Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02005D0037-20170918

    Consolidated text: Id-DeċiżjonI tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC))u tistipula l-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti ta' l-euro mill-iffalsifikar (2005/37/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/37(1)/2017-09-18

    02005D0037 — MT — 18.09.2017 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta' Ottubru 2004

    li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC))u tistipula l-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti ta' l-euro mill-iffalsifikar

    (2005/37/KE)

    (ĠU L 019 21.1.2005, p. 73)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1507 tat-28 ta' Awwissu 2017

      L 222

    25

    29.8.2017




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta' Ottubru 2004

    li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC))u tistipula l-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti ta' l-euro mill-iffalsifikar

    (2005/37/KE)



    ▼M1

    Artikolu 1

    1.  Iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) huwa stabbilit fi ħdan id-DĠ ECFIN fi Brussell.

    2.  Għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ ECFIN għandu s-setgħa li jieħu l-azzjonijiet meħtieġa u li jikkonkludi l-arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u ma' entitajiet privati u b'hekk jippermetti lill-ETSC biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Dawn l-arranġamenti amministrattivi jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, it-trażmissjoni u l-iskambju ta' informazzjoni teknika.

    Artikolu 2

    L-ETSC għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

    (a) janalizza u jikklassifika kull tip ġdid ta' munita tal-euro ffalsifikata skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001;

    (b) jikkontribwixxi biex ikunu ssodisfati l-objettivi tal-programm Pericles 2020 skont ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

    (c) iwettaq il-funzjonijiet skont l-Artikoli 4, 5, 7 u 12 tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u taħt l-Artikoli 2, 4, 5 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 ( 3 );

    (d) jagħti assistenza liċ-Ċentri Nazzjonali ta' Analiżi tal-Muniti (CNAC) u lill-awtoritajiet tal-pulizija, kif ukoll jikkollabora mal-awtoritajiet rilevanti bl-iskop li l-muniti foloz tal-euro jkunu analizzati u sabiex jissaħħaħ il-ħarsien.

    ▼B

    Artikolu 3

    Il-prinċipji ta' organizzazzjoni ta' l-ETSC huma dawn li ġejjin:

     bil-għan ta' analiżi tal-muniti, il-Kummissjoni tista' tibgħat membri tal-personal tagħha liz-Zekka ta' Pariġi sabiex jużaw it-tagħmir;

     sabiex tħares il-missjoni tagħha, l-ETSC tinqeda bil-personal u l-materjal taċ-Ċentru Nazzjonali Franċiż ta' Analiżi tal-Muniti u l-laboratorju taz-Zekka ta' Pariġi, li jinsabu Pessac. L-awtoritajiet Franċiżi jagħmlu disponibbli għall-ETSC b'mod ta' priorità, il-personal u l-materjal xieraq;

     skond ir-regolamenti finanzjarji applikabbli, il-parti ta' l-ispejjeż attribwibbli għad-doveri ta' l-ETSC huma mnaqqsai mill-bilanċ ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Peress li Franza qiegħda tagħmel disponibbli l-personal, il-lok u l-materjali msemmija hawn fuq u qiegħda terfa' r-responsabbiltà tal-manutenzjoni tagħhom, il-baġit tal-Komunitajiet ikopri t-trattament ta' l-aġenti tal-Kummissjoni, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u spejjeż kurrenti oħra żgħar.

    L- ►M1  DĠ ECFIN ◄ huwa responsabbli li jiddefinixxi, b'kollaborazzjoni maz-Zekka ta' Pariġi, ir-Regolament tal-metodi amministrattivi ta' l-ETSC.

    Artikolu 4

    Il-Kummissjoni tikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien tal-muniti ta' l-euro mill-iffalsifikar permezz ta' laqgħat perijodiċi ta' esperti dwar l-iffalsifikar tal-muniti.

    Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Bank Ċentrali Ewrepew, l-Europol u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma infurmati b'mod regolari dwar l-attivitajiet ta' l-ETSC u l-istat ta' l-iffalsifikar tal-muniti.



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1).

    ( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta' muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1).

    ( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

    Top