Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D1002

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1002/PESK tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    ĠU L 346, 23.12.2009, p. 47–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0800

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/1002/oj

    23.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 346/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/1002/PESK

    tat-22 ta’ Diċembru 2009

    li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-20 ta' Novembru 2006, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) (1); din il-Pożizzjoni Komuni ġiet emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK (2) li implimentat ir-Riżoluzzjoni 1874 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti.

    (2)

    Il-projbizzjoni dwar il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lir-RDPK ta' ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija għandha tinkludi l-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (3).

    (3)

    Il-Kunsill identifika l-persuni u l-entitajiet li jissodisfaw il-kriterji mniżżlin fl-Artikoli 3(1)(b) u 4(1)(b) u l-Artikoli 3(1)(c) u 4(1)(c) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK. Dawn il-persuni u l-entitajiet għandhom għalhekk jiġu elenkati fl-Anness II u III għal dik il-Pożizzjoni Komuni.

    (4)

    Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    1)

    fl-Artikolu 1(1), il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet militari tagħha, li għandhom jinkludu l-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (*). L-Unjoni Ewropea għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom jkunu koperti b'din id-dispożizzjoni.

    (*)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1”"

    2)

    fl-Artikolu 4, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

    “3.   Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

    (a)

    meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika;

    (b)

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta' servizzi legali; jew

    (c)

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew ħlasijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta' rutina taż-żamma jew manteniment ta' fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi,

    wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I, dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn adatt, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

    4.   Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

    (a)

    meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u approvat mill-Kumitat għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I; jew

    (b)

    is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew is-sentenza, bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet imdaħħla qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill, u mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I.”

    Artikolu 2

    L-Annessi II u III għall-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandhom jiġu sostitwiti bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. CARLGREN


    (1)  ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.

    (2)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 111.

    (3)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.


    ANNESS

    ANNESS II

    A.   Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 3(1)(b) u 4(1)(b)

    #

    Isem (u psewdonimi eventwali)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    CHANG Song-taek (magħruf ukoll bħala JANG Song-Taek)

    Data tat-twelid

    2.2.1946 jew 6.2.1946 jew 23.2.1946

    (provinċja ta' Hamgyong Nord)

    Numru tal-passaport (fl-2006): PS 736420617

    Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea

    2.

    CHON Chi Bu

     

    Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon.

    3.

    CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

    Data tat-twelid: bejn l- 1928 u l-1933

    Prim Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni nazzjonali tad-Difiża.

    4.

    CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

    Data tat-twelid

    1934 (Mandchourie, Ċina

    Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong Il).

    5.

    JON Pyong-ho

    Data tat-twelid: 1926

    Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

    6.

    KIM Yong-chun (magħruf ukoll bħala Young-chun

    Data tat-twelid: 4.3.1935

    Numru tal-passaport: 554410660

    Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, Konsulent Speċjali ta' Kim Jong II għall-istrateġija nukleari.

    7.

    O Kuk-Ryo

    Data tat-twelid: 1931

    (provinċja ta' Jilin, Ċina)

    Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programm nukleari u dak ballistiku

    8.

    PAEK Se-bong

    Data tat-twelid: 1946

    President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

    9.

    PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong

    Data tat-twelid: 1933

    Numru tal-passaport: 554410661

    Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi-Direttur tal-uffiċċju tal-loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong Il).

    10.

    PYON Yong Rip (magħruf ukoll bħala Yong-Nip)

    Data tat-twelid: 20.9.1929

    Numru tal-passaport: 645310121

    (maħruġ fit-13.9.2005)

    President tal-Akkademja tax-Xjenzi li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM

    11.

    RYOM Yong

     

    Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

    12.

    SO Sang-kuk

    Data tat-twelid:

    bejn l-1932 u l-1938

    Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.


    B.   Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)

    #

    Isem (u psewdonimi eventwali)

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

     

    Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).

    2.

    Korea Pugang mining and machinery corporation ltd

     

    Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009), li tamministra fabbriki għall-produzzjoni ta' trab tal-alluminju li jista' jintuża fil-qasam tal-missili.

    3.

    Korean Ryengwang trading corporation

    Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, Korea ta' Fuq

    Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

    4.

    Sobaeku United Corp (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp

     

    Kumpannija Statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha diversi depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.

    ANNESS III

    A.   Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 3(1)(c) u 4(1)(c)

    1.

    KIM Tong-un

     

    Direttur tal-‘Uffiċċju 39’ tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.


    Top