This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0623
Council Implementing Regulation (EU) No 623/2011 of 27 June 2011 implementing Regulation (EC) No 560/2005 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Côte d'Ivoire
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 623/2011 tas- 27 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 623/2011 tas- 27 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
ĠU L 168, 28.6.2011, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907
28.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/2 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 623/2011
tas-27 ta’ Ġunju 2011
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta' April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005. |
(2) |
Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d'Ivoire, il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata. |
(3) |
Fid-dawl tal-urġenza, u sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu efettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Verżjoni MT: ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).
ANNESS
Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
1. |
APROCANCI (Assoċjazzjoni ta' Produtturi ta' Gomma Naturali tal-Côte d'Ivoire) |
2. |
SOGEPE (Soċjetà għall-ġestjoni tal-patrimonju tal-enerġija elettrika) |
3. |
RTI (Radjudiffużjoni Televiżjoni Ivorjani) |