This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02000R1760-20210421
Regulation (EC) No 1760/2000 of the European Parliament and of the Council of 17 July 2000 establishing a system for the identification and registration of bovine animals and regarding the labelling of beef and beef products and repealing Council Regulation (EC) No 820/97
Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97
Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97
02000R1760 — MT — 21.04.2021 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT (KE) NRU 1760/2000 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Lulju 2000 (ĠU L 204 11.8.2000, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006 |
L 363 |
1 |
20.12.2006 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 653/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014 |
L 189 |
33 |
27.6.2014 |
|
REGOLAMENT (UE) 2016/429 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2016 |
L 84 |
1 |
31.3.2016 |
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
IR-REGOLAMENT (KE) NRU 1760/2000 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Lulju 2000
li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97
IT-TITOLU I
L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart
▼M4 —————
IT-TITOLU II
It-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti mill-laħam taċ-ċanga
L-Artikolu 11
Operatur jew organizzazzjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 12, li:
għandhom jagħmlu dan skond dan it-Titolu.
Dan it-Titolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni relevanti Komunitarja, b’mod partikolari dwar il-laħam taċ-ċanga.
Artikolu 12
Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“laħam taċ-ċanga” tfisser il-prodotti kollha li jinsabu fil-kodiċijiet tan-NK 0201 , 0202 , 0206 10 95 u 0206 29 91 ;
“tikkettjar” tfisser it-twaħħil ta’ tikketta fuq biċċa jew biċċiet individwali tal-laħam jew mal-materjal tal-ippakkjar tagħhom, jew, fil-każ ta’ prodotti mhux ippakkjati minn qabel, il-forniment ta’ tagħrif xieraq f’għamla bil-miktub u viżibbli għall-konsumatur fil-punt tal-bejgħ;
“organizzazzjoni” tfisser grupp ta’ operaturi mill-istess parti jew minn partijiet differenti tal-kummerċ fil-laħam taċ-ċanga;
“laħam ikkapuljat” tfisser kull laħam bl-għadam li tqatta’ fi frammenti u li għandu inqas minn 1 % melħ u li jinsab fil-kodiċijiet tan-NK 0201 , 0202 , 0206 10 95 u 0206 29 91 ;
“fdalijiet tal-laħam” tfisser biċċiet żgħar tal-laħam meqjusa tajba għall-konsum mill-bniedem prodotti esklussivament waqt operazzjonijiet ta’ tirqim waqt id-dissussar tal-karkassi u/jew it-tqattigħ tal-laħmijiet;
“laħam imqatta’ ” tfisser laħam imqatta’ f’kubi żgħar, biċċiet jew porzjonijiet oħra individwali, li m’għandhomx bżonn ikomplu jitqattgħu minn operatur qabel l-akkwist tagħhom mill-konsumatur finali u li jista’ jintuża direttament minn dak il-konsumatur. Din id-definizzjoni ma tkoprix il-laħam ikkapuljat u l-fdalijiet tal-laħam.
IT-TAQSIMA I
Is-sistema Komunitarja tat-tikkettjar obbligatorju tal-laħam taċ-ċanga
L-Artikolu 13
Regoli ġenerali
Is-sistema tat-tikkettjar obbligatorju għandha tiżgura rabta bejn, min-naħa l-waħda, l-identifikazzjoni tal-karkassa, tar-robbu jew tal-biċċiet tal-laħam u, min-naħa l-oħra, il-bhima individwali jew, fejn dan ma jkunx biżżejjed għalbiex jippermetti li tiġi kkontrollata l-korrettezza tat-tagħrif fuq it-tikketta, il-grupp tal-bhejjem interessati.
It-tikketta għandu jkollha l-indikazzjonijiet li ġejjin:
in-numru tar-referenza jew il-kodiċi tar-referenza li jiżguraw ir-rabta bejn il-laħam u l-bhima jew il-bhejjem. Dan in-numru jista’ jkun in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-bhima individwali li minnha l-laħam taċ-ċanga jkun ġie meħud jew in-numru ta’ l-identifikazzjoni li għandu x’jaqsam ma’ grupp ta’ bhejjem;
in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-biċċerija li fiha l-bhima jew grupp ta’ bhejjem ikunu ġew maqtula u l-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fihom il-biċċerija tkun stabbilita. L-indikazzjoni għandha ġġib il-qari: “Maqtul fi (isem l-Istat Membru jew il-pajjiż terz (in-numru ta’ l-approvazzjoni)”;
in-numru ta' l-approvazzjoni tas-sala tat-tqattigħ fejn tkun saret l-operazzjoni tal-qtugħ fuq il-karkassa jew il-grupp tal-karkassi u l-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fihom tkun stabbilita s-sala. L-indikazzjoni għandha ġġib il-qari: “Imqatta’ fi: (l-isem ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz (in-numru ta’ l-approvazzjoni)”.
▼M3 —————
L-operaturi u l-organizzazzjonijiet għandhom jindikaw ukoll fuq it-tikketti:
◄l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tat-twelid;
l-Istati Membri kollha jew il-pajjiżi terzi kollha fejn tkun saret is-simna;
l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn tkun saret il-qatla;
Madankollu, fejn il-laħam taċ-ċanga jkun ġej minn bhima mwielda, imkabbra u maqtula:
fl-istess Stat Membru, l-indikazzjoni tista’ tingħata bħala “Oriġini: (l-isem ta’ l-Istat Membru)”
fl-istess pajjiż terz, l-indikazzjoni tista’ tingħata bħala “Oriġini: (l-isem tal-pajjiż terz)”.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar id-daqs massimu u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta’ annimali msemmija fil-paragrafi 1 u 2(a), b’kunsiderazzjoni tar-restrizzjonijiet rigward l-omoġenità tal-gruppi ta’ annimali minn fejn ġew dawk il-qatgħat u l-fdalijiet tal-laħam. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).
L-Artikolu 14
Id-derogi mis-sistema tat-tikkettjar obbligatorju
Bħala deroga mill-Artikolu 13(2)(b) u (ċ) u mill-Artikolu 13(5)(a)(i) u (ii), operatur jew organizzazzjoni li jippreparaw il-kapuljat tal-laħam taċ-ċanga għandhom jindikaw fuq it-tikketta l-kliem ‘imħejji fi (bl-isem ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz)’, skond fejn il-laħam ikun ġie mħejji, u “oriġini” fejn l-Istat jew Stati involuti ma jkunux l-Istat tat-tħejjija.
L-obbligu pprovdut fl-Artikolu 13(5)(a)(iii) għandu jkun applikabbli għal dan il-laħam mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Madankollu, dan l-operatur jew din l-organizzazzjoni jistgħu jżidu fuq it-tikketta tal-kapuljat tal-laħam taċ-ċanga:
Sabiex tiżgura l-konformità mar-regoli orizzontali dwar it-tikkettjar f’din it-Taqsima, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22b biex tistabbilixxi, abbażi tal-esperjenza fir-rigward ta’ laħam ikkapuljat, regoli ekwivalenti għal dawk fl-ewwel tliet paragrafi ta’ dan l-Artikolu għall-fdal tal-laħam taċ-ċanga jew qatgħat tal-laħam taċ-ċanga.
Artikolu 15
It-tikkettjar obbligatorju tal-laħam taċ-ċanga minn pajjiżi terzi
B’deroga mill-Artikolu 13, il-laħam taċ-ċanga importat fit-territorju tal-Unjoni li l-informazzjoni kollha dwaru prevista fl-Artikolu 13 mhijiex disponibbli, għandu jiġi ttikkettjat bl-indikazzjoni:
“Oriġini: mhux mill-UE” u “Maqtul fi (isem tal-pajjiż terz)”.
IT-TAQSIMA II
Tikkettjar volontarju
Artikolu 15a
Regoli ġenerali
L-informazzjoni dwar l-ikel għajr dik speċifikata fl-Artikoli 13, 14 u 15 li tiżdied mat-tikketti b’mod volontarju mill-operaturi jew mill-organizzazzjonijiet li jikkumerċjalizzaw il-laħam taċ-ċanga, għandha tkun oġġettiva, verifikabbli mill-awtoritajiet rilevanti u tinftiehem mill-konsumaturi.
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mal-leġislazzjoni orizzontali dwar it-tikkettjar u b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Fejn l-operaturi jew l-organizzazzjonijiet li jikkummerċjalizzaw il-laħam taċ-ċanga ma jirrispettawx l-obbligi msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-penalitajiet xierqa kif stabbilit fl-Artikolu 22.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22b dwar id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli għat-termini u l-kategoriji tat-termini li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella friski u ffriżati ppakkjati minn qabel.
▼M3 —————
IT-TAQSIMA III
Dispożizzjonijiet ġenerali
▼M3 —————
IT-TITOLU III
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 22
Il-kontrolli previsti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kontroll li tista' twettaq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.
Kwalunkwe piena imposta minn Stat Membru fuq operatur jew organizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni taċ-ċanga għandha tkun effettiva, dissważiva u proporzjonata.
Minkejja l-paragrafu 1, fejn l-operaturi u l-organizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni taċ-ċanga jkunu ttikkettjaw iċ-ċanga mingħajr ma jikkonformaw mal-obbligi tagħhom stabbiliti fit-Titolu II, l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, jitolbu li ċ-ċanga titneħħa mis-suq. Minbarra l-penali msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu:
jekk il-laħam ikkonċernat ikun konformi mar-regoli rilevanti veterinarji u marbutin mal-iġjene, jawtorizzaw li tali ċanga:
titqiegħed fis-suq wara li tkun ġiet ittikkettjata kif suppost skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni; jew
tintbagħat direttament għall-ipproċessar fi prodotti, minbarra dawk indikati fil-punt 1 tal-Artikolu 12;
jordnaw is-sospensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni tal-operaturi u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati.
Esperti mill-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti għandhom:
jivverifikaw li l-Istati Membri jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
jagħmlu kontrolli fuq il-post sabiex jiżguraw li l-kontrolli jitwettqu skont dan ir-Regolament.
Artikolu 22a
Awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament u kwalunkwe att adottat mill-Kummissjoni abbażi tiegħu.
Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-identità ta’ dawn l-awtoritajiet.
Artikolu 22b
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 23
Proċedura ta' kumitat
Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Fejn ikun meħtieġ li tinkiseb l-opinjoni tal-Kumitat permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-Kumitat jiddeċiedi hekk jew dan jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
Artikolu 23a
Rapport u żviluppi leġislattivi
Mhux aktar tard minn:
il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapporti korrispondenti li jitrattaw l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan ir-Regolament inkluż, fl-ewwel każ, il-possibilità ta’ rieżami tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju, u, fit-tieni każ, il-fattibilità teknika u ekonomika tal-introduzzjoni tal-identifikazzjoni elettronika mandatorja fl-Unjoni kollha.
Dawk ir-rapporti għandhom, jekk ikun neċessarju, ikunu akkumpanjati minn proposti leġislattivi xierqa.
L-Artikolu 24
L-Artikolu 25
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej.
Għandu japplika għal-laħam taċ-ċanga minn bhejjem maqtula fl-1 ta’ Settembru 2000 jew wara.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS
It-Tabella tal-Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) No 820/97 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
- |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 16(5) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 16(4) |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 13(2) (a) |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
- |
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
Artikolu 25 |
ANNESS I
MEZZI TA’ IDENTIFIKAZZJONI
TIKKETTA MAL-WIDNEJN KONVENZJONALI
B’EFFETT MIT-18 ta’ LULJU 2019:
IDENTIFIKATUR ELETTRONIKU FIL-FORMA TA’ TIKKETTA MAL-WIDNEJN KONVENZJONALI
IDENTIFIKATUR ELETTRONIKU FIL-FORMA TA’ KAPSOLA RUMINALI
IDENTIFIKATUR ELETTRONIKU FIL-FORMA TA’ TRANSPONDER INJETTABBLI.
( 1 ) Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
( 2 ) Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
( 3 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).