Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01992L0105-20050323

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta’ standardizzazzjoni għal passaporti ta’ pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta’ passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/105/2005-03-23

    01992L0105 — MT — 23.03.2005 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 92/105/KEE

    tat-3 ta’ Diċembru 1992

    li tistabbilixxi grad ta’ standardizzazzjoni għal passaporti ta’ pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta’ passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom

    (ĠU L 004 8.1.1993, p. 22)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/17/KE tat-2 ta' Marzu 2005

      L 57

    23

    3.3.2005




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 92/105/KEE

    tat-3 ta’ Diċembru 1992

    li tistabbilixxi grad ta’ standardizzazzjoni għal passaporti ta’ pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta’ ċerti pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta’ passaporti simili u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom



    Artikolu 1

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu mħarsa meta passaport tal-pjanti riferut fl-Artikolu 2(1)(f), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE ikun ippreparat mill-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom għall-użu b’mod konformi mad- dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-Direttiva.

    2.  Il-kondizzjonijiet li ġejjin iridu jkunu mħarsa:

    (a) il-passaport tal-pjanti jrid ikun jikkonsisti f’tikketta uffiċjali li jkollha magħha dokument li jkun hemm fih it-tagħrif meħtieġ kif stipulat fl-Anness ma’ din. It-tikketta ma tridx tkun ġiet użata qabel u għandha tkun ta’ materjal addattat. L-użu ta’ tiketti adeżivi uffiċjali għandu jkun awtorizzat. Id-‘dokument li jkun hemm magħha’ għandu jfisser kull dokument li normalment jintuża għall-skopijiet ta’ kummerċ. Dan id-dokument ma jkunx meħtieġ jekk it-tagħrif mitlub kif stabbilit fl-Anness ikun miktub fuq l-imsemmija tikketta.;

    (b) it-tagħrif mitlub għandu preferibbilment ikun stampat ugħandu jkun ta’ l-anqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità;

    ▼M1

    (c) fil-każ tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L., maħsuba għat-tħawwil, kif elenkat f’ punt 18.1 tas-Sezzjoni II ta’ Parti A ta’ l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE ( 1 ), it-tikketta uffiċjali definita fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE ( 2 ) tista tintuża minflok passaport tal-pjanti sakemm it-tikketta tipprovdi evidenza li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jkunu ġew rispettati (wara l-31 ta’ Diċembru 2005, din it-tikketta trid tindika l-kliem “passaport tal-pjanti KE”); il-konformità mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dħul ta’ tuberi tas-Solanum tuberosum L., maħsuba għat-tħawwil u ċ-ċirkolazzjoni f’żona protetta rikonoxxuta rigward organiżmi ta’ ħsara għal dawk it-tuberi, għandu jkun innutat jew fuq it-tikketta jew fuq xi dokument kummerċjali ieħor;

    ▼M1

    (d) fil-każ taż-żerriegħa tal-Helianthus annuus L., elenkata f’ punt 26 tas-Sezzjoni II ta’ Parti A ta’ l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, it-tikketta uffiċjali definita fl-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE ( 3 ) tista tintuża minflok passaport tal-pjanti sakemm it-tikketta tipprovdi evidenza li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jkunu ġew rispettati (wara l-31 ta’ Awwissu 2005, din it-tikketta trid tindika l-kliem “passaport tal-pjanti KE”);

    (e) fil-każ taż-żerriegħa tal-Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw., u Phaseolus L., elenkati f’punti 27 u 29 tas-Sezzjoni II ta' Parti A ta’ Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE, it-tikketta uffiċjali definita fl-Anness IV A għad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE ( 4 ) tista tintuża minflok passaport tal-pjanti sakemm it-tikketta tipprovdi evidenza li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jkunu ġew rispettati (wara l-31 ta’ Awwissu 2005, din it-tikketta għandha tindika l-kliem “passaport tal-pjanti KE”);

    (f) fil-każ taż-żerriegħa tal-Medicago sativa L., elenkata f’ punti 28.1 u 28.2 tas-Sezzjoni II ta' Parti A ta' l-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE, it-tikketta uffiċjali definita fl-Anness IV Parti A għad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ( 5 ) tista tintuża minflok passaport tal-pjanti sakemm it-tikketta tipprovdi evidenza li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/29/KE jkunu ġew rispettati (wara l-31 ta’ Awwissu 2005, din it-tikketta trid tindika l-kliem “passaport tal-pjanti KE”).

    ▼B

    3.  L-Istati Membri għandhom jitolbu li meta l-passaport tal-pjanti jkun jikkonsisti mit-tikketta u d-dokument li jkun hemm magħha:

    (a) il-parti mill-passaport tal-pjanti li tikkonsisti mit-tikketta għandu jkun fiha ta’ l-anqas id-dettalji mitluba skond il-punt 1 sa 5 ta’ l-Anness; u

    (b) il-parti tal-passaport tal-pjanti li tikkonsisti mid-dokument li jkun hemm miegħu għandu jkun fiha ta’ l-anqas id-dettalji mitluba skond il-punti 1 sa 10 ta’ l-Anness.

    4.  Kull dettal minbarra dawk elenkati fl-Anness, ta’ relevanza għall-iskopijiet ta’ tikkettjar skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/682/KEE ( 6 ), 92/33/KEE ( 7 ) jew 92/34/KEE ( 8 ) jista’ ukoll ikun ipprovdut fuq l-imsemmi dokument li jkun hemm miegħu, iżda għandu jkun b’mod ċar isseparat mit-tagħrif speċifikat fl-Anness.

    Artikolu 2

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ikunu mħarsa meta passaport tal-pjanti jkun magħmul, stampat u merfugħ.

    2.  Il-passaport tal-pjanti għandu jkun magħmul, stampat u/jew sussegwentement merfugħ mill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija fl-Artikolu 1(1) direttament, jew - fil-kontroll tagħhhom - mill-produttur imsemmi fl-Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu, jew persuna msemmija fl-Artikolu 10(3), it-tieni inċiż, jew importatur imsemmi fl-Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 77/93/KEE.

    Artikolu 3

    1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ikunu mħarsa meta passaport tal-pjanti jinħareġ u jkun mehmuż ma’ pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra, ma’ l-ippakkjar tagħhom jew mal-vetturi li jġorruhom.

    Il-ħruġ jinkludi l-preparazzjoni tal-passaport, b’mod partikolari l-mili tat-tagħrif, u l-azzjoni meħtieġa biex wieħed jagħmel il-passaport tal-pjanti disponibbli għall-użu mill-applikant.

    2.  Għall-iskop tal-paragrafu 1, il-korpi uffiċjali responsabbli msemmi fl-Artikolu 1(1) għandhom, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 77/93/KEE:

    (a) jiżguraw li l-produttur, il-persuna jew l-importatur imsemmija fl-Artikolu 2(2) japplika għandhom għall-ħruġ ta’ passaport ta’ pjanti, jew għall-bdil ta’ passaport ta’ pjanti;

    (b) jistabbilixxu, fejn xieraq, fuq il-bażi ta’ stħarriġ li hemm ipprovdut fl-Artikolu 6(1)(2) u (3) tad-Direttiva 77/93/KEE u magħmul b’mod konformi ma’ l-Artikolu 6(4) jew fuq il-bażi tal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(3) jew 12 (6) ta’ l-imsemmija Direttiva, ir-restrizzjonijiet applikabbli għall-pjanti, podotti ta’ pjanti u oġġetti oħra, u skond dan il-validità territorjali tal-passaport tal-pjanti, jew jistabbilixxu l-bdil ta’ l-imsemmi passaport tal-pjanti, kif ukoll l-informazzjoni li għandha titniżżel.

    Jekk il-produttur, il-persuna jew l-importatur imsemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom il-ħsieb li jibagħtu pjanta, prodott ta’ pjanta jew oġġett ieħor ġo żona protetta msemmija fl-Artikolu 2(1)(h) ta’ l-imsemmija Direttiva li għal dan m’għandhomx passaport tal-pjanta validu, l-korpi uffiċjali responsabbli msemmija għandhom jieħdu l-passi meħtieġa u jistabbilixxu skond dan jekk il-prodott jikkwalifikax għaż-żona protetta rilevanti. L-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli għandhom jiżguraw li l-produttur, il-persuna jew l-importatur imsemmija fl-Arikolu 2 (2) għandhom jinnotifikawlhom l-imsemmija intenzjoni f’perjodu ta’ żmien xieraq qabel id-dispaċċ u għandhom japplikaw fl-istess żmien għall-passaport ta’ pjanti korrispondenti;

    (ċ) jiżguraw li t-tagħrif jitniżżel, jew kollu kemm hu f’ittri kbar jekk il-passaport tal-pjanti ikun stampat minn qabel, jew f’ittri kbar jew kollu kemm hu ittajpjat fil-każijiet l-oħra kollha. L-isem botaniku tal-pjanti jew prodotti tal-pjanti għandu jiġi indikat b’karattri Latini; alterazzjonijiet mhux attestati jew tħassir jinvalidaw l-imsemmi passaport ta’ pjanti;

    (d) jiżguraw illi jekk pjanta, prodott ta’ pjanta jew oġġett ieħor ikun irċieva l-kwalifika minnhom għal żona(i) speċifika (speċifiċi) protetta(i), il-kodiċi għaż-żona(i) protetta(i) għandha tkun indikata fuq il-passaport tal-pjanta, ħdejn il-markar distintiv “ZP” (zona protecta) li tindika li l-imsemmi passaport tal-pjanti jkopri pjanta, prodott ta’ pjanta jew oġġett ieħor li jikkwalifika għal żona(i) protetta(i);

    (e) jiżguraw li jekk passaport ta’ pjanta għandu jingħata għal pjanta, prodott ta’ pjanta jew oġġett ieħor li ġej minn barra l-Komunità, il-passaport tal-pjanta għandu jintuża, bl-indikazzjoni ta’ l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini jew, fejn xieraq, il-pajjiż li jagħmel il-kunsinna fuq l-imsemmi passaport tal-pjanti;

    (f) jiżguraw li jekk passaport tal-pjanti jkun se jinbidel b’passaport tal-pjanti ieħor, il-passaport tal-pjanti msemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jintuża; il-kodiċi għall-produttur jew importatur oriġinarjament irreġistrati għandhom ikunu indikati fuq l-imsemmi passaport tal-pjanti, kontra l-markar distintiv “RP” (‘replacement passport) (bdil ta’ passaport) li jindika li l-imsemmi passaport tal-pjanti qed jibdel passaport tal-pjanti ieħor;

    (g) skond fejn l-imsemmi passaport tal-pjanti jkun fiżikament merfugħ, jew jibagħtu l-imsemmi passaport tal-pjanti, jew jawtorizzaw lill-produttur, persuna jew l-importatur imsemmija fl-Artikolu 2(2) biex jużawh skond dan;

    (h) jiżguraw li l-parti ta’ l-imsemmi passaport tal-pjanti li tikkonsisti mit-tikketta tkun mehmuża fir-responsabbilità tal-produttur, il-persuna jew l-importatur imsemmija fl-Artikolu 2(2), mal-pjanti, prodotti ta’ pjanti jew oġġetti oħra, ma’ l-ippakkjar tagħhom jew mal-vettura li ġġorrhom b’tali mod li ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

    ▼M1 —————

    ▼B

    Artikolu 5

    1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fid-data msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/683/KEE ( 9 ). Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

    2.  Meta l-Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom riferenza simili fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal riferenza simili għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

    3.  L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS

    INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA

    ▼M1

    1.

    “passaport tal-pjanti KE” (għal perijodu ta' tranżizzjoni li jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2006, tista tintuża l-formulazzjoni “passaport tal-pjanti KEE”).

    ▼B

    2.

    Indikazzjoni tal-kodiċi ta’ Stat Membru tal-KE.

    3.

    Indikazzjoni ta’ korp uffiċjali responsabbli jew il-kodiċi tiegħu li jiddistingwih.

    4.

    Numru ta’ reġistrazzjoni.

    5.

    Serje individwali, jew numru ta’ ġimgħa jew lott.

    6.

    Isem botaniku.

    7.

    Kwantità.

    8.

    Il-markar distintiv “ZP” għall-validità territorjali tal-passaport u, fejn xieraq, l-isem taż-żona(i) protetta(i) li għaliha l-prodott huwa kkwalifikat.

    9.

    Il-markar distintiv “RP” fil-każ ta’ bdil ta’ passaport tal-pjanti u, fejn xieraq, il-kodiċi għall-produttur jew importatur oriġinarjament irreġistrati.

    10.

    Fejn xieraq, l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini jew pajjiż li jagħmel il-kunsinna, għall-prodotti ta’ pajjiżi terzi.



    ( 1 ) ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 193, ta' l-20.7.2002, p. 60.

    ( 3 ) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

    ( 4 ) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

    ( 5 ) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

    ( 6 ) ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 21..

    ( 7 ) ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 1..

    ( 8 ) ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 10..

    ( 9 ) ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 29..

    Top