Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0294

2010/294/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Mejju 2010 Dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2014

ĠU L 126, 22.5.2010, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/294/oj

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Mejju 2010

Dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2014

(2010/294/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (3) tagħha,

Wara li kkunsidra r-rapporti tal-Bord tal-Għażla ta’ Settembru 2009 rigward il-proċess ta’ għażla tal-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura fl-Isvezja u fil-Latvja rispettivament u l-opinjoni maħruġa mill-Parlament Ewropew,

Filwaqt li qies li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1622/2006/KE intlaħqu għal kollox,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2010,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu waħdieni

Umeå (Svezja) u Riga (Latvja) huma magħżula bħala “Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-sena 2014”.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

Á. GONZÁLEZ-SINDE REIG


(1)  ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.


Top