This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02002R1605-20070101
Council Regulation (EC, Euratom) No 1605/2002 of 25 June 2002 on the Financial Regulation applicable to the general budget of the European Communities
Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
2002R1605 — MT — 01.01.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 |
L 390 |
1 |
30.12.2006 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1605/25
tal-25 ta' Ġunju 2002
rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
INDIĊI |
|
L-EWWEL PARTI |
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI |
TITOLU I |
SKOP |
TITOLU II |
PRINĊIPJI TAL-BUDGET |
Il-KAPITOLU 1 |
Prinċipji ta' l-unità u l-eżatezza tal-budget |
Il-KAPITOLU 2 |
Prinċipju ta' l-annwalità |
Il-KAPITOLU 3 |
Prinċipju ta' l-ekwilibriju |
Il-KAPITOLU 4 |
Prinċipju ta' l-unità tal-kont |
Il-KAPITOLU 5 |
Prinċipju ta' l-universalità |
Il-KAPITOLU 6 |
Prinċipju tal-ispeċifika |
Il-KAPITOLU 7 |
Priċipju ta' l-amministrazzjoni soda finanzjarja |
Il-KAPITOLU 8 |
Prinċipju tat-trasparenza |
TITOLU III |
L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BUDGET |
Il-KAPITOLU 1 |
L-istabbiliment tal-budget |
Il-KAPITOLU 2 |
L-istruttura u l-preżentazzjoni tal-budget |
TITOLU IV |
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BUDGET |
Il-KAPITOLU 1 |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Il-KAPITOLU 2 |
Metodi ta' implimentazzjoni |
Il-KAPITOLU 3 |
Atturi finanzjarji |
Sezzjoni 1 |
Prinċipju tas-segregazzjoni tad-doveri |
Sezzjoni 2 |
L-uffiċjal li jawtorizza |
Sezzjoni 3 |
L-uffiċjal tal-kontijiet |
Sezzjoni 4 |
L-amministratur ta' l-għoti tal-flus |
Il-KAPITOLU 4 |
Ir-responsabbiltà ta' l-atturi finanzjarji |
Sezzjoni 1 |
Regoli ġenerali |
Sezzjoni 2 |
Regoli applikabbli b'delega u b'sub-delega għall-uffiċjali li jawtorizzaw |
Sezzjoni 3 |
Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontijiet u l-amministraturi ta' l-għoti tal-flus |
Il-KAPITOLU 5 |
L-operazzjonijiet ta' l-introjtu |
Sezzjoni 1 |
Id-disponibbilità tar-riżorsi interni |
Sezzjoni 2 |
L-estimi ta' l-ammonti riċevibbli |
Sezzjoni 3 |
L-istabbiliment ta' l-ammonti riċevibbli |
Sezzjoni 4 |
L-awtorizzazzjoni tal-irkupru |
Sezzjoni 5 |
L-Irkupru |
Il-KAPITOLU 6 |
L-operazzjonijiet tan-nefqa |
Sezzjoni 1 |
L-impenn tan-nefqa |
Sezzjoni 2 |
Il-validità tan-nefqa |
Sezzjoni 3 |
L-awtorizzazzjoni tan-nefqa |
Sezzjoni 4 |
Il-pagament tan-nefqa |
Sezzjoni 5 |
Limiti taż-żmien għall-operazzjonijiet tan-nefqa |
Il-KAPITOLU 7 |
Is-sistemi tal-IT |
Il-KAPITOLU 8 |
L-awditur intern |
TITOLU V |
L-AKKWIST |
Il-KAPITOLU 1 |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Sezzjoni 1 |
L-iskop u l-prinċipji ta' l-għoti |
Sezzjoni 2 |
Pubblikazzjoni |
Sezzjoni 3 |
Proċeduri ta' l-akkwist |
Sezzjoni 4 |
Garanziji u kontroll |
Il-KAPITOLU 2 |
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Komunità mir-riżorsi tal-kontijiet tagħhom |
TITOLU VI |
GĦOTJIET |
Il-KAPITOLU 1 |
Kamp ta’ applikazzjoni u forma ta’ għotjiet |
Il-KAPITOLU 2 |
Prinċipji |
Il-KAPITOLU 3 |
Il-proċedura ta' l-għoti |
Il-KAPITOLU 4 |
Pagament u kontroll |
Il-KAPITOLU 5 |
Implimentazzjoni |
TITOLU VII |
PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U TAL-KONTABBILITÀ |
Il-KAPITOLU 1 |
Il-preżentazzjoni tal-kontijiet |
Il-KAPITOLU 2 |
Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-budget |
Il-KAPITOLU 3 |
Il-Kontijiet |
Sezzjoni 1 |
Dispożizzjonijiet komuni |
Sezzjoni 2 |
Kontijiet ġenerali |
Sezzjoni 3 |
Il-kontijiet tal-budget |
Il-KAPITOLU 4 |
L-inventarji tal-propjetà |
TITOLU VIII |
AWDITJAR ESTERN U R-RILAXX |
Il-KAPITOLU 1 |
Awditjar estern |
Il-KAPITOLU 2 |
Rilaxx |
PARTI TNEJN |
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI |
TITOLU I |
FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA |
TITOLU II |
FONDI STRUTTURALI, FOND TA’ KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, U FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI |
TITOLU III |
RIĊERKA |
TITOLU IV |
AZZJONIJIET ESTERNI |
Il-KAPITOLU I |
Dispożizzjonijiet ġenerali |
Il-KAPITOLU 2 |
Implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet |
Il-KAPITOLU 3 |
L-Akkwist |
Il-KAPITOLU 4 |
Għotjiet |
Il-KAPITOLU 5 |
L-awditjar tal-kontijiet |
TITOLU V |
L-UFFIĊINI EWROPEJ |
TITOLU VI |
L-ALLOKAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI |
TITOLU VII |
ESPERTI |
PARTI TLIETA |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI |
TITOLU I |
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI |
TITOLU II |
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI |
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 279 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 183 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ( 3 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 4 ),
Billi:
(1) |
La darba ż-żminijiet inbidlu konsiderevolment sa minn meta r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitiet Ewropej ( 5 ) kien adottat, partikolarment bħala riżultat tal-perspettiva finananzjarja li tifforma qafas għall-iżvilupp tal-budget, żviluppi fl-istruttura istituzzjonali u xerja ta' tkabbir, dak ir-Regolament Finanazjarju kien ġie sostanzjalment emendat diversi drabi. Sabiex jittieħed akkont, partikolarment, tal-ħtiġiet ta' simplifikazzjoni f'materji leġislattivi u amministrattivi u l-intensifikazzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-finanzi tal-Komunità, ir-Regolament Finanazjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 għandu jkun miktub mill-ġdid fl-interess tal-kjarità. |
(2) |
Dan ir-Regolament għandu jkun illimitat għall-istqarrija tal-prinċipji wiesa u r-regoli bażiċi li jirregolaw is-settur sħiħ tal-budget kif kopert bit-Trattat, waqt li d-dispożizzjonijiet implementatriċi għandhom ikunu meħudha lejn Regolament dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex jipproduċi ġerarkija ta' regoli aħjar u jagħmel lir-Regolament Finanzjarju aktar faċli biex jinqara. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun awtorizzata li tadotta ir-regoli ta' l-implimentazzjoni. |
(3) |
L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-budget għandhom jirrispettaw erba prinċipji fundamentali rigward il-liġi tal-budget (l-unità, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, l-annwalità), u l-prinċipji ta' l-eżattezza, l-ekwilibriju, l-unità tal-kont, l-amministrazzjoni u t-trasperenza finanzjarja tal-budget. |
(4) |
Dan ir-Regolament għandu jasserixxi mill-ġdid dawk il-prinċipji u jżomm l-eċċezzjonijiet għal minimu l-aktar strett kif suġġett għal kondizzjonijiet stretti. |
(5) |
F'dak li jirrigwardja l-prinċipju ta' l-unità, dan ir-Regolament għandu jispeċifika li huwa wkoll japplika għan-nefqa operazzjonali rigward l-implimentazzjoni tad-disposizzjonjiet tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-istrateġija komuni kemm dik estera u wkoll dwar is-sigurtà u rigward il-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizjarja f'materji kriminali, meta dawn ikunu imposti fuq il-budget. Il-prinċipju ta' l-unità u l-eżatezza tal-budget ifisser li l-dħul u n-nefqa kollha tal-Komunità, u dik ta' l-Unjoni, meta dawn ikunu mposti fuq il-budget, ikunu inklużi fil-budget. |
(6) |
F'dak li jirrigwardja l-prinċipju ta' l-universalità, il-prattiċi tal-pagament lura ta' pagamenti bil-quddiem u l-użu mill-ġdid għandhom ikunu mwaqqfa; f'uħud mill-każi dawn għandhom ikunu mibdula bi dħul assenjat u mezzi ta' rikostituzzjoni ta' l-allokazzjonijiet mhux aktar kommessi. Dawn l-amendi ma jaffetwawx ir-regoli speċjali applikabbli għall-Fondi Strutturali. |
(7) |
F'dak li jirrigwardja l-prinċipju tal-ispeċifika, l-istituzzjonijiet jeħtieġ li jkollhom ċertu grad ta' flessibbilità amministrattiva għat-trasferimenti ta' l-allokazzjonijiet. Dan ir-Regolament għandu jippermetti l-preżentazzjoni integrata ta' l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u amministrattivi skond l-iskop. Il-proċeduri għat-trasferiment ta' l-allokazzjonijiet għandhom ukoll ikunu armonizzati għal-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha hekk li t-trasferiment tal-persunal u l-allokazzjonijiet ta' l-operat ikunu materja għal kull istituzzjoni. F'dak li jirrigwardja l-allokazzjonijiet li jikkonċernaw in-nefqa operattiva, il-Kummissjoni tista' tgħamel trasferimenti bejn kapitoli f'wieħed u l-istess titolu fi ħdan limitu totali ta' 10 % ta' l-allokazzjonijiet għas-sena finanazjarja li jidhru li jkunu fuq l-istess bażi li fuqu t-trasferiment ikun seħħ. L-awtorità tal-budget għandha tkun imħollija li tikkostitwixxi riservi biss f'żewġ każi: meta ma jkunx hemm att bażiku jew meta ma jkunx hemm ċertezza li l-allokazzjonijiet huma adekwati. |
(8) |
F'dak li jirrigwardja l-prinċipju ta' l-annwalità, id-distinzjoni bejn l-allokazzjonijiet differenzjati u l-allokazzjonijiet mhux-differenzjati għandha tinżamm. Deċiżjonijiet rigward it-teħid il-quddiem ta' l-impenji u l-allokazzjonijiet ta' pagamenti għandhom jittieħdu minn kull istituzzjoni. Il-perijodi addizzjonali għandhom ikunu llimitati esklussivament għall-każi meta dawn ikunu assolutament meħtieġa, iġiefiri il-pagamenti FAEGG. |
(9) |
Il-prinċipju ta' l-ekwilibriju jikkostitwixxi regola bażika tal-budget. B'konnessjoni ma dan, għandu jkun enfasizzat li rikors lejn self ma huwiex kompatibbli mas-sistema tar-riżorsi tal-Komunit' innifisha. B'dana kollu, il-prinċipju ta' l-ekwilibriju mhux tali li jfixkel l-operazzjonijiet tas-self u tat-tislif iggarantiti mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni. |
(10) |
B'konformità ma' l-Artikolu 277, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat KE u l-Artikolu 181, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat Euratom, l-unità tal-kont li fuqha l-budget ikun imħejji, u li hija wkoll użata għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kontijiet, għandha tkun iddeterminata. |
(11) |
Il-prinċipju ta' l-amministrazzjoni soda finanzjarja għandu jkun definit b'referenza għall-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, u l-konformità ma dawk il-prinċipji għandha tkun ivverifikata permezz ta' l-indikaturi ta' l-operat stabbiliti għal kull attività u mkejla b'tali mod li r-riżultati jistgħu jkunu assessjati. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu evalwazzjoni ex ante u ex post, b'konformità mal-linji ta' gwida determinati mill-Kummissjoni. |
(12) |
Finalment, f'dak li jirrigwardja l-prinċipju ta' trasparenza, l-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-budget u tal-kontijiet għandhom ikunu mtejba. Limitu strett ta' żmien għandu wkoll ikun stabbilit għall-pubblikazzjoni tal-budget mingħajr preġudizju għall-publikazzjoni proviżorja mill-Kummissjoni bejn id-dikjarazzjoni definittiva ta' l-adozzjoni mill-President tal-Parlament Ewropew u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-possibiltà ta' riserva negattiva għandha wkoll tkun miżmuma. |
(13) |
F'dak li jirrigwardja l-istabbiliment u l-preżentazzjoni tal-budget, id-dispożizzjonijiet kurrenti għandhom ikunu armonizzati u simplifikati bl-eliminazzjoni tad-distinzjoni, li m'għandha l-ebda impatt prattiku, bejn il-budget supplementari u l-budget bħala emenda. |
(14) |
Is-sezzjoni tal-budget tal-Kummissjoni għandha tippreżenta l-allokazzjonijiet u r-riżorsi bl-iskop, i.e. budget ibbażat fuq l-attività, bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza fl-amministrazzjoni tal-budget b'referenza għall-objettivi ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda u partikolarment l-effiċjenza u l-effettività. |
(15) |
L-istituzzjonijiet għandhom igawdu miżura ta' flessibiltà fl-amministrazzjoni tal-pożizzjonijiet statutorji b'relazzjoni ma' dak li huwa awtorizzat fil-budget, speċjalment minħabba li l-enfasi ta' l-amministrazzjoni issa sejra tkun fuq ir-riżultati u mhux fuq il-mezzi. Din il-libertà għandha, b'dana kollu, tibqa' li tkun ristretta bil-limitu doppju ta' l-allokazzjonijiet tal-budget għal sena finanzjarja u n-numru totali tal-posti allokati; b'żieda m'hu sejjer ikun hemm l-ebda latitudni f'dak li jirigwardja il-posti tal-grad A 1, A 2 u A 3. |
(16) |
F'dak li jirrigwardja l-implimentazzjoni tal-budget, għandu jkun hemm kjarifika tad-diversi metodi possibbili ta' l-implimentazzjoni tal-budget, jew fuq bażi ċentralizzata mill-Kummissjoni jew fuq bażi konġunta mal-Istati Membri jew fuq bażi deċentralizzata ma' pajjiżi terzi li jirċievu għajnuna estrena jew flimkien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Għandu jkun possibbli għal amministrazzjoni ċentralizzata jew li tkun imwettqa direttament mid-dipartimenti tal-Kummissjoni jew inderettament b'delega lejn korpi rregolati bil-liġi tal-Komunità jew b'liġi nazzjonali pubblika. Il-metodi ta' l-implimentazzjoni għandhom jiggarantixxu li l-proċeduri għal-protezzjoni tal-fondi tal-Komunità jkun hemm konformit'magħha, independentament mill-entità responsabli għal parti jew għat-total ta' din l-implimentazzjoni u għandha tikkonferma li r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-budget tkun mal-Kummissjoni bi qbil ma' l-Artikolu 274 tat-Trattat. |
(17) |
Minħabba li l-Kummissjoni hija responsabli għal-implimentazzjoni tal-budget, din ma tistax tiddelega uħud mid-doveri ta' l-awtorità pubblika li jinvolvu l-użu tal-poteri diskrezzjonarji. Dan ir-Regolament għandu jistqarr mill-ġdid dan il-prinċipju u jispeċifika l-iskop tad-doveri li jistgħu ikunu ddelegati. Għandu wkoll ikun stipulat li korpi ta' settur-privat, apparti milli minn dawk li jkollhom missjoni ta' servizz-publiku u permezz ta' kondizzjonijiet speċifiċi, m'għandhomx ikunu jistgħu li jidħlu għal xi implimentazzjoni ta' miżura tal-budget imma biss li jipprovdu servizzi speċjalizzati tekniċi jew amministrattivi jew li jwettqu ħidmiet preparatorji jew anċillarji. |
(18) |
F'ġieħ il-konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u l-amministrazzjoni soda finanazjarja, il-korpi tas-settur-pubbliku jew il-korpi b'missjoni ta' servizz-pubbliku li lilhom il-ħidmiet ta' l-implimentazzjoni jkunu ddelegati f'isem il-Kummissjoni għandhom ikollhom proċeduri trasparenti ta' l-akkwist, kontrolli interni effettivi, sistema ta' preżentazzjoni tal-kontijiet li hija separata mill-attivitajiet l-oħrajn tagħhom u awditjar estern. |
(19) |
Bi qbil ma l-Artikolu 279(c) tat-Trattat, dan ir-Regolament jiddeffinixxi l-poteri u r-responsabbiltajiet ta' l-uffiċjali awtorizzanti, ta' l-uffiċjal tal-kontijiet u ta' l-awditur intern. L-uffiċjali awtorizzanti isiru kompletament responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tad-dħul u tan-nefqa eżegwiti permezz ta' l-awtorità tagħhom u għandhom ikunu miżmuma responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, inklużi, meta meħtieġ, permezz ta' proċedimenti dixxiplinarji. Din l-awtorizzazzjoni għandha għalhekk tkun imsaħħa bit-tneħħija tal-kontrolli ċentralizzati preċedenti u partikolarment it-tmiem ta' l-approvazzjoni bil-quddiem ta' l-operazzjonijiet tad-dħul u l-infieq mill-kontrollur finanzjarju u l-verifika mill-uffiċjal tal-kontijiet li l-pagament jikkostitwixxi rilaxx validu. L-uffiċjal tal-kontijiet jibqa li jkun reponsabbli għal-eżekuzzjoni xierqa tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tar-riċevibbli. Hu/hi jamministra t-teżor, iżomm il-kontijiet u huwa responsabbli għat-tħejjija ta' l-istqarrijiet finanzjarji tal-Komunità. L-awditur intern iwettaq id-doveri tiegħu bi qbil man-normi internazzjonali ta' l-awditjar. Ir-rwol tiegħu huwa li jivverifika l-funzjonament xieraq ta' l-amministrazzjoni tas-sistemi ta' kontroll skond kif ikunu stabbiliti mill-uffiċjali awtorizzanti. L-awditur intern mhux attur involut fl-operazzjonijiet finanzjarji u m'għandux rwol li jeżerċita kontroll fuq dawn l-operazzjoniet bil-quddiem tad-deċiżjonijiet ta' l-uffiċjali awtorizzanti; l-uffiċjali awtorizzanti għandhom issa jassumu r-responsabbiltà sħiħa għal dawn id-deċiżjonijiet. |
(20) |
Ir-responsabiltà ta' l-uffiċjali awtorizzanti, l-uffiċjali tal-kontijiet u l-amministraturi ta' l-għoti tal-flus ma humiex differenti minn uffiċjali u persunal oħrajn u għandhom ikunu suġġett, permezz tar-Regolamenti tal-Persunal ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati l-oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej, riward l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti dixxiplinarji u tal-kumpens finanzjarju.Minn-naħa l-oħra, ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi li jidentifikaw każi ta' kondotta ħażina ta' l-uffiċjali tal-kontijiet u l-amministraturi ta' l-għoti tal-flus, meqjusa n-natura speċjali tad-doveri tagħhom, għandhom ikunu miżmuma; dawn m'għandhomx aktar li jkollhom xi allokazzjoni jew assigurazzjoni speċjali. Aktar minn hekk, ir-responsabiltà ta' l-uffiċjal awtorizzanti għandha tkun kjarifikata. F'każi li ma jinvolvux frodi, sabiex tkun ipprovduta l-awtorità tal-ħatra bl-esperjenza meħtieġa, kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi grupp speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji li għandu jiddetermina jekk irregolarità tkunx seħħet, jew le, li tkun tista' toħloq li l-uffiċjal jew xi impjegat ieħor ikollu r-riskju ta' azzjoni dixxiplinarja jew pagament bħala kumpens u, jekk jintebaħ bi problemi fis-sistemi, li jirraporta lill-uffiċjal awtorizzanti u lill-awditur intern. Għal każi ta' frodi, b'dana kollu, dan ir-Regolament għandu jirreferi għad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. |
(21) |
Il-kunċetti ta' l-impenji legali u tal-budget rigward in-nefqa u l-kondizzjonijiet biex dawk ikunu applikati għandhom ikunu definiti. Sabiex tillimita l-volum ta' impenji mhux attivi, il-perijodu li matulu l-impenji individwali legali jistgħu iseħħu fuq il-bażi ta' l-impenji ġenerali tal-budget għandu jkun limitat. Aktar minn hekk, dispożizzjoni ta' tneħħija ta' impenn għandha tkun ipprovduta għall-impenji ndividwali li ma jkunux ħolqu xi pagament matul perijodu ta' tlett snin. |
(22) |
Dan ir-Regolament għandu jiddiffenixxi t-tipoloġija tal-pagamenti li jistgħu isiru mill-uffiċjali awtorizzanti. Pagamenti bħal dawn għandhom isiru prinċipalment bħala funzjoni ta' l-effettività ta' l-azzjoni u r-riżultati li jirriżultaw minnha. Kunċetti pruttost vagi ta' avvanzi u pagamenti b'akkont għandhom ikunu mneħħija; pagamenti għandhom ikunu magħmula fil-għamla ta' finanzjament antiċipat, pagamenti transitorji u pagamenti tal-bilanċ finali, meta l-ammont intier ma jkux imħallas f'pagament wieħed. |
(23) |
Dan ir-Regolament għandu jistipula li l-operazzjonijiet tal-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-pagament għandhom jitwettqu fi ħdan il-limitu ta' żmien li għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli implementattivi u li fil-każ ta' nuqqas li jkun irrispettat dan il-limitu ta' żmien, il-kredituri għandhom ikunu ntitolati għal imgħax bħala nuqqas li għandu jkun impost fuq il-budget. |
(24) |
F'dak li jirrigwardja kontrotti mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Komunnitajiet b'akont fuqhom infushom, dispożizzjoni għandha ssir għar-regoli li jinsabu fid-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkordinaw il-proċeduri għall-għoti ta' xogħolijiet pubbliċi, kuntratti ta' servizz u forniment, li għandhom ikunu applikabbli: ir-regoli applikabbli għal kuntratti mogħtija f'isem partijiet terzi għandhom ukoll ikunu konsistenti mal-prinċipji elenkati b'dawk id-Direttivi. |
(25) |
Sabiex ikunu prevenuti irregolaritajiet u biex ikunu miġġielda l-frodi u l-korruzzjoni u biex tkun imħeġġa amministrazzjoni soda u effiċjenti, il-kandidati jew l-appaltaturi li huma ħatja ta' atti bħal dawn jew li jkollhom konflitt ta' l-interess, għandhom ikunu esklużi mill-għoti tal-kuntratti. |
(26) |
F'ġieħ it-trasparenza, kandidati u appaltaturi għandhom ikunu infurmati fil-manjiera xierqa rigward l-għoti tal-kuntratti. |
(27) |
Finalment, bħala parti tal-proċess ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-uffiċjal awtorizzanti, verifika bil-quddiem mill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwisti u l-Kuntratti preżenti, għandha tkun imwarrba. |
(28) |
F'dak li jirrigwardja l-għoti, qafas għall-għoti u l-monitoraġġ ta' l-għotjiet tal-Komunità li jinvolvu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' trasparenza, trattament ugwali, ko-finanzjament, projbizzjoni ta' għotjiet retrospettivi u kontrolli għandhom ikunu stabbiliti. |
(29) |
Sabiex tkun evitata xi kumulazzjoni, m'għandux ikun possibbli għal-għotjiet li jkunu mogħtija biex isir finanzjament doppju ta' l-istess azzjoni jew għal spiża operattiva fl-istess sena. |
(30) |
Bl-istess manjiera għar-regoli li jikkonċernaw l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, il-bażi għall-esklużjoni ta' uħud mill-partijiet mill-għoti ta' sussidji għandha tkun stabbilita sabiex l-istituzzjonijiet jingħataw mezzi xierqa għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni. |
(31) |
Biex ikunu assigurati li d-drittijiet u l-obligi ta' l-istituzzjoni u tal-benefiċjarju ikunu ċari u jkun osservati, l-għoti tas-sussidju għandu jkun is-suġġett ta' ftehim bil-miktub. |
(32) |
F'dak li jirrigwardja l-għadd u l-preżentazzjoni tal-kontijiet, għandu jkun stipulat li l-kontijiet ikunu jikkomprendu l-kontijiet ġenerali u l-kontijiet tal-budget u għandhom ikunu miżjuda mal-kontijiet ġenerali li huma bbażati fuq sistema ta' kontijiet ta' tkattir filwaqt li l-kontijiet tal-budget huma intiżi għat-tħejjija tal-kont tal-preparazzjoni tal-budget u r-rapporti rigward l-implimentazzjoni tal-budget. |
(33) |
Il-prinċipji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ġenerali u l-istqarrijiet finanzjarji ippreżentati, għandhom ikunu definiti b'referenza għall-prinċipji internazzjonalment aċċettati u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji, meta dawn huma relevanti fil-kuntest tas-servizz pubbliku. |
(34) |
Id-dispożizzjonijiet rigward il-forniment ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-budget għandhom ikunu adattati għall-estenzjoni ta' din l-informazzjoni għall-użu ta' l-approprazzjonijiet meħuda 'l quddiem, li jkunu disponibbli għall-darb'oħra u użati mill-ġdid u għad-diversi korpi tal-liġi tal-Komunità, sabiex itejbu l-arranġamenti għall-provvediment ta' figuri ta' kull xhar u r-rapport ta' l-implimentazzjoni, li għandu jkun mibgħut tlett darbiet fis-sena lejn l-awtorità tal-budget. |
(35) |
Il-metodi tal-kontijiet użati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu armonizzati u, f'dan il-qasam, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt ta' l-inizjattiva. |
(36) |
Għandu jkun speċifikat li l-użu ta' sistemi komputerizzati ta' amministrazzjoni finanzjarja m'għandhom bl-ebda mod jillimitaw id-dritt tal-Qorti ta' l-Awdituri mid-dritt ta' l-aċċess għad-dokumenti ta' sostenn. |
(37) |
F'dak li jirrigwardja l-awditjar u r-rilaxx, għalkemm il-Kummissjoni hija kompletament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-budget, l-importanza ta' l-amministrazzjoni flimkien mal-Istati Membri tinvolvi l-koperazzjoni tagħhom fil-proċedura ta' l-awditjar mill-Qorti ta' l-Awdituri u r-rilaxx mill-awtorità tal-budget. |
(38) |
Sabiex ikunu pprovduti l-aħjar kondizzjonijiet għall-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-proċedura tar-rilaxx, it-tabella ta' żmien li twassal għar-rilaxx għandha tkun emendata. |
(39) |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba tiegħu, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għal-applikazzjoni mingħajr skossi tal-proċedura tar-rilaxx għas-sena finanzjarja f'dak il-każ, b'konformità mal-Artikolu 276 tat-Trattat KE. |
(40) |
Dispożizzjonijiet speċjali għandhom ikunu stabbiliti għal ċerti strateġiji tal-Komunità; dispożizzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu konformi mal-prinċipji bażiċi ta' dan ir-Regolament. |
(41) |
Jidher li huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà ta' impenji bil-quddiem kontra il-FAEGG u l-approprjazzjonijiet amministrattivi mill-15 ta' Novembru li jippreċedi s-sena finanzjarja f'dak il-każ. |
(42) |
F'dak li jirrigwardja l-Fondi Strutturali, id-dispożizzjoni għal rifużjoni tal-pagamenti li jkunu saru b'akkont u biex l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli mill-ġdid hekk kif jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali ( 6 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1447/201 ( 7 ), għandhom jinżammu. |
(43) |
F'dak li jirrigwardja r-riċerka, il-preżentazzjoni tal-budget għandha tkun armonizzata mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-budget ibbażat fuq l-attività, waqt li tkun ippreservata l-flessibiltà ta' l-amministrazzjoni li ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerva (JRC) bħal issa jgawdi. |
(4) |
F'dak li jirrigwardja azzjoni esterna, deċentralizzazzjoni ta' l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna esterna għandha tkun awtorizzata basta li l-Kummissjoni tkun mogħtija garanziji ta' l-amministrazzjoni finananzjarja soda u li l-Istat benefiċjarju jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għall-fondi mħallsa lilu. |
(45) |
Ftehim jew kuntratti finanzjarji iffermati mal-Istat benefiċjarju jew mill-korp nazzjonali, tal-Komunità jew ta' settur-pubbliku internazzjonali u persuni naturali jew legali irregolati b'liġi privata għandhom jinkludu l-prinċipji ġenerali ta' l-akkwist kif stabbiliti fit-Titolu V tal-parti wieħed u fit-Titolu IV tal-parti tnejn ta' dan ir-Regolament f'dak li jirrigwardja l-azzjonijiet esterni. |
(46) |
Titolu speċjali għandu jkun inkluż fid-dispożizzjonijiet ġenerali għal-amministrazzjoni ta' l-uffiċini Ewropej. |
(47) |
Titolu separat għandu wkoll ikun fih ir-regoli speċjali applikabbli għall-approppjazzjonijiet amministrattivi. Dispożizzjoni għandha wkoll issir sabiex tiffaċilita li kull wieħed miż-żewġ friegħi ta' l-awtorità tal-budget li tforni opinjoni fi żmien xieraq riward proġetti ta' bini li aktarx li jkollhom implikazzjoni finanzjarja sinifikanti għall-budget. |
(48) |
It-tibdil fit-tabella taż-żmien għal-konsolidazzjoni tal-kontijiet ta' l-istituzzjonijiet għandu jkun diferit sas-sena finanazjarja 2005 sabiex jippermetti għaż-żmien meħtieġ biex ikunu nstallati l-proċeduri essenzjali nterni kif invololuti. |
(49) |
Qafas xieraq, imfassal għall-ħtiġiet speċifiċi ta' l-amministrazzjoni, għandu jkun ipprovdut għar-regoli finanazjarji biex ikunu applikabbli fuq il-korpi stabbiliti mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità legali, li jirċievu sussidju mill-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.Fl-istess waqt, u mingħajr bl-ebda mod ma tkun imfixkla l-awtonomija organika meħtieġa minn dawk il-korpi għat-twettieq tad-doveri tagħhom, is-sustanza tar-regoli li jirregolaw ċerti materji, u partikolarment ir-rilaxx u l-kontijiet, jeħtieġu li jkunu armonizzati. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jżerċita l-istess poteri fuq dawk il-korpi l-istess bħal fuq id-dipartimenti tal-Kummissjoni. Ir-regoli finanzjari nterni għal dawk il-korpi għandhom ikunu adattati kif xieraq biex ikunu kompatibbli ma' dan ir-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun awtorizzata sabiex tħejji mudell ta' regolament finanzjarju, li l-korpi tal-Komunità jkunu jistgħu ivarjaw minnu biss bill-kunsens tal-Kummissjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-EWWEL PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
TITOLU I
SKOP
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn ’il quddiem “il-baġit”, u l-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet.
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u l-Kontrollur tal-Protezzjoni-tad-Data Ewropea għandhom ikunu meqjusa bħala istituzzjonijiet tal-Komunità.
Artikolu 2
Kwalunkwe dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa tal-budget, li jinsabu f'att leġislattiv ieħor, għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tal-budget kif elenkati fit-Titolu II.
TITOLU II
PRINĊIPJI TAL-BUDGET
Artikolu 3
Il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat f’konformità mal-prinċipji ta’ l-unità, il-preċiżjoni baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kont, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja soda li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti, u t-trasparenza kif imniżżel f’dan ir-Regolament.
KAPITOLU 1
Prinċipji ta' l-unità u l-eżatezza tal-budget
Artikolu 4
1. Il-budget huwa strument li, għal kull sena finanzjarja, ibassar u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-Komunità Ewropea u għall-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.
2. Id-dħul u n-nefqa tal-Komunitajiet għandhom jinkludu:
(a) id-dħul u n-nefqa tal-Komunità Ewropea, inkluża n-nefqa amministrattiva kif ikkaġunata mill-istituzzjonijiet bid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tirrigwardja l-politka komuni esterna u tas-sigurtà u l-koperazzjoni mill-pulizija u ġudiżżjarja f'materji kriminali, u n-nefqa operattiva ikkaġunata mill-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet meta din tkun għal skariku tal-budget.
(b) in-nefqa u d-dħul mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.
3. Il-budget għandu jirreġistra l-garanzija għall-operazzjonijiet ta' self-u-tislif kif involuti mill-Komunitajiet u pagamenti għall-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni.
Artikolu 5
1. Suġġett għal-Artikolu 74, l-ebda dħul m'għandu jkun miġbur u l-ebda nefqa m'għandha tkun effettwata sakem ma tkunx irreġistrata ma' punt tal-budget.
2. L-ebda nefqa ma tista' sseħ jew tkun awtorizzata b'eċċess ta' l-approprjazzjonijiet awtorizzati.
3. Approprjazzjoni ma tistax tkun imdaħħla fil-budget jekk din ma tkunx punt ta' nefqa meqjusa bħala meħtieġa.
4. Soġġett għall-Artikoli 5a, 18 u 74, imgħax akkwistat mill-fondi li huma l-proprjetà tal-Komunitajiet għandu jiddaħħal fil-baġit bħala dħul varju.
Artikolu 5a
1. Imgħax iġġenerat minn ħlasijiet ta’ pre-finanzjament għandu jiġi assenjat lill-programm jew lill-azzjoni kkonċernata u mnaqqas mill-pagament tal-bilanċ ta’ l-ammonti dovuti lill-benefiċjarju.
Ir-Regolament li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minn issa ’l quddiem “ir-regoli implimetattivi”, għandu jispeċifika l-każijiet li fihom l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu, b’eċċezzjoni, annwalment jirkupra tali interessi. Dak l-interess għandu jiddaħħal fil-baġit bħala dħul varju.
2. L-imgħax m’għandux ikun dovut lill-Komunitajiet fil-każijiet li ġejjin:
(a) pre-finanzjament li ma jirrappreżentax ammont konsiderevoli, kif determinat fir-regoli implimentattivi;
(b) pre-finanzjament imħallas taħt kuntratt ta’ akkwist skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 88;
(ċ) pre-finanzjament imħallas lill-Istati Membri;
(d) pre-finanzjament imħallas taħt l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni;
(e) ħlasijiet bil-quddiem imħallsa lill-membri ta’ l-istituzzjonijiet u lill-persunal skond ir-Regolament tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ uffiċjali oħrajn tal-Komunitajiet Ewopej, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Regolamenti tal-Persunal”;
(f) pre-finanzjament imħallas fl-ambitu tal-ġestjoni konġunta kif imsemmi fil-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 53(1).
KAPITOLU 2
Prinċipju ta' l-annwalità
Artikolu 6
L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget għandhom ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja waħda li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.
Artikolu 7
1. Il-budget għandu jkun fih approprjazzjonijiet differenzjati, li għandhom jikkonsistu minn approprjazzjonijiet ta' impennji u approprjazzjonijiet ta' pagamenti, u approprjazzjonijiet mhux-diffirenzjati.
2. Approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom ikopru l-ispiża totali ta' l-impenji legali involuti matul is-sena finanzjarja kurrenti, suġġetti għall-Artikoli 77(2) u 166(2).
3. L-approprjazzjonijiet tal-pagamenti għandhom ikopru l-pagamenti magħmula biex jonoraw l-impenji legali involuti matul is-sena finanzjarja kurrenti u/jew snin finanzjarji aktar kmieni.
4. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali tat-Titoli I, IV u VI tal-parti tnejn. Dawn m'għandhomx jipprevjenu l-approprjazzjonijiet milli jkunu mwettqa globalment u l-anqas impenji tal-budget milli jkunu magħmula b'pagamenti ta' rata annwali.
Artikolu 8
1. Id-dħul għas-sena finanzjarja għandu jkun irreġistrat fil-kontijiet għas-sena finananzjarja fuq il-bażi ta' l-ammonti miġbura matul is-sena finananzjarja. B'dana kollu, ir-riżorsi tagħhom għax-xhar ta' Jannar tas-sena finanzjarja segwenti jistgħu jitħallsu bil-quddiem permezz tar-Regolament tal-Kunsill li jimplementa d-Deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet infushom.
2. Id-dħul fir-rigward tat-taxxa tal-valur miżjud tar-riżorsi tagħhom, ir-riżorsi addizzjonali bbażati fuq il-GNP u xi kontribuzzjonijiet finanazjarji jistgħu jkunu aġġustati b'konformità mar-Regolament riferut fil-paragrafu 1.
3. L-approprjazzjonijiet awtorizzati għal sena finanzjarja partikolari jistgħu jintużaw biss biex ikopru n-nefqa involuta u mħallsa f'dik is-sena finanzjarja u biex ikopru ammonti dovuti kontra impenji minn snin finanzjarji aktar kmieni.
4. Impenji għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet fuq il-bażi ta' l-impenji legali involuti sal-31 ta' Diċembrum suġġett għall-impenji globali riferuti fl-Artikolu 77(2) u tal-ftehim finanzjarji riferuti fl-Artikolu 166(2), li għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet fuq il-bażi ta' l-impenji tal-budget sal-31 ta' Diċembru.
5. Il-pagamenti għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet għas-sena finanzjarja fuq il-bażi tal-pagamenti effettwati mill-uffiċjal tal-kontijiet sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena, l-aktar tard.
6. Bħala deroga mill-paragrafi 3, 4 u 5, in-nefqa tas-Sezzjoni ta' Garanzija tal-Fond Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) għandha tkun irreġistrata fil-kontijiet għas-sena finanzjarja b'konformità mar-regoli elenkati fit-Titolu I tal-parti tnejn.
Artikolu 9
1. Approprjazzjonijiet li ma jkunux ġew użati sat-tmiem tas-sena finanzjarja li għaliha jkunu rreġistrati għandhom ikunu kkanċellati.
B'dana kollu, dawn jistgħu jinġarru 'l quddiem lejn is-sena finanzjarja segwenti biss, b'deċiżjoni meħudha mill-istituzzjoni kkonċernata sal-15 ta' Frar l-aktar tard, bi qbil mal-paragrafi 2 u 3 jew ikunu meħuda 'l quddiem awtomatikament bi qbil mal-paragrafu 4.
2. ►M1 Approprjazzjonijiet ta’ impenn ◄ u approprjazzjonijiet mhux-differenzjati li ma jkunux ġew impenjati fit-tmiem tas-sena finanzjarja jistgħu jinġarru 'l quddiem fi-rigward ta':
(a) ammonti li jikkorrispondu għall-approprjazzjonijiet impenjati li dwarhom l-istadji preparatorji kważi kollha għall-proċedura ta' l-impenn ikunu ġew imwettqa sal-31 ta' Diċembru. Dawn l-ammonti jistgħu imbagħad ikunu impenjati sal-31ta' Marzu tas-sena ta' wara;
(b) ammonti li huma meħtieġa meta l-awtorità leġislattiva tkun adottat att bażiku fil-kwart finali tas-sena finanzjarja u l-Kummissjoni ma tkunx tista' timpenja l-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom għal dan l-iskop sal-31 ta' Diċembru.
3. ►M1 Approprjazzjonijiet ta’ ħlas ◄ jistgħu jinġarru 'l quddiem fir-rigward ta' ammonti meħtieġa biex ikopru impenji eżistenti jew impenji marbuta ma approprjazzjonijiet impenjati li jinġarru 'l quddiem, meta l-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-linji relevanti fil-budget għas-sena finanazjarja segwenti ma jkunux ikopru l-ħtiġiet. L-istituzzjoni kkonċernata għandha l-ewwel tagħmel użu mill-appropprzzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u m'għandhiex tagħmel użu mill-approprjazzjonijiet li jinġarru 'l quddiem sa kemm dawk l-oħrajn ikunu ġew eżawriti.
4. Approprjazzjonijiet mhux-differenzjati li jkunu jikkorrespondu għall-obbligazzjonijiet kontratti kif suppost fl-għeluq tas-sena finanzjarja għandhom jinġarru 'l quddiem biss awtomatikament għas-sena finanzjarja segwenti.
5. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn il-quddiem “l-awtorità tal-budget”) sal-15 ta' Marzu l-aktar tard bid-deċiżjoni li jinġarru 'l quddiem li hi tkun ħadet u għandha tistqarr, għall-kull linja tal-budget, kif il-kriterja tal-paragrafi 2 u 3 tkun ġiet applikata għal kull teħid il-quddiem.
6. Approprjazzjonijiet imqiegħda f'riserva u approprjazzjonijiet għall-ispiża tal-persunal ma jistgħux jinġarru 'l quddiem.
Artikolu 10
Introjtu mhux użat u approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta' Diċembru li jirriżultaw mill-introjtu assenjet kif riferut fl-Artikolu 18 għandhom jinġarru 'l quddiem awtomatikament. L-approprjazzjonijiet disponibbli korrispondenti għall-introjtu assenjat kif meħuda 'l quddiem għandhom ikunu wżati l-ewwel.
Artikolu 11
►M1 Bla ħsara għal l-Artikoli 157 u 160a ◄ , meta l-ammonti jitneħħew mill-impenn bħala riżultat ta' nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali ta' l-azzjonijiet li dwarhom kienu mmirati, fi kwalunkwe sena finanzjarja wara dik li fiha l-approprjazzjonijiet kienu ddaħħlu fil-budget, l-approprjazzjonijiet ikonċernati għandhom ikunu mħassra.
Artikolu 12
L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-budget jistgħu jkunu mpenjati b'effett mill-1 ta' Jannar, la darba il-budget ikun ġie finalment adottat, apparti milli kif hemm ipprovdut fit-Titolu I u fit-Titolu II tal-parti tnejn.
Artikolu 13
1. Jekk il-budget ma jkunx ġie finalment adottat fil-bidu tas-sena finanzjarja, l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 273 tat-Trattat KE u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 178 tat-Trattat Euratom għandhom ikunu applikabbli għall-impenji u l-pagament ta' l-ispiża li kienet possibbli li tkun irreġistrata ma' linja speċifika tal-budget bħala parti ta' l-implimentazzjoni ta' l-aħħar budget adottat kif xieraq.
2. Impenji jistgħu isiru għal kull kapitolu sa massimu ta' kwart tat-total ta' l-approprjazzjonijiet allokati fil-kapitolu rispettiv tas-sena finanzjarja preċedenti flimkien ma wieħed minn tnax għal kull xhar li jkun skada.
Pagamenti jistgħu isiru ta' kull xhar ghal kull kapitolu sa massimu ta' wieħed minn xhar ta' l-approprjazzjonijiet allokati fil-kapitolu rispettiv tas-sena finanzjarja preċedenti.
Il-limitu ta' l-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwaru fl-abozz tal-budget waqt it-tħejjija tiegħu ma jistax ikun misbuq.
3. Jekk il-kontinwità ta' l-azzjoni tal-ħtiġiet mill-Komunitajiet u l-amministrazzjoni hekk tkun teħtieġ:
(a) il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq talba mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta 'il-Parlament Ewropew, jista' simultanjament jawtorizza tnejn jew aktar wieħed-minn-tnax proviżjonalment kemm għall-impenji u għall-pagamenti, t-tnejn li huma, iżjed u aktar minn dawk awtomatikament magħmula disponibbli bid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2;
(b) għall-ispiża apparti milli dik li neċessarjament tirriżulta mit-Trattati jew l-atti adotti permezz tagħhom, it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 273 tat-Trattat KE u tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 178 tat-Trattat Euratom, għandhom ikunu applikabbli.
Il-wieħed-minn-tnax addizzjonali għandu jkun awtorizzat bis-sħiħ u m'għandux ikunu diviżibbli.
4. Jekk, għal kapitolu partikolari, l-awtorizzazzjoni ta' tnejn jew aktar wieħed-minn-tnax proviżorji tkun mogħtija fiċ-ċirkostanzi u permezz tal-proċeduri li hemm provvediemnt dwarhom fil-paragrafu 3 ma jkunux suffiċċjenti biex ikopru l-ispiża meħtieġa biex tkun evitata interruzzjoni fil-kontinwità ta' l-attività tal-Komunitajiet fiż-żona koperta bil-kapitolu rispettiv, awtorizzazzjoni tista, eċċezzjonalment, tkun mogħtija li teċċedi l-ammont ta' l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu korrispondenti tal-budget tas-sena finanzjarja preċedenti. L-awtorità tal-budget għandha taġixxi permezz tal-proċeduri li hemm provvediment dwahom fil-paragrafu 3. B'dana kollu, it-total globali disponibbli ta' l-approprjazzjonijiet fil-budget tas-sena finanzjarja preċedenti ma jistgħux, fl-ebda każ, ikunu misbuqa.
KAPITOLU 3
Prinċipju ta' l-ekwilibriju
Artikolu 14
1. Approprjazzjonijiet ta' introjtu u pagament tal-budget għandhom ikunu bbilanċjati.
2. Bla ħsara għall-Artikoli 46(1)(4), il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, kif ukoll il-korpi kif stabbiliti mill-Komunitajiet kif riferuti fl-Artikolu 185, ma jistgħux jidħlu għal dejn.
Artikolu 15
1. Il-bilanċ minn kull sena finanazjarja għandu jkun irreġistrat fil-budget tas-sena finanzjarja segwenti bħala approprjazzjoni ta' introjtu fil-każ ta' bilanċ pożittiv jew bħala pagament fil-każ ta' bilanċ negattiv.
2. L-estimi għal approprjazzjonijiet ta' introjtu jew pagament għandhom ikunu rreġistrati fil-budget matul il-proċedura tal-budget u f'ittra ta' emenda ippreżentata permezz ta' l-Artikolu 34. Dawn għandhom ikunu mħejjija b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill li jimplementa d-Deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet infushom.
3. Wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet għal kull sena finananzjarja, xi diskrepanza ma l-estimi għandha tkun irreġistrata fil-budget tas-sena finananzjarja segwenti permezz ta' budget b'emenda iddedikata solament għal dik id-diskrepanza. F'każ bħal dan, l-abbozz prelimenari ta' budget b'emenda għandu jkun ippreżentat lill-Kummissjoni fi żmien 15 il-jum li jsegwu l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżjonali.
KAPITOLU 4
Prinċipju ta' l-unità tal-kont
Artikolu 16
Il-budget għandu jkun imħejji w implementat f'euro u l-kontijiet għandhom ikunu ppreżentati f'euro.
Madankollu, għall-finijiet ta’ dħul u ħruġ tal-flus imsemmija fl-Artikolu 61, l-uffiċjal tal-kontijiet, fil-każ ta’ kontijiet imprest, l-amministraturi imprest, u, għall-ħtiġiet tal-ġestjoni amministrattiva tas-Servizz Estern tal-Kummissjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun awtorizzat iwettaq operati f’muniti nazzjonali kif stabbilit fir-regoli implimentattivi.
KAPITOLU 5
Prinċipju ta' l-universalità
Artikolu 17
L-introjtu totali għandu jkopri l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti, bla ħsara għall-Artikolu 18. L-introjtu u l-ispiża kollha għandhom ikunu rreġistrati bis-sħiħ mingħajr xi aġġustament kontra xulxin, bla ħsara għall-Artikolu 20.
Artikolu 18
1. ►M1 Bla preġudizzju għall-Artikolu 160(1a) u l-Artikolu 161(2), il-partiti ta’ dħul li ġejjin għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw partiti speċifiċi tan-nefqa: ◄
(a) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri lejn ċerti programmi ta' riċerka permezz tar-Regolament tal-Kunsill li jimplementa d-Deċiżjoni dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Kumunitajiet infushom;
(aa) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u pajjiżi donaturi oħrajn, inklużi fiż-żewġ każi l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal ċerti proġetti ta’ għajnuna esterna jew programmi ffinanzjati mill-Komunità u ġestiti mill-Kummissjoni f’isimhom, skond l-att bażiku rilevanti;
(b) imgħaxijiet fuq depożiti u multi li hemm provvediemnt dwarhom fir-Regolament rigward it-tħaffif u l-kjarifika ta' l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv;
(ċ) l-introjtu immirat għal skop speċifiku, bħal ma huwa d-dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u bħala wirt, inkluż id-dħul speċifiku immirat għal kull istituzzjoni;
(d) kontribuzzjonijiet mill-attivitajiet tal-Komunità minn pajjiżi terzi jew korpi varji.
(e) introjtu minn partijiet terzi fil-rigward ta' oġġetti, servizzi jew xogħol fornut mat-talba tagħhom;
(ea) rikavat mill-bejgħ ta’ vetturi, tagħmir, installazzjonijiet, materjali u apparat xjentifiku u tekniku li qed jinbidlu jew jintremew meta l-valur kif imniżżel fil-kotba huwa żvalutat għal kollox;
(f) introjtu li joriġina mir-rifużjoni ta' ammonti mħallsa bi żball;
(g) proċedimenti mill-forniment ta' oġġetti, servizzi u xogħolijiet minn istituzjonijiet jew korpi oħrajn, inklużi rifużjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn ta' allokazzjonijiet ta' missjoni mħallsa f'isimhom;
(h) pagamenti akkwistati ta' l-assigurazzjoni;
(i) introjtu minn pagamenti konnessi mal-kirjiet;
(j) introjtu minn bejgħ ta' pubblikazzjonijiet jew films, inklużi dawk ta' medja elettronika.
2. L-att bażiku applikabbli jista' wkoll ikun assenjat għall-introjtu li dwaru jipprovdu punti speċifiċi tal-ispiża.
3. Il-budget għandu jkollu linji li jakkomodaw il-kategoriji assenjati għall-introjtu riferut fil-paragrafi 1 u 2 u kull meta possibbli għandu jindika l-ammont.
Artikolu 19
1. Il-Kummissjoni tista' taċċetta xi donazzjoni magħmulha lill-Komunitajiet, bħal ma huma fondazzjonijiet, susidji, rigali u wirt.
2. ►M1 L-aċċettazzjoni ta’ donazzjonijiet ta’ valur ta’ EUR 50 000 jew aktar li jinvolvu ħlas finanzjarju, inkluż spejjeż ta’ segwitu, li jaqbżu l-10 % tal-valur tad-donazzjoni mogħtija, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li t-tnejn għandhom jaġixxu fuq din il-kwistjoni fi żmien xahrejn mid-data minn meta jirċievu t-talba mill-Kummissjoni. ◄ Jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun saret matul il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni finali fir-rigward ta' l-aċċettazzjoni.
Artikolu 20
1. Ir-regoli implementattivi jistgħu jispeċifikaw il-każi meta ċertu introjtu jkun jista' jitnaqqas mill-fatturi jew talbiet għal pagament, li għandhom imbagħad ikunu mgħoddija għall-pagament ta' l-ammont nett.
2. In-nefqa tal-prodotti jew tas-servizzi ipprovduti lill-Komunitajiet li jinkorporaw taxxi rifondibbli mill-Istati Membri permezz tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej jew minn pajjiżi terzi fuq il-bażi tal-ftehim relevanti għandhom ikunu imposti fuq il-budget għall-ammont ex-taxxa.
3. Aġġustamenti jistgħu isiru fir-rigward tad-differenzi fil-kambju li jseħħu fl-implimentazzjoni tal-budget. L-akkwist jew it-telf finali għandu jkun inkluż fil-bilanċ tas-sena.
KAPITOLU 6
Prinċipju tal-ispeċifika
Artikolu 21
L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu mmirati għal skopijiet speċifiċi bit-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli għandhom ikunu aktar sud-diviżi f'artikoli u punti.
Artikolu 22
1. Kull istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fis-sezzjoni proprja tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:
(a) minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % ta’ l-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;
(b) minn kapitolu għal ieħor u minn artikolu għal ieħor mingħajr limitu.
2. Tliet ġimgħat qabel ma jsiru t-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jinformaw lill-awtorità baġitarja bl-intenzjonijiet tagħhom. Fil-każ li jitqajmu raġunijiet debitament issostanzjati f’dan il-perijodu minn waħda mill-fergħat ta’ l-awtorità baġitarja, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.
3. Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-awtorità baġitarja, fis-sezzjoni tagħha tal-baġit, trasferimenti minn titolu għal ieħor li jeċċedi l-limitu ta’ 10 % ta’ l-approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja fil-linja li minnha għandu jsir it-trasferiment. Dawk it-trasferimenti għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.
4. Kwalunkwe istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fis-sezzjoni tagħha tal-baġit, tagħmel trasferimenti fl-artikoli mingħajr ma’ tinforma minn qabel lill-awtorità baġitarja.
Artikolu 23
1. Il-Kummissjoni tista', fis-sezzjoni tagħha stess tal-budget:
(a) tittrasferixxi approprjazzjonijiet fi ħdan l-artikoli u tittrasferixxi bejn artikoli fl-istess kapitolu;
(b) rigward in-nefqa fuq persunal u amministrazzjoni, tittrasferixxi approprjazzjonijiet minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % ta’ l-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment, u sa massimu ta’ 30 % ta’ l-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li jsir it-trasferiment lejha;
(ċ) f'dak li jirrigwardja n-nefqa operazzjonali, tittrasferixxi approprjazzjonijiet bejn kapitoli fl-istess titolu, sa massimu tat-total ta' 10 % ta' l-approprjazzjonijiet tas-sena murija fil-linja li minnha t-trasferiment isseħħ;
(d) tittrasferixxi approporjazzjonijiet, hekk kif l-att bażiku jkun adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, mit-titolu “dispożizzjonijiet” imsemmi fl-Artikolu 43 għall-każijiet fejn ma jeżisti l-ebda att bażiku għall-azzjoni kkonċernata meta l-baġit ikun stabbilit.
Tliet ġimgħat qabel tagħmel it-trasferimenti msemmija fil-punti (b) u (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja bid-deċiżjoni tagħha. F’każ li jingħataw raġunijiet debitament sostanzjati matul dak il-perijodu ta’ tliet ġimgħat minn fergħa jew oħra ta’ l-awtorità baġitarja, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24.
Madankollu, matul l-aħħar xahrejn tas-sena finanzjarja, il-Kummissjoni tista’ awtonomament tittrasferixxi approprjazzjonijiet relatati ma’ nfiq fuq persunal, persunal estern u aġenti oħrajn minn titolu għal ieħor sa limitu totali ta’ 5 % ta’ l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja fi żmien ġimagħtejn wara wara d-deċiżjoni tagħha dwar dawk it-trasferimenti.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja fi żmien ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tagħha dwar it-trasferimenti msemmija fil-punt (d) ta’ l-ewwel subparagrafu.
2. Il-Kummissjoni tista' tipproponi lill-awtorità tal-budget, fi ħdan is-sezzjoni tagħha tal-budget, trasferimenti apparti milli minn dawk riferuti fil- ►M1 paragrafi 1 ◄ .
Artikolu 24
1. L-awtorità tal-budget għandha tieħu deċiżjonijiet rigward it-trasferimenti ta' l-approprjazzjonijiet kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafi 2, 3 u 4, apparti milli kif hemm ipprovdut fit-Titolu I tal-parti tnejn.
2. Fil-każ ta' proposti għat-trasferiment ta' l-approprjazzjonijiet li jirriggwardjaw in-nefqa li neċċesarjament tirriżulta mit-Trattati jew mill-atti adotti b'konformità magħhom, il-Kunsill għandu, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fi żmien sitt ġimgħat, apparti milli f'każi urġenti. Il-Parlament Ewropew għandu jwassal l-opinjoni tiegħu f'dak il-limitu ta' żmien hekk li jippermetti lill-Kunsill li jieħu nota ta' dan u biex jaġixxi fil-limitu ta' żmien kif stipulat. Meta l-Kunsil ma jaġixxix matul dan il-limitu ta' żmien, il-proposti għat-trasferiment għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.
3. Fil-każ ta' proposti għat-trasferiment ta' trasferimenti li jirriggwardjaw in-nefqa apparti milli dik li neċesarjament tirriżulta mit-Trattati jew mill-atti adotti b'konformità magħhom, il-Parlament Ewropew għandu, wara li jikkonsulta lill-Kunsill, jaġixxi fi żmien sitt ġimgħat, apparti milli f'każi urġenti. Il-Kunsill għandu jwassal l-opinjoni tiegħu, b'maġġoranza kwalifikata, f'dak il-limitu ta' żmien hekk li jippermetti lill-Parlament Ewropew li jieħu nota ta' dan u biex jaġixxi fil-limitu ta' żmien kif stipulat. Meta l-ebda deċiżjoni ma tkun meħudha matul dan il-limitu ta' żmien, il-proposti għat-trasferiment għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.
4. Il-proposti għat-trasferiment li jirrigwardjaw kemm in-nefqa meħtieġa li tirriżulta mit-Trattati jew mill-atti adotti b'konformità magħhom u dwar in-nefqa l-oħra, għandhom ikunu meqjusa bħala approvati jekk la l-Parlament Ewropew u l-anqas il-Kunsill ma jiddeċiedu mod ieħor fi żmien sitt ġimghat mid-data li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet ikunu rċevew il-proposti. Jekk, fil-każ ta' proposti bħal dawn għal trasaferimenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill inaqqsu t-trasferimenti kif ipproponuti b'ammonti differenti, liema minnhom ikun l-iżgħar, ta' l-ammonti aċċettati minn wieħed mill-istituzzjonjiet, għandu jkun meqjus bħala approvat. Meta wieħed mill-istituzzjonijiet jiċħad il-prinċipju tat-trasferiment, it-trasferiment m'għandux iseħħ.
Artikolu 25
1. L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss lejn linji tal-budget li dwarhom il-budget ikun awtorizza approprjazzjonijiet jew li jkollu dħul bħala rhan (p.m.).
2. L-approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk introjtu bħal dan ikun użat għall-iskop li għalih ikun assenjat.
Artikolu 26
1. It-trasferimenti bejn it-titoli tal-baġit dedikati għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew tas-Sajd, il-Fond Ewropew Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) u r-Riċerka għandhom ikunu soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali taħt it-Titoli I, II u III tat-Tieni Parti.
2. ►M1 Id-deċiżjonijiet dwar trasferimenti biex tkun permessa l-utilizzazzjoni tar-riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għandhom jittieħdu mill-awtorità baġitarja fuq proposta mill-Kummissjoni. Għandha tintbagħat proposta separata għal kull operazzjoni individwali. ◄
Il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 24(2) u (3) għandha tkun applikabbli. Jekk il-proposta tal-Kummissjoni ma tkunx aċċettata miż-żewġ friegħi ta' l-awtorità tal-budget u jkun hemm nuqqas li jaslu għal pożizzjoni komuni rigward l-utilizzazzjoni ta' dawn ir-riservi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jibqgħu lura milli jaġixxu fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal trasferiment.
3. F’każijiet eċċezzjonali debitament sostanzjati ta’ diżastri umanitarji u kriżijiet internazzjonali, li jseħħu wara l-15 ta’ Diċembru tas-sena baġitarja, il-Kummissjoni tista’ tittrasferixxi approprjazzjonijiet baġitarji mhux użati għas-sena baġitarja attwali li għadhom disponibbli fit-titoli baġitarji li jaqgħu taħt l-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali għat-titoli baġitarji dwar l-għajnuna għall-maniġġar ta’ kriżijiet u operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja. Il-Kummissjoni għandha tinforma liż-żewġ fergħat ta’ l-awtorità baġitarja immedjatament wara li tagħmel tali trasferimenti.
KAPITOLU 7
Priċipju ta' l-amministrazzjoni soda finanzjarja
Artikolu 27
1. L-approprjazzjonijiet tal-budget għandhom ikunu wżati b'konformità mal-prinċipju ta' amministrazzjoni soda finanzjarja, jiġiefiri bi qbil mal-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċċjenza u l-effettività.
2. Il-prinċipju ta' l-ekonomija jeħtieġ li r-riżorsi użati mill-istituzzjoni fit-twettieq ta' l-attivitajiet tagħha għandhom ikunu disponibbli f'waqt xieraq, fi kwantità u kwalità xierqa u fl-aħjar prezz.
Il-prinċipju ta' l-effiċjenza huwa kkonċernat ma' l-aħjar relezzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati milħuqa.
Il-prinċipju ta' l-effettività huwa kkonċernat ma l-akkwist ta' obbjettivi speċifiċi kif stabbiliti u l-akkwist tar-riżultati intiżi.
3. Objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejjlu, li jistgħu jintlaħqu, relevanti u f'waqqthom għandhom ikunu stabbiliti għas-setturi kollha ta' l-attività koperta bil-budget. It-twettieq ta' dawk l-objettivi għandu jkun sorveljat b'indikaturi ta' l-imġieba għal kull attività u informazzjoni għandha tkun ipprovduta mill-awtoritajiet tan-nefqa lejn l-awtorità tal-budget. Informazzjoni bħal din, kif riferuta fl-Artikolu 33(2)(d), għandha tkun ipprovduta ta' kull sena u l-aktar tard fid-dokumenti li jakkompanjaw l-abbozz prelimenari tal-budget.
4. Sabiex jittejjeb it-teħid tad-deċiżjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jintrabtu li jagħmlu evalwazzjonijiet kemm ex ante u ex post b'konformità mal-gwida kif ipprovduta mill-Kummissjoni. Evalwazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu applikati għall-programmi u l-attivitajiet kollha li jinvolvu nefqa sinifikanti u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ikunu mgħoddija lill-awtoritajiet tan-nefqa, leġislattivi u tal-budget.
Artikolu 28
1. Kull proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġislattiva mill Kummissjoni jew minn Stat Membru f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE jew it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jista’ jkollha impatt fuq il-baġit, inkluż tibdil fin-numru ta’ entrati, għandha tkun akkumpanjata b’rendikont finanzjarju u l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 27(4) ta’ dan ir-Regolament.
Kwalunkwe emenda għal proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġislattiva li jista’ jkollha implikazzjonijiet konsiderevoli fuq il-baġit, inkluż tibdil fin-numru ta’ entrati, għandha tkun akkumpanjata b’rendikont finanzjarju mħejji mill-istituzzjoni li tkun qed tipproponi l-emenda.
2. Matul il-proċedura tal-budget, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-paragun bejn it-tibdiliet fl-approprjazzjonijiet meħtieġa u t-tbassir inizjali fl-istqarrijiet finanzjarji. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-progress magħmul u l-istadju milħuq mill-awtorità leġislattiva fil-konsiderazzjonijiet tagħha tal-proposti ppreżentati. L-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom, meta xieraq, ikunu riveduti fid-dawl tal-progress tad-deliberazzjonijiet fuq l-att bażiku.
3. Sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet, ir-rendikont finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirreġistra kwalunkwe informazzjoni dwar ħarsien eżistenti u ppjanat mill-frodi u dwar miżuri ta’ protezzjoni.
Artikolu 28a
1. Il-baġit għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effikaċi kif xieraq f’kull manjiera ta’ ġestjoni, u skond ir-regolamenti speċifiċi għas-settur.
2. Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit, il-kontroll intern huwa definit bħala proċess applikabbli fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba ta’ l-objettivi li ġejjin:
(a) effettività, effikaċja u ekonomija ta’ l-operati;
(b) irrappurtar ta’ min jorbot fuqu;
(c) salvagwardjar ta’ l-assi u l-informazzjoni;
(d) prevenzjoni u identifikar ta’ frodi u irregolaritajiet;
(e) ġestjoni adegwata tar-riskji marbutin mal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, b’kont meħud tal-karattru pluriennali tal-programmi kif ukoll tan-natura tal-ħlasijiet involuti.
KAPITOLU 8
Prinċipju tat-trasparenza
Artikolu 29
1. Il-budget għandu jkun stabbilit w implementat u l-kontijiet ippreżentati b'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.
2. Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-baġit u l-baġits emendatorji, kif ikunu adottati l-aħħar, fil-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropew.
Il-baġit għandu jkun ippubblikat fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-baġit ikun iddikjarat finalment adottat.
Il-kontijiet annwali kkonsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u dik finanzjarja mfasslin minn kull istituzzjoni għandhom jiġu ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 30
1. Informazzjoni rigward l-operazzjoni ta' self-u-tislif li jkunu kkuntratti mill-Komunitajiet għal partijiet terzi għandhom jidhru fl-Anness mal-budget.
2. Informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tal-Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni għandha tidher fl-istqarrijiet finanazjarji.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b’mod xieraq, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi li ġejjin mill-baġit miżmum minnha meta l-baġit ikun implimentat fuq bażi ċentralizzata u direttament mid-dipartimenti tagħha, u l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta’ fondi kif previst mill-entitajiet li lilhom ikunu delegati l-kompiti ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit taħt modi oħrajn ta’ ġestjoni.
Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli b’osservanza debita tal-ħtiġiet ta’ kunfidenzjalità, partikolarment il-protezzjoni tad-data personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali u l-moviment ħieles ta’ tali data ( 8 ) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar ta’ data mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali data ( 9 ), u tal-ħtiġiet tas-sigurtà, b’kont meħud ta’ l-ispeċifikatijiet ta’ kull mod ta’ ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 53 u fejn applikabbli f’konformità mar-regoli rilevati speċifiċi għas-settur.
TITOLU III
L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BUDGET
KAPITOLU 1
L-istabbiliment tal-budget
Artikolu 31
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u l-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data Ewropea għandhom iħejju estimi ta' l-introjtu u l-ispiża tagħhom, li huma għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena.
Dawn l-estimi għandhom ukoll ikunu mibgħuta minn dawn l-istituzzjonijiet lejn l-awtorità tal-budget għall-informazzjoni tagħha mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-estimi tagħha, li hi għandha wkoll tibgħat lill-awtorità tal-budget sa l-istess data.
Fil-preparazzjoni ta' l-estimi tagħha, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni riferuta fl-Artikolu 32.
Artikolu 32
Kull wieħed mill-korpi riferuti fl-Artikolu 185 għandu, b'konformità ma' l-istrument li jkun stabbilih, jibgħat lill-Kummissjoni sa l-1 ta' April ta' kull sena, estimi rigward l-introjtu u l-ispiża tiegħu, inkluż il-pjan ta' stabbeliment, u il-programm tax-xogħol tiegħu.
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn id-dokumenti lejn l-awtorità tal-budget għall-informazzjoni, apparti milli fil-każi li hemm provvediment dwarhom fil-punt (3)(d) ta' l-Artikolu 46(1).
Artikolu 33
1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz prelimenri tal-budget quddiem il-Kunsill sa l-1 ta' Settembru ta' kull sena, l-aktar tard. Fl-istess waqt għandha tittrasmetti l-abbozz prelimenari tal-budget lill-Parlament Ewropew.
L-abbozz prelimenri tal-budget għandu jkun fih sommarju ta' l-istqarrija ġenerali rigward l-ispiża u l-introjtu tal-Komunitajiet u jikkonsolida l-estimi riferuti fl-Artikolu 31.
2. Il-Kummissjoni għandha tehmeż ma' l-abbozz prelimenari tal-budget:
(a) analiżi ta' l-amministrazzjoni finanzjarja tas-sena preċedenti u ta' l-impenji pendenti;
(b) meta xieraq, opinjoni ta' l-estimi ta' l-istitizzjonijiet l-oħrajn li jistgħu jkollhom estimi differenti, akkompanjati bir-raġuni għal dan;
(ċ) xi dokument ta' ħidma li hi tqis utili b'konnessjoni mal-pjani ta' l-istabbiliment tal-istituzzjonijiet u l-għotjiet li l-Kummissjoni tagħti lill-korpi riferuti fl-Artikolu 185 u lill-Iskejjel Ewropej;
(d) id-dikjarazzjonijiet ta’ l-attività li fihom li ġej:
— informazzjoni dwar il-kisba ta’ l-objettivi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u bil-ħin imkejjel kollha li ġew stabbiliti minn qabel għall- attivitajiet varji kif ukoll objettivi ġodda mkejla permezz ta’ indikaturi;
— ġustifikazzjoni sħiħa u approċċ kost-benefiċċju għal bidliet proposti fil-livell ta’ approprjazzjonijiet;
— razzjonal ċar għal intervent fil-livell ta’ l-UE parallel, fost l-oħrajn, mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;
— informazzjoni dwar ir-rati ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-attività tas-sena ta’ qabel u r-rati ta’ l-implimentazzjoni għas-sena kurrenti.
Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni għandhom ikunu kkonsultati u msemmija bħala evidenza tal-meriti possibbli ta’ emendi baġitarji proposti.
(e) dikjarazzjoni fil-qosor ta’ l-iskeda ta’ ħlasijiet dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti għal impenji baġitarji meħudin fi snin baġitarji preċedenti.
Artikolu 34
1. Il-Kummissjoni tista, bl-inizjattiva tagħha stess jew jekk mitluba mill-istituzzjonijiet l-oħrajn, kull waħda fir-rigward tas-sezzjoni tagħha, tippreżenta lill-Kunsill ittra ta' emenda għall-abozz prelimenari tal-budget fuq il-bażi ta' informazzjoni ġdida li ma kienetx disposnibbli fil-waqt ta' meta l-abozz prelimenari kien stabbilit.
2. B'dana kollu, apparti milli kif mod ieħor mifthiem mill-istituzzjonijiet jew f'ċirkostanzi eċċezjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta ittra ta' emenda bħal din lill-Kunsill mill-anqas 30 jum qabel l-ewwel qari ta' l-abozz tal-budget mill-Parlament Ewropew. Il-kunsill għandu jippreżenta l-ittra ta' l-emenda lill-Parlament Ewropew mill-anqas 15 il-jum qabel l-imsemmi l-ewwel qari
Artikolu 35
1. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-abbozz tal-budget bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 272(3) tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 177(3) tat-Trattat Euratom.
2. Il-Kunsill għandu jippreżenta l-abozz tal-budget quddiem il-Parlament Ewropew sa l-aktar tard il-5 ta' Ottubru tas-sena preċedenti ta' l-implimentazzjoni tal-budget. Il-kunsill għandu jehmeż ma dak l-abbozz tal-budget memorandum ta' spjegazzjoni li jiddiffenixxi r-raġunijiet tiegħu għat-tluq mill-abbozz prelimenari tal-budget.
Artikolu 36
1. Il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara l-budget finalment adott bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 272(7) tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 177(7) tat-Trattat Euratom.
2. La darba l-budget ikun iddikjarat bħala finalment adottat, kull Stat Membru għandu, mill-1 ta' Jannar tas-sena finanzjarja segwenti jew mid-data tad-dikjarazzjoni ta' l-adozzjoni finali tal-budget jekk din tkun wara l-1 ta' Jannar, ikun marbut li jgħaddi lill-Komunità il-pagamenti dovuti kif speċifikati fir-Regolament tal-Kunsill li jimplementa d-Deċiżjoni rigward is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet infushom.
Artikolu 37
1. Jekk ikun hemm ċirkostanzi li ma jistgħux ikunu evitati, eċċezzjonali jew mhux mistennija, il-Kummissjoni tista' tippreżenta abbozzi prelimenari tal-budget bħala emendi.
Talbiet għal budget bħala emenda, fl-istess ċirkostanzi kif riferuti fil-paragrafu preċedenti, minn istituzzjonijiet apparti milli mill-Kummissjoni, għandhom ikunu mibgħuta lill-Kummissjoni.
Qabel jippreżentaw abbozz preliminari ta’ baġit emendatorju, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet li mhumiex il-Kummissjoni għandhom jeżaminaw il-kamp ta’ applikazzjoni għal riallokazzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet rilevanti, b’kont meħud ta’ kwalunkwe sottoimplimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet mistennijin.
2. Il-Kummissjoni għandha, apparti milli f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tippreżenta abbozz prelimenari tal-budget quddiem il-Kunsill sa l-1 ta' Settembru ta' kull sena, l-aktar tard. Hi tista' tehmeż opinjoni mill-istituzzjonijiet l-oħrajn mat-talbiet għal budget b'emenda.
3. L-awtorità tal-budget għandha tiddiskutihom skond l-urġenza tagħhom.
Artikolu 38
1. Meta l-Kunsill jirċievi abbozz prelimenari li jemenda l-budget, dan għandu jħejji abbozz li jemenda l-budget b'konformità ma' l-Artikoli 35 u 37.
2. Apparti milli għat-tabella taż-żmien, l-Artikoli 35 u 36 għandhom ikunu applikabbli għal budget b'emenda. Dawn għandhom ikunu ssosstanzjati b'referenza għall-budget li l-estimi tiegħu jkunu jemendaw.
Artikolu 39
Il-Kummissjoni u l-awtorità tal-budget jistgħu jifthiemu li jresqu 'l quddiem ċerti dati għat-trasmissjoni ta' l-estimi, u għall-adozzjoni u t-trasmissjoni ta' l-abbozz prelimenari u l-abbozz tal-budget. Dan l-arranġament ma jistax, b'dana kollu, jkollu effett fuq it-tqassir jew l-estezjoni tal-perijodi permissibbli għall-konsiderazzjoni ta' dawn it-testi permezz ta' l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom.
KAPITOLU 2
L-istruttura u l-preżentazzjoni tal-budget
Artikolu 40
IL-budget għandu jikkonsisti minn:
(a) rendikont ġenerali tad-dħul u tan-nefqa;
(b) sezzjonijiet separati sud-diviżi fi stqarrijiet ta' introjtu u nefqa għal kull istituzzjoni.
Artikolu 41
1. L-introjtu tal-Kummissjoni u l-introjtu u n-nefqa ta' l-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom ikunu kklasifikati mill-awtorità tal-budget skond it-tip tagħhom jew l-użu li għalih huma assenjati skond it-titoli, l-kapitoli, l-artikoli u l-punti.
2. L-istqarrija tan-nefqa għas-sezzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta' nomenklatura adottata mill-awtorità tal-budget u kklasifikata skond l-iskop.
It-Titolu għandu jikkorrispondi maż-żona tal-istrateġija u kapitolu għandu, bħala regola, jikkorrispondi ma attività.
Kull titolu jista' jinkludi approprjazzjonijiet ta' l-operat u approprjazzjonijiet ta' l-amministrazzjoni.
L-approprjazzjonijiet amministrattivi għal titolu għandhom ikunu miġbura flimkien f'kapitolu wieħed.
Artikolu 42
Il-budget ma jistax ikun fih introjtu negattiv.
Ir-riżorsi tagħhom imħallsa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet infushom għandhom ikunu ammonti netti u għandhom ikunu murija bħala tali fl-istqarrija sommarja ta' l-introjtu tal-budget.
Artikolu 43
1. Kull sezzjoni tal-budget tista' tinkludi titolu ta' “dispożizzjonijiet”. L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati f'dan it-titolu f'dawn iż-żewġ ċirkostanzi li ġejjin:
(a) meta l-ebda att bażiku ma jkun jeżisti għall-azzjoni kkonċernata meta l-budget ikun stabbilit;
(b) meta jkun hemm bażi serji għad-dubju rigward l-adekwatezza ta' l-approprjazzjonijiet jew tal-possibbiltà ta' l-implimentazzjoni, permzz tal-kondizzjonijiet li huma kostanti ma l-amministrazzjoni soda finanzjarja, l-approprjazzjonijiet irreġistrati fil-linji kkonċernati.
L-approprjazzjonijiet f’dan it-titolu jistgħu jintużaw biss wara trasferiment skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23(1)(d) fil-każijiet fejn l-adozzjoni ta’ l-att bażiku hi soġġetta għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, u dik ta’ l-Artikolu 24 għall-każijiet l-oħrajn.
2. Fil-każ ta' diffikultajiet serji rigward l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi, fil-kors ta' sena finanzjarja, li l-approprjazzjonijiet ikunu ttrassferiti lejn titolu ta' “dispożizzjonijiet”. L-awtorità tal-budget għandha tieħu deċiżjoni rigward dawn it-trasferimenti kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 24.
Artikolu 44
Is-sezzjoni tal-Kummissjoni fil-budget titsa tinkludi “riserva negattiva” illimitata għal ammont massimu ta' EUR 200 miljun. Din ir-riserva, li tista' tkun irreġistrata f'kapitolu separat, tista' tinkludi kemm l-approprjazzjonijiet ta' l-impenji u wkoll l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.
Din ir-riserva għandha tkun imħejjija qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja permezz ta' trasferiment b'konformità mal-proċedura stabbilita fl- ►M1 Artikoli 23 u 25 ◄ .
Artikolu 45
1. Is-sezzjoni tal-baġit tal-Kummissjoni għandha tinkludi riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza għall-pajjiżi terzi.
2. Ir-riżerva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża qabel tmiem is-sena finanzjarja permezz ta’ trasferiment skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 24 u 26.
Artikolu 46
1. Il-budget għandu juri:
(1) ►M1 fir-rendikont ġenerali tad-dħul u tan-nefqa: ◄
(a) l-estimi ta' l-introjtu tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja f'dan il-każ;
(b) l-estimi ta' l-introjtu għas-sena finanzjarja preċedenti u l-introjtu għas-sena n – 2;
(ċ) l-approprjazzjonijiet ta' l-impenn u l-pagament għas-sena finanzjarja f'dan il-każ;
(d) l-approprjazzjonijiet għall-impenn u l-pagament għas-sena finanzjarja preċedenti;
(e) in-nefqa impenjata u n-nefqa mħallsa fis-sena n – 2;
▼M1 —————
(g) rimarki xierqa dwar kull suddiviżjoni, kif imniżżel fl- Artikolu 41(1).
(2) fis-sezzjoni għal kull istituzzjoni, id-dħul u n-nefqa għandhom jintwerew fl-istess struttura bħal fil-punt 1 (1);
(3) fir-rigward tal-persunal:
(a) għal kull sezzjoni tal-budget, pjan ta' l-istabbiliment li jistabbilixxi n-numru ta' postijiet għal kull grad f'kull kategorija u f'kull wieħed mis-servizzi u n-numru ta' postijiet permanenti u temporanji awtorizzati fil-limiti ta' l-approprjazzjonijiet tal-budget;
(b) pjan ta' l-istabbiliment għal persunal imħallas mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għal azzjoni diretta u pjan ta' l-istabbiliment għal persunal imħallas mill-istess approprjazzjonijiet għal azzjoni inderetta; il-pjan ta' l-istabbiliment għandu jkun ikklasifikat bil-kategorija u l-grad u għandu jiddistingwi bejn postijiet permanenti u temporanji, awtorizzati fil-limiti ta' l-approprjazzjonijiet tal-budget;
(ċ) rigward persunal xjentifiku u tekniku, il-klassifikazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq gruppi ta’ gradi, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’kull baġit; il-pjan stabbilit għandu jispeċifika n-numru ta’ persunal tekniku jew xjentifiku kwalifikat ħafna li huwa mogħti vantaġġi speċjali taħt id-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolamenti tal-Persunal;
(d) pjan ta' l-istabbiliment li jistabbilixxi n-numru ta' postijiet bil-grad u bil-kategorija għal kull korp riferut fl-Artikolu 185 li jirċievi għotja irreġistrata mill-budget. Il-pjani ta' l-istebbeliment għandhom juru biswit in-numru ta' postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, in-numru awtorizzat tas-sena preċedenti;
(4) fir-rigward ta' l-operazzjonijiet tas-self u t-tislif:
(a) fl-istqarrija ġenerali ta' l-introjtu, il-linji tal-budget li jikkorrespondu ma l-operazzjonijiet relevanti u ntiżi biex jirreġistraw xi rimborsi akkwistati mill-benefiċjarji li inizjalment ikunu naqsu, li jwasslu għall-attivazzjoni tal-garanzija ta' l-imġieba. Dawn il-linji għandhom ikollhom dħul b'rhan (p.m.) u jkunu akkumpanjati b'rimarki xierqa;
(b) fis-sezzjoni tal-Kummissjoni:
(i) fil-linji tal-budget li jkun fihom il-garanziji ta' l-imġieba tal-Komunitajiet fir-rigward ta' l-operazzjonijiet f'dak il-każ. Dawn il-linji għandhom ikollhom dħul b'rhan (p.m.), sa kemm l-ebda imposta effettiva ma tkun ġiet koperta b'riżorsi definittivi li jkunu oriġinaw;
(ii) rimarki li jgħatu r-referenza għall-att bażiku u għall-volum ta' l-operazzjonijiet intiżi, it-tul taż-żmien u l-garanzija finanzjarja mogħtija mill-Komunitajiet fir-rigward ta' dawn l-operazzjonijiet;
(ċ) f'dokument anness mas-sezzjoni tal-Kummissjoni, bħala indikazzjoni:
(i) l-operazzjoni kapitali kurrenti u l-amministrazzjoni tad-dejn;
(ii) l-operazzjonijiet kapitali u l-amministrazzjoni tad-dejn għas-sena finanzjarja f'dak il-każ;
(5) il-linji tal-baġit taħt id-dħul u n-nefqa meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni.
2. B'żieda mad-dokumenti riferuti fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-budget tista' tehmeż kwalunkwe dokumenti relevanti oħrajn.
Artikolu 47
1. Il-pjan ta' l-istabbiliment deskritt fil-punt 3 ta' l-Artikolu 46(1) għandu jikkonstitwixxi limitu assolut għal kull istituzzjoni jew korp; l-ebda ħatra ma tista' ssir b'eċċess ta' dak il-limitu stabbilit.
B'dana kollu, apparti milli fil-każ ta' ►M1 gradi AD 16, AD 15 u AD 14 ◄ , kull istituzzjoni jew korp jista' jimmodifika il-pjani ta' l-istabbiliment bi sa 10 % tal-postijiet awtorizzati, suġġett għal żewġ kondizzjonijiet:
(a) li l-volum ta' l-approprjazzjonijiet tal-persunal li jikkorrispondu għal sena finanzjarja sħiħa ma jkunx affettwat, u
(b) li l-limtu tan-numru totali ta' postijiet awtorizzat minn kull pjan ta' stabbiliment ma jkux misbuq.
Tlett ġimgħat qabel ma jagħmlu l-modifiki riferuti fit-tieni subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-awtorità tal-budget bl-intenzjonijiet tagħhom. Fil każ ta' raġunijiet iġġustifikati kif xieraq li jkunu ppreżentati matul dan il-perijodu minn kwalunkwe fergħa ta' l-awtorità tal-budget, l-istituzzjonijiet għandhom jibqgħu lura milli jagħmlu l-modifiki u l-proċedura normali għandha tkun applikabbli.
2. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti tax-xogħol part-time awtorizzat mill-awtorità tal-ħatriet b'konformità mar-Regolamenti ta' l-Impjegati tista' tkun ibbilanċjata b'ħatriet oħrajn.
TITOLU IV
IMPLIMENTAZZJONI TAL-BUDGET
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 48
1. Il-Kummissjoni għandha timplementa l-introjtu u n-nefqa tal-budget b'konformità ma' dan ir-Regolament, bl-inizjattiva tagħha stess u fil-limiti ta' l-approprjazzjonijiet awtorizzati.
2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni hekk li l-approprjazzjonijiet ikunu wżati b'konformità mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda.
Artikolu 49
1. Att bażiku għandu l-ewwel jiġi adottat qabel ma jkunu jistgħu jintużaw l-approprjazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit għal kwalunkwe azzjoni mill-Komunitajiet jew mill-Unjoni Ewropea.
Att bażiku huwa att legali li jipprovdi bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tan-nefqa korrispondenti mdaħħal fil-baġit.
2. Fl-applikazzjoni tat-Trattat tal-KE u t-Trattat Euratom, att bażiku huwa att adottat mill-awtorità leġislattiva u jista’ jkun f’forma ta’ regolament, direttiva, deċiżjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE jew deċiżjoni sui generis.
3. Fl-applikazzjoni tat-Titolu V tat-TUE (dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni – il-PESK), att bażiku jista’ jkun f’waħda mill-forom speċifikati fl-Artikoli 13(2) u (3), 14, 18(5), 23(1) u (2) u 24 tat-TUE.
4. Fl-applikazzjoni tat-Titolu VI tat-TUE (dwar il-Kooperazzjoni tal-Pulizija u l-Ġudikatura f’Materji Kriminali), att bażiku jista’ jkun f’waħda mill-forom imsemmijin fl-Artikolu 34(2) tat-TUE.
5. Ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet ma jikkostitwux atti bażiċi skond it-tifsira ta’ dan l-artikolu, u anqas dawk ir-riżoluzzjonijiet, il-konklużjonijiet, id-dikjarazzjonijiet jew atti oħrajn li m’għandhom ebda effett legali.
6. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa 4, dawn li ġejjin jistgħu jkunu implimentati mingħajr att bażiku sakemm l-azzjonijiet li jkunu intenzjonati li jiffinanzjaw jaqgħu taħt il-poteri tal-Komunitajiet jew ta’ l-Unjoni Ewropea:
(a) approprjazzjonijiet għal proġetti pilota ta’ natura sperimentali mfasslin biex jittestjaw il-fattibbiltà ta’ azzjoni u s-siwi tagħha. L-approprjazzjonijiet ta’ l-impenji rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji suċċessivi;
(b) approprjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji fl-oqsma ta’ l-applikazzjoni tat-Trattat tal-KE u t-Trattat Euratom u tat-Titolu VI tat-TUE, imfasslin biex jippreparaw proposti bil-ħsieb li jiġu adottati azzjonijiet futuri. L-azzjonijiet preparatorji jridu jsegwu approċċ koerenti u jistgħu jieħdu diversi forom. L-approprjazzjonijiet ta’ impenji rilevanti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn tliet snin finanzjarji suċċessivi. Il-proċedura leġislattiva għandha tkun magħluqa qabel tmiem it-tielet sena finanzjarja. Matul il-proċedura leġislattiva, l-impenn ta’ approprjazzjonijiet għandu jikkorrespondi mal-karatteristiċi partikolari ta’ l-azzjoni preparatorja fir-rigward ta’ l-attivitajiet previsti, l-għanijiet immirati u l-persuni li bbenefikaw.
Konsegwentement, il-mezzi implimentati ma jistgħux jikkorrispondu fil-volum ma’ dawk previsti għall-iffinanzjar ta’ l-azzjoni definittiva nfisha; Meta jkun ippreżentat l-abbozz ta’ baġit preliminari, il- Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-awtorità baġitarja dwar l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) li għandu jkun fiha wkoll valutazzjoni tar-riżultati u s-segwitu previst;
(ċ) approprjazzjonijiet għal miżuri preparatorji fil-qasam tat-Titolu V tat-TUE (dwar il-PESK). Dawn il-miżuri għandhom ikunu limitati għal perijodu qasir ta’ żmien u għandhom ikunu mfasslin biex jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-azzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea biex jitwettqu l-objettivi tal-PESK u għall-adozzjoni ta’ l-istrumenti legali meħtieġa;
Għall-fini ta’ l-operati ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet ta’ l-UE, il-miżuri preparatorji huma mfasslin fost l-oħrajn biex jivvalutaw il-ħtiġiet operattivi, jipprovdu għal skjerament inizjali mgħaġġel tar-riżorsi, jew jistabbilixxu l-kondizzjonijiet fil-post għat-tnedija ta’ l-operat.
Il-miżuri preparatorji għandhom jinqablu mill-Kunsill, f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Għal dan il-għan, il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli tal-PESK, għandu jinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli dwar l-intenzjoni tal-Kunsill biex iniedi miżura preparatorja u dwar l-istima tar-riżorsi meħtieġa għal dan il-għan. F’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat ħlas mgħaġġel tal-fondi;
(d) approprjazzjonijiet għal azzjonijiet ta’ darba, jew anke azzjonijiet għal durazzjoni indefinita, imwettqin mill-Kummissjoni permezz ta’ ħidma li tirriżulta mill-prerogattivi tagħha fuq livell istituzzjonali skond it-Trattat tal-KE u t-Trattat Euratom barra mid-dritt tagħha għal inizjattiva leġislattiva msemmi fil-punt (b) u skond setgħat speċifiċi mogħtija lilha direttament minn dawk it-Trattati, li lista tagħhom tingħata fir-regoli implimentattivi;
(e) approprjazzjonijiet għall-operat ta’ kull waħda mill-istituzzjonijiet skond l-awtonomija amministrattiva tagħha.
Artikolu 50
Il-Kummissjoni għandha tikkonferixxi fuq l-istituzzjonijiet l-oħrajn il-poteri meħtieġa għal-implimentazzjoni tas-sezzjonijiet tal-budhet li huma relatati magħhom.
Kull istituzzjonijiet għandha teżerċita dawn il-poteri skond dan ir-Regolament u fil-limiti ta’ l-approprjazzjonijiet awtorizzati.
Artikolu 51
Il-Kummissjoni u kull waħda mill-istituzzjonijiet l-oħrajn jistgħu, fi ħdan id-dipartimenti tagħhom, jiddelegaw il-poteri tagħhom ta' l-implentazzjoni tal-budget b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament u bir-regoli nterni tagħhom u fil-limiti li huma jistabilixxu fl-istrument tad-delega. Dawk hek awtorizzati jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tal-poteri espresament konferiti lilhom.
Artikolu 52
1. L-atturi finanzjarji kollha u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni, il-verifika jew il-kontroll għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Kummissjoni. Jekk dan ikun il-każ, il-persuna in kwistjoni għandha tieqaf minn tali azzjonijiet u għandha tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti.
2. Hemm kunflitt ta’ interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ tali attur finanzjarju jew ta’ persuna oħra, kif imsemmi fil-paragrafu 1, tkun kompromessa għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess komuni ieħor mal-benefiċjarju.
KAPITOLU 2
Metodi ta' l-implimentazzjoni
Artikolu 53
Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit skond id-dispożizzjonijiet imniżżin fl-Artikoli 53a sa 53d fi kwalunkwe minn dawn il-metodi:
(a) fuq bażi ċentralizzata;
(b) b’ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata;
(ċ) b’ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 53a
Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit fuq bażi ċentralizzata, il-kompiti implimentattivi għandhom jitwettqu jew direttament mid-dipartimenti tagħha jew b’mod indirett, skond l-Artikoli 54 sa 57.
Artikolu 53b
1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’amministrazzjoni konġunta, il-kompiti implimentattivi għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Dak il-metodu għandu japplika partikolarment għall-azzjonijiet imsemmija fit-Titoli I u II tat-Tieni Parti.
2. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet komplementari inklużi fir-regolamenti rilevanti speċifiċi skond is-settur, u sabiex fl-amministrazzjoni kondiviża jiġi żgurat li l-fondi jiġu użati skond ir-regoli u l-prinċipji applikabbli, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha meħtieġa jew miżuri oħrajn meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. Għal dan il-għan huma għandhom partikolarment:
(a) jissodisfaw lilhom infushom li azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit fil-fatt jitwettqu u jiżguraw li dawn jiġu implimentati korrettament;
(b) jipprevjenu u jittrattaw ħsieb l-irregolaritajiet u l-frodi;
(ċ) jirkupraw fondi mħallsa b’mod ħażin jew użati inkorrettament jew fondi mitlufin bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew żbalji.
(d) jiżguraw, permezz ta’ regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f’konformità ma’ l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u għandhom iwaqqfu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28a. Dawn għandhom iwettqu proċedimenti legali skond kif ikun meħtieġ u xieraq.
3. L-Istati Membri għandhom jipproduċu taqsira annwali fil-livell nazzjonali xieraq tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli.
4. Sabiex ikun żgurat li l-fondi jkunu użati skond ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha tapplika proċeduri ta’ approvazzjoni tal-kontijiet jew mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja li bihom tkun tista’ tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit.
Artikolu 53ċ
1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ amministrazzjoni deċentralizzata, il-kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu delegati lil pajjiżi terzi skond l-Artikolu 56 tat-Titolu IV tat-Tieni Parti, mingħajr preġudizzju għad-delegazzjoni ta’ kompiti residwi lill-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2)].
2. Sabiex ikun żgurat li l-fondi jkunu użati skond ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha tapplika proċeduri ta’ approvazzjoni tal-kontijiet jew mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja li bihom tkun tista’ tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit.
3. jiżguraw, permezz ta’ regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f’konformità ma’ l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.
Artikolu 53d
1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ amministrazzjoni konġunta, ċerti kompiti implimentattivi għandhom ikunu delegati lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, skond ir-regoli implimentattivi, fil-każijiet li ġejjin:
(a) kull meta l-Kummissjoni u l-organizzazzjoni internazzjonali huma marbuta bi ftehim ta’ qafas għal perijodu fit-tul li jistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji għall-kooperazzjoni tagħhom;
(b) kull meta l-Kummissjoni u l-organizzazzjoni internazzjonali jelaboraw proġett jew programm konġunt;
(ċ) fejn il-fondi ta’ bosta donaturi jinġabru flimkien u ma jkunux imħollijin għal elementi speċifiċi jew kategoriji ta’ nfiq, jiġifieri, fil-każ ta’ azzjonijiet b’bosta donaturi.
Dawn l-organizzazzjonijiiet għandhom, fil-kontijiet, verifika, kontroll intern u proċeduri ta’ akkwsit tagħhom, japplikaw standards li joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment.
2. Il-ftehim individwali li ntlaħqu ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għall-għoti ta’ finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti fdati f’idejn it-tali organizzazzjonijiet internazzjonali.
3. Organizzazzjonijiet internazzjonali li lilhom jiġu delegati kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom jiżguraw, f’konformità ma’ l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.
Artikolu 54
1. Il-Kummissjoni ma taistax tiddelega lil partijiet terzi l-poteri eżekuttivi li hija għandha taħt it-Trattati fejn dawn jinvolvu miżura kbira ta’ diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi. Il-kompiti implimentattivi delegati għandhom ikunu definit b’mod ċar u sorveljati rigward l-użu magħmul minnhom.
Id-delegazzjoni tal-kompiti ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit għandha tikkonforma mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda li jitlob kontroll intern effettiv u effiċjenti u għandha tiżgura konformità mal-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni, u l-viżibilità ta’ azzjoni Komunitarja. L-ebda kompiti implimentattivi delegati b’dan il-mod ma jistgħu jwasslu għal kunflitti ta’ interessi.
2. ►M1 Fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’, meta timplimenta l-baġit b’ġestjoni ċentralizzata indiretta jew b’ġestjoni deċentralizzata taħt l-Artikoli 53a jew 53ċ, tiddelega kompiti ta’ awtorità pubblika u partikolarment kompiti implimentattivi tal-baġit lil: ◄
(a) aġenziji rregolati bil-liġi tal-Komunità, riferuti fl-Artikolu 55, ta' hawn taħt: “aġenziji eżekuttivi”;
(b) korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 u korpi Komunitarji speċjalizzati oħrajn, bħall-Bank Ewropew ta’ l-Investiment jew il-Fond Ewropew ta’ l-Investiment, bil-kondizzjoni li dan huwa kompatibbli mal-kompiti ta’ kull entità kif inhu definit fl-att bażiku;
(ċ) korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati u li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fir-regoli implimentattivi;
(d) persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skond it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.
3. Meta l-korpi riferuti fil-paragrafi 2 iwettqu d-doveri ta' l-implimentazzjoni, dawn għandhom iwettqu verifiki regolari sabiex jassiguraw li l-azzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati mill-budget ikunu ġew implementati korrettament.
Tali korpi jew persuni għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu irregolaritajiet u frodi u jekk hu meħtieġ, li jibdew proċedimenti legali biex jirkupraw fondi mħallsa b’mod ħażin jew użat b’mod mhux korrett.
Artikolu 55
1. L-aġenziji eżekuttivi għandhom ikunu persuni ġuridiċi taħt il-liġi Komunitarja, maħluqin b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jistgħu jiġu delegati poteri lilhom biex jimplimentaw programm jew proġett tal-Komunità sħiħ jew f’parti f’isem il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58./2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunita’ ( 10 ).
2. L-implimentazzjoni ta’ l-approprjazzjonijiet operattivi korrispondenti għandhom jitwettqu mid-direttur ta’ l-aġenzija.
Artikolu 56
1. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta, għandha l-ewwel tikseb evidenza ta’ l-eżistenza u l-operat xieraq fl-entitajiet li tafdalhom l-implimentazzjoni ta’ li ġej:
(a) akkwist trasparenti u proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet non-diskriminatorji u li jeskludu kwalunkwe kunflitt ta’ interess u li huma konformi tad-dispożizzjonijiet tat-Titoli V u VI rispettivament;
(b) sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti għall-ġestjoni ta’ operati, li tinkludi segregazzjoni effettiva tad-doveri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti u ta’ l-uffiċjal tal-kontijiet jew tal-funzjonijiet ekwivalenti;
(ċ) sistema ta’ kontabilità li tagħmel possibbli l-użu korrett tal-fondi Komunitarji li se jiġu vverifikati u l-użu tal-fondi li se jiġu riflessi fil-kontijiet Komunitarji;
(d) verifika esterna indipendenti;
(e) aċċess pubbliku għall-informazzjoni fil-livell previst fir-regolamenti Komunitarji;
(f) pubblikazzjoni ex post annwali adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit f’konformità ma’ l-Artikolu 30(3).
Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li s-sistemi tal-verifika, kontabilità u akkwist ta’ l-entitajiet imsemmijin fil-Paragrafi 1 u 2 huma ekwivalenti għal tagħha, meta jitqiesu l-istandards aċċettati internazzjonalment.
2. Fil-każ ta’ ġestjoni deċentralizzata, għandhom japplikaw l-istess kriterji li huma stabbiliti fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-kriterju previst fil-punt (e), b’mod sħiħ jew f’parti, skond il-grad ta’ deċentralizzazzjoni, miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż terz, korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali kkonċernati.
Irrispettivament mill-paragrafu (1)(a) u l-Artikolu 169a, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi:
— fil-każ tal-ġbir flimkien ta’ fondi, u
— skond il-kondizzjonijiet previsti fl-att bażiku,
li tuża l-proċeduri ta’ akkwsit jew għotja tal-pajjiż imsieħeb benefiċjarju jew kif maqbul fost id-donaturi.
Qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-ewwel takkwista evidenza abbażi ta’ każ b’każ li tali proċeduri jissodisfaw il-prinċipji tat-trasparenza, trattament ugwali u non-diskriminazzjoni, jipprevjenu kwalunkwe kunflitt ta’ interess, joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazjonalment u jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja soda li titlob kontroll intern effettiv u effiċjenti.
Il-pajjiż terz, korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali kkonċernati għandhom jikkommettu ruħhom li jwettqu l-obbligi li ġejjin:
(a) li jikkonformaw, soġġett għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1;
(b) li jiżguraw li l-verifika msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 issir minn istituzzjoni nazzjonali għall-ivverifikar estern indipendenti;
(ċ) li jsir iċċekkjar regolari biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet li se jkunu ffinanzjati mill-baġit ikunu ġew implimentati korrettament;
(d) li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jintużaw proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi li jkunu tħallsu bi żball.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-sorveljanza, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta’ l-implimentazzjoni tal-kompiti fdati. Għandha tieħu f’kunsiderazzjoni l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ kontroll meta din twettaq kontrolli permezz ta’ l-użu tas-sistemi tagħha ta’ kontroll.
Artikolu 57
1. Il-Kummissjoni ma tistax tafda miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ fondi li ġejjin mill-baġit, inkluż il-pagament u l-irkupru, lil entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat, ħlief fil-każ imsemmi fl-Artikolu 54(2)(ċ) jew f’każijiet speċifiċi fejn il-ħlasijiet involuti għandhom isiru lil benefiċjarji ddeterminati mill-Kummissjoni, li huma soġġett għal kondizzjonijiet u ammonti stabbiliti mill-Kummissjoni u li ma jinvolvux l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-entità jew korp li qed jagħmel il-ħlasijiet.
2. Id-doveri li jistgħu jkunu afdati permezz ta' kuntratt lejn entitajiet jew korpi esterni ta' settur-privat apparti minn dawk li jkollhom missjoni ta' servizz-pubbliku huma d-doveri ta' esperjenza teknika, amministrattivi, preparatorji u doveri anċillari li la jinvolvu l-eżerċitar ta' l-awtorità pubblika u l-anqas l-użu tal-poteri diskrezzjonali ta' ġudizju.
KAPITOLU 3
Atturi finanzjarji
Sezzjoni 1
Prinċipju tas-segregazzjoni tad-doveri
Artikolu 58
Id-doveri ta' l-uffiċjal awtorizzanti u ta' l-uffiċjal tal-kontijiet għandhom ikunu segregati u reċiprokament inkompatibbli.
Sezzjoni 2
L-uffiċjal awtorizzanti
Artikolu 59
1. L-istituzzjoni għandha twettaq id-doveri ta' l-uffiċjal awtorizzanti.
1a. Għall-fini ta’ dan it-Titolu, it-terminu “persunal” jirreferi għal persuni koperti mir-Regolamenti tal-Persunal.
2. Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi fir-regoli amministrattivi interni tagħha l-persunal ta’ livell xieraq li lilu tiddelega b’konformità mal-kondizzjonijiet fir-regoli ta’ proċedura tagħha d-doveri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti, l-kamp ta’ applikazzjoni tal-poteri delegati u l-possibbiltà li l-persuni delegati b’dawn il-poteri jistgħu jissubdelegawhom.
3. Il-poteri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti għandhom jiġu delegati jew subdelegati biss lill-persunal.
4. L-uffiċjali awtorizzanti, b'delega jew b'sub-delega jistgħu jaġixxu biss fil-limiti stabbiliti mill-istrument tad-delega jew tas-sub-delega. L-uffiċjal awtorizzanti li jkun responsabbli b'delega jew sub-delega jista' jkun mgħejjun bid-doveri tiegħu/tagħha minn membru wieħed jew aktar tal-persunal affidat, permezz tar-responsabbiltajiet tiegħu/tagħha, li jwettaq ċerti operazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-budget u l-preżentazzjoni tal-kontijiet.
Artikolu 60
1. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jkun responsabbli f'kull istituzzjoni għall-implimentazzjoni ta' l-introjtu u n-nefqa b'konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja soda u sabiex jassigura li l-ħtiġiet tal-legalità u r-regolarità jkunu aderiti.
2. Sabiex jimplementa n-nefqa, l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew b'sub-delega għandu jwettaq l-impenji tal-budget u l-impenji legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-pagament, u għandu jwettaq il-prelimenarji għall-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet.
3. L-implimentazzjoni ta' l-introjtu għandha tinkludi t-tħejjija ta' l-estimi ta' l-ammonti riċevibbli, l-istabbiliment ta' l-intitolamenti li għandhom ikunu rkuprati u l-ħruġ ta' l-ordnijiet ta' l-irkupru. Din għandha tinvolvi t-twarrib ta' l-intitolament stabbilit meta jkun xieraq.
4. L-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandu jqiegħed, b'konformità man-normi minimi adottati minn kull istituzzjoni u wara li jkun qies sewwa r-riskji assoċċjati ma l-ambjent amministrattiv u n-natura ta' l-azzjonijiet finanzjati, l-istruttura organizzazzjonali u l-amministrazzjoni nterna u l-proċeduri ta' kontroll l-aktar adatti għat-twettieq tad-doveri tiegħu/tagħha, inklużi meta xieraq, il-verifiki ex post. Qabel ma operazzjoni tkun awtorizzata, l-aspetti operazzjonali jew finanzjarji għandhom ikunu vverifikati mill-membri tal-persunal apparti milli minn dak li jkun ta bidu għall-operazzjoni. Il-bidu tal-verifika ex ante u ex post ta' operazzjoni għandhom ikunu funzjonijiet separati.
5. Il-persunal kollu responsabbli għall-kontroll ta' l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijiet finanzjarji għandhom ikollhom il-kapaċitajiet professjonali meħtieġa. Għandhom jirrispettaw kodiċi speċifika ta' normi professjonali stabbilita min kull istituzzjoni.
6. Xi membru tal-persunal involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet li jqis li xi deċiżjoni li hu/hi jkun meħtieġ li jieħu mis-superjur tiegħu/tagħha biex japplika jew biex jaqbel magħha tkun irregolari jew kuntrarja tal-prinċipji ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda jew tar-regoli profesjonali li hu/hi jkun meħtieġ li josserva, għandu/għandha tinforma lill-uffiċjal awtorizzanti, b'delega bil-kitba u, jekk dan ta' l-aħħar jonqos milli jieħu passi, lill-grupp riferut fl-Artikolu 66(4). Fil-każ ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interesi tal-Komunità, hu/hi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati bil-leġislazzjoni applikabbli.
7. L-uffiċjal awtorizzanti permezz ta’ delega għandu jirrapporta lill-istituzzjoni tiegħu dwar il-prestazzjoni tad-doveri tiegħu fil-forma ta’ rapport ta’ l-attività annwali flimkien ma’ informazzjoni finanzjarja u amministrattiva li tikkonferma li l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta dehra vera u ġusta kif speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riserva marbuta ma’ oqsma definti ta’ dħul u nfiq.
Dak ir-rapport għandu jindika r-riżultati ta’ l-operati b’referenza għall-objettivi dikjarati, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-operati, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern. L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport annwali u ta’ kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata. Mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorità baġitarja r-rapporti annwali għas-sena preċedenti.
Sezzjoni 3
L-uffiċjal tal-kontijiet
Artikolu 61
1. Kull istituzzjoni għandha taħtar uffiċjal tal-kontijiet li għandu jkun responsabbli f'kull istituzzjoni għal:
(a) l-implementazjoni xierqa tal-pagamenti, tal-ġbir ta' l-introjtu u ta' l-irkupru ta' l-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli;
(b) jipprepara u jippreżenta l-kontijiet b'konformità mat-Titolu VII;
(ċ) iżomm il-kontijiet b'konformità mat-Titolu VII;
(d) jistabbilixxi, b'konformità mat-Titolu VII, ir-regoli tal-kontijiet u l-metodi u t-tqassim tal-kontijiet;
(e) jistabbilixxi u jivvalida s-sistemi tal-kontijiet u meta xieraq is-sistemi tal-validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti, sabiex iformi u jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontijiet; ►M1 l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jingħata s-setgħa biex jivverifika li l-kriterji ta’ validazzjoni jkunu ġew irrispettati; ◄
(f) l-amministrazzjoni tat-teżor.
2. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jakkwista minn għand l-uffiċjali awtorizzanti, li għandhom jiggarantixxu l-affiddabilità tagħha, l-informazzjoni kollha meħtieġa għal-produzzjoni tal-kontijiet li jgħatu dehra vera ta' l-assi tal-Komunitajiet u ta' l-implimentazzjoni tal-budget.
2a. Qabel l-adozzjoni tal-kontijiet mill-istituzzjoni, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiffirmahom u b’hekk jiċċertifika li huwa għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-istituzzjoni.
Għal dak il-fini, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun sodisfatt li l-kontijiet tħejjew skond ir-regoli, il-metodi u s-sistemi tal-kontabilità stabbiliti taħt ir-responsabbiltà tiegħu kif stipulati f’dan ir-Regolament għall-kontijiet ta’ l-istituzzjoni tiegħu, u li d-dħul u l-infiq kollu jkunu ddaħħlu fil-kontijiet.
L-uffiċjali awtorizzanti b’delega għandhom jgħaddu l-informazzjoni kollha li l-uffiċjal tal-kontijiet għandu bżonn biex ikun jista’ jwettaq id-doveri tiegħu.
L-uffiċjali awtorizzanti għandhom jibqgħu totalment responsabbli għall-użu xieraq tal-fondi li jamministraw kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa taħt il-kontroll tagħhom.
2b. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jingħata s-setgħa biex jiċċekkja l-informazzjoni li jirċievi kif ukoll biex jagħmel aktar verifiki li jemmen li jkunu meħtieġa sabiex ikun jista’ jiffirma l-kontijiet.
L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jagħmel riservi, jekk meħtieġ, fejn ifisser eżattament in-natura u l-kamp ta’ l-applikazzjoni ta dawn ir-riservi.
2ċ. L-uffiċjali tal-kontijiet ta’ istituzzjonijiet u aġenziji oħrajn għandhom jiffirmaw il-kontijiet annwali tagħhom u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni.
3. Ħlief meta pprovdut xort’oħra f’dan ir-Regolament, l-uffiċjal tal-kontijiet biss għandu l-poter li jamministra l-flus kontanti u l-ekwivalenti tal-flus kontanti. Huwa għandu jkun responsabbli għas-salvagwardja tagħhom.
Artikolu 62
L-uffiċjal tal-kontijiet jista’, fit-twettiq tad-doveri tiegħu, jiddelega ċerti kompiti lil persunal subordinat.
L-istrument tad-delega għandu jistabbilixxi x-xogħol afdat lill-dawk delegati.
Sezzjoni 4
L-amministratur ta' l-għoti tal-flus
Artikolu 63
1. Il-kontijiet imprest jistgħu jitwaqqfu għall-ġabra ta’ dħul ħlief għal riżorsi proprji u għall-ħlas ta’ somom żgħar kif iddefinit fir-regoli ta’ implimentazzjoni.
Madankollu, fil-qasam ta’ l-operati għall-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-għajnuna umanitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 110, il-kontijiet l-imprest jistgħu jintużaw mingħajr kwalunkwe limitu fuq l-ammont waqt li jirrispettaw il-livell ta’ approprjazzjonijiet deċiż mill-awtorità baġitarja dwar il-linja tal-baġit korrispondenti għas-sena finanzjarja attwali.
2. Il-kontijiet imprest għandhom ikunu dotati mill-uffiċjal tal-kontijiet ta’ l-istituzzjoni u għandhom jitpoġġew taħt ir-responsabbiltà ta’ amministraturi ta’ imprest maħturin mill-uffiċjal tal-kontijiet ta’ l-istituzzjoni.
KAPITOLU 4
Ir-responsabbiltà ta' l-atturi finanzjarji
Sezzjoni 1
Regoli ġenerali
Artikolu 64
1. Mingħajr preġudizju għal xi azzjoni dixxiplinarja, l-uffiċjali awtorizzanti b'delega u b'sub-delega jistgħu fi kwalunkwe waqt ikollhom id-delega jew is-sub-delega tagħhom imneħija temporanjament jew definittivament mill-awtorità li taħtarhom.
2. Bla ħsara għal xi azzjoni dixxiplinarja, l-uffiċjal tal-kontijiet jista' fi kwalunkwe waqt ikun sospiż temporanjament jew definittivament mid-doveri tiegħu/tagħha mill-awtorità li tkun appuntatu.
3. Bla ħsara għal xi azzjoni dixxiplinarja, l-amministratturi ta' l-għoti tal-flus jistgħu fi kwalunkwe waqt ikunu sospiżi temporanjament jew definittivament mid-doveri tagħhom mill-awtorità li tkun appuntathom.
Artikolu 65
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu huma bla preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà taħt il-liġi kriminali, li l-atturi finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 64 jistgħu jiffaċċjaw kif previst fil-liġi nazzjonali applikabbli u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet jew uffiċjali ta’ l-Istati Membri.
2. Kull wieħed mill-uffiċjali awtorizzanti, mill-uffiċjal tal-kontijiet jew l-amministratur ta' għoti tal-flus għandhom ikunu suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u pagament bħala kumpens kif stabbilit fir-Regolamenti ta' l-Impjegati, bla ħsara għall-Artikoli 66, 67 u 68. Fil-każ ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi tal-Komunità, il-materja għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet u lill-korpi nnominati bil-leġislazzjoni applikabbli.
Sezzjoni 2
Regoli applikabbli b'delega jew b'sub-delega għall-uffiċjali awtorizzanti
Artikolu 66
1. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jkun responsabbli għall-ħlas ta’ kumpens kif stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal.
1a. L-obbligu biex jitħallas kumpens għandu partikolarment japplika jekk:
(a) l-uffiċjal awtorizzanti, jew b’mod intenzjonat jew minħabba negliġenza serja min-naħa tiegħu, jiddetermina li għandhom jiġu rkuprati entrati jew jippubblika ordnijiet ta’ rkupru, jikkommetti nefqa jew jiffirma ordni ta’ ħlas mingħajr ma jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u r-regoli implimentattivi,
(b) l-uffiċjal awtorizzanti, jew b’mod intenzjonat jew minħabba negliġenza serja min-naħa tiegħu, jonqos milli jfassal dokument li jistabbilixxi ammont dovut, jittraskura milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew jittardja l-ħruġ tagħha jew jittardja l-ħruġ ta’ ordni għal ħlas, u b’hekk jesponi lill-istituzzjoni għal azzjoni civili minn partijiet terzi.
2. L-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew sud-delega li jikkonsidra li deċiżjoni li hu/hi tkun fir-responsabilità tiegħu/tagħha li għandu jieħu tkun irregolari jew kontra l-prinċipji ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda, għandu jinforma b'dan bil-miktub lill-awtorità tad-delega. Jekk l-awtorità tad-delega imbagħad tagħti bil-miktub struzzjoni b'raġuni lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew b'sud-delega biex jieħu d-deċiżjoni f'dak il-każ, l-uffiċjal awtorizzanti ma jistax jinżamm responsabbli.
3. Fil-każ ta’ sottodelegazzjoni fl-ambitu tas-servizzi tiegħu, l-uffiċjal awtorizzanti b’delegazzjoni jibqa’ responsabbli għall-effikaċja u l-effettività tal-ġestjoni interna u tas-sistemi ta’ kontroll stabbiliti u għall-għażla ta l-uffiċjal awtorizzanti b’sottodelegazzjoni.
4. Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi bord speċjalizzat għall-irregolaritajiet finanzjarji jew tipparteċipa f’bord konġunt imwaqqaf minn diversi istituzzjonijiet. Il-bordijiet għandhom jiffunzjonaw indipendentement u jiddeterminaw jekk tkunx seħħet irregolarità finanzjarja u x’għandhom ikunu l-konsegwenzi, jekk dan ikun il-każ.
Fuq il-bażi ta' l-opinjoni ta' dan il-grupp, l-istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tgħatix bidu għal proċedimenti li jinvolvu r-responsabbiltà għal azzjoni dixxiplinarja jew tal-pagament bħala kumpens. Jekk il-grupp jintebaħ bi problemi sistematiċi, dan għandu jibgħat rapport b'rakkomandazzjonijiet lejn l-uffiċjal awtorizzanti u lejn l-uffiċjal awtorizzanti b'delega, basta li dan ta' l-aħħar ma jkunx il-persuna nvoluta, kif ukoll lejn l-awditur intern.
Sezzjoni 3
Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontijiet u l-amministraturi ta' l-għoti tal-flus
Artikolu 67
Uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u l-pagament bħala kumpens, kif stabbilit u b'konformità mal-proċeduri fir-Regolamenti ta' l-Impjegati. Hu/hi jista' partikolarment li isib ruħu suġġett bi kwalunkwe minn dawn it-tipi ta' kondotta ħażina:
(a) hu/hi jitlef u jagħmel ħsara lill-flejjes, lill-assi u lid-dokumenti fil-pussess tiegħu/tagħha;
(b) hu/hi b'azzjoni ħażina jibdel il-kontijiet bankarji jew il-kontijiet giro tal-posta;
(ċ) hu/hi jirkupra jew iħallas ammonti li ma humiex b'konformità ma' l-ordnijiet korrispondenti ta' l-irkupru jew tal-pagament;
(d) hu/hi jonqos milli jiġbor l-introjtu dovut.
Artikolu 68
Uffiċjal ta' l-għoti tal-flus għandu jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u l-pagament bħala kumpens, kif stabbilit u b'konformità mal-proċeduri fir-Regolamenti ta' l-Impjegati. Hu/hi jista' partikolarment li isib ruħu suġġett bi kwalunkwe minn dawn it-tipi ta' kondotta ħażina:
(a) hu/hi jitlef u jagħmel ħsara lill-flejjes, lill-assi u lid-dokumenti fil-pussess tiegħu/tagħha;
(b) hu/hi ma jkunx jista' jipprovdi dokumenti b'sostenn għal-pagamenti li hu/hi jkun għamel;
(ċ) hu/hi jagħmel pagamenti lill-persuni apparti minn dawk intitolati għalihom;
(d) hu/hi jonqos milli jiġbor l-introjtu dovut.
KAPITOLU 5
L-operazzjonijiet ta' l-introjtu
Sezzjoni 1
Id-disponabbilità tar-riżorsi nterni
Artikolu 69
Estimi ta' l-introjtu kostitwit mir-riżorsi tagħhom, kif riferut fid-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward is-sistema tar-riżorsi tal-Kumunitajiet infushom, għandhom ikunu rreġistrati fil-budget, f'euro. Dan għandu jkun disponibbli b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill li jimplementa dik id-Deċiżjoni.
Sezzjoni 2
L-estimi ta' l-ammonti riċevibbli
Artikolu 70
1. L-estimi ta' l-ammont riċevibbli għandhom l-ewwel nett isiru mill-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli fir-rigward ta' xi miżura jew sitwazzjoni li tista' tikkaġuna jew li timmodifika xi ammont dovut lejn il-Kumunitajiet.
2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-ebda estimi ta' l-ammont riċevibbli m'għandhom isiru qabel ma l-Istati Membri jagħmlu disponibbli lejn il-Kummissjoni l-ammonti tar-riżorsi tagħha kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet infushom li huma mħallsa f'intervalli stabbiliti mill-Istati Membri. L-uffiċjal awtorizzanti huwa responsabbli għall-ħruġ ta' ordni ta' rkupru fir-rigward ta' dawn l-ammonti.
Sezzjoni 3
L-istabbiliment ta' l-ammonti riċevibbli
Artikolu 71
1. Stabbiliment ta' ammont riċevibbli huwa l-att li bih l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew b'sud-delega:
(a) jivverifika li d-dejn jeżisti;
(b) jiddetermina jew jivverifika ir-realtà u l-ammont tad-dejn;
(ċ) jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom id-dejn ikun dovut.
2. Ir-riżori tagħha kif disponibbli mill-Kummissjoni u xi ammont riċevibbli li huwa identifikat bħala li jkun ċert, ta' ammont fiss u dovut għandu jkun stabbilit b'ordni ta' rkupru lejn l-uffiċjal tal-kontijiet segwit b'nota ta' debitu mibgħuta lid-debitur, it-tnejn imħejjija mill-uffiċjal awtorizzanti kif ikun responsabbli.
3. L-ammonti mħallsa ħażin għandhom ikunu rkuprati.
4. Il-kondizzjonijiet li fuqhom imgħax rigward il-pagament tard ikun dovut lill-Komunitajiet għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' l-implimentazzjoni.
Sezzjoni 4
L-awtorizzazzjoni ta' l-irkupru
Artikolu 72
1. L-awtorizzazzjoni ta' l-irkupru hija att li bih l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew b'sud-delega responsabbli jgħati struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-kontijiet, bil-ħruġ ta' ordni ta' rkupru, li jirkupra l-ammont riċevibbli li hu/hi jkun stabbilixxa.
2. L-istituzzjoni tista' formalment tistabbilixxi ammont bħala riċevibbli minn persuni apparti milli minn Stati permzz ta' deċiżjoni li għandha tkun enforzabbli fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 256 tat-Trattat KE.
Sezzjoni 5
L-Irkupru
Artikolu 73
1. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jaġixxi fuq ordnijiet ta' rkupru għall-ammonti riċevibli, stabbiti kif suppost, mill-uffiċjal awtorizzanti, li huwa responsabbli. Hu/hi għandu jeżerċita diliġenza xierqa sabiex jassigura li l-Komunitajiet jirċievu l-introjtu dovut lilhom u għandu jara li d-drittijiet tagħhom ikunu ssalvagwardjati.
L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jirkupra ammonti billi jagħmel kumpens b'bilanċ kontra tagħhom ekwivalenti għal talbiet li l-Komunitajiet ikollhom fuq xi debitur li hu nnifsu għandu talba kontra l-Komunitajiet li hija ċerta, ta' ammont stabbilit u dovut.
2. Fejn l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun qiegħed jippjana li jirrinunċja għal jew parzjalment jirrinunċja għal irkupru ta’ xi ammont rekuperabbli stabbilit, huwa/hija għandu jiżgura li r-rinunċja hija magħmula sewwa u li hija konformi mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u ta’ proporzjonalità skond il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fir-regoli implimentattivi. Id-deċiżjoni ta’ rinunċja għandha tiġi ssostanzjata. L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jiddelega d-deċiżjoni biss kif stabbilit fir-regoli implimentattivi.
L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ wkoll iħassar jew jaġġusta ammont dovut stabbilit, skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fir-regoli implimentattivi.
Artikolu 73a
Bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti speċifiċi u l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill marbuta mas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, id-drittijiet tal-Komunitajiet fir-rigward ta’ partijiet terzi u d-drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Komunitajiet għandhom ikunu soġġetti għal perijodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin.
Id-data biex jiġi kkalkulat il-perijodu ta’ limitazzjoni u l-kondizzjonijiet għall-interruzzjoni tal-perijodu għandhom jitniżżlu fir-regoli implimentattivi.
Artikolu 74
Introjtu riċevibbli bħala multi, pagamenti perjodiċi ta' penali u penali oħrajn u xi imgħax li joktor m'għandux ikun finalment irreġistrat fil-budget bħala ntrojtu sakemm id-deċiżjonijiet li jimponuhom jistgħu jkunu annullati mill-Qorti tal-Ġustizja.
L-ewwel paragrafu m'għandux japplika għad-deċiżjonijiet rigward ir-rilaxx ta' kontijiet jew ta' korrezzjonijiet finanzjarji.
KAPITOLU 6
L-operazzjonijiet tan-nefqa
Artikolu 75
1. Kull punt tan-nefqa għandu jkun kummess, validat, awtorizzat u mħallas.
2. Apparti milli fil-każ ta' approprjazzjonijiet li jistgħu jkunu mplementati mingħajr att bażiku b'konformità ma l- ►M1 Artikolu 49 (6)(e) ◄ , l-impenn tan-nefqa għandu jkun preċedut b'deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li għalihom il-poteri jkunu ġew delegati mill-istituzzjoni.
Sezzjoni 1
L-impenn tan-nefqa
Artikolu 76
1. L-impenn tal-budget huwa l-operazzjoni li tirreserva l-approprjazzjoni meħtieġa sabiex tkopri l-pagamenti sussegwenti ħalli jkun onorat impenn legali.
L-impenn legali huqa att li bih l-uffiċjal awtorizzanti jidħol fil, jew jistabbilixxi, obligu li jirriżulta f'impost.
L-impenn tal-budget u l-impenn legali għandhom ikunu adottati mill-istess uffiċjal awtorizzanti, apparti milli f'każi sostanzjati kif meħtieġ kif hemm provvediment dwar dan fir-regoli implementattivi.
2. L-impenn tal-budget huwa individwali meta l-benefiċjarju u l-ammont tan-nefqa huma magħrufa.
L-impenn tal-budget huwa globali meta għall-anqas wieħed mill-elementi meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali ma jkunx għadu magħruf.
L-impenn tal-budget huwa proviżjonali meta huwa ntiż biex ikopri n-nefqa riferuta fl-Artikolu 150 jew nefqa amministrattiva ta' rutina u jew l-ammont jew il-benefiċji finali definittivament ma jkunux magħrufa.
3. L-impenji tal-budget għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jkunu maqsuma matul diversi snin f'siltiet annwali biss meta l-att bażiku hekk jipprovdi u għal nefqa amministrattiva. Meta l-impenn tal-budget ikun hekk diviż f'siltiet annwali, l-impenn legali għandu jistipula dan, apparti milli fil-każ ta' nefqa fuq il-persunal.
Artikolu 77
1. Fir-rigward ta' kwalunkwe miżura li tista' tagħti bidu għal nefqa fuq il-budget, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu l-ewwel jagħmel impenn fuq il-budget qabel ma jidħol f'obbligazzjoni legali ma' partijiet terzi.
2. Suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali tat-Titolu IV tal-parti tnejn, l-impenji globali tal-budget għandhom ikopru l-ispiża totali ta' l-impenji legali ndividwali li jkunu korrispondenti kif konklużi sal-31 ta' Diċembru tas-sena n + 1.
Bla ħsara għall-Artikolu 76(3) u l-Artikolu 179(2), l-impenji legali ndividwali li jirrigwardjaw impenji individwi jew proviżjonali tal-budget għandhom ikunu konklużi sal-31 ta' Diċembru tas-sena n.
Fit-tmiem tal-perijodi riferuti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-bilanċ mhux użat ta' dawn l-impenji tal-budget għandhom jinqatgħu barra mill-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli.
L-ammont ta' kull impenn legali individwali adott b'segwiment ta' impenn globali għandu, qabel il-firma, jkun irreġistrat mill-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli fil-kontijiet tal-budget u mdaħħal fl-impenn globali.
3. L-impenji legali mdaħħla għall-azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda u l-impenji tal-budget korrispondenti għandhom, apparti milli fil-każ ta' nefqa tal-persunal, ikollhom data finali għal-implimentazzjoni stabbilita b'konformità mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda.
Xi partijiet ta' impenji bħal dawn li ma jkunx ġew effettwati fi żmien sitt xhur wara d-data għandhom ikunu maqtuha barra b'konformità ma l-Artikolu 11.
L-ammont ta’ impenn tal-baġit li jikkorrispondi għal impenn legali li għalih ma sar l-ebda ħlas skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 f’perijodu ta’ tliet snin wara l-iffirmar ta’ l-impenn legali għandu jkun diżimpenjat.
Artikolu 78
1. Meta jadotta l-impenn tal-budget, l-uffiċjal awtorizzanti li huma responsabbli għandu jassigura li:
(a) in-nefqa tkun ġiet imposta fuq il-punt korrett fil-budget;
(b) li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli;
(ċ) li n-nefqa tkun konformi mad-disposizzjonjjiet tat-Trattati, tal-budget, ta' dan ir-Regolament, tar-regoli ta' l-implimentazzjoni u ta' l-atti kollha adotti b'konformità mat-Trattati u r-regolamenti;
(d) li l-prinċipju ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda jkun ġie miżmum.
2. Meta jirreġistra l-impenn legali, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jassigura li:
(a) l-impenn ikun kopert bl-impenn korrispondenti tal-budget;
(b) li n-nefqa tkun regolari u tkun konformi mad-disposizzjonjjiet tat-Trattati, tal-budget, ta' dan ir-Regolament, tar-regoli ta' l-implimentazzjoni u ta' l-atti kollha adotti b'konformità mat-Trattati u r-regolamenti;
(ċ) li l-prinċipju ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda jkun irrispettat.
Sezzjoni 2
Il-validità tan-nefqa
Artikolu 79
Il-validazzjoni tan-nefqa hija att li fih l-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli:
(a) jivverifika l-eżistenza ta' l-intitolament tal-kreditur;
(b) jiddetermina jew jivverifika ir-realtà u l-ammont tat-talba;
(ċ) jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom il-pagament ikun dovut.
Sezzjoni 3
L-awtorizzazzjoni tan-nefqa
Artikolu 80
L-awtorizzazzjoni ta' nefqa huwa att li bih l-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet huma disponibli u billi joħroġ l-ordni tal-pagament, jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-kontijiet biex iħallas ammont ta' nefqa li hu/hi jkun ivvalida.
Meta jsiru ħlasijiet perjodiċi għal servizzi mogħtija, inklużi servizzi ta’ kiri, jew oġġetti kunsinnati, u soġġett għal analiżi tar-riskju tiegħu, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jordna l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ debitu dirett.
Sezzjoni 4
Il-pagament tan-nefqa
Artikolu 81
1. Il-pagament għandu jkun mal-prodouzjoni ta' prova li l-azzjoni relvanti tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-att bażiku jew mal-kuntratt u għandu jkopri waħda jew aktar mil-operazzjonijiet li ġejjin:
(a) il-pagament ta' l-ammont kollu dovut;
(b) il-pagament ta' l-ammont dovut f'xi waħda minn dawn il-metodi li ġejjin:
(i) il-finanzjament bil-quddiem, li jista' jkun diviż f'numru ta' pagamenti;
(ii) wieħed jew aktar pagamenti transitorji;
(iii) il-pagament tal-bilanċ ta' l-ammonti dovuti;
2. Distinzjoni għandha ssir fil-kontijiet bejn it-tipi differenti ta' pagamenti riferuti fil-paragrafu 1 fil-waqt li dawn isiru.
Artikolu 82
Pagament ta' nefqa għandu jseħħ mill-uffiċjal tal-kontijiet fil-limiti tal-fondi disponibbli.
Sezzjoni 5
Limiti taż-żmien għall-operazzjonijiet tan-nefqa
Artikolu 83
Il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-pagament ta' nefqa għandhom jitwettqu kompletament fil-limiti ta' żmien stabbiliti fir-regoli ta' l-implimentazzjoni, li għandhom ukoll jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom il-kredituri imħallsa tard huma ntitolati li jirċievu imgħax b'nuqqas li għandu jkun impost fuq il-linja li minnha is-somma ewlenija kienet ġiet imħallsa.
KAPITOLU 7
Is-sistemi ta' l-IT
Artikolu 84
Meta operazzjonijiet ta' ntrojtu u nefqa huma amministrati bl-istess mezzi ta' sistemi ta' kompjuter, id-dokumenti jistgħu jkunu iffermati bi proċedura komputerizzata jew elettronika.
KAPITOLU 8
L-awditur intern
Artikolu 85
Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi funzjoni ta' awditjar intern li għandha tkun imwettqa b'konformità man-normi internazzjonali relevanti. L-awditur intern maħtur mill-istituzzjoni għandu jwieġeb lejn din ta' l-aħħar dwar il-verifika ta' l-operazzjoni xierqa tas-sistemi u l-proċeduri ta' l-implimentazzjoni tal-budget. L-awditur intern ma jistax ikun la l-uffiċjal awtorizzanti u l-anqas l-uffiċjal tal-kontijiet.
Artikolu 86
1. L-awditur intern għandu jaghti pariri lill-istituzzjoni tiegħu dwar it-trattar tar-riskji, billi jippreżenta opinjonijiet independenti rigward il-kwalità ta' sistemi ta' amministrazzjoni u kontroll u bil-ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet għat-tittjib fil-kondizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet u biex jippromwovi amministrazzjoni finanzjarja soda.
Hu/hi għandu jkun responsabbli partikolarment:
(a) sabiex jassesja l-adattabbiltà u l-effettività tas-sistemi interni ta' l-amministrazzjoni u l-imġieba tat-dipartimenti fl-istrateġija ta' l-implimentazzjoni, dwar il-programmi u l-azzjonijiet b'referenza għar-riskji assoċjati magħhom;
(b) biex ikunu vvalutati l-effikaċja u l-effettvità tas-sistemi tal-kontroll intern u tal-verifika applikabbli għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni baġitarja.
2. L-awditur intern għandu jwettaq id-doveri tieghu/tagħha fuq l-attivitajiet u d-dipartimenti kollha ta' l-istituzzjoni. Hu/hi għanu jgawdi aċċes sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-doveri tiegħu, jekk meħtieġ fuq il-post, inklużi fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.
3. L-awditur intern għandu jirraporta lejn l-istituzzjoni is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu/tagħha. L-istituzzjoni għandha tassigura li azzjoni tittieħed dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar. L-awditur intern għandu wkoll jippreżenta lejn l-istituzzjoni rapport annwali ta' l-awditjar intern li fih jindika n-numru u t-tip ta' awditjar interni li hu jkun wettaq, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
4. Ta' kull sena l-istituzzjoni għandha tippreżenta rapport lejn l-awtorità tar-rilaxx li jiġbor sommarju tan-numru u t-tip ta' awditjar interni imwettqa, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
Artikolu 87
Regoli speċjali applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu stabbiliti mill-istituzzjoni u għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li hu/hi jkun kompletament independenti fit-twettieq tad-doveri tiegħu/tagħha u tistabbilixxi r-responsabbilità tiegħu.
Jekk l-awditur intern hu membru tal-persunal, huwa għandu jassumi r-responsabbiltà kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal u kif imniżżel fir-regoli implimentattivi.
TITOLU V
L-AKKWIST
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Sezzjoni 1
L-iskop u l-prinċipji ta' l-għoti
Artikolu 88
1. Il-kuntratti pubbliċi huma kuntratti għal interess tal-flus konklużi bil-kitba bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 104 u 167, sabiex tinkiseb, bi ħlas ta’ prezz imħallas totalment jew parzjalment mill-baġit, il-provvista ta’ assi mobbli jew immobbli, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet jew il-provvista ta’ servizzi.
Dawn il-kuntratti jinkludu:
(a) kuntratti għax-xiri jew il-kiri ta’ bini;
(b) kuntratti ta’ kunsinni;
(c) kuntratti ta’ xogħlijiet;
(d) kuntratti ta’ servizzi.
2. Il-kuntratti qafas huma kuntratti konklużi bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar jew bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tagħhom huwa biex jiġu stabbiliti t-termini li jirregolaw kuntratti li se jingħataw matul perijodu stipulat, partikolarment fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista. Huma għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu dwar il-proċedura ta’ l-għoti, inklużi l-avviżi pubbliċitarji.
3. Dan it-Titolu mhuwiex marbut ma’ għotjiet, bla preġudizzju għall-Artikoli 93 sa 96.
Artikolu 89
1. Il-kuntratti kollha li huma ffinanzjati totalment jew parzjalment mill-budget għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tat-trasparenza, l-proporzjonalità, it-trattament ugwali u nuqqas ta' diskriminazzjoni.
2. Il-kuntratti kollha għall-akkwist għandhom ikunu ppreżentati għall-offerti fuq il-bażi l-aktar wiesa, apparti milli meta l-użu jsir mill-proċedura nnegozjata riferuta fl-Artikolu 91(1)(d).
L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw kuntratti ta’ qafas kif mhux xieraq jew b’mod li l-għan jew l-effett huwa li jipprevjeni, jirrestrinġi jew ifixkel il-kompetizzjoni.
Sezzjoni 2
Pubblikazzjoni
Artikolu 90
1. Il-kuntratti kollha li jaqbżu l-limiti massimi previsti fl-Artikolu 105 jew l-Artikolu 167 għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-avviżi tal-kuntratti għandhom jiġu ppubblikati bil-quddiem ħlief fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 91(2) ta’ dan ir-Regolament, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi, u għall-kuntratti ta’ servizz koperti bl-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi ( 11 ).
Il-pubblikazzjoni ta' ċerta nformazzjoni wara li l-kuntratt ikun ġie mogħti tista' ma sseħx jekk dan ikun ifixkel l-applikazzjoni tal-liġi, ikun kuntrarju ta' l-interess pubbliku jew ikun ta' ħsara għall-interesi leġittimi tan-negozju ta' impriżi pubbliċi jew privati jew jista' jgħawweġ il-kompetizzjoni ġusta bejniethom.
2. Kuntratti b'valur taħt il-limiti massimi provduti fl-Artikolu 105 jew l-Artikolu 167 u l-kuntratti ta' servizz imsemmija fl-Anness IIB għad-Direttiva 2004/18/KE għandhom ikunu rreklamati b'mezzi xierqa, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.
Sezzjoni 3
Proċeduri ta' l-akkwist
Artikolu 91
1. Il-proċeduri ta’ akkwist għandhom jieħdu waħda minn dawn il-forom li ġejjin:
(a) il-proċedura miftuħa;
(b) il-proċedura ristretta;
(ċ) konkorsi;
(d) il-proċedura negozjata;
(e) id-djalogu kompetittiv.
Meta kuntratt pubbliku jew kuntratt qafas huwa ta’ interess għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar, l-aġenziji eżekuttivi jew il-korpi msemmija fl-Artikolu 185, u fejn hemm possibilità li jkun realizzat qligħ effiċjenti, l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati għandhom ifittxu li jwettqu l-proċedura ta’ akkwist fuq bażi interistituzzjonali.
Meta kuntratt pubbliku jew kuntratt qafas huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni konġunta bejn istituzzjoni waħda u awtorità kontraenti minn Stat Membru, il-proċedura ta’ akkwist tista’ titwettaq konġuntament mill-istituzzjoni u din l-awtorità kontraenti, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.
2. Għall-kuntratti meta l-valur jeċċedi l-massimu li hemm provediment dwaru fl-Artikolu 105 jew l-Artikolu 167, l-użu tal-proċedura nnegozzjata għandha tkun awtorizzata biss fil-każi li hemm provvediment dwarhom fir-regoli ta' l-implimentazzjoni.
▼M1 —————
3. Il-massimu li taħtu l-awtorità tal-kuntratti tista' jew li tuża l-proċedura negozzjata jew, bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 88(1), sempliċement tħallas l-ispiża kontra fatturi, għandha tkun iddeterminata fir-regoli ta' l-implimentazzjoni.
4. Ir-regoli implimentattivi għandhom jiddefinixxu l-proċedura ta’ akkwist imsemmija fil-paragrafu 1, applikabbli għall-kuntratti ta’ servizz koperti bl-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE u għal kuntratti ddikkjarati li huma sigrieti, li l-prestazzjoni tagħhom trid tkun akkumpanjata minn miżuri speċjali ta’ sigurtà, jew meta l-ħarsien ta’ interessi essenzjali tal-Komunitajiet jew l-Unjoni Ewropea jkunu jesiġu dan.
Artikolu 92
Id-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti għandhom jagħtu deskrizzjoni sħiħa, ċara u preċiża tas-suġġett tal-kuntratt u jispeċifikaw il-kriterji ta’ l-esklużjoni, l-għażla u l-għoti applikabbli għall-kuntratt.
Artikolu 93
1. ►M1 Il-kandidati jew appaltaturi għandhom ikunu esklużi mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ akkwist jekk: ◄
(a) ikunu falluti jew xolti, ikollhom in-negozju tagħhom amministrat mill-qorti, ikunu daħlu f'arranġament mal-kredituri, ikunu ssospendew l-attivitajiet tan-negozju tagħhom, huma suġġetti għall-proċedimenti li jikkonċernaw dawk il-materji, jew huma f'xi sitwazzjoni analoga li toriġina minn proċedura simili li hemm provvediment dwarha fil-leġislazzjoni jew fir-regolamenti nazzjonali;
(b) ikunu ġew misjuba ħatja ta' offiża li tikkonċerna l-imġieba professjonali tagħhom, b'ġudizju li jkollha l-forza ta' res judicata;
(ċ) ikunu nstabu ħatja ta' kondotta ħażina professjonali gravi li tkun ġiet ippruvata bi kwalunwe mezz li l-awtorità tal-kuntratti tkun tista' tiġġustifika;
(d) ma jkunux wettqu obbligazzjonijiet relatati mal-pagament tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali jew mal-pagament tat-taxxi skond id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huma stabbiliti jew ma dawk tal-pajjiż ta' l-awtorità tal-kuntratti jew ma dawk tal-pajjiż ta' fejn il-kuntratt sejjer ikun imwettaq;
(e) kienu s-suġġett ta' ġudizju li għandu l-forza ta' res judicata dwar frodi, korruzzjoni, involviment fl-organizzazzjoni kriminali jew f'xi attività illegali oħra detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;
(f) huma bħalissa soġġetti għal penalitajiet amministrattiva msemmija fl-Artikolu 96(1).
Il-punti (a) sa (d) ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhomx japplikaw fil-każ ta’ xiri ta’ kunsinni b’termini partikolarment vantaġġjużi mingħand fornitur li definittivament se jtemm l-attivitajiet tan-negozju tiegħu, jew mingħand ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta’ falliment, permezz ta’ ftehim mal-kredituri, jew permezz ta’ proċedura simili skond il-liġi nazzjonali.
2. Il-kandidati jew appaltaturi għandhom jiċċertifikaw li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1. Madankollu, l-awtorità kontraenti tista’ tibqa’ lura milli titlob tali ċertifikazzjoni f’każ ta’ kuntratti ta’ valur baxx ħafna, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.
Għall-fini ta’ l-applikazzjoni korretta tal-paragrafu 1, il- kandidat jew l-appaltatur, kulmeta jintalbu mill-awtorità kontraenti, iridu:
(a) fejn il-kandidat jew l-appaltatur huwa entità ġuridika, jipprovdu informazzjoni dwar il-pussess jew dwar il-ġestjoni, il-kontroll u s-setgħa ta’ rappreżentanza ta’ l-entità ġuridika,
(b) fejn ikun previst is-subkuntrattar, jiċċertifikaw li s- subkuntrattur mhuwiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.
3. Ir-regoli implimentattivi għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu li matulu is-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jagħtu lok għall-esklużjoni ta’ kandidati jew ta’ appaltaturi mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ akkwist. Il-perijodu massimu ma jistax jeċċedi l-għaxar snin.
Arikolu 94
Ma jistax jingħata kuntratt lil kandidati jew appaltaturi li, matul il-perijodu ta’ akkwist għal dan il-kuntratt:
(a) huma soġġetti għal kunflitt ta’ interess;
(b) ikunu ħatja ta’ miżrappreżentazzjoni meta jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist jew jonqsu milli jagħtu din l-informazzjoni;
(ċ) isibu ruħhom f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni, imsemmija fl-Artikolu 93(1), għal din il-proċedura ta’ akkwist,
Artikolu 95
1. Għandha tiġi stabbilita u tkun operata mill-Kummissjoni database ċentrali f’konformità mar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tad-data personali. Id-database għandu jkun fiha d-dettalji tal-kandidati u l-appaltaturi li jkunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 93, 94, 96 (1)(b) u (2)(a). Id-database għandha tkun komuni għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji eżekuttivi u l-korpi msemmijin fl-Artikolu 185.
2. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kif ukoll il-korpi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-baġit skond l-Artikoli 53 u 54, għandhom jikkomunikaw lill-uffiċjal awtorizzanti kompetenti l-informazzjoni dwar il-kandidati u l-appaltaturi li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1)(e), fejn il-kondotta ta’ l-operatur konċernat kienet ta’ ħsara għall-interess finanzjarju tal-Komunitajiet. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jirċievi din l-informazzjoni u jitlob lill-uffiċjal awtorizzanti biex idaħħalha fid-database.
L-awtoritajiet u l-korpi msemmija fl-ewwel inċiż ta’ dan il-paragrafu għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinsab fid-database u jistgħu jieħdu kont tagħha, kif adegwat u bir-responsabbiltà tagħhom stess, għall-għoti ta’ kuntratti assoċjati ma’ l-implimentazzjoni tal-baġit.
3. Fir-regoli implimentattivi għandhom jiġi stabbiliti kriterji trasparenti u koerenti biex jiżguraw applikazzjoni proporzjonata tal-kriterji ta’ esklużjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-proċeduri standardizzati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-operat tad-database.
Artikolu 96
1. Jistgħu jiġu imposti penalitajiet amministrattivi jew finanzjarji mill-awtoritajiet kontraenti lil:
(a) kandidati jew appaltaturi fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 94;
(b) kuntratturi li ġew iddikjarati li huma fi ksur serju ta’ l- obbligi tagħhom skond kuntratti koperti mill-baġit.
Madankollu, fil-każijiet kollha, l-awtorità kontraenti trid l-ewwel tagħti lill-persuna konċernata l-opportunità li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.
2. Il-penalitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonali ma’ l-importanza tal-kuntratt u mas-serjetà ta’ l-imġiba ħażina, u jistgħu jikkonsistu fi:
(a) l-esklużjoni tal-kandidat jew ta’ l-appaltatur jew tal-kuntrattur konċernat mill-kuntratti u l-għotjiet iffinanzjati mill-baġit, għal perijodu massimu ta’ għaxar snin; u/jew
(b) il-ħlas ta’ penalitajiet finanzjarji mill-kandidat jew appaltatur jew kuntrattur sal-valur tal-kuntratt involut.
Artikolu 97
1. Il-kuntratti għandhom jingħataw abbażi ta’ kriterji għall-għoti applikabbli għall-kontenut tas-sejħa għall-offerti wara li l-ħila ta’ l-operaturi ekonomiċi mhux eskluża taħt l-Artikoli 93, 94 u 96(2)(a) tkun ġiet iċċekkjata skond il-kriterji ta’ l-għażla li jinsabu fid-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti."
2. Il-kuntratti għandhom jingħataw bil-proċedura awtomatika ta’ għoti jew bil-proċedura ta’ aċċertament ta’ l-aħjar valur għall-flus maħruġin.
Artikolu 98
1. L-arranġamenti sabiex jintefgħu l-offerti għandhom ikunu tali li jiżguraw li jkun hemm kompetizzjoni ġenwina u li l-kontenut ta’ l-offerti jibqa’ kunfidenzjali sakemm jinfetħu kollha simultanjament.
2. L-awtorità kontraenti tista’, jekk dan jitqies xieraq u proporzjonat, titlob lill-appaltaturi, kif previst fir-regoli implimentattivi, biex jissottomettu sigurtà bil-quddiem bħala garanzija li l-offerti magħmulin ma jitreġġgħux lura.
3. Bl-eċċezzjoni tal-kuntratti li jinvolvu ammonti żgħar riferuti fl-Artikolu 91(3), l-applikazzjoni u l-offerti għandhom ikunu miftuħa mill-Bord tal-ftuħ appuntat għal-dak l-iskop. Kwalunkwe offerta jew applikazzjoni iddikjarata mill-bord li ma tkunx tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti għandha tkun miċħudha.
4. It-talbiet għal parteċipazzjoni jew l-offerti kollha ddikjarati mill-bord tal-ftuħ li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti għandhom jiġu evalwati, abbażi tal-kriterji previsti fid-dokumenti rigward is-sejħa għall-offerti, sabiex issir proposta lill-awtorità kontraenti li lilha ingħata il-kuntratt jew qabel ma jsir irkant elettroniku.
Artikolu 99
Waqt li l-proċedura tal-forniment tkun għaddeja, il-kuntatti kollha bejn l-awtorità tal-kuntratti u l-kandidati jew l-appaltaturi għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li jassiguraw trasparenza u trattament ugwali. Dawn ma jistgħux iwaslu għal emenda fil-kondizzjonijiet tal-kuntratt jew tat-termini ta' l-offerta oriġinali.
Artikolu 100
1. L-uffiċjal awtoizzanti għandu jiddeċiedi lil min il-kuntratt għandu jkun mogħti, b'konformità mal-kriterja tas-selezzjoni u l-għoti stabbilita minn qabel fid-dokumenti li jirrelataw mas-sejħa għal-offerti u r-regoli tal-forniment,
2. L-awtorità tal-kuntratti għandha tinnotifika lill-kandidati jew lill-appaltaturi kollha li l-applikazzjonijiet jew l-offerti tagħhom huma miċħuda bil-bażi li fuqhom tkun ittieħdet id-deċiżjonim u lill-appaltaturi kollha li l-offerti tagħhom huma ammissibbli u li jagħmlu talba bil-miktub, bill-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi ta' l-appaltatur b'suċċess u l-isem ta' l-appaltatur li lilu jingħata il-kuntratt.
B'dana kollu, ċerti dettalji ma jkunx hemm ħtieġa li jkunu żvelati meta l-iżvelar tagħhom ikun ifixkel l-applikazzjoni tal-liġi, ikun kuntrarju ta' l-interess pubbliku jew ikunu ta' ħsara għall-interessi leġittimi tan-negozju ta' l-impriżi pubbliċi jew privati jew jista' jgħawweġ il-kompetizzjoni ġusta bejn dawk l-impriżi.
Artikolu 101
L-awtorità tal-kuntratti tista', qabel ma l-kuntratt ikun iffermat, jew li tabbanduna l-forniment jew li tikkanċella l-proċedura ta' l-għoti mingħajr ma l-kandidati jew l-appaltaturi jkunu intitolati għal talba għal xi kumpens.
Id-deċiżjoni għandha tkun issostanzjata u mwassla għall-attenzjoni tal-kandidati jew l-appaltaturi kollha.
Sezzjoni 4
Garanziji u kontroll
Artikolu 102
1. L-awtorità kontraenti għandha titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija bil-quddiem fil-każi speċifikati fir-regoli implimentattivi.
2. L-awtorità kontraenti tista’, jekk tqis xieraq u proporzjonat, titlob lill-kuntratturi jissottomettu garanzija sabiex:
(a) tiżgura rendiment sħiħ tal-kuntratt;
(b) tillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta’ pre-finanzjament."
Artikolu 103
Meta l-proċedura ta’ għoti tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet għandhom jissospendu l-proċedura u jistgħu jieħdu kwalunkwe miżuri meħtieġa, inkluża l-kanċellazzjoni tal-proċedura.
Meta, wara l-għoti tal-kuntratt, il-proċedura ta’ għoti jew it-twettiq tal-kuntratt tkun soġġetta għal żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, l-istituzzjonijiet jistgħu, skond l-istadju li jkun intlaħaq fil-proċedura, jibqgħu lura milli jikkonkludu l-kuntratt jew jissospendu t-twettiq tal-kuntratt jew, fejn xieraq, jitterminaw il-kuntratt.
Meta tali żbalji, irregolaritajiet jew frodi huma attribwibbli għall-kuntrattur, l-istituzzjonijiet jistgħu wkoll jirrifjutaw li jagħmlu ħlasijiet, jistgħu jirkupraw ammonti diġà mħallsa jew jistgħu jitterminaw il-kuntratti kollha konklużi ma’ dan il-kuntrattur, fi proporzjon mas-serjetà ta’ l-iżbalji, irregolaritajiet jew frodi.
KAPITOLU 2
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Komunità għall-akkont tagħhom
Artikolu 104
L-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom ikunu meqjusa li huma l-awtoritajiet kontrattwanti fil-każi ta' kuntratti mogħtija għall-akkont tagħhom. ►M1 Dawn għandhom jiddelegaw il-poteri meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ awtorità kontraenti skond l-Artikolu 59. ◄
Artikolu 105
1. Soġġett għat-Titolu IV tat-Tieni Parti ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2004/18/KE tistabbilixxi l-limiti massimi li jiddeterminaw:
(a) l-arranġamenti tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 90;
(b) l-għażla ta’ proċeduri msemmijin fl-Artikolu 91(1);
(ċ) il-limiti taż-żmien korrispondenti.
2. Soġġett għall-eċċezzjonijiet u l-kondizzjonijiet speċifikati fir-regoli implimentattivi, l-awtorità kontraenti m’għandhiex, fil-każ ta’ kuntratti koperti mid-Direttiva 2004/18/KE, tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas ma’ l-appaltatur li jkun rebħu qabel ma jgħaddi perijodu ta’ pawsa.
Artikolu 106
Parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' l-offerti għandha tkun miftuħha fuq termini ugwali għall-persuni kollha, naturali u legali, li jidħlu fl-iskop tat-Trattati u għall-persuni naturali u legali f'pajjiżi terzi li jkollhom ftehim speċjali mal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tal-forniment publiku permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim.
Artikolu 107
Meta il-Ftehim Multilaterali dwar l-Akkwist Governattiv konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ikun applikabbli, il-kuntratti għandhom ukoll ikunu miftuħa għal ċittadini tal-Istati li jkunu rrattifikaw dan il-ftehim, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-ftehim.
TITOLU VI
GĦOTJIET
KAPITOLU 1
Kamp ta’ applikazzjoni u forma ta’ għotjiet
Artikolu 108
1. Għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti, bħala donazzjoni, mill-budget sabiex jiffinanzjaw:
(a) jew azzjoni ntiża biex tgħin għall-akkwist ta' objettiv li jifforma parti mill-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea;
(b) jew tal-funzjonament ta' korp li jsegwi l-għan ta' l-interess Ewropew ġenerali jew li jkollu objettiv li jifforma parti mill-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea.
Huma għandhom ikunu koperti jew bi ftehim miktub jew b’deċiżjoni tal-Kummissjoni notifikata lill-applikant rebbieħ.
2. Dawn li ġejjin m’għandhomx jikkostitwixxu għotjiet skond it-tifsira ta’ dan it-Titolu:
(a) nefqa fuq membri u persunal ta’ l-istituzzjonijiet u kontribuzzjonijiet lill-iskejjel Ewropej;
(b) self, strumenti Komunitarji li jġorru r-riskji jew kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji lil tali strumenti, il-kuntratti pubbliċi msemmijin fl-Artikolu 88 u għajnuna mħallsa bħala assistenza makrofinanzjarja u appoġġ tal-baġitarju;
(ċ) investimenti f’ishma abbażi tal-prinċipju ta’ l-investitur privat, finanzjamenti kważi-ishma u proprjetà f’ishma jew parteċipazzjonijiet f’ishma f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) jew korpi Komunitarji speċjalizzati bħal mhuwa l-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF);
(d) kontribuzzjonijiet imħallsin mill-Komunitajiet bħala sottoskrizzjonijiet lil korpi li tagħhom huma membri;
(e) nefqa implimentata bħala parti minn ġestjoni komuni, deċentralizzata jew konġunta skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 53 sa 53d;
(f) ħlasijiet magħmulin lill-korpi li lilhom ikunu delegati kompiti implimentattivi skond l-Artikoli 54(2) u kontribuzzjonijiet magħmulin permezz ta’ l-att bażiku kostituttiv tagħhom lil korpi mwaqqfin mill-awtorità leġislattiva;
(g) nefqa relatata ma’ swieq tas-sajd imsemmijin fil-Artikolu 3(2) il-punt (f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni ( 12 );
(h) ħlas b’lura ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza maħruġin minn, jew meta xieraq, kwalunkwe indennitajiet oħrajn imħallsin lil persuni mistiedna jew li rċevew il-mandat mill-istituzzjonijiet.
3. Dan li ġej għandu jiġi assimilat għal għotjiet u għandu jkun irregolat, kif xieraq, minn dan it-Titolu:
(a) il-benefiċċju derivat minn sussidju ta’ interessi fuq ċertu self;
(b) investimenti f’ishma jew parteċipazzjonijiet ħlief dawk imsemmijin fil-punt (ċ) tal-paragrafu 2.
4. Kull istituzzjoni tista’ tagħti għotjiet għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni fejn, għal raġunijiet debitament ġustifikati, l-użu tal-proċeduri ta’ l-akkwist pubbliku ma jkunx xieraq.
Artikolu 108a
1. L-għotjiet jistgħu jkunu fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
(a) rimborż ta’ proporzjon speċifikat ta’ l-ispejjeż eliġibbli li attwalment ikunu tħallsu;
(b) somom ta’ darba;
(ċ) iffinanzjar b’rata fissa;
(d) kombinazzjoni tal-forom imsemmijin fil-punti (a), (b) u (ċ);
2. L-għotjiet m’ għandhomx jaqbżu l-limitu massimu ġenerali f’termini ta’ valur assolut.
KAPITOLU 2
Prinċipji
Artikolu 109
1. L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament indaqs.
Dawn ma jistgħux ikunu kumulattivi jew jingħataw retrospettivament u għandhom jinvolvu ko-finanzjament.
Fl-ebda ċirkustanza l-ispejjeż totali kombinati eliġibbli għall-iffinanzjar m’għandhom jinqabżu, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.
2. L-għotjiet m’għandhomx ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt għall-benefiċjarju.
3. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għal dawn li ġejjin:
(a) studju, riċerka jew boroż ta’ studju għal taħriġ imħallsin minn persuni fiżiċi;
(b) premjijiet mogħtijin wara kompetizzjonijiet;
(ċ) azzjonijiet li għandhom l-objettiv li jirrinfurzaw il-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju jew il-ħolqien ta’ dħul fil-qafas tar- relazzjonijiet esterni.
Artikolu 110
1. L-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għal programm ta’ ħidma annwali, li jrid jiġi ppubblikat fil-bidu tas-sena.
Dak il-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi implimentat permezz tal-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, ħlief f’każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza debitament sostanzjati jew meta l-karatteristiċi tal-benefiċjarju jew ta’ l-azzjoni ma jħallu l-ebda għażla oħra għal azzjoni partikulari, jew meta l-benefiċjarju jiġi identifikat f’att bażiku bħal riċevitur ta’ għotja.
L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal għajnuna f’każ ta’ ġestjoni ta’ kriżi u operati ta’ għajnuna umanitarja.
2. L-għotjiet kollha mogħtija fil-kors ta' sena finanzjarja għandhom ikunu ppubbklikati ta' kull sena b'oserrvanza xierqa tal-ħtiġiet tal-kunfedenzjalità u s-sigurtà.
Artikolu 111
Kull azzjoni tista’ tagħti lok għall-għoti ta’ għotja waħda biss mill-baġit lil kwalunkwe benefiċjarju wieħed, ħlief fejn huwa awtorizzat xort’oħra mill-atti bażiċi konċernati.
Benefiċjarju jista’ jingħata għotja operattiva waħda biss mill-baġit għal kull sena finanzjarja.
L-applikant għandu jinforma lill-uffiċjali awtorizzanti immedjatament dwar kwalunkwe applikazzjonijiet multupli u għotjiet multipli relatati ma’ l-istess azzjoni jew ma’ l-istess programm ta’ ħidma.
Fl-ebda ċirkustanza m’ għandhom l-istess spejjeż jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit.
Artikolu 112
1. Għotja tista’ tingħata għal azzjoni li tkun diġà nbdiet biss meta l-applikant jista’ juri l-ħtieġa li tinbeda l-azzjoni qabel ma jirċievi l-għotja.
F’tali każijiet, l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu qabel id-data ta’ sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għotja, ħlief f’każijiet eċċezzjonali debitament issostanzjati, kif previst fl-att bażiku jew fil-każ ta’ nefqa meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta’ l-għajnuna għal ġestjoni ta’ kriżi jew operati għal għajnuna umanitarja, kif previst fir-regoli implimentattivi.
L-ebda għotja ma tingħata retrospettivament għal azzjonijiet diġà kompluti.
2. Għotja operattiva għandha tingħata fi żmien sitt xhur wara l-bidu tas-sena tal-baġit tal-benefiċjarju. Spejjeż eliġibbli għal finanzjament ma jistgħux ikunu ntefqu la qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni u lanqas qabel il-bidu tas-sena baġitarja tal-benefiċjarju.
Artikolu 113
1. L-għotja ma tistax tiffinanzja l-ispiża totali ta' l-azzjoni, bla ħsara għat-Titolu IV tal-parti tnejn.
L-għotja ma tistax tiffininzja n-nefqa operattiva intiera tal-korp benefiċjarju.
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att bażiku rigward korpi li qed jippruvaw jilħqu objettiv ta’ interess ġenerali Ewropew, meta jiġġeddu l-għotjiet operattivi, għandhom jitnaqqsu gradwalment. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal għotjiet f’waħda mill-forom imsemmijin fil-punti (b) u (ċ) ta’ l-Artikolu 108a(1).
KAPITOLU 3
Il-proċedura ta' l-għoti
Artikolu 114
1. L-applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu sottomessi bil-miktub.
2. L-applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu eliġibbli jekk ikunu sottomessi minn dawn li ġejjin:
(a) persuni ġuridiċi; applikazzjonijiet għall-għotjiet jistgħu jkunu eliġibbli jekk sottomessi minn entitajiet mingħajr personalità legali skond il-liġi nazzjonali applikabbli, dment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità jidħlu għall-obbligi legali għan-nom tagħhom u jassumu r-responsabbiltà finanzjarja;
(b) persuni fiżiċi safejn dan huwa meħtieġ min-natura jew il-karatteristiċi ta’ l-azzjoni jew l-objettiv segwit mill-applikant.
3. L-għotjiet ma jistgħux jingħataw lil applikanti li, fil-ħin ta’ proċedura ta’ l-għoti ta’ għotja, huma f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 93(1), 94 u 96(2)(a).
L-applikanti għandhom jiċċertifikaw li huma m’humiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu. Madankollu, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jżomm lura milli jitlob tali ċertifikazzjoni fil-każ ta’ għotjiet ta’ valur baxx ħafna, kif speċifikat fir-regoli implimentattivi.
4. Il-penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li huma effettivi, proporzjonati u disswasivi jistgħu jiġu imposti fuq applikanti mill-uffiċjal awtorizzanti, skond l-Artikolu 96.
Tali penalitajiet jistgħu wkoll jiġu imposti fuq benefiċjarji li, fil-mument tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni jew waqt l-implimentazzjoni ta’ l-għotja jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz fl-għoti ta’ informazzjoni meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzanti jew jonqsu milli jagħtu tali informazzjoni.
Artikolu 115
1. Il-kriterja ta' l-għażla għandha tkun tali hekk li tgħamilha possibbli li tkun assesjata l-abbilità ta' l-applikant biex iwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm tax-xogħol.
2. Il-kriterja ta' l-għoti mħabbra bil-quddiem fis-sejħa għall-proposti għandha tkun tali hekk li tagħmilha possibli li tkun assessjata l-kwalità tal-proposti ppreżentati fid-dawl ta' l-objettivi u l-prijoritajiet stabbiliti.
Artikolu 116
1. Il-proposti għandhom jiġu evalwati, abbażi ta’ kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti mħabbrin minn qabel, bil-ħsieb li jiġi ddeterminat liema proposti jiġu ffinanzjati.
2. L-uffiċjal awtorizzanti li huwa responsabbli għandu mbagħad, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1, iħejji lista tal-benefiċjarji u l-ammonti approvati.
3. L-uffiċjali awtorizzanti li huwa reponsabli għandu jinforma lill-applikanti bil-kitba rigward id-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni tagħhom. Jekk l-għotja mitluba ma tkunx milqugħa, l-istituzzjoni għandha tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda ta' l-applikazzjoni, b'referenza partikolarment għall-kriterja dwar l-għażla u l-għoti li diġa tkun imħabbra.
KAPITOLU 4
Pagament u kontroll
Artikolu 117
Il-pass tal-pagamenti għandu jkun iddeterminat bir-riskji finanzjarji nvoluti, it-tul taż-żmien u l-prograss ta' l-azzjoni jew l-ispiża minfuqha mill-benefiċjarju.
Artikolu 118
1. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, jekk iqis li jkun xieraq u proporzjonat, jitlob lill-benefiċjarju jissottometti garanzija bil-quddiem sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta’ ffinanzjar minn qabel.
2. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jitlob lill-benefiċjarju jissottometti tali garanzija bil-quddiem fil-każijiet speċifikati fir-regoli implimentattivi.
Artikolu 119
1. L-ammont ta' l-għotja m'għandux isir finali sa wara li l-istituzzjoni tkun aċċettat ir-rapporti u l-kontijiet finali, bla ħsara għal verifiki sussegwenti mill-istituzzjoni.
2. F’każ li l-benefiċjarju jonqos milli jissodisfa l-obbligi li jorbtuh, l-għotja għandha tiġi sospiża u ridotta jew terminata fil-każijiet previsti fir-regoli implimentattivi wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu.
KAPITOLU 5
Implimentazzjoni
Artikolu 120
1. Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni teħtieġ l-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist mill-benefiċjarju, il-proċeduri rilevanti għandhom ikunu kif imniżżlin fir-regoli implimentattivi.
2. Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni teħtieġ li jingħata appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, il-benefiċjarju ta’ għotja Komunitarja jista’ jagħti tali sostenn finanzjarju meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) is-sostenn finanzjarju ma jkunx l-għan primarju ta’ l-azzjoni;
(b) il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ dan l-appoġġ huma strettament iddefiniti fid-deċiżjoni dwar l-għotja jew il-ftehim bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, bla ebda marġini ta’ diskrezzjoni;
(c) l-ammonti konċernati huma żgħar.
Għall-fini tal-punt (ċ), l-ammont massimu ta’ sostenn finanzjarju li jista’ jitħallas lil terza persuna minn benefiċjarju għandu jiġi determinat fir-regoli implimentattivi.
3. Kull deċiżjoni ta’ għotja jew ftehim għandhom jipprovdu espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jeżerċitaw il-poteri tagħhom ta’ kontroll, fuq dokumenti u fuq il-proprjetà, fuq il-kuntratturi u sub-kuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji.
TITOLU VII
PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U TAL-KONTABBILITÀ
KAPITOLU 1
Il-preżentazzjoni tal-kontijiet
Artikolu 121
Il-kontijiet tal-Komunità għandhom jinkludu:
(a) ir-rendikonti finanzjarji ta’ l-istituzzjonijiet kif imniżżlin fl-Artikolu 126, dawk tal-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 u ta’ korpi oħrajn li l-kontijiet tagħhom għandhom bżonn jiġu kkonsolidati skond ir-regoli ta’ kontabilità Komunitarji;
(b) l-istqarrijiet tal-kontijiet konsolidati li jippreżentaw f'għamla aggregata l-informazzjoni finanzjarja li tinsab fl-istqarrijiet finanzjarji ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi riferuti fil-punt (a);
(ċ) ir-rapport rigward l-implimentazzjoni tal-budget ta' l-isitituzzjoni u l-budget tal-korpi riferuti fl-Artikolu 185;
(d) ir-rapporti aggregati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jippreżentaw l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti msemmijin fil-punt (ċ).
Artikolu 122
1. Il-kontijiet ta’ l-istituzzjonijiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 121 għandhom ikunu akkumpanjati b’rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti rendikont, fost affarijiet oħrajn, tar-rata implimentattiva ta’ l-approprjazzjonijiet flimkien ma’ informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet bejn id-diversi elementi tal-baġit.
Artikolu 123
Il-kontijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli u għandhom ikunu eżatti u komprensivi u jippreżentaw dehra vera u ġusta:
(a) f'dak li jirrigwardja l-istqarrijiet finanzjarji, ta' l-assi u r-responsabiltajiet, l-imposti u d-dħul, l-intitolamenti u l-obbligazzjonijiet mhux murija bħala assi jew responsabbiltajiet u ċ-ċaqlieq tal-flus;
(b) f'dak li jirrigwardja r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-budget, l-operazzjonijiet ta' l-introjtu u tan-nefqa.
Artikolu 124
L-istqarrijiet finanzjarji għandhom ikunu mħejjija b'konformità mal-prinċipji ġenerali aċċettati tal-kontijiet, jiġiefiri:
(a) abbażi ta' l-attività kurrenti;
(b) prudenza;
(ċ) konsistenti mal-metodi tal-kontijiet;
(d) komparabbilità ta' l-informazzjoni;
(e) materjalità;
(f) mingħajr totalizzar;
(g) realtà fuq l-apparenza;
(h) kontijiet ibbażati fuq it-tkattir.
Artikolu 125
1. Bi qbil mal-prinċipju tal-kontijiet ibbażati fuq it-tkattir, l-istqarrijiet finanzjarji għandhom juru l-imposti u d-dħul għas-sena finanzjarja, independentament mid-data tal-pagament jew tal-ġbir.
2. Il-valur ta' l-assi u r-responsabbiltajiet għandhom ikunu ddeterminati b'konformità mar-regoli tal-valutazzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 133.
Artikolu 126
1. L-istqarrijiet finanzjarji għandhom ikunu ppreżentati f'miljuni ta' euro u għandhom jikludu:
(a) il-balance-sheet u l-kont ekonomiku ta' l-attività, li jirrapreżenta l-assi u r-reponsabbilitajiet u l-istqarrija finanzjarja u l-attività ekonomika fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti; dawn għandhom ikunu ppreżentati b'konformità mal-istruttura stabbilita fid-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji, imma b'akkont meħud tan-natura speċifika ta' l-attivitajiet tal-Komunitajiet;
(b) it-tabella taċ-ċaqlieq tal-flus li turi l-ammonti miġbura u mqassma matul is-sena u l-pożizzjoni finali tat-teżor;
(ċ) l-istqarrija ta' tibdiliet fil-kapital li tippreżenta fid-dettall iż-żidiet jew it-tnaqqis matul is-sena f'kull punt tal-kontijiet kapitali.
2. L-Anness għall-istqarrijiet finanzjarji għandu jissupplementa u jikkummenta dwar l-informazzjoni ppreżentata fl-istqarrijiet riferuti fil-paragrafu 1 u għandu jforni l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta bill-prattika internazzjonalment aċċettata meta informazzjoni bħal din tkun relevanti għall-attivitajiet tal-Komunitajiet.
Artikolu 127
Ir-rapporti ta' l-implimentazzjoni tal-budget għandhom ikunu ppreżentati f'miljuni ta'euro.Dawn għandhom jinkludu:
(a) il-kont ta' l-attività tal-budget, li jistabbilixxi l-operazzjonijiet kollha tal-budget għas-sena f'termini ta' introjtu u nefqa, l-istruttura li fiha jkun ippreżentat għandha tkun l-istess bħal dik tal-budget innifsu;
(b) l-Anness tal-kont ta' l-attività tal-budget, l-għandu jissupplimenta u jikkumenta dwar l-informazzjoni mogħtija f'dak il-kont.
Artikolu 128
L-uffiċjali tal-kontijiet ta’ l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 121 għandhom jibagħtu lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri l-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-kontijiet provviżorji tagħhom flimkien mar-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja ta’ matul is-sena.
L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida dawn il-kontijiet provviżorji mal-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni u għandu jibgħat lill-Qorti ta’ l-Awdituri, l-aktar tard sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, il-kontijiet provviżorji tal-Kummissjoni akkumpanjati mir-rapport tagħha dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja ta’ matul is-sena, flimkien mal-kontijiet konsolidati provviżorji.
L-uffiċjal tal-kontijiet ta’ kull istituzzjoni u korp imsemmi fl-Artikolu 121 għandu wkoll jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sad-data speċifikata fit-tieni paragrafu.
Artikolu 129
1. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju l-aktar tard, tressaq l-osservazzjonijiet tagħha rigward il-kontijiet proviżjonli ta' kull istituzzjoni u kull korp riferut fl- ►M1 Artikolu 121 ◄ .
2. L-istituzzjonijiet, ħlief il-Kummissjoni, u kull wieħed mill-korpi msemmijin fl-Artikolu 121, għandhom ifasslu l-kontijiet finali tagħhom skond l-Artikolu 61 u jibagħtuhom lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri l-aktar tard sa l-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.
2a. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jipprepara l-kontijiet konsolidati finali abbażi ta’ l-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet l-oħrajn taħt il-paragrafu 2. Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu akkumpanjati b’nota stabbilita mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, li biha huwa/hija jiddikjara li kienu ppreparati skond it-Titolu VII u mal-prinċipji, regoli u metodi tal-kontabilità mniżżlin fl-anness għar-rendikonti finanzjarji.
3. Il-Kummissjoni, wara li tkun approvat il-kontijiet konsolidati finali u l-kontijiet finali tagħha, għandha tibgħathom it-tnejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara.
4. Il-kontijiet konsolidati finali għandhom ikunu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej flimkien ma' l-istqarrija ta' l-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri b'konformità ma l-Artikolu 248 tat-Trattat KE u l-Artikolu 160c tat-Trattat Euratom sal- ►M1 15 ta’ Novembru ◄ tas-sena finanzjarja ta' wara.
KAPITOLU 2
Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-budget
Artikolu 130
B'żieda ma l-istqarrijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 126 u 127, il-Kummissjoni għandha tgħamel rapport darbtejn fis-sena lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill dwar il-garanziji tal-budget u r-riskji korrispondenti.
Din l-informazzjoni għandha tintbgħat fl-istess waqt lejn il-Qorti ta' l-Awdituri.
Artikolu 131
1. B'żieda ma' l-istqarrijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 126 u 127, ►M1 l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni ◄ għandha tibgħat darba kull xhar, lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, mill-anqas aggregati fil-livell ta' kapitolu, rigward l-implimentazzjoni tal-budget, kemm għall-introjtu u għan-nefqa, kontra l-approprjazzjonijiet kollha.
Dawn il-figuri għandhom ukoll jipprovdu dettalji ta' l-utilizzazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet meħuda 'l quddiem.
Dawn il-figuri għandhom jintbgħatu fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol ta' wara t-tmiem ta' kull x-xhar.
2. Tlett darbiet fis-sena, fi żmien 30 jum tax-xogħol li jiġu wara il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Awissu u l-31 ta' Diċembru, ►M1 l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni ◄ għandha tibgħat lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-budget, li jkopri kemm l-introjtu u wkoll in-nefqa, imqassma bil-kapitolu, fl-artikolu u bil-punt.
Dan ir-rapport għandu wkoll jipprovdi dettalji ta' l-utilizzazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet meħuda 'l quddiem mis-snin preċedenti.
3. Il-figuri u r-rapport rigward l-implimentazzjoni tal-budget għandhom fl-istess waqt jintbgħatu lejn il-Qorti ta' l-Awdituri.
KAPITOLU 3
Il-Kontijiet
Sezzjoni 1
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 132
1. Is-sistema tal-kontijiet ta' istituzzjoni hija s-sistema li sservi għall-organizzazzjoni ta' l-informazzjoni tal-budget u tal-finanzi b'tali mod li l-figuri ikunu jistgħu jiddaħlu, jinħażnu u jkunu rreġistrati.
2. Il-kontijiet għandhom jikkonsistu fil-kontijiet ġenerali u l-kontijiet tal-budget. Dawn il-kontijiet għandhom jinżammu f'euro fuq il-bażi tas-sena kalendarja.
3. Il-figuri fil-kontijiet ġenerali u fil-kontijiet tal-budget għandhom ikunu adottati fl-għeluq tas-sena tal-budget hekk li l-kontijiet riferuti fil-Kapitolu 1 ikunu jistgħu jiġu mħejjija.
4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jista' jżomm kontijiet analitiċi.
Artikolu 133
1. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu, wara li jikkonsulta ma l-uffiċjali tal-kontijiet ta' l-istituzzjonijiet l-oħrajn riferuti fl- ►M1 Artikolu 121 ◄ , jadotta r-regoli u l-metodi tal-kontijiet u grafika armonizzata tal-kontijiet li għandha tkun applikata mill-istituzzjonijiet kollha, l-uffiċini riferuti fit-Titolu V tal-parti tnejn u tal-korpi kollha riferuti fl- ►M1 Artikolu 121. ◄
2. Meta jadotta r-regoli u l-metodi riferuti fil-paragrafu 1, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jkun iggwidat b'normi tal-kontijiet aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku imma jista' jitwarrab minnhom meta jkun hemm ġustifikazzjoni bin-natura speċifika ta' l-attivitajiet tal-Kumunitajiet.
Sezzjoni 2
Kontijiet ġenerali
Artikolu 134
Il-kontijiet ġenerali għandhom jirreġistraw, fl-ordni kronoloġika, bl-użu tal-metodu taż-żewġt idħul, l-avveniment u l-operazzjonijiet kollha li jaffetwaw is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarjau l-assi u r-responsabilitajiet ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi riferuti fl- ►M1 Artikolu 121. ◄
Artikolu 135
1. Il-movimenti fil-kontijiet u l-bilanċi għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistri tal-kontijiet.
2. Id-dħul kollu tal-kontijiet, inklużi l-aġġustamenti għall-kontijiet, għandhom ikunu bbażati fuq dokumenti sostenituri, li għalihom jirreferu.
3. Is-sistema tal-kontijiet għandha tkun tali hekk li tħalli traċċja għad-dħul kollu tal-kontijiet.
Artikolu 136
L-uffiċjal tal-kontijiet għandu, wara l-għeluq tas-sena tal-budget u sad-data tal-preżentazzjoni tal-kontijiet, jagħmel xi aġġustamenti li, mingħajr ma jinvolvu ħlasijiet jew ġbir fir-rigward ta' dik is-sena, huma meħtieġa għall-preżentazzjoni vera u ġusta tal-kontijiet li jkunu konformi mar-regoli.
Sezzjoni 3
Il-kontijiet tal-budget
Artikolu 137
1. Il-kontijiet tal-budget għandhom jipprovdu rekord dettaljata ta' l-implimentazzjoni tal-budget.
2. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-kontijiet tal-budget għandhom jirrekordjaw l-introjtu u n-nefqa kollha ta' l-operazzjoni tal-budget li hemm provvediment dwarhom fit-Titolu IV tal-parti wieħed.
KAPITOLU 4
L-inventarji tal-propjetà
Artikolu 138
1. Kull istituzzjoni u kull korp riferut fl- ►M1 Artikolu 121 ◄ għandu jżomm inventarji li juru l-kwantità u l-valur ta' l-assi kollha tal-Komunitajiet, kemm tanġibbli, mhux-tanġibbli u finanzjarji, b'konformità ma' mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni.
Kull istituzzjoni u kull korp riferuti fl- ►M1 Artikolu 121 ◄ għandhom jivverifikaw li d-dħul kollu fl-inventarju jkun jikkorrispondi għas-sitwazzjoni attwali.
2. Il-bejgħ ta' propjetà mobbli għandu jkun reklamant kif xieraq.
TITOLU VIII
AWDITJAR ESTERN U R-RILAXX
KAPITOLU 1
Awditjar estern
Artikolu 139
1. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Qorti ta' l-Awdituri, malajr kemm jista' jkun possibbli, bid-deċiżjonijiet u r-regoli kollha adotti permezz ta' l-Artikoli 9, 13, 18, 22, 23, 26 u 36.
2. Kull istituzzjoni għandha tinforma lill-Qorti ta’ l-Awdituri u lill-awtorità baġitarja dwar kwalunkwe regola interna li tadotta fir-rigward ta’ materji finanzjarji.
3. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandu jkun infurmat bil-ħatra ta' l-uffiċjali awtorizzanti, bl-awdituri nterni, bl-uffiċjali tal-kontijiet u bl-amministraturi ta' l-għoti ta' flus u b'deċiżjonijiet ta' delega permezz ta' l-Artikoli 51, 61, 62, 63 u 85.
Artikolu 140
1. L-eżaminazzjoni mill-Qorti ta' l-Awdituri dwar jekk l-introjtu kollu kienx riċevut u n-nefqa kollha kienetx minfuqha f'manjiera legali u xierqa għandha tqis id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, tal-budget, ta' dan ir-Regolament, tar-regoli ta' l-implimentazzjoni u l-atti l-oħrajn kollha permezz tat-Trattati.
2. Fit-twettieq tad-doveri tagħha, il-Qorti ta' l-Awdituri hija ntitolata li tikkonsulta, fil-manjera li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 142, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jirrigwardjaw l-amministrazzjoni finanzjarja tad-dipertimenti jew tal-korpi fir-rigward ta' l-operazzjonijiet iffinanzjati jew ko-finanzjati mill-Komunitajiet. Għandha jkollha l-poter li tgħamel inkjesti dwar kwalunkwe uffiċjal responsabbli għall-operazzjoni ta' l-introjtu jew tan-nefqa u li tuża kwalunkwe proċeduri xierqa ta' l-awditjar fuq id-dipartimenti jew korpi msemmija hawn fuq. L-awditjar fl-Istati Membri għandu jkun imwettaq b'konnessjoni ma' l-istituzzjonijiet nazzjonali ta' l-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx il-poteri meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali responsabbli. Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-korpi nazzjoni ta' l-awditjar ta' l-Istati Membri għandhom jikkoperaw fl-ispirtu tal-fiduċja waqt li jżommu l-independenza tagħhom.
Sabiex takkwista l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettieq tad-dover afdat lilha permezz tat-Trattati jew l-atti adotti permezz tagħhom, il-Qorti ta' l-Awdituri tista' tkun ippreżenta, fuq talba tagħha, waqt l-operazzjonijiet ta' l-awditjar imwettqa fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-budget minn, u f'isem , kwalunkwe istituzzjoni tal-Komunità.
Fuq talba tal-Qorti ta' l-Awdituri, kull istituzzjoni għandha tawtorizza lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom depożiti tal-Komunità sabiex jiffaċilitaw lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tkun tista' tassigura li d-dettalji esterni ikunu jaqblu mal-kontijiet.
3. Sabiex tkun tista' twettaq dan id-dover, il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet u lill-awtoritajiet li għalihom dan ir-Regolament huwa applikabbli, bl-ismijiet tal-membri tal-persunal tagħha li huma awtorizzati li jwettqu l-awditjar fuqhom.
Artikolu 141
Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tassigura li l-kambjali u l-flejjes kollha ddepożitati jew miżmuma jkunu vverifikati kontra fatturi iffermati mid-depositarji jew kontra memoranda uffiċjali dwar il-flus u l-kambjali miżmuma. Tista' twettaq verifiki bħal dawn hija stess.
Artikolu 142
1. Il-Kummissjoni, l-istituzzjoniet l-oħrajn, il-korpi li jamministraw l-introju u n-nefqa f'isem tal-Komunitajiet u l-benefiċjarji finali tal-pagamenti mill-budget għandhom jagħtu lill-Qorti ta' l-Awdituri il-faċilitajiet kollha u jagħtuhom l-informazzjoni kollha li l-Qorti ta' l-Awdituri tqis li tkun meħtieġa għat-twettieq tad-doveri tagħha. Huma għandhom jagħmlu għad-dispożizzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri id-dokumenti kollha li jikkonċernaw l-għoti u t-twettieq ta' kuntratti ffinanzjati mill-budget tal-Komunità u tal-kontijiet kollha tal-flus u materjali, tar-reġistri kollha tal-kontijiet u tad-dokumenti bħala sostenn, u wkoll id-dokumenti amministrattivi kollha relatati magħhom, id-dokumenti kollha relatati ma l-introjtu u n-nefqa, l-inventarji kollha, il-grafika ta' l-organizzazzjoni kollha tad-dipartiment, li l-Qorti ta' l-Awdituri tħoss li jkunu meħtiġa għall-awditjar tar-rapport tal-budget u l-attività finanzjarja fuq il-bażi tar-reġistri jew fuq il-post, u, għall-istess skopijiet, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha maħluqa jew maħżuna fuq medja manjetika.
Il-korpi l-oħrajn tas-servizzi jew ta' l-awditjar intern ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali kkonċernati għandhom joffru lil-Qorti ta' l-Awdituri il-faċilitjiet kollha li hi tqis li jkunu meħtieġa għat-twettieq tad-doveri tagħha.
L-ewwel subparagrafu għandu jkun japplika wkoll għal persuni naturali jew legali li jirċievu pagamenti mill-budget tal-Komunità.
2. L-uffiċjali li l-operazzjonijiet tagħhom huma vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri għandhom:
(a) jippreżentaw ir-reġistri tagħhom tal-flus fl-idejn, xi flejjes oħrajn, kambjali u materjali tat-tipi kollha, u wkoll id-dokumenti ta' sostenn fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tagħhom tal-fondi li huma jkunu fdati bihom, u wkoll kwalunkwe kotba, reġistri u dokumenti oħrajn reletati magħhom;
(b) jippreżentaw il-korrespondenza u kwalunkwe dokumenti oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa ta' l-awditjar riferut fl-Artikolu 140(1).
L-informazzjoni fornuta permezz tal-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu tista' tkun mitluba biss mill-Qorti ta' l-Awdituri.
3. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tkun awtorizzata li tawditja d-dokumenti fir-rigward ta' l-introjtu u n-nefqa tal-Komunitajiet li jkunu miżmuma mid-dipartimenti ta' l-istituzzjonijiet u, partikolarment, mid-dipartimenti responsabbli għad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' introju jew nefqa bħal dawk, mill-korpi li jamministraw l-introjtu jew in-nefqa f'isem il-Komunitajiet u l-persuni naturali jew legali li jirċievu pagamenti mill-budget.
4. Id-dover li jkun stabbilit li l-introjtu jkun irċevut u li n-nefqa tkun seħħet f'manjera leċita u xierqa u li l-amministrazzjoni finanzjarja tkun soda għandu jestendi għall-utilizzazzjoni, mill-korpi 'l barra mill-istituzzjonijiet, tal-fondi tal-Komunità irċevuti bħala għotjiet.
5. Il-finanzjament tal-Komunità mħallas lejn il-benefiċjarji 'l barra mill-istituzzjonijiet għandu jkun suġġett għal ftehim bil-kitba mill-benefiċjarji jew, fin-nuqqas ta' ftehim min-naħa tagħhom, mill-kuntratturi jew mis-sub-kuntratturi, għall-awditjar mill-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-użu magħmul mill-finanzjament mogħti.
6. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil-Qorti ta' l-Awdituri, fuq it-talba tal-Qorti, bi kwalunkwe informazzjoni rigward l-operazzjoni tas-self u t-tislif.
7. L-użu ta' sistemi integrati tal-kompjuter ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-aċċess tal-Qorti ta' l-Awtituri għal dokumenti ta' sostenn.
Artikolu 143
1. Ir-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għandu jkun irregolat bid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.
2. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha titrasmetti lejn il-Kummissjoni u lejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati, sal- ►M1 30 ta’ Ġunju ◄ l-aktar tard, kwalunkwe osservazzjonijiet li huma, fl-opinjoni tagħha, tali li għandhom ikunu jidhru fir-rapport annwali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu konfidenzjali. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti ta' l-Awdituri sat- ►M1 15 ta’ Ottubru ◄ l-aktar tard. It-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.
3. Ir-rapport annwali għandu jkun fih studju rigward is-sodezza ta' l-amministrazzjoni finanzjarja.
4. Ir-rapport annwali għandu jkun fih sezzjoni għal kull istituzzjoni. Il-Qorti ta' l-Awdituri tista' żżid xi rapport sommarju jew ossernazzjonjiiet ġenerali li hija tħoss li jkunu xierqa li tagħmel.
Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tassigura li t-tweġibiet ta' kull istituzzjoni għall-osservazzjonijiet tagħha jkunu ppubblikati mmedjetament wara l-osservazzjonijiet li għalihom jirreferu.
5. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tittrasmetti lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn, l-aktar tard sal-15 ta’ Novembru, ir-rapport annwali tagħha akkumpanjat mir-risposti ta’ l-istituzzjonijiet u għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea.
6. Malli l-Qorti ta' l-Awdituri tkun trasmettiet ir-rapport annwali tagħha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernata immedjetament bid-dettalji ta' dak ir-rapport li jkunu jirrigwardjaw l-amministrazzjoni tal-fondi li huma responsabbli permezz tar-regoli applikabbli.
Mal-wasla ta' dik l-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom iwieġbu lil-Kummissjoni fi żmien 60 jum. Din ta' l-aħħar għandha tittrasmetti sommarju lejn il-Qorti ta' l-Awdituri, lejn il-Kunsill u lejn il-Parlament Ewropew, qabel il- ►M1 28 ta’ Frar. ◄
Artikolu 144
1. Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tinnotifika lill-istituzjoni kkonċernata bl-osservazzjonijiet kollha tagħha li huma, fl-opinjoni tagħha, tali li għandhom jidhru f'rapport speċjali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu konfidenzjali.
L-istituzzjoni kkonċernata għandha jkollha xharejn-u-nofs żmien sabiex fihom tinforma lill-Qorti ta' l-Awdituri b'xi kummenti li hi tkun tixtieq tagħmel rigward l-osservazzjonijiet f'dak il-każ.
Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tadotta l-verżjoni definittiva tar-rapport speċjali f'dan il-każ fix-xahar ta' wara.
Ir-rapport speċjali, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom ikunu trasmessi mingħajr dewmien lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq b'konnessjoni mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni ta' dan.
Jekk il-Qorti ta’ l-Awdituri tiddeċiedi li tippubblika tali rapporti speċjali fil-Ġurnal ffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea, huma għandhom ikunu akkumpanjati mir-risposti ta’ l-istituzzjonijiet ikkonċernati.
2. ►M1 L-opinjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 248(4) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 160ċ(4) tat-Trattat Euratom li mhumiex marbutin ma’ proposti jew abbozzi koperti mill-proċedura konsultattiva leġislattiva jistgħu jiġu pubblikati mill-Qorti ta’ l-Awdituri fil-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea. ◄ Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha rigward il-pubblikazzjoni wara li tikkonsulta ma l-istituzzjoni li tkun talbet l-opinjoni jew li tkun ikkonċernata biha. L-opinjonijiet ippublikati għandhom ikunu akkumpanjati b'xi rimarki mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.
KAPITOLU 2
Rilaxx
Artikolu 145
1. Il-Parlament Ewropew, huwa u jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it- ►M1 15 ta’ Mejju ◄ tas-sena n + 2 jagħti rilaxx lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-budget tas-sena n.
2. Jekk id-data li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 ma tkunx tista' tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandhom jinfurmaw lil-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dan il-posponiment.
3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti r-rilaxx, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu miżuri, malajr kemm jista' jkun possibbli, sabiex tneħħi jew tiffaċilita t-tneħħija ta' l-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.
Artikolu 146
1. Id-deċiżjoni tar-rilaxx għandha tkopri l-kontijiet kollha ta' l-introjtu u n-nefqa tal-Komunitajiet, il-bilanċ li jirriżulta u l-assi u r-responsabbiltajiet tal-Komunitajiet kif murija fil-balance-sheet.
2. Bil-għan li jingħata rilaxx, il-Parlament Ewropew għandu, wara li l-Kunsill ikun għamel hekk, jeżamina l-kontijiet u l-istqarrijiet finanzjarji riferuti fl-Artikolu 275 tat-Trattat KE u l-Artikolu 179a tat-Trattat Euratom. Għandu wkoll jeżamina r-rapport annwali magħmul mill-Qorti ta' l-Awdituri flimkien mat-tweġibiet mill-istituzzjonijiet taħt l-awditjar, u xi rapporti speċjali relevanti mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-rigward tas-sena finanzjarja f'dan il-każ u l-istqarrija ta' l-assigurazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri rigward l-affiddibbilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità li jkunu l-bażi tat-tranżazzjonijiet.
3. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti lejn il-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni retta tal-proċedura tar-rilaxx għas-sena finanzjarja f'dan il-każ, b'konformità ma' l-Artikolu 276 tat-Trattat KE.
Artikolu 147
1. Bi qbil ma' l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 180b tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpamjaw id-deċiżjoni tar-rilaxx tal-Parlament Ewropew u rigward il-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjonijiet għar-rilaxx kif adottati mill-Kunsill.
2. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti, u, partikolarment, fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lill-dawk id-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-budget. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet hekk li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu akkont tagħhom meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikunu trasmessi lejn il-Qorti ta' l-Awdituri.
IT-TIENI PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI
TITOLU I
FOND AGRIKOLU EWROPEW TA’ GARANZIJA
Artikolu 148
1. L-Ewwel u t-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmijin fir-regoli dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u għal dħul, ħlief fejn huwa pprovdut mod ieħor f’dan it-Titolu.
2. L-operazzjonijiet amministrati direttament mill-Kummissjoni għandhom ikunu implementati b'konformità mar-regoli stabbiliti fil-partijiet wieħed u tlieta.
Artikolu 149
1. Għal kull sena finanzjarja, il-FAEG għandu jinkludi approporjazzjonijiet non-differenzjati, bl-eċċezzjoni għan-nefqa dwar il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 , li għandhom ikunu koperti minn approporjazzjonijiet differenzjati.
2. Approprjazzjonijiet tal-pagament li jkunu nħiebu minn qabel imma li ma jkunux għadhom ġew użati sat-tmiem tas-sena finanzjarja għandhom ikunu kkanċellati.
3. Approporjazzjonijiet li m’humiex kommessi dwar l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistgħu jitmexxew biss għas-sena finanzjarja ta’ wara.
Tali tmexxija ’l quddiem m’għandhiex teċċedi, fil-limitu ta’ 2 % ta’ l- approprjazzjonijiet inizjali msemmijin fl-ewwel subparagrafu, l-ammont ta’ aġġustament ta’ ħlasijiet diretti msemmijin fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa ( 13 ) u li kien applikat matul l-aħħar sena finanzjarja.
L-approporjazzjonijiet li jitmexxew ’il quddiem għandhom jiġu ritornati esklussivament lil-linji tal-baġit li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
Tali tmexxija ’l quddiem tista’ twassal biss għal ħlas addizzjonali lill-benefiċjarji finali li kienu soġġetti, matul l-aħħar sena finanzjarja, għall-aġġustament ta’ ħlasijiet diretti skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
Id-deċiżjoni għat-tmexxija ’l quddiem għandha tittieħed, l-aktar tard sal-15 ta’ Frar tas-sena li għaliha qed issir it-tmexxija ‘l quddiem, mill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-awtorità baġitarja.
Artikolu 150
1. Il-Kummissjoni għandha treġġa' lura n-nefqa nvoluta mill-Istati Membri.
2. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-ammonti ta’ dawn il-ħlasijiet għandhom jikkostitwixxu impenji provviżorji globali, li ma jistgħux jeċċedu l-approporjazzjonijiet totali mdaħħlin għall-FAEG.
3. Mill-15 ta’ Novembru, nefqa amministrattiva ta’ rutina għall-FAEG tista’ tiġi kommessa bil-quddiem kontra l-approprjazzjonijiet previsti għas-sena finanzjarja ta’ wara. Tali impenji ma jistgħux, madankollu, jeċċedu tliet kwarti ta’ l-approporjazzjonijiet korrispondenti totali għas-sena finanzjarja kurrenti.” Dawn jistgħu japplikaw biss għannefqa li għaliha hu stabbilit il-prinċipju f’att bażiku eżistenti.
Artikolu 151
1. ►M1 Nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmija fir-regoli dwar il-FAEG għandha, fi żmien xahrejn wara l-irċevuta tar-rendikonti mibgħutin mill-Istati Membri, tkun is-suġġett ta’ impenn skond il-kapitolu, l-artikolu u l-partita. Tali impenn jista’ jsir wara li jgħaddi l-perijodu ta’ xahrejn kull meta hija meħtieġa proċedura għal trasferiment ta’ approporjazzjonijiet dwar il-linji tal-baġit in kwistjoni. Ħlief meta ma jkunx għadu sar pagament mill-Istati Membri jew meta hemm dubju dwar l-eliġibilità, l-ammonti għandhom ikunu maħruġin bħala ħlasijiet fl-istess perijodu ta’ xahrejn. ◄
Dan l-impenn tal-budget għandu jkun imnaqqas mill-impenn ta' dispożizzjoni globali riferuta fl-Artikolu 150.
2. L-impenji tad-dispożizzjonijiet globali li jkunu saru għal sena finanzjarja u li ma jgħatux bidu għal impenn fuq linji speċifiċi fin-nomeniklatura tal-budget sa l-1 ta' Frar tas-sena finanzjarja segwenti għandhom ikunu kkannċellati fir-rigward tas-sena finanzjarja oriġinali.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw suġġett għar-rilaxx tal-kontijiet.
Artikolu 152
Fil-kontabilità baġitarja, nefqa għandha tiddaħħal fil-kontijiet għal sena finanzjarja abbażi tar-rifużjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kkonċernata, sakemm l-ordni għall-ħlas tkun waslet għand l-uffiċjal tal-kontijiet l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja sussegwenti.
Artikolu 153
1. Meta l-Kummissjoni tista’ tittrasferixxi l-approporjazzjonijiet skond l-Artikolu 23(1), din għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha l-aktar tard sal-31 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja ta’ wara u għandha tinforma lill-awtorità baġitarja kif previst fl-Artikolu 23(1).
2. Fil-każi apparti minn dawk riferuti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti tat-trasferiment lejn l-awtorità tal-budget sa l-aktar tard il-10 ta' Jannar tas-sena finanazjarja segwenti.
L-awtorità għandha tieħu deċiżjonijiet dwar dawn it-trasferimenti b'konformità mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 24, imma fil-limitu ta' żmien ta' tliet ġimgħat.
Artikolu 154
1. Id-dħul assenjat taħt dan it-Titolu għandu jkun assenjat skond l-oriġini b’konformità ma’ l-Artikolu 18(2).
2. Ir-riżultat ta’ deċiżjonijiet dwar il-kwittanza tal-kontijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 għandu jiddaħħal f’Artikolu wieħed.
TITOLU II
FONDI STRUTTURALI, FOND TA’ KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, U FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI
Artikolu 155
1. L-Ewwel u t-Tielet Parti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għan-nefqa effettwata mill-awtoritajiet u l-korpi msemmijin f’dawn ir-Regolamenti li jirregolaw il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ( 14 ), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) ( 15 ), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) ( 16 ), il-Fond ta’ Koeżjoni ( 17 ), il-Fond għas-Sajd Ewropew (EFF) ( 18 ), minn hawn ’il quddiem “il- Fondi”, u għad-dħul tagħhom, ħlief jekk mhux previst mod ieħor f’dan it-Titolu.
2. L-operazzjonijiet amministrati direttament mill-Kummissjoni għandhom ikunu mplementati b'konformità mar-regoli stabbiliti fil-partijiet wieħed u tlieta ta' dan ir-Regolament.
▼M1 —————
Artikolu 156
1. Il-pagament mill-Kummissjoni ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fondi għandu jkun magħmul b'konformità mar-regolamenti riferuti fl-Artikolu 155.
2. Il-limitu ta' żmien għal pagamenti transitorji mill-Kummissjoni għandu jkun stabbilit b'konformità mar-regolamenti riferuti fl-Artikolu 155.
3. It-trattament tar-rifużjonijiet mill-Istati Membri u l-implikazzjonijiet għall-ammont ta' kontribuzzjonijiet mill-Fondi għandhom ikunu rregolati bir-regolamenti riferuti fl-Artikolu 155.
Artikolu 157
Il-Kummissjoni għandha awtomatikament twarrab l-approprjazzjonijiet li jkunu ġew impenjati kif hemm provvediment dwar dan fir-regolament riferuti fl-Artikolu 155.
L-approprjazzjonijiet disimpenjati jistgħu jsiru disponibbli għal darb’oħra fil-każ ta’ żball ċar li hu attribwibbli biss lill-Kummissjoni.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha teżamina t-twarrib magħmul matul is-sena finanzjarja preċedenti u tiddeċiedi, sal-15 ta' Frar tas-sena kurrenti, fuq il-bażi tal-ħtiġiet, jekk ikunx meħtieġ li l-approprjazzjonijiet korrispondenti li jkunu disponibbli mill-ġdid.
Artikolu 158
Bl-eċċezzjoni tal-EAFRD, fir-rigward tan-nefqa operattiva msemmija f’dan it-Titolu, il-Kummissjoni tista’ tagħmel trasferimenti minn titolu wieħed għal ieħor, dment li l-approporjazzjonijiet in kwistjoni jkunu għall-istess objettiv skond it-tifsira tar-Regolamenti li jirregolaw il-Fondi msemmijin fl-Artikolu 155, jew li huma nfiq fuq Assistenza Teknika.
Artikolu 159
Aspetti li jikkonċernaw l-amministrazzjoni u l-għażla ta' proġetti u awditjar għandhom ikunu regolati bir-regolamenti riferuti fl-Artikolu 155.
TITOLU III
RIĊERKA
Artikolu 160
1. Il-partijiet wieħed u tlieta għandhom japplikaw għall-approprjazzjonijiet tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku, apparti milli kif hemm ipprovdut f'dan it-Titolu.
Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom ikunu mdaħħla jew f'wieħed mit-titoli tal-budget li jirrigwardjaw iż-żona ta' l-istrateġija tar-riċerka b'azzjoni diretta jew inderetta jew bil-kapitolu li jirrigwardja l-attivitajiet tar-riċerka f'titolu ieħor.
Dawn għandhom ikunu wżati bl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet elenkati fir-regoli ta' l-implimentazzjoni.
1a. L-approprjazzjonijiet relatati mad-dħul ġenerat mill-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar stabbilit bil-Protokoll anness mat-Trattat tal-KE dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ l-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar għandhom jiġu trattati bħala dħul assenjat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 18. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn iġġenerati minn dan id-dħul għandhom ikunu disponibbli minn meta l-ammont reċevibbli ikun stmat u l-approprjazzjonijiet tal-ħlas minn meta d-dħul ikun riċevut.
2. Fir-rigward tan-nefqa operazzjonali riferuta f'dan it-Titolu, il-Kummissjoni tista' tgħamel trasferimenti minn titolu wieħed lejn ieħor, basta li l-approprjazzjonijiet ikunu wżati għall-istess skop.
3. Esperti mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku għandhom ikunu reklutati b'konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Kunsill meta dan jadotta il-programm tal-qafas tar-riċerka.
Artikolu 160a
1. L-approporjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta’ l-impenn dispimpenjat bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti li jikkonċernaw ir-riċerka li għalihom ġew assenjati jistgħu, b’mod eċċezzjonali u f’każijiet debitament iġġustifikati, isiru disponibbli għal darb’oħra meta dan ikun essenzjali biex jitwettaq il-programm oriġinarjament ippjanat, sakemm il-baġit għas-sena finanzjarja attwali jinkludi fondi għal dan l-għan.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, teżamina disimpenji magħmulin matul is-sena finanzjarja preċedenti u għandha tivvaluta, fid-dawl tal-ħtiġiet, il-bżonn li l-approprjazzjonijiet jerġgħu jsiru disponibbli.
Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti xierqa lill-awtorità baġitarja, sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena finanzjarja, li jiddikjaraw għal kull partita tal-baġit ir-raġunijiet għaliex dawn l-approporjazzjonijiet reġgħu saru disponibbli.
3. L-awtorità baġitarja għandha tiddeċiedi dwar il-proposti tal-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat. Meta ma tittieħed l-ebda deċiżjoni matul il-limitu ta’ żmien, il-proposti jitqiesu aċċettati.
L-ammont ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenji li għandhom isiru disponibbli għal darb’oħra fis-sena n m’għandu qatt jeċċedi l-25 % ta’ l-ammont totali disimpenjat fuq l-istess linja tal-baġit fis-sena n-1.
4. L-approprjazzjonijiet ta’ impenji li reġgħu saru disponibbli ma għandhomx jitmexxew ’il quddiem.
L-impenji legali li jikkonċernaw l-approprjazzjonijiet ta’ impenji li saru disponibbli għal darb’oħra għandhom jiġu konklużi sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n.
Fl-aħħar tas-sena n, il-bilanċ li ma ntużax ta’ dawn l-approprjazzjonijiet ta’ impenji li saru disponibbli għal darb’oħra għandhom ikunu disimpenjati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.
Artikolu 161
1. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) jista' jirċievi fondi rreġistrati fuq l-approprjazzjonijiet imdaħħla l-barra mit-titoli u l-kapitoli riferuti fl-Artikolu 160(1) fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fuq bażi kompetittiva jew negozjata fl-attivitajiet tal-Komunità ffinanzjati bis-sħiħ jew parzjalment mil-budget ġenerali.
2. L-approprjazzjonijiet relatati ma l-attivitajiet li fihom il-JRC jipparteċipa fuq bażi kompetittiva għandhom ikunu ttrattati bħala introjtu assenjat fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 18. L-impennji ta' l-approprjazzjonijiet iġġenerati b'dan l-introjtu għandhom ikunu disponibbli malli l-ammont riċevibli jkun ġie kkalkolat.
L-utilizzazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet għandhom ikunu murija f'sett ta' kontijiet analitiċi fil-kont ta' l-attività tal-budget għal kull kategorija ta' azzjoni li magħha jkunu relatati; din għandha tkun separata mill-introjtu li joriġina mill-iffinanzjar minn partijiet terzi (pubbliċi jew privati) u mill-introjtu minn servizzi oħrajn imwettqa mill-Kummissjoni għal partijiet terzi.
3. Ir-regoli ta' l-akkwist fit-Titolu V tal-parti wieħed m'għandhomx japplikaw għall-attivitajiet tal-JRC f'isem partijiet terzi.
4. Bħala deroga mill-Artikolu 23, il-Kummissjoni tista, fi ħdan it-titoli tal-budget li jirrigwardja ż-żona tal-istrateġija “Riċerka ta' azzjoni diretta”, tagħmel transferimenti bejn kapitoli sa massimu ta' 15 % ta' l-approprjazzjoni fil-linja li minnha it-trasferiment ikun sar.
TITOLU IV
AZZJONIJIET ESTERNI
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 162
1. Il-partijiet wieħed u tlieta għandhom japplikaw għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-budget, apparti milli kif hemm ipprovdut f'dan it-Titolu.
2. L-approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet riferuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu wżati mill-Kummissjoni.
(a) jew fil-qafas ta' l-għajnuna mogħtija fuq bażi awtonoma;
(b) jew permezz ta' ftehim konkluż ma' wieħed jew aktar pajjiżi terzi benefiċjarji;
(ċ) jew permezz ta' ftehim ma l-organizzazzjonijiet internazzjonali riferuti fl-Artikolu 53.
KAPITOLU 2
Implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet
Artikolu 163
►M1 L-azzjonijiet imsemmijin f’dan it-Titolu jistgħu jiġu implimentati fuq bażi ċentralizzata mill-Kummissjoni, minn ġestjoni konġunta, fuq bażi deċentralizzata mill-pajjiż/i terz/i benefiċjarju/i, jew konġuntament ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Artikoli 53 sa 57. ◄ Approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet esterni jistgħu jkunu magħquda ma fondi minn sorsi oħrajn sabiex jintlaħaq objettiv konġunt.
▼M1 —————
Artikolu 165
L-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet mill-pajjiżi terzi benefiċjarji jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali hija suġġetta għal skrutinju mill-Kummissjoni. Skrutinju bħal dan għandu jkun eżerċitat jew b'approvazzjoni preċedenti, jew b'verifiki ex post jew bi proċedura konġunta.
Artikolu 166
1. Azzjonijiet imwettqa għandhom jagħtu bidu għal:
(a) ftehim finanzjarju mfassal bejn il-Kummissjoni, li taġixxi għall-Komunitajiet, u l-pajjiż jew pajjiżi terzi benefiċjarji jew il-korpi li ħatru, minn hawn ’il quddiem: “il-benefiċjarji”
(b) kuntratt jew ftehim ta’ għotja bejn il-Kummissjoni u korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew bejn il-Kummissjoni u l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ l-azzjonijiet.
Il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna esterna għandhom jiġu stabbiliti fl-istrument li bih għandhom ikunu ġestiti l-ftehim ta’ finanzjament jew il-kuntratti jew l-għotjiet previsti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.
2. Il-ftehim finanzjarji mal-pajjiżi terzi benefiċjarji msemmijin fil-paragrafu 1(a) għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena n + 1, fejn is-sena n hija s-sena li fiha kien sar l-impenn baġitarju.
Il-kuntratti individwali, id-deċiżjonijiet dwar għotjiet u ftehim li jimplimentaw tali ftehim finanzjarji għandhom jiġu konklużi jew jiġu adottati mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju.
Il-kuntratti u ftehim individwali relatati mal-verifika u l-evalwazzjoni jistgħu jiġu konklużi aktar tard.
3. Id-dispożizzjoni taħt il-paragrafu 2 m’għandhiex tapplika għal programmi pluriennali f’dawn il-każijiet li ġejjin:
— il-kooperazzjoni transkonfini, l-iżvilupp reġjonali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-komponenti ta’ l-iżvilupp rurali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni(IPA) ( 19 );
— il-komponent tal-kooperazzjoni transkonfini tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija ( 20 ).
F’dawn il-każijiet, għandhom japplikaw il-regoli li ġejjin:
(a) Kwalunkwe parti minn impenn baġitarju għal tali programm pluriennali għandha tiġi diżimpenjata awtomatikament meta, sal-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena wara s-sena n li hija s-sena li fiha kien sar l-impenn baġitarju:
(i) ma tkunx intużat għal għanijiet ta’ prefinanzjament; jew
ii) ma tkunx intużat biex isiru ħlasijiet intermedji; jew
(iii) ma tkun ippreżentata ebda dikjarazzjoni ta’ nefqa relatata magħha .
(b) Dik il-parti ta’ l-impenji tal-baġit li tkun għadha miftuħa sal-31 ta’ Diċembru 2017 li għaliha ma saritx dikjarazzjoni ta’ nefqa sal-31 ta’ Diċembru 2018 għandha tkun awtomantikament diżimpenjata.
KAPITOLU 3
L-Akkwist
Artikolu 167
1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 56 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tal-parti wieħed relatati mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-akkwist għandhom ikunu applikabbli għal-kuntratti koperti b'dan it-Titolu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardjaw il-limiti massimi u l-arranġamenti għall-għoti ta' kuntratti esterni stabbiliti fir-regoli ta' l-implenetazzjoni. L-awtoritajiet tal-kuntratti għall-iskopijiet ta' dak il-kapitoli għandhom ikunu:
(a) il-Kummissjoni f'isem ta' u għall-akkont ta' wieħed jew aktar benefiċjarji;
(b) il-benefiċjarju jew il-benefiċjarji;
(ċ) korp tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew persuni ġuridiċi li huma benefiċjarji ta’ għotja għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni esterna.
2. Il-proċeduri għall-akkwisti jridu jkunu stabbiliti fil-ftehim finanzjarji jew fid-deċiżjoni dwar l-għotja jew il-ftehim dwar l-għotja previsti fl-Artikolu 166.
Artikolu 168
1. Parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' l-offerti għandha tkun miftuħa fuq termini ugwali għall-persuni kollha li jidħlu fl-iskop tat-Trattati u, bi qbil mad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti bażiċi li jirregolaw is-settur tal-koperazzjoni kkonċernat, għal dawk il-persuni naturali jew legali kollha li huma ċittadini tal-pajjiżi terzi benefiċjarji jew ta' xi pajjiż terz ieħor kif inhuma espresament imsemmija f'dawk l-istrumenti.
2. F'każi eċċezzjonali sostanzjati kif xieraq, jista' jkun deċiż, fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-atti bażiċi li jirregolaw il-koperazzjoni, li jippermettu ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi apparti minn dawk riferuti fil-paragrafu 1li jagħmlu offerti għall-kuntratti.
3. Meta ftehim ikun applikabbli dwar it-twessieħ tas-suq għall-akkwist ta' oġġetti jew servizzi li magħhom il-Komunità hija parti, il-kuntratti għall-akkwist finanzjati mill-budget għandhom ukoll ikunu miftuħa għall-ċittadini ta' pajjiż terz apparti milli minn dawk riferuti fil-paragrafi 1 u 2, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-ftehim.
KAPITOLU 4
Għotjiet
Artikolu 169
Azzjoni tista' tkun iffinanzjata fis-sħiħ mill-budget biss jekk dan ikun juri li huwa essenzjali ħalli din titwettaq.
Artikolu 169a
Proċeduri ta’ għotja li għandhom jiġu applikati fil-ġestjoni deċentralizzata minn pajjiżi terzi benefiċjarji għandhom ikunu stabbiliti fil-ftehim finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 166. Huma għandhom ikunu bbażati fuq ir-regoli stabbiliti fit-Titolu VI ta’ l-Ewwel Parti.
KAPITOLU 5
L-awditjar tal-kontijiet
Artikolu 170
Kull ftehim ta’ finanzjament jew ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja għandu jipprevedi espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji.
TITOLU V
L-UFFIĊINI EWROPEJ
Artikolu 171
1. “Uffiċini Ewropej” għall-iskopijiet ta' l-applikar ta' dan it-Titolu huma l-istrutturi amministrattivi stabbiliti minn wieħed jew aktar istituzzjonijiet sabiex iwettqu doveri speċifiċi ta' trans-intersezzjoni.
2. Dan it-Titolu għandu japplika għall-operat ta’ l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 174, 174a u l-Artikolu 175(2).
3. Il-partijiet wieħed u tlieta għandhom japplikaw għall-operat ta' l-uffiċini Ewropej, apparti milli kif hemm ipprovdut f'dan it-Titolu.
Artikolu 172
1. L-approprjazzjonijiet għal kull uffiċċju Ewropej, l-ammont totali li tiegħu għandhom ikunu mdaħħla f'linja speċifika tal-budget fi hdan is-sezzjoni tal-budget li tirrigwardja l-Kummissjoni, għandhom ikunu stabbiliti fid-dettall fl-Anness ta' dik is-sezzjoni.
L-Anness għandu jieħu l-għamla ta' stqarrija ta' introjtu u nefqa, sud-diviża fl-istess mod bħas-sezzjonijiet tal-budget.
L-approprjazzjonijiet imdaħħla f'dak l-Anness għandhom ikopru l-ħtiġiet finanzjarji kollha għal kull uffiċċju Ewropew fit-twettieq tad-doveri tiegħu f'isem l-istituzzjonijiet.
2. Il-pjan ta' l-istabbiliment ta' kull uffiċċju Ewropew għandu jkun anness ma dak tal-Kummissjoni.
3. Id-Direttur ta' kull uffiċċju Ewropew għandu jieħu deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti fi ħdan l-Annessi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità tal-budget b'dawn it-trasferimenti.
4. Il-kontijiet ta' kull uffiċċju Ewropew għandhom jiffurmaw parti ntegrali mill kontijiet tal-Komunitajiet riferuti fl-Artikolu 121.
Artikolu 173
Fir-rigward ta’ l-approprjazzjonijiet introdotti fl-Anness għal kull uffiċċju Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti lid-Direttur ta’ l-uffiċċju Ewropew ikkonċernat, skond l-Artikolu 59.
Artikolu 174
1. Kull uffiċċju Ewropew inter-istituzzjonali għandu jħejji kontijiet analitiċi tan-nefqa tiegħu, jawtorizza li l-proporzjon tas-servizzi tiegħu fornuti lejn kull waħda mill-istituzzjonijiet li tkun iddeterminata. ►M1 Id-Direttur ta’ l-uffiċċju Ewropew ikkonċernat għandu jadotta, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta’ Ġestjoni, il-kriterji li fuqhom għandha tkun ibbażata s-sistema ta’ kontabilità. ◄
2. Ir-rimarki li jikkonċernaw il-linja speċifika tal-budget li fiha hija mdaħħla l-approprjazzjoni totali għal kull uffiċċju Ewropew inter-istituzzjonali għandha wkoll turi estimi ta' l-ispiża tas-servizzi fornuti mill-uffiċċju lejn kull waħda mill-istituzzjonijiet. Dan għandu jkun ibbażat fuq il-kontijiet analitiċi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1.
3. Kull uffiċċju Ewropew inter-istituzzjonali għandu jinnotifika lill-istituzzjonijiet ikkonċernati bir-riżultati tal-kontijiet analitiċi.
Artikolu 174a
1. Kull istituzzjoni tista’ tiddelega l-poteri ta’ l-uffiċjal awtorizzanti lid-direttur ta’ uffiċċju Ewropew interistituzzjonali għall-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet imdaħħlin fis-sezzjoni tagħha u għandha tiffissa l-limiti u l-kondizzjonijiet għal din id-delega ta’ poteri.
2. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet kollha stabbiliti fit-Titolu IV, il-Kapitolu 8 ta’ l-Ewwel Parti.
Artikolu 175
Jekk il-kompetenza ta’ uffiċċju Ewropew tinvolvi provvisti lil partijiet terzi għal interess pekunarju, id-Direttur tiegħu għandu jadotta, wara l-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni, id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw kif dawn il-provvisti għandhom isiru u ż-żamma tal-kontijiet korrispondenti.
▼M1 —————
TITOLU VI
L-ALLOKAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
Artikolu 177
Il-partijiet wieħed u tlieta għandhom japplikaw għall-approprjazzjonijiet amministrattivi, apparti milli kif hemm ipprovdut f'dan it-Titolu.
Artikolu 178
1. Sa mill-15 ta' Novembru ta' kull sena, nefqa amministrattiva ta' rutina tista' tkun impenjata bil-quddiem kontra l-approprjazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom għas-sena finanzjarja segwenti. ►M1 Tali impenji ma jistgħux, madankollu, jeċċedu kwart ta’ l-approporjazzjonijiet deċiżi mill-awtorità baġitarja fuq il-linja tal-baġit korrispondenti għas-sena finanzjarja attwali. ◄ Dawn ma jistgħux japplikaw għal nefqa ġdida tat-tip li jkun għadu mhux approvat bi prinċipju fl-aħħar buget adottat kif xieraq.
2. In-nefqa li għandha titħallas bil-quddiem permezz ta' dispożizzjonijiet legali jew kontrattwali, per eżempju kirjiet, tista' toħloq pagamenti mill-1 ta' Diċembru 'l quddiem li jkunu imposti fuq l-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja segwenti. ►M1 F’dan il-każ, il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 m’għandux japplika. ◄
Artikolu 179
1. L-approprjazzjonijiet amministrattivi m'għandhomx ikunu approprjazzjonijiet iddiffirenzjati.
2. In-nefqa amministrattiva li toriġina minn kuntratti li jkopru perijodi li jestendu lil hinn mis-sena finanzjarja, jew b'konformità mal-prattika lokali jew li jirigwardjaw il-forniment ta' tagħmir, għandhom ikunu rreġistrati kontra l-budget tas-sena finanzjarja li fiha jkunu effettwati.
3. L-istituzzjonijiet għandhom jinformaw liż-żewġ friegħi ta' l-awtorità tal-budget malajr kemm jista' jkun b'xi proġett tal-bini li aktarx li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikati fuq il-budget.
Jekk waħda mill-fergħat ta’ l-awtorità baġitarja għandha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, hija għandha fi żmien ġimagħtejn mill-irċevuta ta’ l-informazzjoni dwar il-proġett ta’ bini tinnotifika lill-istituzzjoni konċernata bl-intenzjoni tagħha li toħroġ tali opinjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba, l-istituzzjoni konċernata tista’ tipproċedi bl-operat ippjanat taħt l-awtonomija amministrattiva tagħha, soġġett għall-Artikolu 282 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 185 tat-Trattat Euratom fir-rigward tar-rappreżentanza Komunitarja.
Din l-opinjoni għandha tkun mgħoddija lill-istituzzjoni konċernata fi żmien ġimagħtejn ta’ tali notifikazzjoni.
TITOLU VII
ESPERTI
Artikolu 179a
Ir-regoli implimentattivi għandhom jinkludu proċeduri speċifiċi għall-għażla ta’ esperti, li għandhom jitħallsu abbażi ta’ ammont fiss, biex jgħinu lill-istituzzjonijiet partikolarment fl-evalwazzjoni tal-proposti u l-applikazzjonijiet għall-għotjiet jew l-offerti għall-akkwist u għall-provvediment ta’ assistenza teknika għall-evalwazzjoni kurrenti, u dik finali tal-proġetti ffinanzjati mill-baġit.
IT-TIELET PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI
▼M1 —————
Artikolu 181
1. Rigward il-Fondi msemmijin fl-Artikolu 155(1) li għalihom l-atti bażiċi tħassru qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-approprjazzjonijiet li kienu diżimpenjati fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 157(1) jistgħu jsiru disponibbli mill-ġdid fil-każ ta’ żball ċar attribwibbli biss lill-Kummissjoni jew fil-każ ta’ force majeure li għandha riperkussjonijiet serji għall-implimentazzjoni ta’ l-operati appoġġati minn dawn il-Fondi.
2. Id-database ċentrali msemmija fl-Artikolu 95 għandha titwaqqaf sa l-1 ta’ Jannar 2009.
3. Għal trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet rigward in-nefqa operattiva msemmija fir-regolamenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perijodu ta’ l-ipprogrammar 2000-2006, li għalihom għad iridu jsiru ħlasijiet Komunitarji għall-ftehim finanzjarju għal impenji Komunitarji pendenti sat-tmiem ta’ l-assistenza, il-Kummissjoni tista’ tagħmel trasferimenti minn titolu għal ieħor, jekk l-approprjazzjonijiet in kwistjoni:
— huma għall-istess objettiv, jew
— huma marbutin ma’ inizjattivi Komunitarji jew għal assistenza teknika u miżuri innovattivi u huma trasferiti għal miżuri ta’ l-istess natura.
4. L-Artikolu 31(3) għandu japplika għall-ewwel darba għall-fond imsemmi fl-Artikolu 148(1) fir-rigward ta’ ħlasijiet imħallsin mill-baġit ta’ l- 2008.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 182
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu awtorizzati li jakkwistaw kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjonijiet rigward materji tal-budget fi ħdan l-oqsma tal-kompetenza tagħhom.
Artikolu 183
Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 184
Ta' kull tlett snin, jew kull meta juri li jkun meħtieġ li jsir hekk, dan ir-Regolament għandu jkun is-suġġett ta' reviżjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita bl-Artikolu 279 tat-Trattat KE u bl-Artikolu 183 tat-Trattat Euratom, wara li jsir rikors lejn il-proċedura ta' konċiljazzjoni, jekk il-Parlament Ewropew hekk jitlob.
Artikolu 185
1. ►M1 Il-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta’ regolament finanzjarju għall-korpi mwaqqfin mill-Komunitajiet u li għandhom personalità ġuridika li fil-fatt jirċievu kontribuzzjonijiet imħallsin mill-baġit. ◄ Ir-regoli finanzjarji ta' dawn il-korpi ma jistgħux imorru lil hinn mir-regolament kwardu apparti milli meta l-ħtiġiet speċifiċi operattivi tagħhom hekk jeħtieġu u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.
2. Rilaxx għall-implimentazzjoni tal-budgets tal-korpi riferuti fil-paragrafu 1, għandu jkun mogħti mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.
3. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq il-korpi riferuti fil-paragrafu 1 skond kif hu/hi jagħmel fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.
▼M1 —————
Artikolu 186
Ir-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 huwa b'hekk imħassar.
Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 187
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu japplika mill-1 Jannar 2003.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
imsemmija fl-Artikolu 186
Ir-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 |
Ir-Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002 |
Parti I – Dispożizzjonijiet applikabbli għall-buget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej |
Parti wieħed – Dispożizzjonijiet komuni |
It-Titolu I: Prinċipji ġenerali |
It-Titolu II: Prinċipji tal-budget |
Artikolu 1 1(1) |
Artikolu 4. 4(1) u 4(2) |
Artikolu 1, 1(2) |
Artikolu 6 |
Artikolu 1, 1(3) |
Artikolu 179. 179(2) |
Artikolu 1, 1(4) u 1(5) |
Artikolu 7 |
Artikolu 1, 1(6) |
Imħassar |
Artikolu 1, 1(7) |
Artikolu 77, 77(3) |
Artikolu 2 |
Artikolu 27 u 48, 48(2) |
Artikolu 3 |
Artikolu 28 |
Artikolu 4, 4(1) |
Artikolu 17 |
Artikolu 4, 4(2) |
Artikoli 17 u 18 |
Artikolu 4, 4(3) |
Artikolu 19 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikoli 6 u 8 |
Artikolu 7, 7(1) |
Artikolu 9(1). 9(2), 9(3) u 9(6) |
Artikolu 7, 7(2) |
Artikolu 9(1). 9(2), 9(3), 9(5) u 9(6) |
Artikolu 7, 7(3) |
Imħassar |
Artikolu 7, 7(4) |
Artikolu 10 |
Artikolu 7, 7(5) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 7, 7(6) |
Artikoli 11 u 157 |
Artikolu 7, 7(7) |
Imħassar. Apparti milli għall-Artikolu 156 u 156(3) |
Artikolu 7, 7(8) |
Ikkonsenjat għar-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 7, 7(9) |
Ikkonsenjat għar-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 8. 8(1) |
Artikolu 12 |
Artikolu 8, 8(2) u 8(3) |
Artikoli 150, 150(3) u 178 |
Artikolu 9 |
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
Artikolu 29, 29(2) |
Artikolu 11 |
Artikolu 16 |
Titolu II: Stabbeliment u struttura tal-budget |
Titolu III: Stabbeliment u struttura tal-budget |
Sezzjoni I: Stabbiliment tal-budget |
Kapitolu I: Stabbilimemt tal-budget |
Artikolu 12 |
Artikolu 31 |
Artikolu 13 |
Artikolu 33 |
Artikolu 14 |
Artikolu 34 |
Artikolu 15 apparti milli 15(2) |
Artikolu 37 |
Artikolu 15, 15(2) u 16, 16(2) |
Artikolu 38 |
Artikolu 16, 16(1) |
Artikolu 35 |
Artikolu 17 |
Artikolu 36 |
Artikolu 18 |
Artikolu 39 |
Sezzjoni II: L-istruttura u l-preżentazzjoni tal-budget |
Kapitolu 2: L-istruttura u l-preżentazzjoni tal-budget |
Artikolu 19, 19 |
Artikoli 40 u 41 |
Artikolu 19, 19 |
Artikolu 41 |
Artikolu 19, 19 |
Artikolu 43 |
Artikolu 19, 19 |
Artikolu 44 |
Artikolu 19, 19 |
Imħassar |
Artikolu 19, 19 |
Artikolu 30, 30(1) |
Artikolu 19, 19 |
Artikolu 45 |
Artikolu 20, apparti milli 20 (4) |
Artikolu 46 |
Artikolu 20, 20 (4) |
Artikolu 47 |
Titolu III: L-implimentazzjoni tal-budget |
Titolu IV: L-implimentazzjoni tal-budget |
Sezzjoni I: Dispożizzjonijiet ġenerali |
Kapitolu I: Dispożizzjonijiet ġenerali |
Artikolu 21 |
Artikolu 58 |
Artikolu 22, 22(1) |
Artikoi 48 u 49 |
Artikolu 22, 22(2) |
Artikoli 50, 54(1) u 57(1) |
Artikolu 22, 22(3) |
Imħassar |
Artikolu 22, 22(4) |
Artikoli 51, 52 u 59 |
Artikolu 22, 22(4a) |
Artikolu 56 |
Artikolu 22, 22(5) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 23 |
Artikolu 84 |
Artikolu 24 |
Imħassar |
Artikolu 24a |
Artikoli 85 u 86 |
Artikolu 25 |
Artikolu 61 |
Artikolu 26, 26(1) |
Artikolu 21 |
Artikolu 26, 26(2) u 26(4) |
Artikolu 22 |
Artikolu 26, 26(3) |
Artikolu 23 |
Artikolu 26, 26(5) |
Artikolu 24 |
Artikolu 26, 26(6) u (7) |
Imħassar |
Artikolu 26, 26(8) u (9) |
Artikolu 25 |
Artikolu 26, 26(10) u (11) |
Artikolu 26 |
Artikolu 27, 27(1) |
Artikolu 20, 20(1) |
Artikolu 27, 27(2) u (5) |
Imħassar |
Artikolu 27, 27(2a) |
Artikolu 20, 20(2) |
Artikolu 27, 27(3) |
Imħassar |
Artikolu 27, 27(4) |
Artikolu 20, 20(3) |
Sezzjoni II: L-introjtu tal-budget, amministrazzjoni tal-fondi disponibbli |
Kapitolu 5: Operazzjonijiet ta' l-introjtu |
Artikolu 28, 28(1) |
Artikolu 70, 70(1) |
Artikolu 28, 28(2) |
Artikolu 71. 71(2) |
Artikolu 28, 28(3) |
Artikolu 70, 70(2) |
Artikolu 28a |
Artikolu 74 |
Artikolu 29 |
Artikolu 73 |
Artikolu 30 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 31 |
Artikolu 69 |
Artikolu 32 |
Artikolu 15 |
Artikolu 33 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 34 |
Artikolu 131 |
Artikolu 35 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Sesjoni III: Impenn, validazzjoni, awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqa |
Kapitolu 6: L-operazzjonijiet tan-nefqa |
Artikolu 36 |
Artikoli 77, 77(1) u (2) u 166, 166(2) |
Artikolu 37 |
Imħassar |
Artikolu 38 |
Imħassar |
Artikolu 39 |
Imħassar |
Artikolu 40 |
Artikolu 79 |
Artikolu 41 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 42 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 43 |
Artikolu 80 |
Artikolu 44 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 45 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 46 |
Artikolu |
Artikolu 47 |
Imħassar |
Artikolu 48 |
Imħassar |
Artikolu 49 |
Artikolu 71, 71(4) |
Artikolu 50 |
Imħassar |
Artikolu 51, 51(1) |
Imħassar |
Artikolu 51, 51(2) |
Artikolu 82 |
Artikolu 51, 51(3) |
Imħassar |
Artikolu 52 |
Imħassar |
Artikolu 53 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 54 |
Artikolu 63 |
Sezzjoni IV: L-amministazzjoni tal-postijiet |
|
Artikolu 55 |
Imħassar |
It-Titolu IV: Il-konklużjoni tal-kuntratti, invetorji, żamma tal-kontijiet |
Titolu V: L-akkwist |
Is-Sezzjoni I: Kuntratti għall fornimenti ta' oġġetti u servizzi; kuntratti għax-xiri, l-kera u l-appalt |
|
Artikolu 56 |
Artikolu 105 |
Artikolu 57 |
Imħassar |
Artikolu 58. 58(1) |
Artikoli 88, 89, 89(2) u 91 |
Artikolu 58, 58(2) |
Artikolu 90 |
Artikolu 58, 58(3) |
Artikolu 97, 97(1) |
Artikolu 58, 58(4) |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 59 |
Artikolu 91, 91(2) |
Artikolu 60 |
Artikolu 91, 91(3) |
Artikolu 61 |
Imħassar |
Artikolu 63 |
Artikolu 89, 89(1) |
Artikolu 63 |
Imħassar |
Artikolu 64 |
Imħassar |
Artikolu 64a |
Artikolu 102 |
Sezzjoni II: Inventarji ta' propjetà mobbli u immobbli |
Titolu VII: Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-akkontjar |
Kapitolu 4: Inventarji tal-propjetà |
|
Artikolu 65 |
Artikolu 138, 138(1) |
Artikolu 66 |
Artikolu 138, 138(2) |
Artikolu 67 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 68 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Is-Sezzjoni III: Kontijiet |
Kapitolu 3: L-akkontjar |
Artikolu 69 |
Artikoli 132 u 133 |
Artikolu 70 |
Artikoli 132, 1333 u 137 |
Artikolu 70a |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 71 |
Imħassar |
Artikolu 72 |
Artikoli 132, 132(3) u 136 |
Titolu V: Responsabbilitajiet ta' l-uffiċjali awtorizzanti, tal-kontrolluri finanzjarji, ta' l-uffiċjali tal-kontijiet u ta' l-amministraturi ta' fondi avvanzati |
Titolu IV: Implimentazzjoni tal-budget Kapitolu 4: Ir-responsabiltà ta' l-atturi finanzjarji |
Artikolu 73 |
Artikolu 66 |
Artikolu 74 |
Imħassar |
Artikolu 75, 75(1) |
Artikolu 67 |
Artikolu 75, 75(2) |
Artikolu 68 |
Artikolu 75, 75(3) |
Imhassar |
Artikolu 75, 75(4) |
Imħassar |
Artikolu 75, 75(5) |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 76 |
Artikolu 65. 65(2) |
Artikolu 77 |
Imħassar |
Titolu VI: Il-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet |
Titolu VII: Il-preżentazzjoni tal-kontijiet u ta' l-akkontjar Kapitolu 1: Il-preżentazzjoni tal-kontijiet |
Artikolu 78 |
Artikolu 128 |
Artikolu 79 |
Artikolu 128 |
Artikolu 80 |
Artikoli 122 u 127 |
Artikolu 81 |
Artikoli 126 u 128 |
Artikolu 82 |
Artikoli 128, 128(2) |
Artikolu 83, 83(1) |
Artikolu 140, 149(3) |
Artikolu 83, 83(2) bis (4) |
Artikolu 139 |
Artikolu 84 |
Imħassar |
Artikolu 85 |
Artikolu 140, 140(1) u (2) |
Artikolu 86 |
Artikolu 141 |
Artikolu 87 |
Artikolu 142. 142(1) bis (5) |
Artikolu 88 |
Artikolu 143 |
Artikolu 88a |
Imħassar |
Artikolu 89, 89(1) |
Artikolu 145, 145(1) |
Artikolu 89, 89(2), (3) u (5) |
Artikolu 146 |
Artikolu 89, 89(4) |
Artikolu 145, 145(2) u (3) |
Artikolu 89, 89(6) |
Imħassar |
Artikolu 89, 89(7) u (8) |
Artikolu 147 |
Artikolu 89, 89(9) u (10) |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 90 |
Artikolu 144 |
Titolu VII: Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-approprjazzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku |
Parti Tnejn: Dispożizzjonijiet Speċjali Titolu III: Riċerka |
Artikolu 91 |
Artikolu 160, 160(1) |
Artikolu 92, 92(1) u (2) |
Artikolu 160, 160(1) |
Artikolu 92, 92(3) |
Artikolu 161, 161(1) |
Artikolu 92, 92(4) |
Artikolu 161, 161(3) |
Artikolu 93 |
Imħassar |
Artikolu 94 |
Imħassar |
Artikolu 95 |
Artikolu 161, 161(4) |
Artikolu 96, 96(1) u (4) |
Artikolu 161, 161(2) |
Artikolu 96, 96(2) u (3) |
Imħassar |
Artikolu 97 |
Imħassar |
Titolu VIII: Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Granazija (FAEGG), Sezzjoni tal-Garanzija |
Parti Tnejn: Dispożizzjonijiet speċjali Titolu I: Il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Granazija (FAEGG), Sezzjoni tal-Garanzija |
Artikolu 98 |
Artikolu 148 |
Artikolu 99, 99 |
Artikolu 150, 150(1) u (2) |
Artikolu 99. 99 |
Imħassar |
Artikolu 100 |
Artikolu 151, 151(1) |
Artikolu 101 |
Artikolu 152 |
Artikolu 102 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 103 |
Artikolu 151, 151(2) |
Artikolu 104 |
Artikolu 153 |
Titolu IX: Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal għajnuna estera |
Parti Tnejn: Dispożizzjonijiet Speċjali Titolu IV: Azzjonijiet estermi |
Sezzjoni 1: Dispożizzjonijiet Ġenerali |
Kapitolu 1: Dispożizzjonijiet Ġenerali |
Artikolu 105, 105(1) u (2) |
Artikolu 162 |
Artikolu 105, 105(3) |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 105, 105(4) |
Imħassar |
Artikolu 105, 105(5) |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 106, 106(1) |
Artikolu 166 |
Artikolu 106, 106(2) |
Imħassar |
Artikolu 106, 106(3) |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Sezzjoni II: Implimentazzjoni |
Kapitolu 2: Implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet |
Artikolu 107 |
Imħassar |
Artikolu 108 |
Imħassar |
Artikolu 109 |
Imħassar |
Artikolu 110 |
Imħassar |
Artikolu 111 |
Imħassar |
Sezzjoni III: L-Għoti tal-Kuntratti |
Kapitolu 3: L-akkwist |
Artikolu 112 |
Artikolu 167, 167(1) |
Artikolu 113 |
Artikolu 167, 167(2) |
Artikolu 114 |
Artikolu 168 |
Artikolu 115 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 116 |
Imħassar |
Artikolu 117 |
Imħassar |
Artikolu 118 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 119 |
Imħassar |
Sezzjoni IV: L-Awditjar tal-Kontijiet |
Kapitolu 4: L-Awditjar tal-Kontijiet |
Artikolu 120 |
Artikolu 170 |
Titolu X: Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-amministrazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet li jirrigwardjaw il-persunal li jservu f'uffiċċini u subiffiċċini fil-Komunità u f'delegazzjonijiet il-barra mill-Komunità u għall-amministrazzjoni tagħhom |
Imħassar |
Artikolu 121 |
Imħassar |
Artikolu 122 (Imħassar) |
Imħassar |
Artikolu 123 |
Imħassar |
Titolu XI: Dispożizzjonijiet speċjali dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja minn partijiet terzi u korpi 'l barra mill-attivitajiet tal-Komunità |
Imħassar |
Sezzjoni I: Disposizjonijiet Ġenerali |
|
Artikoli 124 sa 26 |
Artikolu 18(1)(d) |
Sezzjoni II: Dispożizzjonijiet applikabbli għall-parteċipazzjoni li hemm provvediment dwarha permezz tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea |
|
Artikoli 127 sa 132 |
Artikolu 18(1)(d) |
Titolu XIa: Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardjaw is-sanzjonijiet riferuti fis-Sezzjoni 4 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 |
|
Artikolu 132a |
Artikolu 18(1)(b) |
It-Titolu XII: Dispożizzjonijiet speċjali li jirrigwardjaw l-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. |
Titolu V: L-Uffiċċini Ewropej |
Artikolu 133 |
Artikoli 171 sa 175 |
Il-Parti II: Dispożizzjonijiet applikabbli għall-operazzjonijiet ta' self u tislif mill-Komunitajiet Ewropej |
|
Artikolu 134 |
Artikolu 130 |
Artikolu 135 |
Ikkonsenjat lejn ir-regolament previst fl-Artikolu 183 |
Artikolu 136 |
Imħassar |
Artikolu 137 |
L-Artikolu 142. 142(6) |
Il-Parti III: Dispożizzjonijiet transitorji u finali |
Il-Parti tlieta: Dispożizzjonijiet transitorji u finali |
Artikolu 138 |
Artikolu 182 |
Artikolu 139 |
Artikolu 183 |
Artikolu 140 |
Artikolu 184 |
Artikolu 141 |
Artikolu 185 |
Artikolu 142 |
Artikolu 186 |
Artikolu 143 |
Artikolu 187 |
( 1 ) ĠU C 96E, 27.3.2001, p. 1 u ĠU C 103E, 30.4.2002, p. 292.
( 2 ) ĠU C 153 E, tas-27.6.2002, p. 236.
( 3 ) ĠU C 162, tal-5.6.2001, p. 1 u ĠU C 92, tas-17.4.2002, p. 1.
( 4 ) ĠU C 260, tas-17.9.2001, p. 42.
( 5 ) ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 762/2001 (ĠU L 111, ta' l-20.4.2001, p. 1).
( 6 ) ĠU L 161, tas-26.6.1999 p. 1
( 7 ) ĠU L 198, tal-21.7.2001 p. 1
( 8 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
( 9 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 10 ) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1
( 11 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).
( 12 ) ĠU L 209, 11.08.2005, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).
( 13 ) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1).
( 14 ) Regolament (KE) Nru 1290/2005.
( 15 ) Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1).
( 16 ) Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12).
( 17 ) Regolament (KE) Nru 1084/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79).
( 18 ) Regolament (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).
( 19 ) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
( 20 ) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 11.