Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2007

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2007 tat-8 ta' Novembru 2017 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2017

    ĠU L 290, 9.11.2017, p. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2007/oj

    9.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 290/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2007

    tat-8 ta' Novembru 2017

    dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2017

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat l-aħħar (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir- regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha sal-10 ta' Ottubru 2017 tressaq proposta li tispeċifika (a) l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2017, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2017, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

    (2)

    Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti taħt l-istrumenti ġestiti minnu.

    (3)

    L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm sejħa għall-fondi skont il-11-il FEŻ.

    (4)

    Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2026 (4), il-Kunsill adotta, fil-15 ta' Novembru 2016, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2017 fl-ammont ta' EUR 3 850 000 000 għall-Kummissjoni, u fl-ammont ta' EUR 150 000 000 għall-BEI.

    (5)

    Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1206 (5), il-Kunsill adotta, fl-4 ta' Lulju 2017, tnaqqis tal-kontribuzzjoni fl-ammont ta' EUR 200 000 000 mill-fondi diżimpenjati tat-Tmien u d-Disa' FEŻ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2017 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet fl-ammont ta' EUR 200 000 000 minn fondi diżimpenjati taħt it-Tmien u d-Disa' FEŻ, wara pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

    (3)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2026 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2018, l-ammont annwali għall-2017, l-ewwel ħlas parzjali għall-2017 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2019 u 2020 (ĠU L 313, 19.11.2016, p. 25)

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1206 tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2017 (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 15).


    ANNESS

    STATI MEMBRI

    Skema tal-10 FEŻ %

    Skema tal-11-il FEŻ %

    it-3et ħlas parzjali tal-2017 (EUR)

    Total

    Il-Kummissjoni

    Il-BEI

    Il-11-il FEŻ

    L-10 FEŻ

    IL-BELĠJU

    3,53

    3,24927

    27 618 795,00

    0,00

    27 618 795,00

    IL-BULGARIJA

    0,14

    0,21853

    1 857 505,00

    0,00

    1 857 505,00

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    0,51

    0,79745

    6 778 325,00

    0,00

    6 778 325,00

    ID-DANIMARKA

    2,00

    1,98045

    16 833 825,00

    0,00

    16 833 825,00

    IL-ĠERMANJA

    20,50

    20,57980

    174 928 300,00

    0,00

    174 928 300,00

    L-ESTONJA

    0,05

    0,08635

    733 975,00

    0,00

    733 975,00

    L-IRLANDA

    0,91

    0,94006

    7 990 510,00

    0,00

    7 990 510,00

    IL-GREĊJA

    1,47

    1,50735

    12 812 475,00

    0,00

    12 812 475,00

    SPANJA

    7,85

    7,93248

    67 426 080,00

    0,00

    67 426 080,00

    FRANZA

    19,55

    17,81269

    151 407 865,00

    0,00

    151 407 865,00

    IL-KROAZJA

    0,00

    0,22518

    1 914 030,00

    0,00

    1 914 030,00

    L-ITALJA

    12,86

    12,53009

    106 505 765,00

    0,00

    106 505 765,00

    ĊIPRU

    0,09

    0,11162

    948 770,00

    0,00

    948 770,00

    IL-LATVJA

    0,07

    0,11612

    987 020,00

    0,00

    987 020,00

    IL-LITWANJA

    0,12

    0,18077

    1 536 545,00

    0,00

    1 536 545,00

    IL-LUSSEMBURGU

    0,27

    0,25509

    2 168 265,00

    0,00

    2 168 265,00

    L-UNGERIJA

    0,55

    0,61456

    5 223 760,00

    0,00

    5 223 760,00

    MALTA

    0,03

    0,03801

    323 085,00

    0,00

    323 085,00

    IN-NETHERLANDS

    4,85

    4,77678

    40 602 630,00

    0,00

    40 602 630,00

    L-AWSTRIJA

    2,41

    2,39757

    20 379 345,00

    0,00

    20 379 345,00

    IL-POLONJA

    1,30

    2,00734

    17 062 390,00

    0,00

    17 062 390,00

    IL-PORTUGALL

    1,15

    1,19679

    10 172 715,00

    0,00

    10 172 715,00

    IR-RUMANIJA

    0,37

    0,71815

    6 104 275,00

    0,00

    6 104 275,00

    IS-SLOVENJA

    0,18

    0,22452

    1 908 420,00

    0,00

    1 908 420,00

    IS-SLOVAKKJA

    0,21

    0,37616

    3 197 360,00

    0,00

    3 197 360,00

    IL-FINLANDJA

    1,47

    1,50909

    12 827 265,00

    0,00

    12 827 265,00

    L-IŻVEZJA

    2,74

    2,93911

    24 982 435,00

    0,00

    24 982 435,00

    IR-RENJU UNIT

    14,82

    14,67862

    124 768 270,00

    0,00

    124 768 270,00

    TOTAL TAL-UE-28

    100,00

    100,00

    850 000 000,00

    0,00

    850 000 000,00


    Top