EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006R1616-20140220

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat- 23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1616/2014-02-20

2006R1616 — MT — 20.02.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1616/2006

tat-23 ta’ Ottubru 2006

dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija

(ĠU L 300, 31.10.2006, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 37/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2014

  L 18

1

21.1.2014




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1616/2006

tat-23 ta’ Ottubru 2006

dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (aktar 'il quddiem imsejjaħ “SAA”) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-12 ta’ Ġunju 2006. L-SAA għaddej mill-proċess ta’ ratifika.

(2)

Fis-12 ta’Ġunju 2006 il-Kunsill ikkonkluda Ftehim Interim dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra ( 1 ), (aktar 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Interim”) li jipprovdi għad-dħul fis-seħħ kmieni tad-dispożizzjonijiet kummerċjali u relatati mal-kummerċ ta’ l-SAA. Dan il-Ftehim Interim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta' depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni.

(3)

Hu meħtieġ li jiġu stipulati l-proċeduri sabiex jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet kemm ta’ l-SAA u tal-Ftehim Interim. Ladarba d-dispożizzjonijiet kummerċjali u dawk relatati mal-kummerċ huma fil-biċċa l-kbira tagħhom identiċi, dan ir-regolament għandu japplika wkoll għall-implimentazzjoni ta’ l-SAA wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4)

L-SAA u l-Ftehim Interim jistipulaw li prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Albanija jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità b’dazju doganali mnaqqas, sal-limiti tal-kwoti tat-tariffi. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu stipulati disposizzjonijiet li jirregolaw il-ġestjoni ta’ dawn il-kwoti tariffarji.

(5)

Fejn isiru meħtieġa miżuri ta’ ħarsien tan-negozju dawn għandhom jiġu adottati skond id-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ( 2 ), Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2603/69 tal-20 ta’ Diċembru 1969 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjonijiet ( 3 ), Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ( 4 ) jew, skond il-każ ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi li m’humiex membri tal-Komunità Ewropea ( 5 ).

(6)

Fejn Stat Membru jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà ta' frodi jew nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva, il-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti għandha tapplika, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar assistenza reċiproka bejn awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar id-dwana u l-kwistjonijiet agrikoli ( 6 ).

(7)

Għall-fini ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 7 ).

(8)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri implementattivi konferiti fuq il-Kummissjoni ( 8 ).

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti proċeduri għall-adozzjoni ta’ regoli ddetaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti diposizzjonijiet tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika’ ta’ l-Albanija (aktar 'il quddiem imsejjaħ l-“SAA”), u tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (aktar 'il quddiem imsejjaħ il-‘Ftehim Interim’).

▼M1

Artikolu 2

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement l-Artikolu 28(1) tal-FSA, fir-rigward ta’ kwoti tariffarji fuq ħut u prodotti tas-sajd, f'konformità mal-proċedura ta' eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 3

Tnaqqis tat-Tariffi

1.  Suġġetti għal paragrafu 2, ir-rati tad-dazju preferenzjali għandhom jitnaqqsu sa l-ewwel punt deċimali.

2.  Fejn ir-riżultat tal-kalkolu tar-rata tad-dazju preferenzjali fl-applikazzjoni ta’ paragrafu 1 huwa wieħed milli ġejjin, ir-rata preferenzjali għandha tiġi kkunsidrata bħala eżenzjoni sħiħa:

(a) 1 % jew anqas fil-każ ta' dazji skond il-valur, jew

(b) EUR 1 jew anqas għal kull ammont individwali fil-każ ta' dazji speċifiċi.

▼M1

Artikolu 4

Adattamenti tekniċi

Emendi u addattazzjonijiet tekniċi għad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament li jkunu neċessarji wara tibdil fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fid-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta’ ftehimiet, protokolli, skambji ta’ ittri jew atti oħrajn ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Albanija għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Klawżola ta’ salvagwardja ġenerali

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement fl-Artikolu 38 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u mbagħad fl-Artikolu 38 tal-FSA.

Artikolu 6

Klawżola ta’ nuqqas

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 7

Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi

Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jew kritiċi jinqalgħu fit-tifsira ta’ l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Interim, u suċċessivament l-Artikolu 39(4) ta’ l-SAA, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri immedjati kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Interim, u suċċessivament l-Artikolu u 39 ta’ l-SAA.

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu d-deċiżjoni f'dan ir-rigward fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

▼M1

Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3), jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 8a(4).

▼B

Artikolu 8

Klawżola ta' salvagwardja għal prodotti agrikoli u tas-sajd

1.  Minkejja l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament, fejn il-Komunità teħtieġ tieħu miżura ta' salvagwardja kif provdut fl-Artikolu 38 ta' l-SAA dwar prodotti agrikoli u tas-sajd, il-Kummissjoni għandha, fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa wara li, fejn applikabbli, tkun għamlet rikors għall-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Interim u suċċessivament l-Artikolu 38 ta' l-SAA.

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha:

(a) fi żmien tliet ijiem ta' ħidma wara li tirċievi t-talba fejn il-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Interim u suċċessivament l-Artikolu 38 ta' l-SAA ma tapplikax; jew

(b) fi żmien tliet ijiem mit-tmiem tal-perijodu ta' tletin jum imsemmi fl-Artikolu 25(5)(a) tal-Ftehimn Interim u suċċessivament l-Artikolu 38(5)(a) ta' l-SAA fejn tapplika l-proċedura ta' riferiment prevista fl-Artikoli 25 tal-Ftehim Interim u suċċessivament l-Artikolu 38 ta' l-SAA.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bil-miżuri li hi tkun iddeċidiet.

▼M1

2.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3), jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 8a(4).

▼M1

Artikolu 8a

Proċedura ta' kumitat

1.  Għall-fini tal-Artikoli 2, 4 u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 184 tar-Regolament (KEE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

2.  Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 6, 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 ( 11 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

▼B

Artikolu 9

Dumping u Sussidji

Fil-każ ta’ prattika li tiġġustifika l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 24(2) tal-Ftehim Interim mill-Komunità, u suċċessivament l-Artikolu 37(2) ta’ l-SAA, l-introduzzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping u/jew miżuri li jikkumpensaw għandhom jiġu deċiżi skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 384/96 jew ir-Regolament (KE) Nru 2026/97 rispettivament.

Artikolu 10

Kompetizzjoni

1.  Fil-każ ta’ xi prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri previsti fl-Artikolu 37 tal-Ftehim Interim, u suċċessivament l-Artikolu 71 ta’ l-SAA, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ xi Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk din il-prattika hix kompatibbli mal-Ftehim.

Il-miżuri previsti fl-Artikoli 37(9) tal-Ftehim Interim, u suċċessivament l-Artikolu 71(9) ta’ l-SAA, ser jiġu adottati fil-każi ta’ għajnuna skond il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2026/97 u f’każi oħrajn skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 133 tat-Trattat.

2.  Fil-każ ta’ prattika li twassal għall-applikazzjoni ta' miżuri fuq il-Komunità mir-Repubblika ta' l-Albanija, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 37 tal-Ftehim Interim, u suċċessivament l-Artikolu 71 ta’ l-SAA, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, tiddeċiedi jekk il-prattika hix kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interim, u suċċessivament l-SAA. Fejn ikun meħtieġ, tieħu d-deċizjonijiet xierqa fuq il-bażi ta’ kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 81, 82 u 87 tat-Trattat.

Artikolu 11

Frodi jew nuqqas li tkun provduta kooperazzjoni amministrattiva

Fil-każ fejn il-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni provduta minn xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30 tal-Ftehim Interim u suċċessivament fl-Artikolu 43 ta' l-SAA huma sodisfatti, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien indebitu:

(a) tinforma lill-Kunsill;

(b) tinnotifika lill-Kumitat Konġunt, u suċċessivament il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bis-sejba tagħha flimkien ma’ informazzjoni oġġettiva, u tidħol f’konsultazzjonijiet mal-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni;

Kwalunkwe pubblikazzjoni taħt l-Artikolu 30 (5) tal-Ftehim Interim, u suċċessivament fl-Artikolu 43(5) ta’ l-SAA, għandha ssir mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

▼M1

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura konsultattiva ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament, li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 30(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 43(4) ta' l-FSA.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 13

In-Notifika

In-notifika lill-Kumitat Konġunt, u suċċessivament il-Kunsill ta’ l-Istabilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta’ l-Assoċjazzjoni, rispettivament, kif meħtieġ fil-Ftehim Interim ta’ l-SAA għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità.

Artikolu 14

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 239, 1.9.2006, p. 2.

( 2 ) ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2200/2004 (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 1).

( 3 ) ĠU L 324, 27.12.1969, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3918/91 (ĠU L 372, 31.12.1991, p. 31).

( 4 ) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

( 5 ) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

( 6 ) ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

( 7 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

( 8 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

( 9 ) Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).

( 10 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 11 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1).

Top