EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002L0054-20220901

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/54/2022-09-01

02002L0054 — MT — 01.09.2022 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/54/KE

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi

(ĠU L 193 20.7.2002, p. 12)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/61/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003

  L 165

23

3.7.2003

►M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/117/KE tat-22 ta' Diċembru 2004

  L 14

18

18.1.2005

►M3

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/317 tat-3 ta' Marzu 2016

  L 60

72

5.3.2016

►M4

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/971 tas-16 ta’ Ġunju 2021

  L 214

62

17.6.2021




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/54/KE

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi



L-Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-produzzjoni bil-ħsieb ta’ marketing, u għall-marketing żerriegħa tal-pitravi fil-Komunità.

M’għandhiex tapplikaw għal żerriegħa tal-pitravi maħsuba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

L-Artikolu 2

1.  

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) 

“marketing”: għandu jfisser il-bejgħ, żamma bil-ħsieb tal-bejgħ, offertà għall-bejgħ u kull rimi/qerda, provvista jew trasferiment immirati lejn esplojtazzjoni kummerċjali ta’ żerriegħa lejn pajjiżi terzi, sewwa jekk biex tiġi kkunsidrata u sewwa jekk le.

Kummerċ f’żerriegħa mhux immirata għal esplojtazzjoni kummerċjali tal-varjetà, bħal ma huma l-operati li ġejjin, m’għandux jitqies bħala marketing:

— 
il-provvista ta’ żerriegħa għal testjar uffiċjali u korpijiet ta’ spezzjoni,
— 
il-provvista ta’ żerriegħa għal provvedituri ta’ servizzi għal ipproċessar jew pakkeġġjar, basta iżda li l-provveditur ta’ servizzi ma jakkwistax titolu għaż-żerriegħa fornita b’dan il-mod.

Il-provvista ta’ żerriegħa taħt ċerti kondizzjonijiet lil provvedituri ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ ċerti materji primi agrikoli, maħsuba għal għanijiet industrijali, jew propagazzjoni ta’ żerriegħa għal dak il-għan, m’għandhiex titqies iktar bħala bejgħ fis-suq, basta iżda li l-provveditur tas-servizzi ma jakkwistax titolu jew għaż-żerriegħa fornit b’dan il-mod kif ukoll għall-prodott tal-ħsad. Il-fornitur taż-żerriegħa għandu jipprovdi l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni b’kopja tal-partijiet rilevanti tal-kuntratt magħmul mal-provveditur tas-servizzi u din għandha tinkludi l-livelli u l-kondizzjonijiet li jintlaħqu korrentement miż-żerriegħa provvduta.

Il-kondizzjonijiet sabiex tiġi applikata din id-disposizzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 28(2).

(b) 

“pitravi”: tfisser pitravi taz-zokkor u ta’ l-għalf ta’ l-ispeċje Beta vulgaris L.;

(ċ) 

“żerriegħa bażika”: tfisser żerriegħa

(i) 

li ġiet prodotta taħt ir-responsabbiltà ta’ dak li jrabbi skond prattiċi definiti sew għall-manutenzjoni tal-varjetà;

(ii) 

li hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata”;

(iii) 

li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I għal żerriegħa bażika; u

▼M2

(iv) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew, fil-każ tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IB, jew permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali biex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fi (i), (ii) u (iii).

▼B

(d) 

“żerriegħa ċertifikata”: tfisser żerriegħa

(i) 

li hija ta’ dixxendenza diretta minn żerriegħa bażika;

(ii) 

li hija maħsub għall-produzzjoni tal-pitravi;

(iii) 

li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ punt (b) ta’ l-Artikolu 5, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I għal żerriegħa ċertifikata; u

▼M2

(iv) 

li nstabet, permezz ta' eżaminazzjoni uffiċjali jew permezz ta' eżaminazzjoni mwettqa taħt sorveljanza uffiċjali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii).

▼B

(e) 

“żerreigħa monogerm”: tfisser żerriegħa ġenetikament monogerm;

(f) 

“żerriegħa ta’ preċiżjoni”: tfisser żerriegħa disinjata għall-użu fi drills ta’ preċiżjoni li, kif meħtieġ taħt l-Anness I, parti B(3)(b)(bb) u (ċċ), jagħti xtieli mnittba miż-żerriegħa waħdiena;

(g) 

“miżuri uffiċjali”: tfisser miżuri meħuda

(i) 

minn awtoritajiet ta’ l-Istat; jew

(ii) 

minn xi persuna legali kemm jekk irregolata mill-pubbliku u kemm jekk permezz ta’ liġi privata, li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat; jew

(iii) 

fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma wkoll taħt il-kontroll ta’ l-Istat, minn xi persuna naturali marbuta b’ġurament b’mod korrett għal dak il-għan;

basta iżda li l-persuni msemmija taħt (ii) u (iii) ma jieħdu l-ebda qligħ privat minn miżuri bħal dawn.

(h) 

“pakketti żgħar tal-KE”: ifissru pakketti li jikkontjenu ż-żerriegħa ċertifikati li ġejjin:

(i) 

żerriegħa monogerm jew ta’ preċiżjoni: li ma jaqbżux l-100 000 clusters jew qmugħ jew piż nett ta’ 2,5 kg minbarra, fejn xieraq pestiċidi granulati, sustanzi tal-gerbub jew addittivi solidi oħra;

(ii) 

żerriegħa oħra għajr monogerm jew żerriegħa ta’ preċiżjoni: li ma jaqbżux piż nett ta’ 10 kg, minbarra, fejn xieraq, pestiċidi granulati, sustanzi tal-gerbub jew addittivi solidi oħra.

2.  
It-tipi differenti ta’ varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għal ċertifikazzjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu speċifikati u definiti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 28(2).

▼M2

3.  

Meta l-eżaminazzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali msemmija fil-paragrafu (1)(ċ)(iv) u (1)(d)(iv) huma mwettqa, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

A. 

Spezzjoni fuq il-post

(a) 

L-ispetturi, għandhom:

(i) 

ikollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa;

(ii) 

ma jiksbu l-ebda vantaġġ privat konness mat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet;

(iii) 

ikunu mogħtija liċenzja b'mod uffiċjali mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat u din il-liċenzja għandha tinkludi jew il-ġurament ta' l-ispetturi jew il-firma mill-ispetturi ta' stqarrija ta' impenn bil-miktub għar-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali;

(iv) 

jwettqu spezzjonijiet taħt is-sorveljanza uffiċjali skond ir-regoli applikabbli għal spezzjonijiet uffiċjali.

(b) 

L-uċuħ taż-żerriegħa li għandhom jiġu spezzjonati għandhom jitkabbru miż-żerriegħa li ġiet sottomessa għal kontroll uffiċjali ta' wara li r-riżultati tiegħu kienu sodisfaċenti.

(ċ) 

Proporzjon mill-uċuħ taż-żerriegħa għandhom jiġu kkontrollati minn spetturi uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.

(d) 

Proporzjon tal-kampjuni mil-lottijiet ta' żerriegħa maħsuda minn uċuħ taż-żerriegħa għandhom jittieħdu għal kontroll uffiċjali ta' wara u, fejn xieraq għal eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa fil-laboratorju fir-rigward ta' identità ta' varjetà u purità.

(e) 

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pieni jistgħu jinkludu l-irtirar tal-liċenzja prevista fi (a) (iii), minn spetturi li ngħataw liċenzja b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

B. 

Ezaminar taz-zerriegha

(a) 

L-eżaminar taż-żerriegħa għandu jitwettaq minn laboratorji ta' l-eżaminar taż-żerriegħa li ġew awtorizzati għal dak l-għan mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fi (b) sa (d).

(b) 

Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkollu analista inkarigat li għandu responsabbilità diretta għall-operazzjonijiet tekniċi tal-laboratorju u li għandu kwalifiki meħtieġa għal amministrazzjoni teknika ta' laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa.

L-analisti taż-żerriegħa tiegħu għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal analisti uffiċjali taż-żerriegħa u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.

Il-laboratorju għandu jinżamm fi bini u bi tagħmir kkunsidrat b'mod uffiċjali mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa bħala sodisfaċenti għall-fini ta' eżaminar ta' żerriegħa, fil-firxa ta' applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni.

Għandu jwettaq eżaminar taż-żerriegħa bi metodi internazzjonali attwali.

(ċ) 

Il-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun:

(i) 

laboratorju indipendenti,

jew

(ii) 

laboratorju ta' kumpanija taż-żerriegħa.

Fil-każ imsemmi fi (ii), il-laboratorju jista' jwettaq l-eżaminar taż-żerriegħa biss fuq lottijiet ta' żerriegħa prodotti f'isem il-kumpanija ta' żerriegħa li jagħmel parti minnha, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra ma dik il-kumpanija taż-żerriegħa, l-applikant għal ċertifikazzjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(d) 

L-eżekuzzjoni tal-laboratorju għall-eżaminar taż-żerriegħa għandu jkun soġġett għal sorveljanza xierqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(e) 

Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija f'(d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn eżaminar uffiċjali taż-żerriegħa. Dak il-proporzjon għandu jkun fil-prinċipju imxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, u l-ispeċi mdaħħla, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %.

(f) 

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni provduta f'(a), minn laboratorji ta' l-eżaminar taż-żerriegħa awtorizzati b'mod uffiċjali li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberat jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa eżaminata hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

▼B

4.  
Miżuri oħra applikabbli għat-twettieq ta’ eżamijiet taħt sorveljanza uffiċjali jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2).

▼M2 —————

▼B

L-Artikolu 3

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa tal-pitravi ma tistax titqiegħed fis-suq sakemm ma tkunx uffiċjalment ċertifikata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżamijiet uffiċjali ta’ żerriegħa jitwettqu bi qbil ma’ metodi korrenti internazzjonalment, sakemm jeżistu dawn il-metodi.

L-Artikolu 4

Minkejja l-Artikolu 3(1), L-Istati Membri għandhom jipprovdu li

— 
bred seed ta’ ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika, u
— 
żerriegħa kif imkabbra, mibjugħa għal proċessar, basta iżda li l-identità taż-żerriegħa hija żgurata, tista’ titqiegħed fuq is-suq.

L-Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ deroga mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3,

(a) 

jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u l-marketing ta’ żerriegħa bażika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I rigward ġerminazzjoni; għal dan il-għan il-miżuri kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex jiżguraw li l-fornitur jiggarantixxi ġerminazzjoni speċifika li jiddikjara għal għanijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li ġġorr ismu u l-indirizz u n-numru ta’ referenza tal-lott taż-żerriegħa;

(b) 

sabiex iż-żerriegħa ssir rapidament disponibbli, minkejja l-fatt li l-eżami uffiċjali biex tiġi spezzjonata konformità mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I rigward ġerminazzjoni ma ġietx konkluża, tiġi awtorizzata ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u l-marketing sa l-ewwel xerrej permezz ta’ kummerċ ta’ żerriegħa tal-kategoriji “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”. Ċertifikazzjoni għandha tingħata biss fuq presentazzjoni ta’ rapport analitiku proviżorju dwar iż-żerriegħa u basta iżda li l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel reċipjent huma ndikati; il-miżuri meħtieġa kollha għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-fornitur jiggarantixxi l-ġerminazzjoni aċċertata fl-analiżi proviżorja; din il-ġerminazzjoni għandha tiġi ddikjarata għal għanijiet ta’ marketing fuq tikketta speċjali li ġġorr l-isem u l-indirizz tal-fornitur u n-numru ta’ referenza tal-lott.

Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx jgħoddu għal żerriegħa importata minn pajjiżi terzi, minbarra kif provvdut mod ieħor mill-Artikolu 22 rigward moltiplikazzjoni barra mill-Komunità.

L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga provvduta jew fis-subparagrafu (a) jew (b) għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament rigward kontroll.

L-Artikolu 6

1.  

Minkejja l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi fit-territorju tagħhom biex iqegħdu fuq is-suq:

(a) 

kwantitajiet żgħar ta’ żerriegħa għal għanijiet xjentifiċi jew xogħol ta’ għażla;

(b) 

kwantitajiet xierqa ta’ żerriegħa għal għanijiet oħra ta’ test jew prova, basta iżda li jappartjenu għal varjetajiet għal liema applikazzjoni għad-dħul fil-katalgu ġiet sottomessa fl-Istat Membru msemmi.

Fil-każ ta’ materjal modifikat ġenetikament, awtorizzazzjoni bħal din tista’ tingħata biss jekk il-miżuri xierqa kollha ttieħdu biex jevitaw effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent. Għall-istima ta’ riskju ambjentali li trid titwettaq f’dan ir-rigward, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/53/KE għandhom jgħoddu kif mistħoqq.

2.  
L-għanijiet għal liema l-awtorizzazzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1(b) jistgħu jingħataw, id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma l-immarkar ta’ pakketti, u l-kwantitajiet u l-kondizzjonijiet taħt liema l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni bħal din għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2).
3.  
Awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel l-14 ta’ Diċembru 1998 mill-Istati Membri lil produtturi fit-territorju tagħhom għall-għanijiet iddikjarati fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu stabbiliti d-disposizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 2. Wara, l-awtorizzazzjonijiet kollha bħal dawn għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet stabbiliti bi qbil mal-paragrafu 2.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri jistgħu, rigward il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, jimponu ħtiġijiet addizzjonali jew aktar strinġenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ żerriegħa prodotta fit-territorju tagħhom.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deskrizzjoni ta’ komponeneti ġenealoġiċi li jistgħu jinħtieġu tiġi, jekk dak li jrabbi jitlob hekk, trattata bħala kunfidenzjali.

L-Artikolu 9

▼M2

1.  
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, għall-kontroll ta' varjetajiet, u għall-eżaminazzjoni taż-żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni, kampjuni jittieħdu b'mod uffiċjali jew taħt sorveljanza uffiċjali skond il-metodi xierqa. Iżda it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa bil-ħsieb ta' kontrolli skond l-Artikolu 25 għandhom jitwettqu b'mod uffiċjali.

▼M2

1a.  

Meta t-teħid ta' kampjuni taħt sorveljanza uffiċjali previst fil-paragrafu (1) hu mwettaq, għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

(a) 

It-teħid ta' kampjuni għandu jiġi mwettaq minn dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa li ġew awtorizzati għal dak il-għan mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ta' l-Istat Membru kkonċernat taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fi (b), (ċ), u (d).

(b) 

Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandu jkollhom il-kwalifiki tekniċi meħtieġa miksuba f'korsijiet ta' taħriġ organizzati taħt kondizzjonijiet applikabbli għal dawk li jieħdu kampjuni taż-żerriegħa b'mod uffiċjali u kkonfermati minn eżaminazzjonijiet uffiċjali.

Għandhom jwettqu t-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa skond il-metodi internazzjonali attwali.

(ċ) 

Dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandhom ikunu:

(i) 

persuni fiżiċi indipendenti;

(ii) 

persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom ma jinvolvux il-produzzjoni ta' żerriegħa, it-tkabbir ta' żerriegħa, l-ipproċessar ta' żerriegħa jew il-kummerċ ta' żerriegħa;

jew

(iii) 

persuni mpjegati minn persuni fiżiċi jew legali li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu l-produzzjoni ta' żerriegħa, it-tkabbir ta' żerriegħa, l-ipproċessar ta' żerriegħa jew il-kummerċ ta' żerriegħa.

Fil-każ imsemmi fi (iii), dak li jieħu l-kampjuni taż-żerriegħa jista' jwettaq it-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa biss fuq lottijiet taż-żerriegħa prodotti f'isem min jimpjegah, sakemm ma sarx ftehim ta' xorta oħra bejn min jimpjegah, l-applikant għal ċertifikazzjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa.

(d) 

L-eżekuzzjoni ta' dawk li jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa għandha tkun soġġetta għal sorveljanza proprja mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni taż-żerriegħa. Meta t-teħid ta' kampjuni awtomatiku ikun qed jaħdem proċeduri xierqa għandhom jiġu mħarsa u sorveljati b'mod uffiċjali.

(e) 

Għall-finijiet tas-sorveljanza msemmija fi (d) proporzjon tal-lottijiet taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għandu jingħata eżami ta' kontroll minn dawk li jieħdu l-kampjuni ta' żerriegħa b'mod uffiċjali. Dak il-proporzjon għandu ikun fil-prinċipju imxerred indaqs kemm jista' jkun fuq persuni fiżiċi u legali li jdaħħlu żerriegħa għal ċertifikazzjoni, imma jista' jkun orjentat ukoll biex jelimina dubji speċifiċi. Dak il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 5 %. Dan it-teħid ta' kampjuni għall-kontroll ma japplikax għat-teħid ta' kampjuni awtomatiku.

L-Istati Membri għandhom iqabblu l-kampjuni ta' żerriegħa meħuda b'mod uffiċjali ma' dawk ta' l-istess lott taż-żerriegħa meħuda taħt sorveljanza uffiċjali.

(f) 

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jirregolaw l-eżaminazzjoni taħt sorveljanza uffiċjali, adottati skond din id-Direttiva. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Pieni jistgħu jinkludu l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni prevista f'(a), minn dawk li huma awtorizzati b'mod uffiċjali biex jieħdu l-kampjuni taż-żerriegħa li jinsabu ħatja li kisru r-regoli li jirregolaw l-eżaminazzjonijiet uffiċjali b'mod deliberu jew negliġenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe ċertifikazzjoni taż-żerriegħa meħuda bħala kampjun hi mħassra fil-każ ta' tali kontravenzjoni sakemm ma jistax jintwera li tali żerriegħa għada tilħaq il-ħtiġiet rileventi kollha.

1b.  
Miżuri ulterjuri applikabbli għat-twettiq tat-teħid ta' kampjuni taż-żerriegħa taħt sorveljanza uffiċjali jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(2).

▼B

2.  
Għall-eżami ta’ żerriegħa għaċ-ċertifikazzjoni, kampjuni għandhom jitfasslu minn lottijiet omoġenji; il-piż massimu ta’ lott u l-piż minimu ta’ kampjun jingħataw fl-Anness II.

L-Artikolu 10

1.  
L-Istati Membri jeħtieġu li żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata tista’ tinbiegħ biss f’lottijiet omoġenji biżżejjed u f’pakketti siġillati li jġorru, kif preskritt fl-Artikolu 11, 12 jew 13, kif xieraq, sistema ta’ siġillar u ta’ mmarkar.
2.  
L-Istati Membri jistgħu għal bejgħ fis-suq ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali, jipprovdu għal derogazzjonijiet mid-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1 rigward pakkeġġjar, siġillar u mmarkar.

L-Artikolu 11

1.  
L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti ta’ żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata, minbarra fejn żerriegħa tal-kategorija ta’ l-aħħar tieħu l-forma ta’ pakketti tal-KE żgħar, jiġu siġillati uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali b’tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta’ siġillar jew titħalla xiehda ta’ tbagħbis fuq jew it-tikketta uffiċjali provvduta fl-Artikolu 12 jew il-pakkett.

Sabiex jiġi żgurat siġillar, sistema ta’ siġillar għandha tkopri għall-inqas jew it-tikketta uffiċjali jew it-twaħħil ta’ siġill uffiċjali.

Il-miżuri provvduti fit-tieni subparagrafu m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn tintuża sistema ta’ siġillar li ma tintużax mill-ġdid.

Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2), jista’ jiġi stabbilit jekk sistema ta’ siġillar partikolari taderixxix mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

2.  
L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li, minbarra fil-każ ta’ pakketti żgħar tal-KE, pakketti m’għandhomx jiġu siġillati mill-ġdid f’okkażjoni waħda jew aktar sakemm dan isir b’mod uffiċjali jew taħt sorveljanza uffiċjali. Jekk il-pakketti jiġu siġillati mill-ġdid, il-fatt tas-siġillar mill-ġdid, id-data tas-siġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għalhekk għandhom jiġu dikjarati fuq it-tikketta meħtieġa taħt l-Artikolu 12.
3.  
L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti żgħar tal-KE jiġu siġillati b’tali manjiera li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta’ siġillar jew ma titħalla xiehda ta’ tbagħbis tat-tikketta jew pakkett. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2), jista’ jiġi stabbilit jekk sistema ta’ siġill partikolari tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. Pakketti m’għandhomx jiġu siġillati mill-ġdid f’okkażjoni waħda jew aktar minbarra taħt sorveljanza uffiċjali.

L-Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti ta’ żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata, minbarra fejn żerriegħa tal-kategorija ta’ l-aħħar tieħu l-forma ta’ pakketti żgħar tal-KE:

(a) 

jiġu tikkettjati fuq barra b’tikketta uffiċjali li ma ntużatx qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness III, parti A, u li fuqha t-tagħrif jingħata f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għal żerriegħa bażika u blu għal żerriegħa ċertifikata. Meta tintuża tikketta bi string-hole, it-twaħħil tagħha għandha tiġi żgurata b’siġill uffiċjali. Jekk, f’każijiet taħt punt (a) ta’ l-Artikolu 5, iż-żerriegħa bażika ma tissodisfax il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I rigward ġerminazzjoni, dan il-fatt għandu jiġi dikjarat fuq it-tikketta. L-użu ta’ tikketti uffiċjali għandhom jiġu awtorizzati. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2) l-istampar li ma jitħassarx taħt sorveljanza uffiċjali tat-tagħrif preskritt fuq il-pakkett skond il-mudell tat-tikketta jista’ jiġi awtorizzat;

(b) 

jikkontjenu dokument uffiċjali, fl-istess kulur bħat-tikketta, li jagħti għall-inqas it-tagħrif meħtieġ taħt l-Anness III, parti A(I)(3), (5), (6), (11) u (12). Dan id-dokument jista’ jitfassal f’tali manjiera li ma jistax jiġi konfuż mat-tikketta uffiċjali riferita taħt (a). Dan id-dokument mhuwiex meħtieġ jekk it-tagħrif huwa stampat b’mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-disposizzjonijiet taħt (a), tintuża tikketta mwaħħla bil-kolla jew tikketta ta’ materjal li ma jitqattax.

L-Artikolu 13

1.  

L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti żgħar tal-KE:

(a) 

iġorru fuq barra, skond l-Anness III, parti B, tikketta ta’ fornitur, avviż stampat jew timbru f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità; fil-każ ta’ pakketti trasparenti din it-tikketta tista’ titpoġġa ġewwa, basta li tista’ tinqara minn ġol-pakkett; it-tikketta għandha tkun ta’ kulur abjad għal żerriegħa bażika u ta’ kulur blu għal żerriegħa ċertifikata.

(b) 

iġorru fuq barra jew fuq it-tikketta tal-fornitur provvdut f’punt (a) numru tas-serje allokat uffiċjalment; jekk tintuża tikketta li titwaħħal bil-kolla, it-tikketta għandha tkun ta’ kulur abjad għal żerriegħa bażika u ta’ kulur blu għal żerriegħa ċertifikata; il-metodi għat-twaħħil tan-numru tas-serje msemmi jista’ jiġi ffissat bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2).

2.  
L-Istati Membri jistgħu jinħtieġu li tikketta li titwaħħal bil-kolla uffiċjali li tikkontjeni t-tagħrif kollu jew parti minnu preskritt fl-Anness III, parti B, tintuża’ għal immarkar ta’ pakketti żgħar tal-KE ippakkjati fit-territorju tagħhom; sakemm u safejn it-tagħrif jingħata fuq tikketta bħal din, l-immarkar provvdut f’punt (a) ta’ paragrafu 1 m’għandhux jinħtieġ.

L-Artikolu 14

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fuq talba, pakketti żgħar tal-KE ta’ żerriegħa ċertifikata huma siġillati u mmarkati uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali skond l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12.

L-Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fil-każ ta’ pakketti żgħar ta’ żerriegħa, l-identità taż-żerriegħa tista’ tiġi spezzjonata partikolarment fil-ħin ta’ meta l-lottijiet taż-żerriegħa huma mqassma. Għal dan il-għan, jistgħu jinħtieġu li pakketti żgħar imqassma fit-territorju tagħhom jiġu siġillati uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali.

L-Artikolu 16

1.  
Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2), jista’ jiġi provvdut li, f’każijiet oħra għajr dawk diġa’ provvduti f’din id-Direttiva, pakketti ta’ żerriegħa bażika jew ċertifikata ta’ kull kwalità għandhom iġorru tikketta tal-fornitur (li tista’ jew tkun tikketta separata mit-tikketta uffiċjali jew tieħu l-forma ta’ tagħrif tal-fornitur stampata fuq il-pakkett inniffsu). Il-partikolaritajiet li jridu jiġu provvduti fuq tikketta bħal din għandhom jiġu stabbiliti wkoll skond il-proċeduta riferita fl-Artikolu 28(2).
2.  
Il-tikketta riferita fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’tali manjiera li ma tistax tiġi konfuża mat-tikketta uffiċjali riferita fl-Artikolu 12.

L-Artikolu 17

Fil-każ ta’ żerriegħa ta’ varjetà li kienet modifikata ġenetikament, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew le, li hija mwaħħla ma’ jew takkumpanja l-lott taż-żerriegħa, taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandha tindika b’mod ċar li l-varjetà ġiet modifikata ġenetikament.

L-Artikolu 18

L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li kull trattament kimiku ta’ żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata għandu jiġi nnotat jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta tal-fornitur u fuq il-pakkett jew ġo fih.

L-Artikolu 19

Għall-għan ta’ tfittxija ta’ alternattivi aħjar għal ċerti disposizzjonijiet dikjarati f’din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji taħt kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell tal-Komunità skond id-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 28(2).

Fil-qafas ta’ esperimenti bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jiġu rilaxxati minn ċertu obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-kobor ta’ dak ir-rilaxx għandu jiġi definit b’referenza għad-disposizzjonijiet għal liema jgħodd. It-tul ta’ żmien ta’ esperiment m’għandux jaqbeż is-seba’ snin.

L-Artikolu 20

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa li titqiegħed fuq is-suq taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sewwa jekk mandatorji jew diskrezzjonali, mhijiex suġġetta għal restrizzjonijiet ta’ bejgħ fis-suq rigward il-karatteristiċi tagħha, il-ħtiġijiet ta’ eżami, mmarkar u siġillar oħra għajr dawk preskritti f’din id-Direttiva jew f’xi oħra.

L-Artikolu 21

Il-kondizzjonijiet taħt liema bred seed ta’ ġenerazzjonijiet qabel żerriegħa bażika tista’ titqiegħed fuq is-suq taħt l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4 għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

għandha tkun uffiċjalment spezzjonata mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni kompetenti skond id-disposizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ żerriegħa bażika;

(b) 

trid tkun ippakkjata skond din id-Direttiva, u

(ċ) 

il-pakketti jridu jġorru tikketta uffiċjali li tagħti mill-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

— 
awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stat Membru jew l-abbrevjazzjoni distingwibbli tagħhom,
— 
numru ta’ referenza tal-lott,
— 
xahar u sena ta’ meta jsir is-siġillar, jew
— 
xahar u sena ta’ l-aħħar teħid ta’ kampjuni uffiċjali għall-għanijiet ta’ ċertifikazzjoni,
— 
speċi, indikati għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħhom, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tiegħu, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf,
— 
varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani,
— 
id-deskrizzjoni “żerriegħa pre-bażika”,
— 
numru ta’ ġenerazzjonijiet li jiġu qabel iż-żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata”.

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja dijagonali vjola.

L-Artikolu 22

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa tal-pitravi

— 
li ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika uffiċjalment ċertifikata fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li ngħata ekwivalenza taħt l-Artikolu 23(1)(b), u
— 
li ġiet maħsuda fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2002/53/KE, tkun ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’xi Stat Membri jekk dik iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, parti A, għall-kategorija rilevanti u jekk eżami uffiċjali tkun uriet li l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, parti B għall-istess kategorija huma sodisfatti.

Fejn f’każijiet bħal dawn iż-żerriegħa ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, tal-kondizzjonijiet preskritti f’dik il-kategorija huma sodisfatti.

2.  

Żerriegħa tal-pitravi li ġiet maħsuda fil-Komunità u li hija maħsuba għal ċertifikazzjoni skond paragrafu 1 għandha:

— 
tiġi ppakkjata u tikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness IV(A) u (B), skond l-Artikolu 11(1), u
— 
tiġi akkumpanjata minn dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness IV(C).

Id-disposizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu dwar pakkeġġjar u tikkettjar jistgħu jiġu rinunzjati jekk l-awtoritajiet responsabbli għal spezzjoni fuq il-post, dawk li jfasslu d-dokumenti għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa li ma ġewx ċertifikati definittivament u dawk responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni huma l-istess, jew jekk jaqblu fuq l-eżenzjoni.

▼M2

3.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa taċ-ċereali maħsuda fi pajjiż terz għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata b'mod uffiċjali jekk:

(a) 

jekk ġiet prodotta b'mod dirett minn żerriegħa bażika ċertifikata b'mod uffiċjali f''Stat Membru wieħed jew iżjed jew f'pajjiż terz li ġie mogħti ekwivalenza taħt l-Artikolu 23 (1) (b);

(b) 

ġiet sottomessa għal spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'deċiżjoni ekwivalenti mogħtija taħt l-Artikolu 23(1)(a) għall-kategorija relevanti;

(ċ) 

eżaminazzjoni uffiċjali wriet li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, parti B għall-istess kategorija ġew sodisfatti.

▼B

L-Artikolu 23

1.  

Huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jistabbilixxi jekk:

(a) 

fil-każ provvdut fl-Artikolu 22, l-ispezzjonijiet fuq il-post fil-pajjiż terz jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness I, parti A;

▼M2

(b) 

żerriegħa tal-pitravi maħsuda f'pajjiż terz u li għandha l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-karatteristiċi tagħha u l-arranġamenti għall-eżaminazzjoni tagħha, biex tiġi żgurata l-identità, għall-immarkar u għall-kontroll hi f'dawn l-aspetti ekwivalenti għal żerriegħa maħsuda fi ħdan il-Komunità u li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

▼B

2.  
Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll rigward xi Stat Membru ġdid mid-data ta’ l-adeżjoni tiegħu sad-data li fiha se jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 24

1.  
Sabiex jitneħħew xi diffikultajiet temporanji fil-provvista ġenerali ta’ żerriegħa bażika jew ċertifikata li jinstabu fil-Komunità u ma jistgħux jiġu megħluba mod ieħor, jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2) li l-Istati Membri għandhom jippermettu għal perjodu speċifikat, il-bejgħ fis-suq matul il-Komunità f’kwantitajiet meħtieġa biex jiġu risolti d-diffikultajiet ta’ fornitura ta’ żerriegħa ta’ kategorija suġġetta għal restrizzjonijiet inqas strinġenti, jew ta’ żerriegħa ta’ varjetà mhux inkluża fil-“Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli” jew fil-katalgi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.
2.  
Għal kategorija ta’ żerriegħa ta’ xi varjetà msemmija, it-tikketta uffiċjali għandha tkun dik provvduta fil-kategorija korrispondenti; għal żerriegħa ta’ varjetajiet mhux inklużi fil-katalgi msemmija fuq il-kulur tat-tikketta uffiċjali għandu jkun kannella. It-tikketta għandha tiddikjara dejjem li ż-żerriegħa msemmija hija ta’ kategorija li tissodisfa ħtiġijiet inqas strinġenti.
3.  
Regoli sabiex jiġi applikat paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 28(2).

L-Artikolu 25

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li spezzjonijiet uffiċjali jitwettqu rigward il-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa tal-pitravi, għall-inqas permezz ta’ spezzjonijiet magħmula bla ħsieb, biex tiġi verifikata konformità mal-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2.  

Mingħajr preġudizzju għall-moviment ħieles ta’ żerriegħa fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu forniti bil-partikolaritajiet li ġejjin matul il-bejgħ fis-suq ta’ kwantitajiet li jaqbżu ż-żewġ kilogrammi ta’ żerriegħa importata minn pajjiżi terzi:

(a) 

speċje;

(b) 

varjetà;

(ċ) 

kategorija;

(d) 

pajjiż ta’ produzzjoni u awtorità ta’ spezzjoni uffiċjali;

(e) 

pajjiż ta’ dispaċċ;

(f) 

importatur;

(g) 

kwantità ta’ żerriegħa.

Il-manjiera li fiha dawn il-partikolaritajiet iridu jiġu preżentati tista’ tiġi stabbilita bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 28(2).

▼M1

L-Artikolu 26

1.  

Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità għandhom jitwettqu fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni ta’ żerriegħa tal-pitravi mqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk ikunu obbligatorji sew jekk liberi, u meħuda waqt it-teħid ta’ kampjuni. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dan li ġej:

— 
żerriegħa maqlugħa f’pajjiżi barranin,
— 
żerriegħa tajba għall-biedja organika,
— 
żerriegħa mqiegħda fis-suq relatata mal-konservazzjoni fil-post u l-użu sostenibbli ta’riżorsi ġenetiċi tax-xtieli.
2.  
Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ ħruġ ta’ ċertifikati u biex jiċċekkjaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa għandha tkun konformi.
3.  
Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28, għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28(1) dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru t-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom.
4.  
Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet u provi previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.

5.  
It-testijiet u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28.
6.  
It-testijiet u l-provi previsti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.

▼B

L-Artikolu 27

Emendi li jridu jsiru għall-kontenut ta’ l-annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2).

L-Artikolu 28

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija mwaqqfa mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 66/399/KEE ( 1 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

3.  
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

L-Artikolu 29

Din id-Direttiva għandha mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ liġijiet nazzjonali ġustifikati fuq il-bażi ta’ protezzjoni ta’ saħħa u ħajja umana, ta’ l-annimali jew tal-pjanti jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali jew kummerċjali.

L-Artikolu 30

1.  

Kondizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 28(2) biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ta’:

(a) 

kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa trattata kimikament tista’ tinbiegħ;

(b) 

kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa tista’ tinbiegħ fis-suq rigward il-konservazzjoni fuq il-post u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, inklużi taħlitiet ta’ speċi li jinkludu wkoll speċi mniżżla f’lista fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/53/KE, u huma assoċjati ma’ abitati naturali u semi naturali speċifiċi u huma mhedda minn erożjoni ġenetika;

(ċ) 

kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa adattata għal produzzjoni organika tista’ tinbiegħ;

2.  

Il-kondizzjonijiet speċifiċi riferiti fil-paragrafu 1, punt (b) għandhom jinkludu b’mod partikolari il-punti li ġejjin:

(a) 

iż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi għandha tkun ta’ provenjenza magħrufa approvata mill-awtorità xierqa f’kull Stat Membru għall-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa f’żoni definiti;

(b) 

restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa.

▼M2

Artikolu 30 A

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(2), Stat Membru jista', jekk jitlob hekk, ikun rilaxxat b'mod sħiħ jew parzjali mill-obbligu li japplika d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 20, safejn it-tkabbir tal-pitravi u l-marketing taż-żerriegħa tal-pitravi huma ta' importanza ekonomika minima fit-territorju tiegħu.

▼B

L-Artikolu 31

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.

L-Artikolu 32

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni għandha tissottometti evalwazzjoni dettaljata tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni mdaħħla mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/96/KE. Din l-evalwazzjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-effetti possibbli fuq il-kwantità taż-żerriegħa.

L-Artikolu 33

1.  
Id-Direttiva 66/400/KEE kif emendata mid-Direttivi mniżżla f’lista fl-Anness V, parti A, huma hawnhekk mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni tad-Deċiżjonijiet imsemmija mfassla fl-Anness V, parti B.
2.  
Ir-referenzi għad-Direttivi għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness VI.

L-Artikolu 34

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 35

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

KONDIZZJONIJIET GĦAL ĊERTIFIKAZZJONI

A.   Uċuħ tar-raba’’

1.

Il-ħsad ta’ qabel ta’ l-għalqa m’għandhiex tkun inkompatibbli mal-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ Beta vulgaris tal-varjetà ta’ l-uċuħ tar-raba’’, u l-għalqa għandha tkun ħielsa biżżejjed minn pjanti bħal dawn li huma voluntiera minn ħsad li jkun sar qabel.

2.

L-uċuħ tar-raba’’ għandu jkollhom identità suffiċjenti u purità ta’ varjetà.

3.

Il-produttur taż-żerriegħa għandu jissottometti l-moltiplikazzjonijiet kollha ta’ varjetà msemmija ta’ żerriegħa għal eżami mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni.

4.

Fil-każ ta’ żerriegħa ċertifikata tal-kategoriji kollha, għandu jkun hemm għall-inqas spezzjoni waħda ta’ għalqa, jew uffiċjali jew taħt sorveljanza uffiċjali, u fil-każ ta’ żerriegħa bażika għall-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali ta’ għelieqi, waħda ta’ stecklings u waħda ta’ pjanti li jipproduċu ż-żerriegħa.

5.

Il-kondizzjoni kulturali tal-qasam u l-istadju ta’ l-iżvilupp ta’ l-uċuħ tar-raba’’ għandha tkun li tippermetti li jiġu spezzjonati adegwatament identità u purità varjetali.

▼M4

5a.

Fil-każ fejn, wara l-implimentazzjoni tal-punti 2 u 5, xorta jkun hemm dubju fir-rigward tal-identità varjetali taż-żrieragħ, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni tista’ tuża, għall-eżaminazzjoni ta’ dik l-identità, teknika bijokimika jew molekulari rikonoxxuta internazzjonalment u riproduċibbli, f’konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli.

▼B

6.

Id-distanzi minimi minn sorsi viċini ta’ polline għandhom ikunu:



Uċuħ tar-raba'

Distanza minima

1.

Għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika:

 

-  minn xi sorsi ta' polline tan-nisel Beta

1 000 m

2.

Għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċertifikata:

 

(a)  ta' pitravi taz-zokkor:

 

-  minn xi sorsi ta' polline tan-nisel Beta mhux inklużi isfel

1 000 m

-  il-pollinator maħsub jew wieħed mill-pollinators maħsuba li huma diploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor tetraploid

600 m

-  il-pollinatur maħsub li huwa esklussivament tetraploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor diploid

600 m

-  minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor, il-ploidy ta' liema mhuwiex magħruf

600 m

-  il-pollinator maħsub jew wieħed mill-pollinators maħsuba li huma diploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor diploid

300 m

-  il-pollinator maħsub li huwa esklussivament tetraploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi taz-zokkor tetraploid

300 m

-  bejn żewġ għelieqi ta' produzzjoni ta' żerriegħa tal-pitravi taz-zokkor li fihom ma tintużax sterilità maskili

300 m

(b)  ta' pitravi ta' l-għalf:

 

-  minn xi sorsi ta' polline tan-nisel Beta mhux inklużi isfel

1 000 m

-  il-pollinator maħsub jew wieħed mill-pollinators huma diploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf tetraploid

600 m

-  il-pollinator maħsub li huwa esklussivament tetraploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf diploid

600 m

-  minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf, il-ploidy ta' liema mhuwiex magħruf

600 m

-  il-pollinator maħsub jew wieħed mill-pollinators huma diploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf diploid

300 m

-  il-pollinator maħsub li huwa esklussivament tetraploid, minn sorsi ta' polline ta' pitravi ta' l-għalf tetraploid

300 m

-  bejn żewġ għelieqi ta' produzzjoni ta' żerriegħa tal-pitravi ta' l-għalf li fihom ma tintużax sterilità maskili

300 m

Id-distanzi hawn fuq imsemmija jistgħu ma jitqiesux jekk ikun hemm protezzjoni biżżejjed minn xi pollinator barrani mhux mixtieq. L-ebda iżolazzjoni ma hija mixtieqa bejn uċuħ tar-raba’ taż-żerriegħa li qed jużaw l-istess pollinator.

Il-ploidy ta’ kemm il-komponenti li jġorru ż-żerriegħ u kemm dawk li jarmu l-polline ta’ uċuħ tar-raba’ li jipproduċu ż-żerriegħa jridu jiġu stabbiliti b’referenza għall-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli kompilat taħt id-Direttiva 2002/53/KE, jew il-katalgi nazzjonali ta’ varjetajiet stabbiliti taħt dik id-Direttiva. Jekk dan it-tagħrif mhux inkluż għal xi varjetà, il-ploidy għandha titqies bħala mhux magħrufa, u b’hekk tinħtieġ distanza minima ta’ iżolazzjoni ta’ 600 metru.

B.   Iż-żerriegħa

1.

Iż-żerriegħa għandha jkollha identità suffiċjenti u purità ta’ varjetà.

2.

Mard li jnaqqas l-utilità taż-żerriegħa għandhom ikunu fil-livell l-aktar baxx possibbli.

3.

Iż-żerriegħa għandha tissodisfa wkoll il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(b) 



 

Purità analitika minima (% skond l-użin) (1)

Ġerminazzjoni minima (% ta' clusters ta' żerriegħa pura)

Kontenut ta' umdità massima (% skond l-użin) (1)

(aa)  pitravi taz-zokkor

-  żerriegħa monogerm

97

80

15

-  żerriegħa ta' preċiżjoni

97

75

15

-  żerriegħa multigerm ta' varjetajiet b'aktar minn 85 % diploids

97

73

15

-  żerriegħa oħra

97

68

15

(bb)  pitravi ta' l-għalf

-  żerriegħa multigerm ta' varjetajiet b'aktar minn 85 % diploids, żerriegħa monogerm, żerriegħa ta' preċiżjoni

97

73

15

-  żerriegħa oħra

97

68

15

Il-persentaġġ skond l-użin ta' żerriegħa oħra m' għandux jaqbeż 0,3.

(1)   

Minbarra, fejn xieraq, pestiċidi granulati, sustanzi ta gerbub jew addittivi solidi oħra.

(b) 

kondizzjonijiet speċjali għal żerriegħa monogerm u għal żerriegħa ta’ preċiżjoni:

(aa) 

żerreigħa monogerm

għall-inqas 90 % tal-clusters ġerminati għandhom jagħtu xtieli mnibbta miż-żerriegħa waħdiena.
Il-persentaġġ ta’ clusters li jagħtu tliet xtieli li jnibbtu ż-żerriegħa jew aktar m’għandhux jaqbeż ħamsa, kalkolati fuq il-clusters ġerminati;
(bb) 

żerriegħa ta’ preċiżjoni ta’ pitravi taz-zokkor:

Għall-inqas 70 % tal-clusters ġerminati għandhom jagħtu xtieli mnibbta miż-żerriegħa waħdiena. Il-persentaġġ ta’ clusters li jagħtu tliet xtieli li jnibbtu ż-żerriegħa jew aktar m’għandhux jaqbeż l-5 %, kalkolat fuq il-clusters ġerminati;
(cc) 

żerriegħa ta’ preċiżjoni ta’ pitravi ta’ l-għalf:

Fil-każ ta’ varjetajiet b’persentaġġ ta’ diploids li jaqbeż 85, għall-inqas 58 % tal-clusters ġerminati għandhom jagħtu xtieli li jnibbtu ż-żerriegħa waħdiena. Fil-każ taż-żerriegħa l-oħra kollha, għall-inqas 63 % tal-clusters ġerminati għandhom jagħtu xtieli mnibbta miż-żerriegħa waħdiena. Il-persentaġġ ta’ clusters li jagħtu tliet xtieli li jnibbtu ż-żerriegħa jew aktar m’għandhux jaqbeż l-5 %, kalkolat fuq il-clusters ġerminati;
(dd) 

fil-każ ta’ żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa bażika”, il-persentaġġ skond l-użin ta’ materja inerti m’għandhux jaqbeż il-1,0. Fil-każ ta’ żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa ċertifikata”, il-persentaġġ skond l-użin tal-materja inerti m’għandhux jaqbeż il-0,5. Fil-każ ta’ żerriegħa tal-gerbub taż-żewġ kategoriji, is-sodisfazzjon tal-kondizzjonijiet rilevanti għandha tiġi eżaminata fuq kampjuni mfassla, skond l-Artikolu 9(1), minn żerriegħa proċessata li għaddiet minn decortication parzjali (tħakkik jew tħin) imma li għadha ma saritx gerbub, mingħajr preġudizzju għall-eżami uffiċjali tal-purità analitika minima taż-żerriegħa tal-gerbub;

(ċ) 

kondizzjonijiet speċjali oħra:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żerriegħa tal-pitravi ma tistax tiddaħħal f’żoni magħrufa bħala “żoni ħielsa mir-rhizomania” taħt proċeduri xierqa tal-Komunità sakemm il-persentaġġ skond l-użin ta’ materja inerti ma taqbiżx il-0,5.




L-ANNESS II

Użin massimu ta’ lott ta’ żerriegħa: 20 tunnellata metrika

Użin minimu ta’ kampjun: 500 gramma

Il-piż massimu tal-lott m’għandux jinqabeż minn aktar minn 5 %.




L-ANNESS III

IMMARKAR

A.   Tikketta Uffiċjali

I.    Tagħrif meħtieġ

1.

“Regoli u livelli tal-KE”.

2.

Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stat Membru jew l-inizjali tagħhom.

▼M3

2a.

Numru serjali assenjat uffiċjalment.

▼B

3.

Numru ta’ referenza tal-lott.

4.

Xahar u sena ta’ meta jsir is-siġillar espressi hekk: “siġillat… (xahar u sena)” jew

xahar u sena ta’ l-aħħar teħid ta’ kampjuni uffiċjali għall-għanijiet ta’ ċertifikazzjoni espressi hekk: “meħud bħala kampjun… (xahar u sena)”.

5.

Speċje, indikata għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf,

6.

Varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani.

7.

Kategorija.

8.

Pajjiż ta’ produzzjoni.

9.

Użin nett jew gross dikjarat jew numru dikjarat ta’ clusters jew żerriegħa pura.

10.

Fejn l-użin huwa indikat u pestiċidi granulati, sustanzi ta’ gerbub jew addittivi solidi oħra huma wżati, in-natura ta’ l-addittiv u anke l-proporzjon approssimattiv bejn il-piż tal-clusters jew żerriegħa pura u l-użin totali.

11.

Għal żerriegħa monogerm: il-kelma “monogerm”.

12.

Għal żerriegħa ta’ preċiżjoni: “il-kelma preċiżjon i”.

13.

Fejn għall-inqas ġiet ittestjata mill-ġdid il-ġerminazzjoni, il-kliem “ittestjat mill-ġdid… (xahar u sena)” u s-servizz responsabbli għal ittestjar bħal dan jista’ jiġi ndikat. Tagħrif bħal dan jista’ jingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħla mat-tikketta uffiċjali.

II.    Dimensjonijiet minimi

110 × 67 mm.

B.   Tikketta tal-fornitur jew tagħrif fuq il-pakkeġġjar (pakkett żgħir tal-KE)

Tagħrif meħtieġ

1.

“Pakkett żgħir tal-KE”.

2.

Isem u indirizz tal-fornitur responsabbli għal immarkar jew għall-marka ta’ identifikazzjoni tiegħu.

3.

Numru tas-serje assenjat uffiċjalment.

4.

Servizz li huwa assenjat in-numru tas-serje u l-isem ta’ Stat Membru jew l-inizjali tagħhom.

5.

Numru ta’ referenza jekk in-numru tas-serje uffiċjali ma jippermettix li l-lott jiġi identifikat.

6.

Speċi, indikat għall-inqas f’karattri rumani; indikazzjoni jekk hux pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf.

7.

Varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani.

8.

Kategorija

9.

Użin nett jew gross jew numru ta’ clusters jew żerriegħa pura.

10.

Fejn l-użin huwa ndikat u pestiċidi granulati, sustanzi ta’ gerbub jew addittivi solidi oħra huma wżati, in-natura ta’ l-addittiv u anke l-proporzjoni approssimattiv bejn il-piż tal-clusters jew żerriegħa pura u l-użin totali.

11.

Għal żerriegħa monogerm: il-kelma “monogerm”.

12.

Għal żerriegħa ta’ preċiżjoni: il-kelma “preċiżjoni”.




L-ANNESS IV

TIKKETTA U DOKUMENT PROVVDUT FIL-KAŻ TA’ ŻERRIEGĦA MHUX ĊERTIFIKATA FINALMENT, MAĦSUDA FI STAT MEMBRU IEĦOR

A.    Tagħrif meħtieġ għat-tikketta

— 
awtorità responsabbli għal spezzjoni ta’ l-għalqa u Stat Membru jew l-inizjali tagħhom,

▼M3

— 
numru serjali assenjat uffiċjalment,

▼B

— 
speċje, indikata għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hux pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf,
— 
varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani,
— 
kategorija,
— 
għalqa jew numru ta’ referenza tal-lott,
— 
piż nett jew gross dikjarat,
— 
il-kliem “żerriegħa mhux ċertifikata finalment”.

B.    Kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

C.    Tagħrif meħtieġ għad-dokument

— 
l-awtorità li toħroġ id-dokument,

▼M3

— 
numru serjali assenjat uffiċjalment,

▼B

— 
speċje, indikata għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hux pitravi taz-zokkor jew pitravi ta’ l-għalf,
— 
varjetà, indikata għall-inqas f’karattri Rumani,
— 
kategorija,
— 
numru ta’ referenza taż-żerriegħa użata biex tinżergħa l-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew pajjiżi li ċċertifikaw dik iż-żerriegħa,
— 
għalqa jew numru ta’ referenza tal-lott,
— 
erja kkoltivata għall-produzzjoni tal-lott koperta mid-dokument,
— 
kwantità ta’ żerriegħa maħsuda u numru ta’ pakketti,
— 
attestazzjoni li l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-uċuħ tar-raba’ minn liema tiġi ż-żerriegħa twettqu,
— 
fejn xieraq, riżultati ta’ analiżi ta’ żerriegħa preliminari.




L-ANNESS V

PARTI A

DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(riferiti fl-Artikolu 33)



Direttiva 66/400/KEE (ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2290/66)

 

Direttiva tal-Kunsill 69/61/KEE (ĠU L 48, tas-26.2.1969, p. 4)

 

Direttiva tal-Kunsill 71/162/KEE (ĠU L 87, tas-17.4.1971, p. 24)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 72/274/KEE (ĠU L 171, tad-29.7.1972, p. 37)

li tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 66/400/KEE fl-Artikoli 1 u 2

Direttiva tal-Kunsill 72/418/KEE (ĠU L 287, tas-26.12.1972, p. 22)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 73/438/KEE (ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 75/444/KEE (ĠU L 196, tas-26.7.1975, p. 6)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 76/331/KEE (ĠU L 83, tat-30.3.1976, p. 34)

 

Direttiva tal-Kunsill 78/55/KEE (ĠU L 16, ta' l-20.1.1978, p. 23)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 78/692/KEE (ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 13)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kummssjoni 87/120/KEE (ĠU L 49, tat-18.2.1987, p. 39)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kummissjoni 88/95/KEE (ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 42)

 

Direttiva tal-Kunsill 88/332/KEE (ĠU L 151, tas-17.6.1988, p. 82)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE (ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 31)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48)

li tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 66/400/KEE fl-Artikolu 2 u lill-Anness II(I)(1)(a)

Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10)

l-Artikolu 1(1) biss

Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 1)

l-Artikolu 1 u l-Artikolu 9(2) biss

Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 27)

l-Artikolu 1, l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9 biss

PARTI B

DATI TA’ L-GĦELUQ GĦAT-TRASPOŻIZZJONI F’LIĠI NAZZJONALI

(riferiti fl-Artikolu 33)



Direttiva

Data ta' l-għeluq għat-traspożizzjoni

Direttiva 66/400/KEE

1 ta' Lulju 1968 (l-Artikolu 14(1))

1 ta' Lulju 1969 (disposizzjonijiet oħra) (1) (2)

Direttiva 69/61/KEE

1 ta' Lulju 1969 (3)

Direttiva 71/162/KEE

1 ta' Lulju 1970 (l-Artikolu 1(3))

1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 1(1))

1 ta' Lulju 1971 (disposizzjonijiet oħra) (1)

Direttiva 72/274/KEE

1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 1)

1 ta' Jannar 1973 (l-Artikolu 2)

Direttiva 72/418/KEE

1 ta' Lulju 1973

Direttiva 73/438/KEE

1 ta' Lulju 1973 (l-Artikolu 1(1))

1 ta' Jannar 1974 (l-Artikolu 1(2))

Direttiva 75/444/KEE

1 ta' Lulju 1977

Direttiva 76/331/KEE

1 ta' Lulju 1978 (l-Artikolu 1)

1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijiet oħra)

Direttiva 78/55/KEE

1 ta' Lulju 1979

Direttiva 78/692/KEE

1 ta' Lulju 1977 (l-Artikolu 1)

1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijiet oħra)

Direttiva 87/120/KEE

1 ta' Lulju 1988

Direttiva 88/95/KEE

1 ta' Lulju 1988

Direttiva 88/332/KEE

 

Direttiva 88/380/KEE

1 ta' Lulju 1992 (l-Artikolu 1(8))

1 ta' Lulju 1990 (disposizzjonijiet oħra)

Direttiva 90/654/KEE

 

Direttiva 96/72/KE

1 ta' Lulju 1997 (3)

Direttiva 98/95/KE

1 ta' Frar 2000 (Corrigendum, ĠU L 126, ta' l-20.5.1999, p. 23)

Direttiva 98/96/KE

1 ta' Frar 2000

(1)   

Għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, l-1 ta' Lulju 1973 għall-Artikolu 14(1), l-1 ta' Lulju 1974 għad-disposizzjonijiet l-oħra li jikkonċernaw żerriegħa bażika u l-1 ta' Lulju 1976 għad-disposizzjonijiet l-oħra.

(2)   

L-1 ta' Jannar 1986 għall-Greċja, l-1 ta' Marzu 1986 għal Spanja, l-1 ta' Jannar 1991 għall-Portugal, u l-1 ta' Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

(3)   

Il-ħażniet li jibqa' ta' tikketti li jġorru l-abbrevjazzjoni KEE jisgħu jkompu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2001.




L-ANNESS VI



TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Direttiva 66/400/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 18

L-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 1a

L-Artikolu 2(1)(a)

L-Artikolu 2(1)(A)

L-Artikolu 2(1)(b)

L-Artikolu 2(1)(B)(a)

L-Artikolu 2(1)(c)(i)

L-Artikolu 2(1)(B)(b)

L-Artikolu 2(1)(c)(ii)

L-Artikolu 2(1)(B)(c)

L-Artikolu 2(1)(c)(iii)

L-Artikolu 2(1)(B)(d)

L-Artikolu 2(1)(c)(iv)

L-Artikolu 2(1)(C)(a)

L-Artikolu 2(1)(d)(i)

L-Artikolu 2(1)(C)(b)

L-Artikolu 2(1)(d)(ii)

L-Artikolu 2(1)(C)(c)

L-Artikolu 2(1)(d)(iii)

L-Artikolu 2(1)(C)(d)(i)

L-Artikolu 2(1)(d)(iv), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 2(1)(C)(d)(ii)

L-Artikolu 2(1)(d)(iv), it-tieni inċiż

L-Artikolu 2(1)(D)

L-Artikolu 2(1)(e)

L-Artikolu 2(1)(E)

L-Artikolu 2(1)(f)

L-Artikolu 2(1)(F)(a)

L-Artikolu 2(1)(g)(i)

L-Artikolu 2(1)(F)(b)

L-Artikolu 2(1)(g)(ii)

L-Artikolu 2(1)(F)(c)

L-Artikolu 2(1)(g)(iii)

L-Artikolu 2(1)(G), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 2(1)(h)(i)

L-Artikolu 2(1)(G), it-tieni inċiż

L-Artikolu 2(1)(h)(ii)

L-Artikolu 2(1a)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(2)

-

L-Artikolu 2(3)(i)

L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)

L-Artikolu 2(3)(i)(a)

L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)(i)

L-Artikolu 2(3)(i)(b)

L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)(ii)

L-Artikolu 2(3)(i)(c)

L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)(iii)

L-Artikolu 2(3)(i)(d)

L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (a)(iv)

L-Artikolu 2(3)(ii)

L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (b)

L-Artikolu 2(3)(iii)

L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (c)

L-Artikolu 2(3)(iv)

L-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, (d)

L-Artikolu 2(3)(v)

L-Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 2(4)

L-Artikolu 2(4)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3a

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 4a

L-Artikolu 6

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

L-Artikolu 6

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 11a

L-Artikolu 13

L-Artikolu 11b

L-Artikolu 14

L-Artikolu 11c

L-Artikolu 15

L-Artikolu 12

L-Artikolu 16

L-Artikolu 12a

L-Artikolu 17

L-Artikolu 13

L-Artikolu 18

L-Artikolu 13a

L-Artikolu 19

L-Artikolu 14(1)

L-Artikolu 20

-

-

L-Artikolu 14a

L-Artikolu 21

L-Artikolu 15

L-Artikolu 22

L-Artikolu 16(1)

L-Artikolu 23(1)

L-Artikolu 16(2)

-

L-Artikolu 16(3)

L-Artikolu 23(2)

L-Artikolu 16(4)

-

L-Artikolu 17

L-Artikolu 24

L-Artikolu 19

L-Artikolu 25

L-Artikolu 20

L-Artikolu 26

L-Artikolu 21a

L-Artikolu 27

L-Artikolu 21

L-Artikolu 28

L-Artikolu 22

L-Artikolu 29

L-Artikolu 22(1)

L-Artikolu 30(1)

L-Artikolu 22(2)(i)

L-Artikolu 30(2)(a)

L-Artikolu 22(2)(ii)

L-Artikolu 30(2)(b)

-

L-Artikolu 31 (1)

-

L-Artikolu 32 (2)

-

L-Artikolu 33

-

L-Artikolu 34

-

L-Artikolu 35

L-ANNESS I, parti A, punt (01)

L-ANNESS I, parti A, punt (1)

L-ANNESS I, parti A, punt (1)

L-ANNESS I, parti A, punt (2)

L-ANNESS I, parti A, punt (2)

L-ANNESS I, parti A, punt (3)

L-ANNESS I, parti A, punt (3)

L-ANNESS I, parti A, punt (4)

L-ANNESS I, parti A, punt (4)

L-ANNESS I, parti A, punt (5)

L-ANNESS I, parti A, punt (5)

L-ANNESS I, parti A, punt (6)

L-ANNESS I, parti B, punt (1)

L-ANNESS I, parti B, punt (1)

L-ANNESS I, parti B, punt (2)

L-ANNESS I, parti B, punt (2)

L-ANNESS I, part B, punt (3)(a)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(a)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(aa)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(aa)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(aa)(a)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(bb)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(bb)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(cc)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(cc)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(b)(dd)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(c)

L-ANNESS I, parti B, punt (3)(c)

L-ANNESS II

L-ANNESS II

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(1)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(1)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(2)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(2)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(3)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(3)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(3a)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(4)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(4)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(5)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(5)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(6)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(6)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(7)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(7)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(8)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(8)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(9)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(9)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(10)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(10)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(11)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(11)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(12)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(12)

L-ANNESS III, parti A, punt (I)(13)

L-ANNESS III, parti A, punt (II)

L-ANNESS III, parti A, punt (II)

L-ANNESS III, parti B

L-ANNESS III, parti B

L-ANNESS IV

L-ANNESS IV

-

L-ANNESS V

-

L-ANNESS VI

(1)   

98/95/KE, l-Artikolu 9(2) u 98/96/KE, l-Artikolu 8(2).

(2)   

98/96/KE, l-Artikolu 9.



( 1 ) ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2289/66.

Top