This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1377
Commission Implementing Decision (EU) 2022/1377 of 4 August 2022 amending the Annex to Decision 2007/453/EC as regards the BSE status of France (notified under document C(2022) 5507) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1377 tal-4 ta’ Awwissu 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE ta’ Franza (notifikata bid-dokument C(2022) 5507) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1377 tal-4 ta’ Awwissu 2022 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE ta’ Franza (notifikata bid-dokument C(2022) 5507) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
C/2022/5507
ĠU L 206, 8.8.2022, p. 51–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/51 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1377
tal-4 ta’ Awwissu 2022
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE ta’ Franza
(notifikata bid-dokument C(2022) 5507)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi (1) li tinxtered, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li l-Istati Membri, jew il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (il-pajjiżi jew ir-reġjuni) iridu jiġu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f’waħda minn tliet kategoriji kif ġej: riskju negliġibbli ta’ BSE, riskju kkontrollat ta’ BSE, u riskju indeterminat ta’ BSE. |
(2) |
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li jekk l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) tqiegħed pajjiż applikant f’waħda mit-tliet kategoriji tal-BSE, tista’ tiġi deċiża valutazzjoni mill-ġdid tal-kategorizzazzjoni tal-BSE fil-livell tal-Unjoni. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) telenka l-istatus tal-BSE ta’ pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tal-BSE tagħhom fil-Parti A, B jew C tal-Anness ta’ dak l-att. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni elenkati fil-Parti A ta’ dak l-Anness jitqiesu li għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE, dawk elenkati fil-Parti B tiegħu jitqiesu li għandhom riskju kkontrollat ta’ BSE, filwaqt li l-Parti C ta’ dak l-Anness tipprovdi li pajjiżi jew reġjuni mhux elenkati fil-Parti A jew B jridu jitqiesu li għandhom riskju indeterminat ta’ BSE. |
(4) |
Bħalissa Franza taqa’ fil-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE taħt pajjiżi jew reġjuni b’riskju ikkontrollat ta’ BSE. |
(5) |
Fl-24 ta’ Mejju 2022, l-Assemblea Dinjija tal-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 15 dwar “ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri” (3), bil-għan ta’ dħul fis-seħħ fis-27 ta’ Mejju 2022 Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet lil Franza bħala li għandha riskju negliġibbli ta’ BSE, f’konformità mal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE. Wara valutazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni, li tirriżulta minn dik ir-Riżoluzzjoni tal-OIE Nu 15, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istatus ta’ BSE OIE ġdid ta’ Franza jenħtieġ li jiġi rifless fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE. |
(6) |
Għaldaqstant il-lista tal-pajjiżi jew ir-reġjuni fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jenħtieġ li tiġi emendata b’tali mod li Franza tiġi elenkata fil-Parti A tal-Anness taħt il-pajjiżi jew ir-reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE. |
(7) |
Għalhekk jinħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(3) https://www.woah.org/app/uploads/2022/05/a-r15-2022-bse-final-1.pdf
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa mibdul b’dan li ġej:
“ANNESS
LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI
A. Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b’riskju negliġibbli tal-BSE
Stati Membri
— |
Il-Belġju |
— |
Il-Bulgarija |
— |
Iċ-Ċekja |
— |
Id-Danimarka |
— |
Il-Ġermanja |
— |
L-Estonja |
— |
L-Irlanda |
— |
Spanja |
— |
Franza |
— |
Il-Kroazja |
— |
L-Italja |
— |
Ċipru |
— |
Il-Latvja |
— |
Il-Litwanja |
— |
Il-Lussemburgu |
— |
L-Ungerija |
— |
Malta |
— |
In-Netherlands |
— |
L-Awstrija |
— |
Il-Polonja |
— |
Il-Portugall |
— |
Ir-Rumanija |
— |
Is-Slovenja |
— |
Is-Slovakkja |
— |
Il-Finlandja |
— |
L-Iżvezja |
Reġjuni tal-Istati Membri (*1)
— |
L-Irlanda ta’ Fuq |
Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
— |
L-Iżlanda |
— |
Il-Liechtenstein |
— |
In-Norveġja |
— |
L-Iżvizzera |
Pajjiżi terzi
— |
L-Arġentina |
— |
L-Awstralja |
— |
Il-Brażil |
— |
Il-Kanada |
— |
Iċ-Ċilì |
— |
Il-Kolombja |
— |
Il-Costa Rica |
— |
L-Indja |
— |
Iżrael |
— |
Il-Ġappun |
— |
Jersey |
— |
In-Namibja |
— |
New Zealand |
— |
Il-Panama |
— |
Il-Paragwaj |
— |
Il-Perù |
— |
Is-Serbja (*2) |
— |
Singapore |
— |
L-Istati Uniti |
— |
L-Urugwaj |
B. Il-Pajjiżi jew reġjuni b’riskju tal-BSE kkontrollat
Stati Membri
— |
Il-Greċja |
Il-pajjiżi terzi
— |
Il-Messiku |
— |
In-Nikaragwa |
— |
Il-Korea t’Isfel |
— |
It-Tajwan |
— |
Ir-Renju Unit bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq |
C. Il-pajjiżi jew reġjuni b’riskju indeterminat ta’BSE
— |
Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-Partijiet A jew B. |
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness kwalunkwe referenza għall-Istati Membri tinkludi r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
(*2) Kif imsemmi fl-Artikolu 135 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16)..”