Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02005E0889-20220701

Consolidated text: Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/889/2022-07-01

02005E0889 — MT — 01.07.2022 — 018.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►C1  AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/889/PESK

tal-25 ta’ Novembru 2005 ◄

dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

(ĠU L 327 14.12.2005, p. 28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/773/PESK tat-13 ta’ Novembru 2006

  L 313

15

14.11.2006

 M2

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/359/PESK tat-23 ta’ Mejju 2007

  L 133

51

25.5.2007

►M3

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/807/PESK tas-6 ta’ Diċembru 2007

  L 323

53

8.12.2007

 M4

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/379/PESK tad-19 ta' Mejju 2008

  L 130

24

20.5.2008

►M5

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/862/PESK ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

  L 306

98

15.11.2008

 M6

KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/854/PESK tal-20 ta’ Novembru 2009

  L 312

73

27.11.2009

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/274/PESK tat-12 ta' Mejju 2010

  L 119

22

13.5.2010

►M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/312/PESK tas-26 ta’ Mejju 2011

  L 140

55

27.5.2011

►M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/857/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011

  L 338

52

21.12.2011

 M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/332/PESK tal-25 ta’ Ġunju 2012

  L 165

71

26.6.2012

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/355/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013

  L 185

16

4.7.2013

►M12

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/430/PESK tat-3 ta' Lulju 2014

  L 197

75

4.7.2014

►M13

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1065 tat-2 ta' Lulju 2015

  L 174

23

3.7.2015

►M14

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1107 tas-7 ta' Lulju 2016

  L 183

64

8.7.2016

►M15

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1193 tal-4 ta' Lulju 2017

  L 172

12

5.7.2017

►M16

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/943 tad-29 ta' Ġunju 2018

  L 166

19

3.7.2018

►M17

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1115 tat-28 ta' Ġunju 2019

  L 176

6

1.7.2019

►M18

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/955 tat-30 ta’ Ġunju 2020

  L 212

18

3.7.2020

►M19

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1065 tat-28 ta’ Ġunju 2021

  L 229

11

29.6.2021

►M20

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1017 tas-27 ta’ Ġunju 2022

  L 170

74

28.6.2022


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 181, 7.7.2022, p.  36 (2005/889/PESK)




▼B

▼C1

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/889/PESK

tal-25 ta’ Novembru 2005

▼B

dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)



Artikolu 1

Missjoni

1.  
Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) hija b'dan stabbilita, b'fażi operazzjonali li tibda fil-25 ta' Novembru 2005.
2.  
L-EU BAM Rafah għandha topera skond id-dikjarazzjoni tal-missjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

▼M7

L-għan tal-EU BAM Rafah hu li tipprovdi preżenza ta’ Parti Terza fil-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah sabiex tikkontribwixxi, f’kooperazzjoni mal-isforzi tal-Unjoni għall-bini tal-istituzzjonijiet, għall-ftuħ tal-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah u biex tinbena l-fiduċja bejn il-Gvern tal-Iżreal u l-Awtorità Palestinjana.

▼B

Għal dan l-għan l-EU BAM Rafah għandha:

(a) 

timmonitorja, tivverifika u tevalwa b'mod attiv il-prestazzjoni ta' l-Awtorità Palestinjana fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Qafas, Sigurtà u Dwana konklużi bejn il-partijiet dwar l-operazzjoni tat-terminal ta' Rafah;

(b) 

tikkontribwixxi, permezz ta' iggwidar, għall-bini tal-kapaċità Palestinjana fl-aspetti kollha ta' l-immaniġġjar tal-konfini f'Rafah;

(ċ) 

tikkontribwixxi għall-kollegament bejn l-awtoritajiet Palestinjani, Iżraeljani u Eġizzjani fl-aspetti kollha rigward l-immaniġġjar tal-Punt ta' Qsim ta' Rafah;

▼M8

(d) 

għajnuna lill-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) fil-kompiti addizzjonali tagħha fil-qasam tat-taħriġ tal-persunal tal-Awtorità Palestinjana responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntiera u l-qsim għall-qsim f’Gaża.

▼B

L-EU BAM Rafah għandha timplimenta r-responsabbiltajiet fdati lilha fil-ftehim bejn il-Gvern ta' Iżrael u l-Awtorità Palestinjana rigward l-immaniġġjar tal-Punt ta' Qsim ta' Rafah. M'għandhiex tidħol għal kompiti ta' sostituzzjoni.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 4

Struttura tal-Missjoni

L-EU BAM Rafah għandha tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

(a) 

Kap tal-Missjoni, assistit minn persunal konsultattiv;

(b) 

Dipartiment tal-Monitoraġġ u l-Operazzjonijiet;

(ċ) 

Dipartiment tas-Servizzi ta' Amministrazzjoni.

Dawn l-elementi għandhom ikunu żviluppati fil-Kunċett ta’ Operazzjonijiet (CONOPS) u l-Pjan ta’ Operazzjoni (OPLAN). Il-Kunsill għandu japprova l-CONOPS u l-OPLAN.

▼M3

Artikolu 4a

Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili

1.  
Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta' l-Ippjanar u t-Tmexxija għandu jkun il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għall-EU BAM Rafah.

▼M7

2.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EU BAM Rafah fil-livell strateġiku.

▼M3

3.  
Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż bil-ħruġ ta' istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni.
4.  
Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istat emittenti jew ta' l-istituzzjoni ta' l-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili.
5.  
Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza ta' l-UE jiġi attwat b'mod xieraq.
6.  
Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali ta' l-UE għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

▼B

Artikolu 5

Kap tal-Missjoni

▼M7 —————

▼M3

►M7  1. ◄   
Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-missjoni fuq il-post ta' l-operazzjoni.

▼M11

1a.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-Missjoni. Il-Kap tal-Missjoni jista’ jiddelega kompiti ta’ ġestjoni fi kwistjonijiet ta’ persunal u finanzjarji lil membri tal-persunal tal-Missjoni, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu/tagħha.

▼M3

►M7  2. ◄   
Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, it-timijiet u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, r-riżorsi u l-informazzjoni li qegħdin għad-dispożizzjoni tal-missjoni.
►M7  3. ◄   
Il-Kap tal-Missjoni għandu jagħti istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-missjoni, għat-tmexxija effettiva ta' l-EU BAM Rafah fil-post ta' l-operazzjoni, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha, billi jimxi fuq l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili.

▼M11 —————

▼M3

►M7  5. ◄   
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali konċernati jew mill-istituzzjoni konċernata ta' l-UE.
►M7  6. ◄   
Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EU BAM Rafah fiż-żona ta' l-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-Missjoni.
►M7  7. ◄   
Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif xieraq, ma' atturi ta' l-UE oħrajn fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għall-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-Rappreżentant Speċjali ta' l-UE.

▼B

Artikolu 6

Fażi ta’ ppjanar

1.  
Waqt il-fażi ta’ l-ippjanar tal-missjoni, grupp ta’ l-ippjanar għandu jiġi stabbilit u għandu jinkludi l-Kap tal-Missjoni, li għandu jmexxi l-grupp ta’ l-ippjanar, u l-persunal meħtieġ biex jittratta il-funzjonijiet li jirriżultaw mill-ħtiġijiet stabbiliti tal-missjoni.
2.  
Stima komprensiva tar-riskju għandha titwettaq bħala prijorità fil-proċess ta’ l-ippjanar u għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ.
3.  
Il-grupp ta’ l-ippjanar għandu jfassal OPLAN u jiżviluppa l-istrumenti tekniċi kollha meħtieġa biex tiġi eżegwita l-missjoni. L-OPLAN għandu jiehu kont ta' l-istima komprensiva tar-riskju u għandu jinkludi pjan ta' sigurtà.

Artikolu 7

Il-persunal ta' l-EU BAM Rafah

1.  
In-numri u l-kompetenzi tal-persunal ta’ l-EU BAM Rafah għandhom ikunu konsistenti mad-dikjarazzjoni tal-missjoni stabbilita fl-Artikolu 2 u l-istruttura stabbilita fl-Artikolu 4.
2.  
Il-persunal ta' l-EU BAM Rafah għandu jkun issekondat mill-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet ta’ l-UE. Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż relatati mal-persunal ta' l-EU BAM Rafah issekondat minnu, inklużi s-salarji, il-kopertura medika, l-ispejjeż tal-vjaġġi lejn u miż-żona tal-missjoni, u l-allowances minbarra dawk per diem.
3.  
Il-persunal internazzjonali u dak lokali għandu jiġi reklutat fuq bażi kuntrattwali mill-EU BAM Rafah kif ikun meħtieġ.
4.  
Stati Terzi jistgħu wkoll, kif xieraq, jissekondaw persunal għall-missjoni. Kull Stat terz li jissekonda għandu jħallas l-ispejjeż relatati ma' kwalunkwe persunal issekondat minnu inklużi s-salarji, il-kopertura medika, l-allowances, l-assigurazzjoni għal riskju kbir u l-ispejjeż tal-vjaġġi lejn u miż-żona tal-missjoni.

▼M12

5.  
Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità tal-Istat emittenti jew l-istituzzjoni tal-UE xierqa u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 1 ).

▼B

6.  
L-uffiċjali tal-pulizija ta' l-UE ser jilbsu uniformi nazzjonali u insinji ta' l-UE kif xieraq u membri oħra tal-missjoni ser jilbsu identifikazzjoni kif xieraq, soġġetta għad-deċiżjoni tal-Kap tal-Missjoni, b'kont meħud tal-konsiderazzjonijiet ta' sigurtà.

Artikolu 8

L-Istatus tal-persunal ta' l-EU BAM Rafah

▼M7

1.  
Fejn meħtieġ, l-istatus tal-persunal tal-EU BAM Rafah, inkluż, fejn adatt, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla xkiel tal-EU BAM Rafah għandu jkun suġġett għal ftehim li jkun konkluż konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

▼B

2.  
L-Istat Membru jew l-istituzzjoni ta’ l-UE li ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni, minn jew li tikkonċerna l-membru tal-persunal marbut ma’ l-issekondar. L-Istat Membru jew istituzzjoni ta' l-UE ikkonċernat/a għandu/ha j/tkun responsabbli biex i/tressaq kwalunkwe azzjoni kontra l-issekondat.

▼M11

3.  
Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn l-EU BAM Rafah u l-membru tal-persunal ikkonċernat.

▼M3

Artikolu 9

Linja ta' Kmand

1.  
L-EU BAM Rafah għandu jkollha linja ta' kmand unifikata, bħala operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet.
2.  
Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-EU BAM Rafah.

▼M7

3.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, huwa l-kmandant tal-EU BAM Rafah fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ struzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu pariri u appoġġ tekniku.
4.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.

▼M3

5.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq l-EU BAM Rafah fuq il-post ta' l-operazzjoni u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili.

Artikolu 10

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

▼M8

1.  
Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan skont l-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat għall-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u għall-emendar tal-OPLAN. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat tad-deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-tmiem tal-missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

▼M3

2.  
Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.
3.  
Il-KPS għandu jirċievi fuq bażi regolari u kif meħtieġ rapporti mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.

▼B

Artikolu 11

Parteċipazzjoni ta' Stati terzi

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-UE u l-qafas instituzzjonali uniku tagħha, Stati aderenti għandhom jiġu mistiedna u Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EU BAM Rafah, sakemm iħallsu l-ispejjeż biex jibgħatu l-persunal issekondat minnhom, inkluż is-salarji, il-kopertura medika, l-allowances, l-assigurazzjoni għal riskju kbir, u l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn u miż-żona tal-missjoni, u jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' kuljum ta' l-EU BAM Rafah, kif xieraq.
2.  
Stati terzi li jagħmlu kontributi lill-EU BAM Rafah għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-missjoni bħal Stati Membri ta' l-UE li jieħdu sehem fil-missjoni.
3.  
Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-PSC biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi, inkluż l-kontributi proposti tagħhom u biex jistabbilixxi Kumitat ta' Kontributuri.

▼M7

4.  
L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim li jkun konkluż konformement mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Meta l-UE u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżi, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EU BAM Rafah.

▼M9

Artikolu 12

Sigurtà

1.  
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta’ sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EU BAM Rafah f’konformità mal-Artikoli 5 u 9, f’koordinazzjoni mad-Direttorat tas-Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
2.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EU BAM Rafah u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-EU BAM Rafah, f’konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattar u l-istrumenti ta’ sostenn tiegħu.
3.  
Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Anzjan tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mad-Direttetorat ta’ Sigurtà tas-SEAE.
4.  
Il-persunal tal-EU BAM Rafah għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda d-dmirijiet tiegħu f’konformità mal-OPLAN. Hu għandu jirċievi taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post, organizzat mill-SMSO.

▼M11

Artikolu 12a

Arranġamenti legali

EU BAM Rafah għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tidħol f’kuntratti u f’arranġamenti amministrattivi, li timpjega l-persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi minn assi u tillikkwida l-obbligi tagħha, u li tkun parti għal proċedimenti legali, kif meħtieġ sabiex timplimenta din l-Azzjoni Konġunta.

▼M12

Artikolu 13

Arranġamenti finanzjarji

▼M13

1.  
L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-25 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Diċembru 2011 għandu jkun ta' EUR 21 570 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012 għandu jkun ta' EUR 970 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 980 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 940 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 940 000 .

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandu jkun ta' EUR 1 270 000 .

▼M14

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 għandu jkun ta' EUR 1 545 000 .

▼M15

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relattiva għall-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandu jkun ta' EUR 1 980 000 .

▼M16

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relattiva għall-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019 għandu jkun ta' EUR 2 040 000 .

▼M17

Finanšu atsauces summa, kas paredzēta, lai segtu ar ES RPM Rafa saistītos izdevumus laikposmā no 2019. gada 1. jūlija līdz 2020. gada 30. jūnijam, ir EUR 2 150 000 .

▼M18

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 għandu jkun ta’ EUR 2 180 000,00 .

▼M19

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022 għandu jkun ta’ EUR 2 460 000 .

▼M20

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 għandu jkun ta’ EUR 2 570 000 .

▼M12

2.  
In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Ċittadini ta' Stati terzi li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-Missjoni, ta' partijiet ospitanti u, jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, ta' pajjiżi ġirien għandhom jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti.
3.  
L-EU BAM Rafah għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għal dak il-għan, l-EU BAM Rafah għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.
4.  
L-EU BAM RAFAH għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-1 ta' Lulju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' mġiba ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha hu għandu jġorr/hi għandha ġġorr ir-responsabbiltà.
5.  
L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-katina ta' kmand kif previst fl-Artikoli 4, 4a u 5 u l-ħtiġiet operazzjonali tal-EU BAM Rafah, inkluż il-kompatibbiltà ta' tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha.
6.  
In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta.

▼B

Artikolu 14

Azzjoni Komunitarja

▼M7

1.  
Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw, it-tnejn konformement mas-setgħat rispettivi tagħhom, konsistenza bejn l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-azzjoni esterna tal-Unjoni konformement mal-Artikolu 21(3) tat-Trattat. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw għal dan l-għan.

▼B

2.  
Għandu jkun hemm l-arranġamenti meħtieġa ta' koordinazzjoni fiż-żona tal-missjoni, kif meħtieġ, kif ukoll fi Brussel.

▼M7

Artikolu 15

Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata

1.  
Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, kif ikun adatt u konformement mal-ħtiġijiet operattivi tal-missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġenerati għall-għanijiet tal-missjoni, konformement mar-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill.
2.  
Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RĠħ huwa wkoll awtorizzat jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġenerati għall-għanijiet tal-missjoni, konformement mar-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħra kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali konformement mal-proċeduri adatti għal-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom mal-UE.
3.  
Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta u lill-awtoritajiet lokali dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-missjoni koperti bl-obbligu ta’ segretezza professjonali b’segwitu għall-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill ( 2 ).

▼M3

Artikolu 15a

Għassa

Il-Kapaċità ta' l-Għassa għandha tiġi attivata għall-EU BAM Rafah.

▼M5

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

▼M20

Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2023.

▼M11 —————

▼B

Artikolu 18

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

▼M3

Id-Deċiżjonijiet tal-KPS skond l-Artikolu 10(1) fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom ukoll jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

▼M7 —————



( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE. (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

( 2 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/KE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

Top