EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001R0539-20140109

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal- 15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/539/2014-01-09

2001R0539 — MT — 09.01.2014 — 009.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILLL (KE) Nru 539/2001

tal-15 ta' Marzu 2001

li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa

▼B

(ĠU L 081, 21.3.2001, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2414/2001 tas-7 ta' Diċembru 2001

  L 327

1

12.12.2001

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 453/2003 tas-6 ta' Marzu 2003

  L 69

10

13.3.2003

 M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 851/2005 tat-2 ta' Ġunju 2005

  L 164M

99

16.6.2006

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006

  L 405

23

30.12.2006

►M6

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009

  L 336

1

18.12.2009

►M7

REGOLAMENT (UE) Nru 1091/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta' Novembru 2010

  L 329

1

14.12.2010

►M8

REGOLAMENT (UE) Nru 1211/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Diċembru 2010

  L 339

6

22.12.2010

►M9

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M10

REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013

  L 182

1

29.6.2013

►M11

REGOLAMENT (UE) Nru 1289/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2013

  L 347

74

20.12.2013


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 029, 3.2.2007, p. 10  (1932/2006)

►C2

Rettifika, ĠU L 194, 26.7.2011, p. 39  (539/2001)




▼B

▼C2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILLL (KE) Nru 539/2001

tal-15 ta' Marzu 2001

li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa

▼B



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 62, il-punt (2)(b)(i) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi:

(1)

Permezz ta' l-Artikolu 62, il-punt (2)(b) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jadotta regoli li jirrigwardjaw il-viżi għall-soġġorni ntiżi ta' aktar minn tlett xhur, u f'dak il-kuntest huwa meħtieġ li tkun determinata l-lista ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. L-Artikolu 61 jelenka dawk il-listi fost il-miżuri laterali li huma direttament marnuta mal-moviment ħieles ta' persuni ġewwa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizjs.

(2)

Dan ir-Regolament isegwi mill-acquis Schengen bi qbil mal-Protokoll li jintegraħ fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, minn hawn il-quddiem referuta bħala il-“Protokoll Schengen”, Dan ma jaffetwax l-obbligi tal-Istati Membri li jiriżultaw mill-acquis kif definit fl-Anness A tad-Deċiżjoni 1999/435/KE ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-acquis Schengen għall-iskop tad-determinazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea u tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ( 3 ).

(3)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi aktar żvilupp ta' dawk id-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom koperazzjoni aktar mill-qrib kienet ġiet awtorizzata permezz tal-Protokoll Schengen u jidħol fil-qasam referut fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika ta' l-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis Schengen ( 4 ).

(4)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat ta' l-Unjonu Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit m'humiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Konsegwentament u mingħajr preġudizzju ta' l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi qabel, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplkaw la għall-Irlanda u anqas għar-Renju Unit.

(5)

Id-determinazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, u dawk eżentati minnha, hija rregolata minn kriterja meqjusa, bl-assessjar tal-każ b'każ tal-varjetà tal-kriterja li tirrigwardja, inter alia, l-immigrazzjoni illegali, l-istrateġija u s-sigurtà publika, u tar-relazzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea ma pajjiżi terzi, konsiderazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija għall-implikazzjonijiet ta' l-għaqda u r-reċipriċità. Id-dispożizzjoni għandha għalhekk għall-mekkaniżmu tal-Komunità li jiffaċilita dan il-prinċipju ta' reċiproċità li għandu jkun implementat jekk wieħed mill-pajjiżi terzi inklużi fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jiddieċedi li jagħmel liċ-ċittadini ta' wieħed jew aktar Stati Membri li jkunu suġġetti għall-obbligu tal-viża.

(6)

Minħabba li l-Ftehin dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeżenta ċ-ċittadini ta' l-Islanda, Liechtenstein u tan-Norveġja mill-ħtieġa tal-viża, dawk il-pajjiżi ma humhiex inklużi fil-lista ta' l-Anness II tiegħu.

(7)

F'dak li jirrigwardja persuni mingħajr stat u r-refuġjati rikonoxxuti, mingħajr preġudizzju għall-obbligi permezz tal-ftehim internazzjonali iffermati mill-Istati Membri u partikolarment il-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għar-Refuġjatim iffermat fi Strasbourg fl-20 ta' April 1959, id-deċiżjoni rigward il-ħtieġa jew l-eżenzjoni tal-viża għandha tkun ibbażata fuq il-pajjiż terz li fih dawk il-persuni jabitaw u li jkunu ħarġu d-dokumenti tal-ivjaġġar. B'dana kollu, meqjusa d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni mingħajr stat u għal refuġjuti rikonoxxuti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-kategoriji ta' persuni għandhom ikunu suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, meta l-pajjiż terz li fih dawn il-persuni jkunu abitanti u li joħroġ id-dokumenti għall-ivvjaġġar tagħhom ikun pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża.

(8)

F'każi speċifiċi meta r-regoli speċjali tal-viża huma ġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta' persuni mill-ħtieġa tal-viża jew li jimponuha fuqhom bi qbil mal-liġi jew il-konswetudini internazzjonali pubblika.

(9)

Bil-għan li jkun assigurat li s-sistema tkun amministrata mingħajr ħabi u li l-persuni ikkonċernati jkunu nfurmati, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn l-Istati Membri u lejn il-Kummissjoni il-miżuri li għandhom jittieħdu bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Għall-istess raġunijiet, l-informazzjoni għandha wkoll tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(10)

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew li l-ħruġ tal-viżi ma jkunux jaffettwaw ir-regoli li bħal issa jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

(11)

B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità mistqarr fl-Artikolu 5 tat-Trattat, li jiddigrieta Regolament li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom pussess ta' viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa, huwa kemm meħtieġ u mezz xieraq li jassigura li r-regoli komuni tal-viża ikunu operati b'effiċċjenza.

▼M1

(12)

Dan ir-Regolament jipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa rigward il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma bla ħsara għall-ħtieġa tal-viża meta jaqsmu l-limiti ta' barra ta' l-Istati Membri u li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa.

▼B

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fil-lista ta' l-Anness I għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

▼C1

Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li joħorġu mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) għandhom ikun meħtieġa li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri jekk il-pajjiż terz li fih huma residenti u li ħarġilhom id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom huwa pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

▼B

 

Ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-lista fl-Anness II għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa dikjarata fil-paragrafu1 għal soġġorni ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

 ◄

▼M5

Dawn li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-viża:

 iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma deternturi ta’ karta tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1936/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar it-Traffiku tal-Fruntieri Lokali fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen ( 5 ) meta dawn id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-Traffiku tal-Fruntieri Lokali;

 tfal ta’ l-iskola li huma ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I u li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu K.3.2.b tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea rigward faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar għal tfal ta' l-iskola minn pajjiżi terzi li joqogħdu fi Stat Membru ( 6 ) u jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membri ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

 refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.

▼B

3.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi fil-listi ta' l-Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2u sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti tat-Trattat.

▼M11

4.  Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II japplika ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ għall-anqas Stat Membru wieħed, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) fi żmien 30 jum mill-implimentazzjoni mill-pajjiż terz tal-ħtieġa tal-viża jew, f’każijiet fejn jinżamm il-ħtieġa tal-viża eżistenti fi 9 ta' Jannar 2014, fi żmien 30 jum minn dik id-data, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika b'dan lill-Parlamet Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub.

Dik in-notifika:

(i) għandha tispeċifika d-data ta’ implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati;

(ii) għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li l-Istat Membru kkonċernat ħa bil-ħsieb li jiżgura l-ivvjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat u għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha.

L-informazzjoni dwar dik in-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-informazzjoni dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati.

Jekk il-pajjiż terz jiddeċiedi li jneħħi l-ħtieġa tal-viża qabel l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, in-notifika m'għandhiex issir jew inkella għandha titneħħa u l-informazzjoni m'għandhiex tiġi ppubblikata;

(b) il-Kummissjoni għandha, immedjatament wara d-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tieħu passi mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz kkonċernat, b'mod partikolari fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u kummerċjali, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid jew introdott l-ivvjaġġar mingħajr viża u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien b'dawk il-passi;

(c) jekk fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u minkejja l-passi kollha meħudin skont il-punt (b), il-pajjiż terz ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, l-Istat) Membrukkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tissospendi l-eżenzjoni mil-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. Meta Stat Membru jagħmel tali talba, huwa għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha;

(d) Il-Kummissjoni għandha, meta tqis passi ulterjuri skont il-punt (e), (f) jew (h), tieħu kont tal-eżitu tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jiġi żgurat vjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat, il-passi meħudin skont il-punt (b) u l-konsegwenzi tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat;

(e) jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u sussegwentement f'intervalli li ma jaqbżux sitt xhur f'perijodu totali li ma jistax jestendi lil hinn mid-data li fiha l-att iddelegat imsemmi fil-punt (f) jidħol fis-seħħ jew jiġi oġġezzjonat:

(i) tadotta, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva tagħha stess, att ta' implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiddetermina data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha ssir b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni sussegwenti, il-Kummissjoni tista' testendi l-perijodu ta' dik is-sospensjoni b'aktar perijodi ta' mhux aktar minn sitt xhur u tista' timmodifika l-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għalihom l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2). Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4, matul il-perijodi ta' sospensjoni l-kategoriji kollha ta' ċittadini tal-pajjiż terz imsemmi fl–att ta' implimentazzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri; jew

(ii) tippreżenta lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 4a(1) rapport li jevalwa s-sitwazzjoni u li jsemmi r-raġunijiet għaliex hija ddeċidiet li ma tissospendix l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

F'dak ir-rapport għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, bħal dawk imsemmijin fil-punt (d). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jista' jkollhom diskussjoni politika abbażi ta' dak ir-rapport;

(f) Jekk fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 4b li jissospendi l-applikazzjoni tal-Anness II għal perijodu ta' 12-il xahar għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. L-att iddelegat għandu jiddetermina data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Anness II għandha ssir b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri u għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ. Dik l-emenda għandha ssir billi ħdejn l-isem tal-pajjiż terz ikkonċernat tiddaħħal nota f'qiegħ il-paġna li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża rigward dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perijodu ta' dik is-sospensjoni.

Mid-data meta s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Anness II għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat tidħol fis-seħħ jew meta oġġezzjoni għall-att iddelegat tiġi espressa skont l-Artikolu 4b(5), kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottat skont il-punt (e) fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandu jiskadi.

Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġislattiva kif imsemmi fil-punt (h), il-perijodu ta' sospensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għandu jiġi estiż b'sitt xhur. In-nota ta' qiegħ il-paġna li hemm referenza għaliha f'dak is-subparagrafu għandha tiġi emendata kif xieraq.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4, matul il-perijodi ta' dik is-sospensjoni ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-att iddelegat għandhom ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri;

(g) kwalunkwe notifika sussegwenti magħmula minn Stat Membru ieħor skont il-punt (a) dwar l-istess pajjiż terz matul il-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri adottati skont il-punt (e) jew (f) fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandha tiġi amalgamata fil-proċeduri li għaddejjin mingħajr ma jittawlu l-iskadenzi jew il-perijodi stipulati f'dawk il-punti;

(h) jekk fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat imsemmi fil-punt (f), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz tiġi trasferita mill-Anness II għall-Anness I;

(i) il-proċeduri msemmijin fil-punti (e), (f) u (h) m'għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Kummissjoni li tippreżenta fi kwalunkwe ħin proposta leġislattiva li temenda dan ir-Regolament sabiex tiġi trasferita r-referenza għall-pajjiż terz mill-Anness II għall-Anness I;

(j) fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat għandu minnufih jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan. In-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Kwalunkwe att ta' implimentazzjoni jew iddelegat adottat skont il-punt (e) jew (f) dwar il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun introduċa ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' żewġ Stati Membri jew aktar, l-att ta' implimentazzjoni jew iddelegat li jikkonċerna lil dak il-pajjiż terz għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tan-notifika dwar l-aħħar Stat Membru kkonċernat li ċ-ċittadini tiegħu kienu soġġetti għall-ħtieġa tal-viża minn dak il-pajjiż terz. In-nota ta' qiegħ il-paġna msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt (f) għandha titħassar meta jiskadi l-att iddelegat ikkonċernat. L-informazzjoni dwar dik l-iskadenza għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża mingħajr ma l-Istat Membru kkonċernat jinnotifikah skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, il-Kummissjoni għandha fuq inizjattiva tagħha stess tipproċedi mingħajr dewmien bil-pubblikazzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u t-tieni subparagrafu ta' dan il-punt għandu japplika.

▼M11 —————

▼M11

Artikolu 1a

1.  B'deroga mill-Artikolu 1(2), l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II, għandha tiġi sospiża temporanjament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, bħala l-aħħar alternattiva, skont dan l-Artikolu.

2.  Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jiġi kkonfrontat, fuq perijodu ta' sitt xhur, meta mqabbel mal-istess perijodu fis-sena preċedenti jew mal-aħħar sitt xhur qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II, b'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanza li ġejja li jwasslu għal sitwazzjoni ta' emerġenza li hu ma jkunx jista' jirremedja waħdu, jiġifieri żieda sostanzjali u f'daqqa fl-għadd ta':

(a) ċittadini ta' dak il-pajjiż terz li jinsabu li jkunu qed joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru mingħajr id-dritt għal dan,

(b) applikazzjonijiet għal asil miċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz li għalih ir-rata ta' rikonoxximent hija baxxa, meta żieda bħal din qiegħda twassal għal pressjonijiet speċifiċi fuq is-sistema tal-asil tal-Istat Membru;

(c) applikazzjonijiet għar-riammissjoni rrifjutati, sottomessi mill-Istat Membru lil dak il-pajjiż terz għaċ-ċittadini tiegħu stess.

Il-paragun mal-perijodu ta' sitt xhur qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun applikabbli biss matul perijodu ta' seba' snin mid-data tal-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' dak il-pajjiż terz.

In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssemmi r-raġunijiet li fuqha hija bbażata u għandha tinkludi data u statistika rilevanti kif ukoll spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li jkun ħa l-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jirrimedja s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar tali notifika.

3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 2, b'kont meħud ta':

(a) jekk xi waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil- paragrafu 2 tkunx preżenti;

(b) l-għadd ta' Stati Membri affettwati minn xi waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2;

(c) l-impatt globali taż-żidiet imsemmijin fil-paragrafu 2 fuq is-sitwazzjoni migratorja fl-Unjoni kif tkun tidher mid-data pprovduta mill-Istati Membri;

(d) ir-rapporti mħejjija mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan fil-każ speċifiku nnotifikat;

(e) il-kwistjoni ġenerali tal-ordni pubbliku u s-sigurtà interna, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-eżami tagħha.

4.  Meta l-Kummissjoni, abbażi ta l-eżami msemmi fil-paragrafu 3, u b'kont meħud tal-konsegwenzi ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat, filwaqt li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dak il-pajjiż terz biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi fit-tul, tiddeċiedi li hija meħtieġa azzjoni, hija għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, tadotta att ta' implimentazzjoni li temporanjament jissospendi l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' sitt xhur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2). L-att ta' implimentazzjoni għandu jiddetermina d-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ is-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4, matul il-perijodi ta' dik is-sospensjoni ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-att ta' implimentazzjoni għandhom ikunu obbligati li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

5.  Qabel tmiem il-perijodu ta’ validità tal-att ta' implimetazzjoni adottat skont il-paragrafu 4, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva għall-emendar ta' dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat tiġi trasferita mill-Anness II għall-Anness I.

6.  Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġislattiva skont il-paragrafu 5, hi tista’ testendi l-validità tal-att ta' implimetazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 b'perijodu li ma jaqbiżx 12-il xahar. Id-deċiżjoni biex tiġi estiża l-validità tal-att ta' implimetazzjoni għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2).

Artikolu 1b

Sa 10 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità previst fl-Artikolu 1(4) u l-mekkaniżmu ta' sospensjoni previst fl-Artikolu 1a u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposta leġislattiva għall-emendar ta' dan ir-Regolament.Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu fuq tali proposta permezz tal-proċedura leġislattiva ordinarja.

▼M10

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” tfisser viża kif definita fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi tal-Viżi) ( 7 ).

▼M5 —————

▼B

Artikolu 4

▼M11

1.  Stat Membru jista’ jipprevedi eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża previst mill-Artikolu 1(1) jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif previst mill-Artikolu 1(2), f'dak li jirrigwarda:

(a) id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' passaporti ta’ servizz/passaporti uffiċjali jew ta' passaporti speċjali;

(b) il-membri tal-ekwipaġġ ta’ titjiriet ċivili u tat-tbaħħir fit-twettiq ta' dmirijiethom;

(c) il-membri tal-ekwipaġġ tat-tbaħħir ċivili, meta jmorru fuq l-art, li jkollhom dokument ta' identità ta’ baħħara maħruġ skont il-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 108 tat-13 ta' Mejju 1958 jew Nru 185 tas-16 ta' Ġunju 2003 jew il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali tad-9 ta' April 1965;

(d) l-ekwipaġġ u l-membri tal-missjonijiet ta' emerġenza jew ta' riskju fil-każ ta' diżastru jew inċident;

(e) l-ekwipaġġ ċivili ta' vapuri li jbaħħru f'ibħra interni internazzjonali;

(f) id-detenturi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġin minn organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali li tagħhom huwa membru għall-anqas Stat Membru wieħed jew minn entitajiet oħra rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala suġġetti tad-dritt internazzjonali, għall- uffiċjali ta' dawk l-organizzazzjonijiet jew entitajiet.

▼M5

2.  Stat Membru jista’ jeżenta mill-ħtieġa tal-viża:

(a) tifel/tifla ta’ l-iskola li jkollu/ha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I li hu/hi residenti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Iżvizzera u Liechtenstein u li jkun/tkun qed j/tivvjaġġa fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membru ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

(b) refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;

(ċ) membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi u detenturi ta’ ordnijiet ta’ identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim tad-19 ta’ Ġunju 1951 bejn il-Partijiet ta' l-Organizzazzjoni tat-Trattat tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku dwar l-istatus tal-forzi tagħhom;

▼M11

(d) mingħajr preġudizzju għa-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat u persuni oħra li m'għandhom ċittadinanza tal-ebda pajjiż li jirrisjedu fir-Renju Unit jew fl-Irlanda u li huma detenturi ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ mir-Renju Unit jew l-Irlanda, li huwa rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat.

▼B

3.  Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(2) f'dak li jirrigwardja l-persuni li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn tagħhom.

▼M11

Artikolu 4a

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta l-Kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu jkun applikabbli t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 4b

1.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(4) għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn 9 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

5.  Att iddelegat adottat skont il-punt (f) tal-Artikolu 1(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ erba' xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 5

1.  Fi żmien 10 t'ijiem utili mid-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bill-miżuri meħuda bis-saħħa ta' l-Artikoli 3, it-tieni nċiż u l-Artikolu 4. Aktar tibdiliet għal dawk il-miżuri għandhom l-istess ikunu ikkommunikati fi żmien ħamest ijiet utili.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika il-miżuri ikkommunikati bis-saħħa tal-paragrafu 1 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal skopijiet ta' l-informazzjoni.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti ta' l-ivjaġġar u ta' l-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

Artikolu 7

1.  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/1999 ( 9 ) għandu jkun mibdul b'dan ir-Regolament.

2.  Il-verżjonijiet finali tal-Istruzzjoni Konsulari Komuni (CCI) u tal-Manwal Komuni (CM), hekk kif jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tat-28 ta' April 1999 (SCH/Com-ex(99) 13) għandhom ikunu emendati kif ġej:

1. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:

“Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001”

;

2. il-lista fl-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

3. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:

“Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001”

;

4. il-lista fl-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

5. il-parti III ta' l-Anness 1 tal-CCI u l-parti III ta' l-Anness 5 tal-CM għandha tkun imħassra.

3.  Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tal-15 ta' Diċembru 1997 (SCH/Com-ex(97)32) I tas-16 ta' Diċembru 1998 (SCH/Com-ex(98)53, rev.2) għandhom ikunu mħassra.

▼M1

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

▼B

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.




L-ANNESS I

Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1 ( 10 )

1. STATI

L-Afganistan

▼M7 —————

▼B

L-Alġerija

L-Angola

▼M5 —————

▼B

L-Armenja

L-Ażerbajġann

▼M5 —————

▼B

Il-Baħrejn

Il-Bangladexx

▼M5 —————

▼B

Il-Belarus

IL-Beliż

Il-Benin

Il-Butan

▼M5

Il-Bolivja

▼M7 —————

▼B

Il-Botswana

Il-Burkina Faso

Il-Burma/Mjanmar

Il-Burundi

Il-Kambodja

Il-Kamerun

Il-Kap Verde

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

Iċ-Ċadd

Iċ-Ċina

Il-Kolumbja

Il-Kongo

Il-Côte d'Ivoire

Il-Kuba

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Id-Dġjibuti

Domenika

Ir-Repubblika Domenikana

L-Eġittu

▼M2

L-Ekwador

▼M5

It-Timor-Leste

▼B

Il-Gwinea Ekwatorjali

L-Eritrea

L-Etjopja

Il-Fiġi

▼M6 —————

▼B

Il-Gabon

Gambja

Il-Ġeorġja

Il-Gana

Il-Grenada

Il-Gwinea

Gwinea-Bissau

Il-Gujana

Haïti

L-Indja

L-Indoneżja

L-Iran

L-Iraq

Il-Ġamajka

Il-Ġordan

Il-Każakstan

Il-Kenja

Kiribati

Il-Kuwajt

IL-Kriġiżstan

Il-Laos

Il-Lebanon

Il-Lesoto

Il-Liberja

Il-Libja

Il-Madagaskar

Il-Malawi

Il-Maldivi

Il-Mali

Il-Gżejjer Marshall

Il-Mawritanja

▼M5 —————

▼B

Il-Mikroneżja

Il-Moldovja

Il-Mongolja

▼M6 —————

▼B

Il-Marokk

Il-Możambik

In-Namibja

In-Nauru

In-Nepal

In-Niġer

In-Niġerja

Il-Korea ta' fuq

▼M8 —————

▼B

L-Oman

Il-Pakistan

Il-Palaw

Il-Papwa l-Gwinea l-Ġdida

Il-Peru

Il-Filippini

Il-Qatar

Ir-Russja

Ir-Rwanda

▼M5 —————

▼B

Santa Luċija

Saint Vincent u l-Grenadine

São Tomé és Príncipe

L-Arabja Sawdita

Is-Senegal

▼M5 —————

▼M6 —————

▼B

Sierra Leone

Il-Gżejjer Solomon

Is-Somalja

L-Afrika t'Isfel

Is-Sri Lanka

Is-Sudan

Is-Surinam

Sważilandja

Is-Sirja

It-Taġikistan

It-Tanżanija

It-Tajlandja

Il-Komoros

It-Togo

It-Tonga

Trinidad u Tobago

It-Tunisja

It-Turkija

It-Turkmenistan

It-Tuvalu

L-Uganda

L-Ukrajna

L-Emitari Arab Magħquda

L-Użbekistan

Il-Vanwatu

Il-Vjetnam

▼M5

Samoa

▼B

Il-Jemen

Iż-Żambja

Iż-Żimbabwe

2. L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX TIKONOXXUTI BĦALA STATI B'MILL ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED

▼M2 —————

▼B

L-Awtorità Palestinjana

▼M8 —————

▼M6

il-Kosovo kif definita mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999

▼M5

3. ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:

Ċittadini ta' Territorji Brittaniċi Overseas li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit

Ċittadini Britanniċi Overseas

Suġġetti Brittaniċi li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit

Persuni Britanniċi Protetti

▼B




L-ANNESS II

Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1(2)

1. STATI

▼M7

L-Albanija ( 11 )

▼B

L-Andorra

▼M5

Antigwa u Barbuda ( 12 )

▼B

L-Arġentina

L-Awstralja

▼M5

Baħamas (12) 

Barbados (12) 

▼M5 —————

▼M7

Bosnja-Ħerzegovina (12) 

▼B

Il-Brażil

▼M5

Brunei Daussalam

▼M4 —————

▼B

Il-Kanada

Iċ-Ċili

Il-Kosta Rika

▼M9 —————

▼A1

▼M6

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ( 13 )

▼M2 —————

▼A1

▼B

Il-Gwatemala

Is-Santa Sede

Il-Ħonduras

▼A1

▼B

L-Iżrael

Il-Ġappun

▼A1

▼B

Il-Malażja

▼A1

▼M5

Mawrizju (13) 

▼B

Il-Messiku

Monako

▼M6

il-Montenegro (13) 

▼B

New Zealand

In-Nikaragwa

Il-Panama

Il-Paragwaj

▼A1

▼M4 —————

▼M5

Saint Kitts u Nevis (13) 

▼B

Salvador

▼M6

is-Serbja (esklużi d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava)) (13) 

▼M5

Seychelles (13) 

▼B

San Marino

Singapore

▼A1

▼B

Il-Korea t'Isfel

▼M2 —————

▼B

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

L-Urugwaj

Il-Veneżwela

2. IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SEP¬JALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU

TAĊ-ĊINA, Hong Kong SAR ( 14 )

Makaw SAR ( 15 )

▼M5

3. ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:

Ċittadini Britanniċi (Overseas).

▼M8

4. ENTITAJIET U AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED:

It-Tajwan ( 16 )



( 1 ) ĠU C 177 E, tas-27.6.2000, p. 66.

( 2 ) L-Opinjoni tal-5 ta' Lulju 2000 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1.

( 4 ) ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.

( 5 ) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1.

( 6 ) ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1.

( 7 ) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.

( 8 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 9 ) ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 2.

( 10 ) Ara l-Artikolu 8(2).

( 11 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti bijometriċi.

( 12 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża ser tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità Ewropea.

( 13 ) L-eżenzjoni mir-rekwiżit tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.

( 14 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport “Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong”.

( 15 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport “Região Administrativa Especial de Macau”.

( 16 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti maħruġa mit-Tajwan li jinkludu numru tal-karta ta’ identità.

Top