This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D1804
Decision of the EEA Joint Committee No 244/2016 of 2 December 2016 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2018/1804]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 244/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2018/1804]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 244/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2018/1804]
ĠU L 296, 22.11.2018, p. 37–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 244/2016
tat-2 ta' Diċembru 2016
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2018/1804]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt 18a (id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
2. |
Il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
3. |
Il-punt (f) huwa rinumerat bħala l-punt (d), u l-kelma “7(9)” fih hija sostitwita bil-kelma “7(1)”. |
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva 2011/76/UE bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(1) ĠU L 269, 14.10.2011, p. 1.
(*1) Ma huwa indikat ebda l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA
għad-Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 244/2016 li tinkorpora d-Direttiva 2011/76/UE fil-Ftehim taż-ŻEE
L-inkorporazzjoni tal-Artikoli 2(b), 7c, 7f(4) u (5), 7g(1)(iv), 7h(3) u (4), 7i(1), 7j(3) u (4), 11(1)(a) u (d) u l-Annessi IIIa u IIIb tar-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1), kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (2), fil-Ftehim taż-ŻEE hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.