This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007O0020
Guideline of the European Central Bank of 17 December 2007 amending Guideline ECB/2006/16 on the legal framework for accounting and financial reporting in the European System of Central Banks (ECB/2007/20)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2007/20)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2007/20)
ĠU L 42, 16.2.2008, p. 85–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010O0020
16.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 42/85 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Diċembru 2007
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali
(BĊE/2007/20)
(2008/122/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4,
Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond it-tieni u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 47.2 ta’ l-Istatut,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2006/16 ta’ l-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (1) ma tinkludix regoli speċifiċi dwar il-kontabilita' ta’ strumenti sintetiċi, li qed jintużaw dejjem aktar fis-swieq finanzjarji. L-iżvilupp ta’ regoli ġeneriċi ta’ kontabilita' għal strumenti sintetiċi huwa xieraq billi jipprovdi regoli ċari li jistgħu jakkomodaw il-firxa sħiħa ta’ dawn l-istrumenti u jipprovdu qafas ċar għall-awdituri esterni ta’ l-Eurosistema. |
(2) |
L-Artikolu 14(2) tal-Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 t’April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (2) tipprovdi li s-sistema TARGET2 se tissostitwixxi s-sistema TARGET ta’ bħalissa. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem l-“Istati Membri parteċipanti”) se jemigraw għat-TARGET2 skond l-iskeda speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja Gwida BĊE/2007/2. Barra minn dan, ċerti BĊNi ta’ l-Istati Membri li m’adottawx l-euro se jikkunnettjaw mat-TARGET2 skond ftehim separat mal-BĊE u l-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti. Jinħtieġ għalhekk li jiġu emendati r-referenzi għat-“TARGET” u l-kunċetti relatati fil-Linja Gwida BĊE/2006/16, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2006/16 tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej: “Artikolu 9a Strumenti sintetiċi 1. Strumenti miġburin flimkien biex jiffurmaw strument sintetiku għandhom ikunu rikonoxxuti u ttrattati separatament minn strumenti oħra, skond id-dispożizzjonijiet ġenerali, ir-regoli ta’ valutazzjoni, ir-rikonoxximent tad-dħul u l-obbligi speċifiċi għall-istrumenti stabbiliti f’din il-Linja Gwida. 2. B’deroga mill-Artikoli 3(b), 7(3), 11(1) u 13(2), it-trattament alternattiv li ġej jista’ jiġi applikat għall-valutazzjoni ta’ strumenti sintetiċi:
3. Jekk xi wieħed mill-istrumenti miġburin flimkien jiskadi, jinbiegħ, jintemm jew jintuża, l-entita' li tirrapporta m’għandhiex tkompli b’mod prospettiv it-trattament alternattiv speċifikat fil-paragrafu 2, u kull qligħ ta’ valutazzjoni mhux ammortizzat u kkreditat fil-kont tal-profitt u t-telf fis-snin ta’ qabel għandu jitreġġa’ lura minnufih. 4. It-trattament alternattiv speċifikat fil-paragrafu 2 jista’ jiġi applikat biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Il-kema “TARGET” hija sostitwita bil-kelmiet “TARGET/TARGET2” fl-Artikolu 10(1)(a) u l-partijiet li ġejjin ta’ l-Anness IV:
|
(3) |
L-Anness II mal-Linja Gwida BĊE/2006/16 huwa emendat skond l-Anness ma’ din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida tapplika għall-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema kollha.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 17 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 348, 11.12.2006, p. 1.
ANNESS
Jiġi emendat l-Anness II mal-Linja Gwida BĊE/2006/16 kif ġej:
1. |
Titħassar id-definizzjoni ta’ “interlinking” |
2. |
Tiżdied id-definizzjoni li ġejja wara l-“istrike price” “Strument sintetiku: strument finanzjarju maħluq b’mod artifiċjali billi jinġabru flimkien żewġ strumenti jew aktar bil-għan li jirreplikaw il-fluss tal-flus kontanti u l-metodi ta’ valutazzjoni ta’ strument ieħor. Dan normalment isir permezz ta’ intermedjarju finanzjarju.” |
3. |
Id-definizzjoni tat-“TARGET” tiġi sostitwita b’li ġej: “TARGET: is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer, bis-saħħa tal-Linja Gwida BĊE/2005/16 tat-30 ta’ Diċembru 2005 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (*). (*) ĠU L 18, 23.1.2006, p. 1. Il-Linja Gwida kif emendata bil-Linja Gwida BĊE/2006/11 (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 17).”" |
4. |
Tiżdied id-definizzjoni li ġejja wara d-definizzjoni tat-“TARGET” “TARGET2: is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer, bis-saħħa tal-Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 t’April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (**). |