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 10

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.




ANNESS I

1. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom imsemmija fl-Artikolu 3(b)(i) ta’ din id-Deċiżjoni:

(a) irid ikun fihom laħam eliġibbli għall-importazzjoni fil-Komunità bħala laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll

(b) għandhom ikunu ġejjin minn speċi wieħed jew iżjed ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stipulat fil-punt A Parti 4 ta’ l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

2. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom, kif imsemmija fl-Artikolu 3(b)(ii) għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’(a), (b) jew (c) ta’ dan il-punt:

(a) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

(i) irid ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda jew minn annimal wieħed kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li tindika l-ispeċi jew l-annimal ikkonċernat; kif ukoll

(ii) iridu jkunu għaddew għall-inqas mit-trattament speċifiku meħtieġ għal-laħam ta’ dik l-ispeċi jew ta’ dak l-annimal kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II;

(b) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

(i) irid ikun fihom laħam frisk, ipproċessat jew parzjalment ipproċessat ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti tal-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li jitħalltu flimkien qabel ma jgħaddu mit-trattament finali tagħhom, kif stipulat fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness II; kif ukoll

(ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament finali li jissemma f’(i) li jrid ikun iebes għall-inqas daqs l-aktar trattament iebes kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għal-laħam ta’ l-ispeċijiet jew ta’ l-annimali kkonċernati, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness II;

(c) il-prodotti finali tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

(i) iridu jitħejjew billi jitħallat il-laħam li ġie ttrattat qabel jew l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed; kif ukoll

(ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament ta’ qabel li jissemma f'(i) li jrid ikun iebes għall-anqas daqs l-aktar trattament rilevanti stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għall-ispeċi jew għall-annimal ikkonċernat kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II għal kull komponent tal-laħam tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.

3. It-trattamenti deskritti fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar li huma l-inqas aċċettabbli għall-finijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ġejjin mill-ispeċi jew mill-annimal rilevanti li toriġina/joriġina fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II.

Madankollu, fil-każijiet fejn l-importazzjoni ta’ ġewwieni mhuwiex awtorizzat skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE minħabba fir-restrizzjonijiet Komunitarji dwar is-saħħa ta’ l-annimali, dan jista’ jiġi importat bħala prodott tal-laħam jew stonku, bużżieqa ta’ l-awrina jew imsaren ittrattati jew użat fi prodott tal-laħam sakemm it-trattament rilevanti msemmi fil-Parti 2 ta’ l-Anness II jitwettaq u r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.

Barra minn hekk, stabbiliment minn pajjiż imniżżel fl-Anness II jista' jiġi awtorizzat li jipproduċi prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew mit-trattamenti B, C jew D, kif jissemma fil-Parti 4 ta’ l-Anness II, anke fejn dak l-istabbiliment jinsab f'pajjiż terz jew f'parti minn pajjiż terz li mhuwiex awtorizzat għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk fil-Komunità bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.




ANNESS II

▼M11

PARTI 1

It-territorji reġjonalizzati għall-pajjiżi elenkati fil-partijiet 2 u 3



Pajjiż

Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

 

Kodiċi ISO

Verżjoni

 

L-Arġentina

AR

01/2004

Il-pajjiż kollu

AR-1

01/2004

Il-pajjiż kollu, ħlief il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċijiet koperti bir-Regolament (UE) Nru 206/2010

AR-2

01/2004

Il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċijiet koperti bir-Regolament (UE) Nru 206/2010

Il-Brażil

BR

01/2004

Il-pajjiż kollu

BR-1

01/2005

L-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul.

BR-2

01/2005

Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso do Sul (ħlief il-muniċipalitajiet ta’ Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde ta’ Mato Grosso u Corumbá);

L-Istat ta’ Paraná;

L-Istat ta’ Sao Paulo;

Parti mill-Istat ta’ Minas Gerais (ħlief id-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí);

L-Istat ta’ Espíritu Santo;

L-Istat ta’ Rio Grande do Sul;

L-Istat ta’ Santa Catarina;

L-Istat ta’ Goias;

Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso li jinkludi:

l-unità reġjonali ta’ Cuiaba (ħlief il-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço); l-unità reġjonali ta’ Caceres (ħlief il-muniċipalità ta’ Caceres); l-unità reġjonali ta’ Lucas do Rio Verde; l-unità reġjonali ta’ Rondonopolis (ħlief il-muniċipalità ta’ Itiquiora); l-unità reġjonali ta’ Barra do Garça u l-unità reġjonali ta’ Barra do Burgres.

BR-3

01/2005

L-Istati ta’ Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo.

▼M20

Il-Kanada

CA

01/2014

Il-pajjiż kollu

CA-1

01/2014

Il-pajjiż kollu tal-Kanada, ħlief iż-żona CA-2

CA-2

01/2014

Iż-żona tal-Kanada deskritta bħala “Żona Ta' Kontroll Primarju”

li tinsab fil-konfini li ġejjin:

— fin-naħa tal-Punent, l-Oċean Paċifiku

— fin-Nofsinhar, il-fruntiera mal-Istati Uniti tal-Amerika

— fin-naħa tat-Tramuntana, l-Awtostrada 16

— fin-naħa tal-Lvant, il-fruntiera bejn il-Provinċji tal-British Columbia u Alberta

▼M11

Iċ-Ċina

CN

01/2007

Il-pajjiż kollu

CN-1

01/2007

Il-Provinċja ta’ Shandong

Il-Malasja

MY

01/2004

Il-pajjiż kollu

MY-1

01/2004

Il-Malasja peniżolari (tal-Punent) biss.

In-Namibja

NA

01/2005

Il-pajjiż kollu

NA-1

01/2005

Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi mill-Punt ta’ Palgrave fil-Punent sa Gam fil-Lvant.

Ir-Russja

RU

04/2012

Il-pajjiż kollu

RU-1

04/2012

Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta’ Kaliningrad

RU-2

04/2012

Ir-reġjun ta’ Kaliningrad

▼M24

L-Istati Uniti

US

01/2014

Il-pajjiż sħiħ

US-1

01/2014

Il-pajjiż sħiħ tal-Istati Uniti, minbarra ż-żona US-2.

US-2

01/2014

Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal:

It-territorju sħiħ tal-Istat ta' Washington.

Il-Kontea ta' Douglas u l-Kontea ta' Malheur fl-Istat ta' Oregon.

Il-Kontea ta' Canyon u l-Kontea ta' Payette fl-Istat ta' Idaho.

Il-Kontea ta' Stanislaus u l-Kontea ta' Tuolumne fl-Istat ta' California.

▼M11

L-Afrika ta’ Isfel

ZA

01/2005

Il-pajjiż kollu

ZA-1

01/2005

Il-pajjiż kollu ħlief:

il-parti taż-żona tal-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, id-distrett ta’ Ingwavuma fir-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona konfinali mal-Botswana lejn il-Lvant tal-lonġitudni 28°, u d-distrett ta’ Camperdown fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal.

▼M4

PARTI 2

Il-pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-UE

(Ara l-Parti 4 ta’ dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċi użati f’din it-tabella)



Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.  Annimali bovini domestiċi

2.  Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief għall-ħnieżer)

Annimali domestiċi ovini / kaprini

1.  Annimali porċini domestiċi

2.  Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali domestiċi solipedi

1.  Tajr

2.  Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief għar-ratiti)

Annimali ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u liebri mrobbija

Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer)

Ħnieżer salvaġġi

Annimali salvaġġi solipedi

Leporidae salvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae)

AR

l-Arġentina AR

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

l-Arġentina AR-1 (1)

C

C

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

l-Arġentina AR-2 (1)

(2)

(2)

C

A

A

A

A

C

C

XXX

A

D

XXX

AU

l-Awstralja

A

A

A

A

D

D

A

A

A

XXX

A

D

A

BH

il-Baħrejn

B

B

B

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

BR

il-Brażil

XXX

XXX

XXX

A

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

il-Brażil BR-1

XXX

XXX

XXX

A

XXX

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

il-Brażil BR-2

C

C

C

A

D

D

A

C

XXX

XXX

A

D

XXX

il-Brażil BR-3

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

BW

il-Botswana

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

A

A

XXX

XXX

BY

il-Belarus

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

▼M20

CA

Il-Kanada CA

A

A

A

A

XXX

XXX

A

A

A

XXX

A

XXX

A

Il-Kanada CA-1

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

Il-Kanada CA-2

A

A

A

A

D

D

A

A

A

XXX

A

D

A

▼M4

CH

l-Isvizzera (4)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

CL

iċ-Ċilì

A

A

A

A

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX

CN

ic-Ċina

B

B

B

B

B

B

A

B

B

XXX

A

B

XXX

iċ-Ċina CN-1

B

B

B

B

D

B

A

B

B

XXX

A

B

XXX

CO

il-Kolombja

B

B

B

B

XXX

A

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ET

l-Etjopja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

GL

il-Groenlandja

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

A

A

HK

Ħong Kong

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

▼M15 —————

▼M21

IL (7)

L-Iżrael

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

D

XXX

▼M4

IN

l-Indja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

IS

l-Islanda

A

A

B

A

A

A

A

A

B

XXX

A

A

XXX

▼M23

JP

Il-Ġappun

A

XXX

B

XXX

D

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

▼M4

KE

il-Kenja

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

KR

il-Korea t’ Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

MA

il-Marokk

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

ME

il-Montenegro

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

MG

il-Madagaskar

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

D

XXX

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (5)

A

A

B

A

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

MU

il-Mawrizju

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

▼M14

MX

Il-Messiku

A

D

D

A

B

B

A

D

D

XXX

A

B

XXX

▼M4

MY

il-Malasja MY

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

il-Malasja MY-1

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

NA

in-Namibja (1)

B

B

B

B

D

A

A

B

B

A

A

D

XXX

NC

il-Kaledonja Ġdida

A

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

NZ

in-New Zealand

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

A

PY

il-Paragwaj

C

C

C

B

XXX

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

XXX

RS

is-Serbja (6)

A

A

D

A

D

D

A

D

D

XXX

A

XXX

XXX

▼M17

RU

Ir-Russja

RU

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

A

Ir-Russja (3)

RU-1

C

C

C

B

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

Ir-Russja

RU-2

C jew D1

C jew D1

C

B

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

▼M4

SG

Singapor

B

B

B

B

D

D

A

B

B

XXX

A

XXX

XXX

SZ

is-Sważiland

B

B

B

B

XXX

XXX

A

B

B

A

A

XXX

XXX

TH

it-Tajlandja

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TN

it-Tuneżija

C

C

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

TR

it-Turkija

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

▼M12

UA

L-Ukraina

XXX

XXX

XXX

XXX

A

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

▼M22

US

L-Istati Uniti US

A

A

A

A

XXX

XXX

A

A

A

XXX

A

XXX

XXX

L-Istati Uniti US-1

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

XXX

L-Istati Uniti US-2

A

A

A

A

D

D

A

A

A

XXX

A

D

XXX

▼M4

UY

l-Urugwaj

C

C

B

A

D

A

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX

▼M7

ZA

l-Afrika t’Isfel (1)

C

C

C

A

D

D

A

C

C

A

A

D

XXX

▼M7 —————

▼M4

ZW

iż-Żimbabwe (1)

C

C

B

A

D

A

A

B

B

XXX

A

D

XXX

(1)   Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta’ trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati.

(2)   Għall-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ttrattati ppreparati minn laħam frisk miksub minn annimali maqtula wara l- 1 ta’ Marzu 2002.

(3)   Biss għat-tranżitu mill-Unjoni.

(4)   Skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli.

(5)   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(6)   Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

(7)   Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael sa minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

XXX  L-ebda ċertifikat ma hu stabbilit, u prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li fihom il-laħam ta' din l-ispeċi mhumiex awtorizzati.

▼M3

PARTI 3

Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati għal ċerti speċji taħt ir-reġim ta’ trattament mhux speċifiku (A) iżda minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat



KoDiċi ISO

Pajjiż l-oriġini jew parti minnu

1.  Annimal bovin domestiku

2.  Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-qżieqeż)

Annimali domestiċi ovini/kaprini

1.  Annimal porċin domestiku

2.  Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (qżieqeż)

Annimali domestiċi bid-difer sħiħ

1.  Tjur

2.  Tjur tal-kaċċa mrobbija

Għasafar li ma jtirux

Fniek domestiċi u liebri mrobbija

Annimali tal-kaċċa salvaġġi tad-dwiefer mifruqa

(minbarra l-qżieqeż)

Ħnieżer salvaġġi

Annimali salvaġġi tad-dwiefer sħaħ

Leporidae salvaġġi

(fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa

(minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae)

AR

L-Arġentina - AR

F

F

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

▼M13

BR

Il-Brażil BR-2

E jew F

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

▼M3

NA

In-Namibja

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

In-Namibja NA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

UY

L-Urugwaj

E

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

▼M7

ZA

l-Afrika t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

A

A

D

XXX

l-Afrika t’Isfel ZA-1

E

E

XXX

XXX

XXX

XXX

A

E

XXX

A

A

XXX

XXX

▼M3

ZW

Iż-Żimbabwe

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

E

A

E

XXX

XXX

▼B

PARTI 4

L-INTERPRETAZZJONI TAL-KODIĊIJIET LI NTUŻAW FIT-TABELLI FIL-PARTIIET 2 U 3

IT-TRATTAMENTI LI JISSEMMEW FL-ANNESS I

It-trattament mhux speċifiku:

A

=

L-ebda temperatura minima speċifikata jew trattament ieħor ma huma stabbiliti għall-finijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bużżieqa ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. Madankollu, il-laħam ta’ prodotti tal-laħam bħal dawn kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsaren ittrattati jrid ikun għadda minn trattament tali li l-wiċċ maqtugħ tiegħu juri li m’għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk u l-laħam frisk użat irid jissodisfa wkoll ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-esportazzjonijiet tal-laħam frisk fil-Komunità.

It-trattamenti speċifiċi elenkati bl-aktar trattament iebes jissemma l-ewwel:

B

=

Trattament f'kontenitur issiġillat ermetikament għal valur ta' Fo ta' tlieta jew aktar.

C

=

Temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta' l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.

D

=

Temperatura minima ta' 70 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsarem ttrattati, jew għal laħam mhux ipproċessat, trattament li jikkonsisti minn fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta' mhux inqas minn disa' xhur u li jirriżulta f'dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

 Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93,

 Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0.

▼M17

D1

=

Is-sajran tajjeb ta’ laħam, bl-għadam u bix-xaħam imneħħi minn qabel, soġġett għat-tisħin sabiex tinżamm temperatura interna ta’ 70 °C jew akbar għal minimu ta’ 30 minuta.

▼B

E

=

Fil-każ ta’ prodotti tat-tip biltong, trattament biex jinkisbu:

 Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93,

 Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0.

F

=

Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura tal-qalba ta’ mill-inqas 65 °C għal perjodu ta’ żmien kif ikun meħtieġ biex jintlaħaq valur tal-pasturizzazzjoni (pv) daqs jew akbar minn 40.

▼M18




ANNESS III

Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati maħsubin għal konsenja lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi

image

image

image

►(1) M19  

image

image

image

►(1) M19  

▼B




ANNESS IV

(Transitu u/jew ħażna)

image

image



( 1 ) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 60).

( 2 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

( 3 ) ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).

( 4 ) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 26.

( 5 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

( 6 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

( 7 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006.

( 8 ) ĠU L 285, 1.11.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/414/KE (ĠU L 151, 30.4.2004, p. 56).

( 9 ) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/362/KE (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 18).

( 10 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

( 11 ) ĠU L 326, 11.12.2006, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/276/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34).

( 12 ) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

( 13 ) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

( 14 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).

( 15 ) ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7.

( 16 ) ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8.

( 17 ) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.

( 18 ) ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.

Top