EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01988L0380-20020809

Consolidated text: Id-direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1988 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji ta’ pjanti agrikoli (88/380/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/380/2002-08-09

1988L0380 — MT — 09.08.2002 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 1988

li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji ta’ pjanti agrikoli

(88/380/KEE)

(ĠU L 187, 16.7.1988, p.31)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002

  L 193

1

20.7.2002

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002

  L 193

12

20.7.2002

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002

  L 193

33

20.7.2002

►M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002

  L 193

60

20.7.2002

►M5

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002

  L 193

74

20.7.2002




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 1988

li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji ta’ pjanti agrikoli

(88/380/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi, għar-raġunijiet miġjuba hawn taħt, għandhom jiġu emendati d-Direttivi li ġejjin dwar il-kummerċ taż-żerriegħa u tal-materjali tal-propoagazzjoni:

 id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi ( 3 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/95/KEE ( 4 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf ( 5 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/480/KEE ( 6 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali ( 7 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/120/KEE ( 8 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ ( 9 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/374/KEE ( 10 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra ( 11 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/480/KEE,

 id-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji tal-pjanti agrikoli ( 12 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE ( 13 ),

 id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex ( 14 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/481/KEE ( 15 );

Billi, minħabba ż-żieda fl-importanza tagħhom fil-Komunità, il-ħaxix rescue, il-ħaxix-brome tal-Alaska, il-kampanella tal-Kalifornja, it-triticale, il-kaboċċa Ċiniża u ċ-ċikwejra industrijali għandhom jiġu inklużi fl-iskop tad-Direttivi; billi, għall-istess raġunijiet, il-varjetajiet ibridi ta’ ċerti speċji miżjuda ta’ ċereali u tal-ġirasol għandhom ukoll jiġu inklużi fl-iskop tad-Direttivi; billi l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-uċuh tar-raba’ u miż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċji u t-tipi ta’ varjetajiet għandhom ikunu skond l-iskemi taċ-ċaqliq taż-żerriegħa fil-kummerċ internazzjonli preskritti mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), għajr għall-varjetajiet imdakkra minn xulxin tat-triticale u l-varjetajiet ibridi ta’ ċerti speċji miżjuda taċ-ċereali, fejn l-OECD għadha ma adottatx dawn il-kondizzjonijiet;

Billi jidher rakkomandabbli, minn naħa l-waħda, li ċerti disposizzjonijiet jiġu riveduti sabiex jiffaċilitaw ir-riproduzzjoni taż-żerriegħa fl-Istati Membri għajr dawk l-Istati fejn toriġina u, minn naħa l-oħra, sabiex jipprovdu għal miżuri Komunitarji sabiex jassiguraw l-identità ta’ din iż-żeriegħa mibjugħa fis-suq bħala mkabbra għall-ipproċessar;

Billi jidher rakkomandabbli li għandhom jiġu konċessi perjodi miżjuda taż-żmien lill-Istati Membri sabiex jippermettu ż-żerriegħa tal-ispeċji taċ-ċereali li jdakkru lilhom infushom li ma kienetx soġġetta għall-ispezzjon fuq il-post sabiex tiġi ċertifikata uffiċjalment taħt ċerti kondizzjonijiet u sabiex jippermettu l-kummerċ ta’ ċerti varjetajiet tas-segala li ma tissodisfax ċerti kondizzjonijiet preskritti f’Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE, sabiex tkun tista’ tinkiseb soluzzjoni aktar ġenerali u definittiva, partikolarment rigward s-segala, fid-dawl tat-tagħrif li jrid jiġi fornit mir-Renju Unit;

Billi jidher rakkomandabbli li, għall-iskopijiet li jitfittxu soluzzjonijiet alternattivi mtejba għal ċerti elementi fis-sistema taċ-ċertifikazzjoni adottati skond id-Direttivi, għandhom jiġu organizzatti esperimenti temproranji permezz tal-kondizjonijiet speċifiċi; billi, għalhekk, għandu jiddaħħal bażi legali b’dan l-effett;

Billi għandhom jiġi mtejba d-disposizzjonijiet dwar it-tagħrif meħtieġ għat-tikketta uffiċjali rigward l-ismijiet tal-ispeċji u tal-varjetajiet bil-għan li jipprovdu tagħrif aħjar għall-utenti taż-żerriegħa u sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi għandu jkun assigurat li t-tikketti tal-fornituri meħtieġa skond id-disposizzjonijiet nazzjonali jiġu mfassla b’tali mod li ma jistgħux jitħawdu mat-tikketti uffiċjali;

Billi hija x-xewqa li ssir aktar faċli għall-Istati Membri li jeskludu ż-żerriegħa ta’ speċji taċ-ċereali jew ta’ speċji ta’ pjanti taż-żejt u l-fibri ta’ importanza ekonomika baxxa mill-iskop tad-Direttivi 66/402/KEE u 69/208/KEE;

Billi, fil-każ tad-Direttiva 70/458/KEE, ċerti disposizzjonijiet dwar il-varjetajiet ta’ speċji ta’ ħxejjex għandhom jiġu adattati f’manjiera hekk li tippermetti li jitqiesu l-iżviluppi korrenti fil-proċess tat-tiġdid tal-aċċettazzjoni uffiċjali ta’ ċerti varjetajiet;

Billi, bħala regola ġenerali, il-kondizzjonijiet rigward il-valur ta’ varjetà għall-kultivazzjoni jew għall-użu ma għandhomx jenħtieġu għall-aċċettazzjoni tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi;

Billi għandu jkun possibbli li tenħtieġ li tiġi murija l-konvenjenza għall-għanijiet ta’ ċerti varjetajiet ta’ ħxejjex mhux intiżi għall-produzzjoni tal-ħaxix tal-għalf;

Billi għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-applikazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika sabiex tiġi awtoritzzata li tipprojbixxi l-kummerċ, fit-territorju kollu tagħha jew f’parti minnu, taż-żerriegħa jew tal-materjal tal-propagazzjoni ta’ ċerti varjetajiet elenkati fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet tal-Ispeċji tal-Pjanti Agrikoli jew tal-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet tal-Ispeċji tal-Ħxejjex sabiex jippermettu lir-Repubblika Ellenika li ttemm l-adattament tal-produzzjoni tagħha u l-kummerċ taż-żerriegħa u tal-materjal tal-propagazzjoni skond il-ħtiġiet tal-Komunità f’dak li għandhom x’jaqsmu l-katalogi komuni;

Billi huwa ta’ ħtieġa li jiġu ċarati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi msemmija hawn fuq;

Billi huwa xieraq li tiġi posposta d-data tal-implimentazzjoni tal-emendi magħmula diġa għad-Direttivi msemmija hawn fuq bid-Direttiva tal-Kunsill 86/155/KEE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 86/320/KEE sabiex id-data tinġieb b’konformità mad-data prinċipali tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA



▼M2 —————

▼B

Artikolu 2

Id-Direttiva 66/401/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Artikolu 2 (1) (A) (a),



“Bromus catharticus Vahl

Ħaxix rescue

Bromus sitchensis Trin.

ħaxix brome tal-Alaska”

hija mdaħħla wara



“Arrhenatherum elatius (L.) P. Beau. ex J. S. u K. B. Presl.

Ħaxix twil tal-ħafur”

u f’Artikolu 2 (1) (A) (ċ),



“Phacelia tanacetifolia Benth.

kampanellatal-Kalifornja”

hija mdaħħla wara



“Brassica oleracea L. convar. acephala (DC)

 

Alef. var. medullosa Thell + var. viridis L.

Felful tal-għalf;”

2. fil-verżjoni Ingliża ta’ Artikolu 2 (1a), il-kelma “descriptions” (deskrizzjonijiet) hija sostitwitabil-kelma “names” (ismijiet);

3. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) u (1ċ) isiru 2 (1ċ) u (1d) rispettivament;

4. il-paragrafu li ġej huma mdaħħal f’Artikolu 2:

“1b.  It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond din id-Direttiva jistgħu jiġu definiti u speċifikati b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.”

;

5. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1);

6. jiżdied il-paragrafu li ġej f’Artikolu 11:

“2.  It-tikketta li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tistax titħawwad mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 10 (1).”

;

7. jiddaħħal Artikolu 13a li ġej:

“Artikolu 13a

Għall-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz ta’ kondizzjoijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għalihom tapplika. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin.”

;

8. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 14 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej:

“— l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħar l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

 il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,”

;

9. tiżdied is-sentenza li ġejja ma’ Artikolu 14 (3):

“B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċje individwali u, fejn xieraq, għal-perjodi limitati taż-żmien fejn jiġi stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.”

;

10. Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pitravi tal-għalf

 li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata, ċertifikati uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru maż-żerriegħa uffiċjalment iċertifikata f’dan il-pajjiż terz, u

 li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun wriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija.

Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjoni ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija.

2.  Iż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha

 tkun ippakkjata u tkun ittikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet elenkati fArtikolu 9 (1), u

 tkun akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (Ċ).

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf

 li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata, ċertifikarti uffiċjalament jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razza taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u

 li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz,

għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa ċertifikata li hemm referenza dwarha hawn fuq kienu jew prodotti jew iċċertifikati uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni dwar l-ekwivalenza magħmula skond Artikolu 16 (1) (a) għall-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun wriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II. L-Istati Membri oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa.”

11. f’Anness I (2), fl-ewwel kolonna tat-tabella, “Phacelia tanacetifolia” hija miżjuda kull darba wara “Brassica spp.”;

12. fit-tieni sentenza tal-verzjoni Franċiża ta’ Anness I (3), “la variété” (il-varjetà) hija sostitwita bi “l’espèce” (l-ispeċje);

13. fl-intestatura tal-kolonna 4 tal-verżjoni Franċiża ta’Anness II (I) (2) (A), “animale” (l-annimal) hija sostitwita bi “minimale” (l-anqas);

14. f’Anness II (I) (2) (A) dawn li ġejjin huma miżjuda wara “Arrhenatherum elatius” u “Brassica oleracea convar. acephala”, rispettivament:



1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

Bromus catharticus

75(a)

 

97

1,5

1,0

0,5

0,3

 
 
 

0(g)

0(j) (k)'

10(n)

 

Bromus sitchensis

75(a)

 

97

1,5

1,0

0,5

0,3

 
 
 

0(g)

0(j)(k),’

10(n)

 

u

Phacelia tanacetifolia

80(a)

 

96

1,0

0,5

 
 
 
 
 

0

0(j) (k)’

 
 

15. f’Anness II (II) (2) (A) dawn li ġejjin huma miżjuda wara “Arrhenatherum elatius” u “Brassica oleracea convar. acephala”, rispettivament:



1

2

3

4

5

6

7

8

Bromus catharticus

0,4

20

5

5

5

 

(j)

Bromus sitchensis

0,4

20

5

5

5

 

(j)’

u

Phacelia tanacetifolia

0,3

20’

 
 
 
 
 

16. f’Anness III dawn li ġejjin huma miżjuda wara “Arrhenatherum elatius” u “Brassica oleracea convar. acephala”, rispettivament:



1

2

3

4

Bromus catharticus

10

200

200

Bromus sitchensis

10

200

200’

u

Phacelia tanacetifolia

10

300

40’

17. dan li ġej huma miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (a) (4):

“indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,”

;

18. is-sentanza li ġejja għandha tiżdied ma’ Anness IV (A) (I) (a):

“B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien, meta jkun ġie stabbiliti li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.”

;

19. dan li ġej huma miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (a) (5):

“indikata għall-anqas b’karattri Rumani,”

;

20. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (b) (5):

“indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’jingħataf’għamla mqassara u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani”

;

21. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (b):

“B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistenniji mill-kummerċ taż-żerriegħa.;”

22. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (ċ) (4) wara “mhuri skond l-ispeċje u, fejn xieraq, skond il-varjetà”:

“it-tnejn indikati għall-anqas b” karattri Rumani;

23. fl-aħħar sentenza tal-verżjoni Taljana taAnness IV (A) (I) (ċ) (4), “al fornitore” (dak li jissupplixxi) tiġi sostitwita bi “all’acquirente” (dak li jakkwista);

24. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (6):

“indikata għall-anqas b’kartattri Rumani,”

;

25. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (7):

“indikata għall-anqas b’karattri Rumani,”

;

26. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (b) (6):

“indikata għall-anqas b’karattri Rumani,”

;

27. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (ċ) (11) wara “muri skond l-ispeċje u, fejn xiereaq, skond il-varjetà”:

“it-tnejn indikati għall-anqas b’karattri Rumani,”

;

28. Anness li ġej huwa miżjud:




“ANNESS V

It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta' żerriegħa mhux finament iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor

A.   Il-għamla meħtieġa tat-tikketta

 l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

 l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jiġi mogħti f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b'karattri Rumani,

 il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani,

 il-kategorija,

 il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott,

 il-piż nett jew gross iddikjarat,

 il-kliem ‘żerriegħa mhux finalment iċertifikata’.

B'mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodu limitat taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistenniji mill-kummerċ taż-żerriegħa.

B.   Il-kulur tat-tikketta

Il-kulur tat-tikketta għandu jkun griż.

Ċ.   It-tagħrif meħtieġ għad-dokument

 l-awtorità li toħroġ id-dokument,

 l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b'karattri Rumani,

 il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani,

 il-kategorija,

 in-numru tar-riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ fil-għalqa u l-isem tal-pajjiża jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa,

 il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott,

 il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,

 il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru ta' pakketti,

 in-numru ta' ġenerazzjonijiet ta' wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata,

 ċertifikat li jkunu ġew imwettqa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ minn fejn tiġi ż-żerriegħa,

 fejn xieraq, ir-riżultati ta' analiżi preliminarji taż-żerriegħa.”

Artikolu 3

Id-Direttiva 66/402/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. f’Artikolu 2 (1) (A),



“X Triticosecale Wittm.

Triticale”

huma mdaħħla wara



“Sorghum sudanense (Piper) Stapf

ħaxix tas-Sudan;”

2. f’Artikolu 2 (1) (A) tal-verżjoni Ġermaniża, fil-vers “Phalaris canariensis L”, “Kanariensaat” hija sostitwitabi “Kanariengras”:

3. f’Artikolu 2 (1) (Ċ) il-kliem tad-dħul jiġi sostitwit bi:

“Ċ. Żerriegħa bażika (ħafur, xgħir, ross, skalora, segala triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi tagħhom f’kull każ): żerriegħa”

;

4. dan li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2 (1):

“Ċ a. Żerriegħa bażika (ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamh duru u tal-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt):

(a) li hija ntiża għall-produzzjoni tal-ibridi;

(b) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u

(ċ) li tkun ġiet misjuba b’eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.”

;

5. f’Artikolu 2 (1) (E) l-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej:

“E. Żerriegħa ċertifikata (l-iskalora u is-segala, għajr l-ibridi f’kull każ, is-sorgu, il-ħaxix tas-Sudan, il-qamħ-ir-rum u ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamħ duru u l-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt): żerriegħa;”

6. f’Artikolu 2 (1) (F), il-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej:

“F. Iż-żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi f’kull każ): żerriegħa”

;

7. f’Artikolu 2 (1) (Ġ), il-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ġ. Iż-żerriegħa ċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi f’kull każ): żerriegħa”

;

8. f’Artikolu 2 (1a) tal-verżjoni Ingliża, il-kelma “descriptions” tiġi sostitwita bil-kelma “name”;

9. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) u (1c) isiru Artikolu 2 (1d) u (1e) rispettivament;

10. il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu f’Artikolu 2:

“1b.  L-emendi li jridu jsiru għall-paragrafu 1 (Ċ) (Ċa), (E), (F) u (Ġ) bil-għan li jinkludu l-ibridi tal-iskalora, is-segala u t-triticale fl-iskop ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.

1ċ.  It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21. B’mod konformi ma’ l-istess proċedura, id-definizzjonijiet fil-paragradi I (B) għandhom jiġu adattati kif xierqa.”

;

11. f’Artikolu 2 (1) (ċ), id-data “30 ta’ Ġunju 1982” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 1987” u t-tieni inċiż huwa mħassar;

12. f’Artikolu 2 (2) (d), id-data “31 ta’ Diċembru 1982” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 1989”;

13. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4:

“3.  Fil-każ taż-żerriegħa tat-triticale, intiża għall-kummerċ fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu għal 80 % il-ġerminazzjoni minima meħtieġa skond Anness II. Jekk, f’dawn il-każi, iż-żerriegħa tat-triticale, ma tissodifax il-kondizjonijiet preskritti f’Anness II rigward il-ġerminzzjoni, dan il-fatt, u l-fatt li ż-żerriegħa tkun għall-bejgħ biss fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru interessat, għandhom jiġu dikjarati fuq it-tikketta.”

;

14. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1);

15. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 11:

“2.  It-tikketta li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’maniera hekk li ma tkunx tista’ titħawwad mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha f’Artikolu 10 (1).”

;

16. Artikolu 13a li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 13a

Għall-iskopijiet li jitfittxu alternattivi mtejba dwar ċerti elementi tas-sistema taċ-ċertifkazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz tal-kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21.

Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għaliha tapplika.. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin.”

;

17. f’Artikolu 14 (2) (a), il-fraż,i “triticale” hija miżjuda wara l-kelma “ross”;

18. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 14 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej:

“— l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jiġi mogħti fil-għamla mnaqqsa u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

 il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,”

;

19. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 14 (3):

“B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jiġi indikat l-isem botaniku rigwardspeċje individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jiġi stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.”

;

20. Artikolu 15 huwa sostitwitb’dan li ġej:

“Artikolu 15

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa taċ-ċereali

 li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie mogħtija l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li jkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċċertfikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u

 li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor,

għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija.

Meta, f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment minn ġenerazzjoniet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija.

2.  Iż-żerriegħa taċ-ċereali li tkun ġiet migbura fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha

 tiġi ppakkjata u tikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 9 (1), u

 tiġi akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (Ċ).

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa taċ-ċereali

 li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni, ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie mogħti l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru maż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u

 li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz,

għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalmenrt bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru minn dawn meta ż-żerriegħa bażikatkun ġiet jew prodotta jew uffiċjalment ċertifikata, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjonii fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni ta’ ekwivaenza magħmula skond Artikolu 16 (1) (a) għall-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. L-Istati Membri l-oħrajn jistgħu wkoll jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa.”

;

21. Artikolu 21b li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 21b

L-emendi li jridu jsiru għall-kontenut taAnnessi sabiex jiġu stabbiliti l-kondizjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ u miż-żerriegħa tal-ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamħ duru, tal-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt) u tal-ispeċji oħra li l-ibridi tagħhom huma inklużi fl-iskop ta’ din id-Direttiva skond Artikolu 2 (1b) u l-kondizzjonjiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ u miż-żerriegħa tal-varjetajiet ta’ triticale mnissla b’dakkir minn taħlit tar-razez għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 21.”

;

22. f’Artikolu 22, il-frażi “Anness II (2)” hija sostitwitabil-frażi “Anness II (3)”;

23. Artikolu 23a huwa sostitwitbArtikolu li ġej:

“Artikolu 23a

Ma’ l-Applikazzjoni minn Stat Membru, li trid tiġi trattata kif hemm ipprovvdut fArtikolu 21, dan l-Istat jista’ jiġi meħlus totalment jew parzjalment mill-obbligu li japplika d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għajr Artikolu 14 (1):

(a) rigward l-ispeċji li ġejjin:

 l-iskalora,

 is-sorgu,

 il-ħaxix tas-Sudan;

(b) rigward l-ispeċji l-oħra li ma jkunux normalment riprodotti jew mibjugħa fis-suq fit-territorju tiegħu.”

;

24. fit-tabella f’Anness I (2) dan li ġej għandu jiddaħħal qabel “Zea mays”:



“Triticosecale, varjetajiet li jdakkru lilhom infushom

 

—  għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika

50 m

—  għall-produzzjon taż-żerriegħa ċertifikata

20 m”

;

25. f’Anness I (5) (B) (a), “Triticosecale” għandha tiddaħħal wara “Phalaris canariensis”;

26. fil-verżjoni Franċiża ta’ Anness I (5) (B) (b), in-numru “3” huwa sostitwitbin-numru “1” u n-numru “1” bin-numru “3”;

27. f’Anness II (1) (A) “apparti minn ibridi f’kull każ” hija miżjuda wara “Triticum spelta,”;

28. dan li ġej jiddaħħal wara Anness II (1) (A):

“Aa

Varjetajiet li jdakkru lilhom infushom ta’ Triticosecale



Kategorija

Purità minima ta’ varjetà magħmula minn razza waħda (%)

— Żerriegħa bażika

99,7

Żerriegħa ċertifikata, tal-ewwel ġenerazzjoni

99,0

Żerriegħa ċertifikata, tat-tieni ġenerazzjoni

98,0

Il-purità minima ta’ varjetà magħmula minn razza waħda għandha tiġi eżaminata prinċipalment bi spezzjoni fuq il-post imwettaqa b’mod konfrmi mal-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I.”

;

29. f’Anness II (2) (A), dan li ġej għandu jiddaħħal wara “Sorghum spp.”:



1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

Triticosecale

 
 
 
 
 
 
 
 
 

—  żerriegħa bażika

85

98

4

 

1(b)

3

0(ċ)

1

 

—  żerriegħa ċertifikata tal-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni

85

98

10

 

7

7

0(ċ)

3”

 

30. F’Anness III, “Triticosecale” hija miżjudha wara “Secale cereale”,

31. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (4):

“indikat għall-anqas bl-isem botaniku tiegħu, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani”

;

32. is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ Anness IV (A) (a):

“B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.”

;

33. Anness IV (A) (a) (5) huwa sostitwitb’dan li ġej:

“Il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani”

;

34. Anness IV (A) (a) (9) huwa sostitwitb’dan li ġej:

“9.

Fil-każ ta’ varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti:

 għaż-żerriegħa bażika meta l-ibridu jew il-linja konġenita li għalihom tappartjieni ż-żerriegħa jkunu ġew aċċettati uffiċjalment skond id-Direttiva 70/457/KEE:

 l-isem ta’ dan il-komponent, li taħtu tkun ġiet uffiċjalment aċċettata, b’riferenza għall-varjetà aħħarija jew mingħajrha, akkumpanjata, fil-każ tal-ibridi jew tal-linji konġeniti li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjietajiet aħħarija, bil-kelma ‘komponent’,

 għaż-żerriega bażika fil-każi l-oħrajn:

 l-isem tal-komponent li għalih tappartjieni ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-għamla ta’ kodiċi, akkumpanjat b’riferenza għall-varjetà aħħarija, briferenza għall-funzjoni tiegħu (maskil jew femminil) jew mingħajrha, u akkumpanjat bil-kelma ‘komponent’,

 għaż-żerriegħa ċertifikata:

 l-isem tal-varjetà li għaliha tappartjieni ż-żerriegħa, akkumpanjat bil-kelma ‘ibrida’.”

;

35. f’Anness IV (A) (b) (1), i “jew varjetajiet” hija miżjudha wara l-kelma “speċje”;

36. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (b) (4):

“l-ismijiet tal-ipeċji u tal-varjetajiet għandhom jiġu għall-anqas indikati b’karattri Rumani.”

;

37. Anness li ġej huwa miżjud:




“ANNESS V

It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta’ żerriegħa mhix finalment iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor

A.   It-tagħrif meħtieġ għat-tikketta

 l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

 l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

 il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani; fil-każ tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi), li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi, għandha tiżdied il-kelma ‘komponent’,

 il-kategorija,

 fil-każ ta’ varjetajiet ibridi l-kelma ‘ibrida’:

 il-piż nett jew gross iddikjarat,

 il-kelmiet ‘żerriegħa mhux finalment iċċertfikata’.

B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ din l-implimentazzjoni jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa.

B.   Il-kulur tat-tikketta

It-tikketta għandha tkun griża.

Ċ.   It-tagħrif meħtieġ għad-dokument

 l-awtorità li toħroġ id-dokument,

 l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,

 il-kategorija,

 in-numru ta’ riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa,

 il-għalqa jew in-numru ta’ riferenza tal-lott,

 il-medda tal-art kultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument,

 il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numri tal-pakketti,

 in-numru ta’ ġenerazzjonijiet ta’ wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata,

 ċertifikat li jkunu ġew imwettqa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ li minnu tiġi ż-żerriegħa,

 fejn xieraq, ir-riżultat tal-analiżi preliminarja taż-żerriegħa.”

▼M4 —————

▼M5 —————

▼M1 —————

▼M3 —————

▼B

Artikolu 8

Id-Direttiva 86/155/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

fit-tieni inċiż ta’ Artikolu 7, id-data l- “1 ta’ Lulju 1987” tiġi sostitwita bid-data tal- “31 ta’ Diċembru 1988”.

Artikolu 9

Id-Direttiva 86/320/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

F’Artikolu 2, id-data l- “1 ta’ Lulju 1987” tiġi sostitwita bid-data tal- “31 ta’ Diċembru 1988”.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi:

 ma’ Artikolu 3 (11) u Artikolu 7 (9), b’effett mill-1 ta’ Lulju 1982,

 ma’ Artikolu 3 (12), b’effett mill-1 ta’ Jannar 1983,

 ma’ Artikolu 6 (5) u (6) u ma Artikolu 7 (6) u (10), b’effett mill-1 ta’ Jannar 1986,

 ma’ Artikolu 2 (8), (17), (20) u (28), ma’ Artikolu 3 (18), (31) u (37) u ma’ Artikolu 5 (10), (19), (23) u (25) safejn u sakemm dawn id-disposizzjoniet jeħtieġu l-isem botaniku tal-ispeċje li għandu jkun indikat fuq it-tikketta taż-żerriegħa, u wkoll ma’ l-Artikoli 1 (8), 2 (10), 3 (20), 5 (12) u 7 (18), mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1992,

 mad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1990.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU Nru Ċ 356, 31. 12. 1985, p. 37.

( 2 ) ĠU Nru Ċ 68, 24. 3. 1986, p. 155.

( 3 ) ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2290/66.

( 4 ) ĠU Nru L 56, 2. 3. 1988, p. 42.

( 5 ) ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2298/66.

( 6 ) ĠU Nru L 273, 26. 9. 1987, p. 43.

( 7 ) ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2309/66.

( 8 ) ĠU Nru L 49, 18. 2. 1987, p. 39.

( 9 ) ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2320/66.

( 10 ) ĠU Nru L 197, 18. 7. 1987, p. 36.

( 11 ) ĠU Nru L 169, 10. 7. 1969, p. 3.

( 12 ) ĠU Nru L 225, 12. 10. 1970, p. 1.

( 13 ) ĠU Nru L 118, 7. 5. 1986, p. 23.

( 14 ) ĠU Nru L 225, 12. 10. 1970, p. 7.

( 15 ) ĠU Nru L 273, 26. 9. 1987, p. 45.

Top