Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004D0512-20190611

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (2004/512/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/512/2019-06-11

    02004D0512 — MT — 11.06.2019 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-8 ta' Ġunju 2004

    li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

    (2004/512/KE)

    (ĠU L 213 15.6.2004, p. 5)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT (UE) 2019/817 TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-20 ta' Mejju 2019

      L 135

    27

    22.5.2019




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-8 ta' Ġunju 2004

    li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

    (2004/512/KE)



    Artikolu 1

    1.  Qiegħda hawn tiġi stabbilita sistema għall-iskambju ta' data dwar il-viża bejn l-Istati Membri, min hawn il-quddiem imsejħa “is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża” (VIS), li għandha tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali awtorizzati li jdaħħlu u jaġġornaw data dwar il-viża u li jikkonsultaw din id-data elettronikament.

    ▼M1

    2.  Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċentralizzata u tikkonsisti f'dan li ġej:

    (a) l-infrastruttura ċentrali tar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità kif imsemmi fl-Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament (UE) 2019/817 ( 1 );

    (b) sistema ta' informazzjoni ċentrali, minn hawn 'il quddiem imsejħa “s-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża” (CS-VIS);

    (c) interfaċċa f'kull Stat Membru, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Interfaċċa Nazzjonali” (NI-VIS), li tipprovdi l-konnessjoni lill-awtorità ċentrali nazzjonali relevanti tal-Istat Membru rispettiv;

    (d) infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Interfaċċi Nazzjonali;

    (e) Kanal ta' Komunikazzjoni Sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u s-CS-VIS;

    (f) infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-EES u l-infrastrutturi ċentrali tal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 u r-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/817.

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  Is-Sistema Ċentrali ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża, l-Interface Nazzjonali f'kull Stat Membru, u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Centrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Interfaces Nazzjonali għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni.

    2.  L-infrastrutturi nazzjonali għandhom jkunu adattati u/jew żviluppati mill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-Interface Nazzjonali f'kull Stat Membru, u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Interfaces Nazzjonali għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 (2) fejn jikkonċernaw materji oħra barra dawk elenkati fl-Artikolu 4.

    Artikolu 4

    Il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-Interface Nazzjonali f'kull Stat Membru, u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Interfaces Nazzjonali li jikkonċernaw il-materji li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3):

    (a) il-proġettazzjoni ta' l-istruttura fiżika tas-sistema inkluż in-network ta' komunikazzjoni tagħha;

    (b) aspetti tekniċi li għandhom effett fuq il-protezzjoni tad-data personali;

    (ċ) aspetti tekniċi li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji serji għall-budget ta' l-Istati Membri jew li għandhom implikazzjonijiet tekniċi serji għas-sistemi nazzjonali ta' l-Istati Membri;

    (d) l-iżvilupp tal-ħtiġijiet ta' sigurtà, inklużi aspetti bijometriċi.

    Artikolu 5

    1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejuna mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 5 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) ( 2 ).

    2.  Fejn hemm riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4 (3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

    3.  Fejn hemm riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

    4.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

    Artikolu 6

    Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' progress annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-Interface Nazzjonali f'kull Stat Membru, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża u l-Interfaces Nazzjonali, u għall-ewwel darba dan għandha tagħmlu sat-tmiem tas-sena li fiha ġie ffirmat il-kuntratt għall-iżvilupp tal-VIS.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tgħodd mill-għoxrin jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.



    ( 1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

    ( 2 ) ĠU L 328, tat-13.12.2001, p. 4.

    Top