EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01975R2730-19960101

Consolidated text: Ir-Regolament (KEE) Nru 2730/75 Tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar il-glukosju u l-lattosju

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1975/2730/1996-01-01

1975R2730 — MT — 01.01.1996 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2730/75 TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 1975

dwar il-glukosju u l-lattosju

(ĠU L 281, 1.11.1975, p.20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 222/88 tat-22 ta' Diċembru 1987

  L 28

1

1.2.1988

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2931/95 tad-19 Diċembru 1995

  L 307

10

20.12.1995




▼B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2730/75 TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 1975

dwar il-glukosju u l-lattosju



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Billi, biex jiġu evitati diffikultajiet tekniċi rigward il-klassifika doganali, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1964 ( 2 ) u l-introduzzjoni ta’ xi emendi għat-Tariffa Komuni tad-Dwana, ipprovdiet biex il-glukosju, il-ġulepp tal-glukosju, il-lattosju u l-ġulepp tal-lattosju jaqgħu taħt intestatura waħda filwaqt li l-glukosju u l-lattosju kimikament puri jaqgħu f’oħra;

Billi, iżda, il-glukosju u l-lattosju li jaqgħu rispettivament fis-subintestaturi 17.02 BII u 17.02 AII huma elenkati fl-Anness II li jinsab mat-Trattat u huma għalhekk suġġetti għas-sistema tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi kif hemm previst taħt l-organizzazzjoni komuni tas-swieq li tagħhom jagħmlu parti, fil-waqt li l-glukosju u l-lattosju kimikament puri mhux elenkati fl-Anness II tat-Trattat huma soġġetti għas-sistema tad-dazji tad-dwana, li l-inċidenza ekonomika tagħhom tista’ tkun differenti ġmielha;

Billi din is-sistema toħloq diffikultajiet li huma akbar minħabba li l-prodotti inkwistjoni, ikun x’ikun il-grad tal-purità tagħhom, huma derivati mill-istess prodott bażiku; billi l-kriterji għall-klassifika tad-dwana bejn dawk il-prodotti kemm dawk li jkunu kif ukoll dawk li ma jkunux kimikament puri huwa grad ta’ 99 % ta’ purità; billi prodotti li għandhom grad ta’ purità marġinalment ogħla jew aktar baxxa jista’ jkollhom l-istess użu ekonomiku; billi, għalhekk, l-applikazzjoni ta’ sistemi differenti twassal għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni li hu akbar minħabba li dawn jistgħu jinbidlu ma’ xulxin;

Billi l-unika soluzzjoni għal dawn id-diffikultajiet hija li tiġi segwita d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1964 billi jingħata lill-prodotti l-istess trattament ekonomiku jkun xi jkun il-grad tal-purità tagħhom jew, safejn dan ikun jidher biżżejjed, billi jiġi armonizzat it-trattament mogħti lil dawn iż-żewġ gruppi ta’ prodotti;

Billi t-Trattat ma jipprovdix speċifikament l-awtorità meħtieġa biex tittieħed din l-azzjoni; billi fiċ-ċirkostanzi l-miżuri meħtieġa għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 235 tat-Trattat; billi l-aktar miżuri approprijati huma dawk li jestendu t-trattament mogħti lill-glukosju kimikament pur għal dak mogħti lil glukosju ieħor taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 ( 3 ) tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq taċ-ċereali, u li jestendu t-trattament mogħti lil-lattosju kimikament pur għal dak ta’ lattosju ieħor taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 ( 4 ) tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 740/75 ( 5 ),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT



▼M1

L-Artikolu 1

It-trattament li hemm provvediment dwaru bir-Regolament (KEE) Nru 2727/75 u bid-disposizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju li jaqgħu taħt is-subintestaturi 1702 30 91, 1702 30 99 u 1702 40 90 tan-nomenklatura magħquda għandu jiġi estiz għall-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju li jaqgħu taħt is-subintestaturi 1702 30 51 u 1702 30 59 tan-nomenklatura magħquda.

L-Artikolu 2

It-trattament li hemm provvediment dwaru bir-Regolament (KEE) Nru 804/68 u bid-disposizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-lattosju u l-ġulepp tal-lattosju li jaqgħu taħt is-subintestatura ►M2  1702 19 00 ◄ tan-nomenklatura magħquda għandu jiġi estiz għall-lattosju u l-ġulepp tal-lattosju li jaqgħu taħt is-subintestatura ►M2  1702 11 00 ◄ tan-nomenklatura magħquda.

L-Artikolu 3

Meta t-trattament mogħti lill-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju li jaqgħu rispettivament taħt is-subintestaturi 1702 30 91, 1702 30 99, 1702 40 90 u ►M2  1702 19 00 ◄ tan-nomenklatura magħquda jiġi emendat skond Artikolu 43 tat-Trattat jew skond il-proċeduri stabbiliti għall-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu, dawk l-emendi għandhom jestendu kif ikun xieraq għall-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju jew għall-lattosju u l-ġulepp tal-lattosju li jaqgħu rispettivament taħt is-subintestaturi 1702 30 51, 1702 30 59 u ►M2  1702 11 00 ◄ tan-nomenklatura magħquda, ħlief jekk, skond l-istess proċeduri, jittieħdu miżuri oħra biex jiġi armonizzat it-trattament applikabbli għal dawn il-prodotti mat-trattament applikabbli għal dawk diġa msemmija.

▼B

L-Artikolu 4

1.  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 189/66/KEE ( 6 ) ta’ l-24 ta’ Novembru 1966 dwar il-glukosju u l-lattosju, qiegħed b’dan jiġi mħassar.

2.  Kull referenza għar-Regolament imħassar skond il-paragrafu 1 għandha tiftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-l ta’ Novembru 1975.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) L-opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Ottubru 1975 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU 220, tal-31.12.1964, p. 3741/64.

( 3 ) ĠU L 28, ta’ 1.1.1975, p. 1.

( 4 ) ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

( 5 ) ĠU L 74, tat-22.3.1975, p. 1.

( 6 ) ĠU 218, tat-28.11.1966, p. 3713/66.

Top