This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0623(01)
2007/623/EC: Commission Decision of 31 August 2007 setting up the High Level Group of Independent Stakeholders on Administrative Burdens
2007/623/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Awwissu 2007 dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi
2007/623/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Awwissu 2007 dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi
ĠU L 253, 28.9.2007, p. 40–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2007
28.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 253/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Awwissu 2007
dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi
(2007/623/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni intitolata “Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis ta’ Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea” (1), li fiha ħabbret l-intenzjoni tagħha li tadotta strateġija trasparenti fl-implimentazzjoni ta' dan il-Programm ta' Azzjoni billi tinvolvi partijiet interessati mill-Unjoni Ewropea kollha u tibbenefika kontinwament mid-dħul tagħhom. |
(2) |
Il-Programm ta’ Azzjoni ġie approvat mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 li enfasizza l-mira tat-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi b’25 % sa l-2012. |
(3) |
Il-Kummissjoni diġà qed tikkonsulta u tikkoopera fuq dan is-suġġett flimkien ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri permezz tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti Nazzjonali Regolatorji dwar Regolazzjoni Aħjar, iżda bl-għan li tkun żgurata interazzjoni ugwalment effettiva mal-partijiet interessati l-oħra, li l-kontribut tagħhom huwa indispensabbli biex tintlaħaq il-mira ambizzjuża ta' tnaqqis, u skond il-Komunikazzjoni msemmija qabel, il-Kummissjoni għandha mnejn ikollha tirrikorri għall-għarfien espert ta’ speċjalisti f’korp konsultattiv. |
(4) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u li jiġu definiti l-ħidmiet tiegħu u l-istruttura tiegħu. |
(5) |
Il-grupp għandu jagħti parir lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Programm ta’ Azzjoni, b’mod partikolari dwar miżuri għat-tnaqqis ta’ piż amministrattiv suġġeriti mill-konsulenti, permezz ta’ konsultazzjoni fuq l-internet u workshops lokali fl-Istati Membri. |
(6) |
Il-grupp għandu jkun magħmul minn partijiet interessati indipendenti ta’ livell għoli magħżula fuq il-bażi ta’ l-għarfien espert tagħhom f’dak li għandu x'jaqsam ma' Regolazzjoni Aħjar u/jew l-oqsma politiċi koperti mill-Programm ta’ Azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interessi tan-negozji żgħar u kbar, ta’ l-imsieħba soċjali, ta’ l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ta' l-ambjent, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, ikunu rappreżentati b’mod xieraq. |
(7) |
Ir-regoli dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni mill-membri tal-grupp għandhom jiġu pprovduti, bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom (2). |
(8) |
Id-data personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta’ individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-data (3). |
(9) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk estensjoni tkunx f'lokha, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi
Il-Grupp ta' Livell Għoli ta' Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-grupp”, huwa b'dan imwaqqaf b'effett mill-31 ta' Awwissu 2007.
Artikolu 2
Ħidma
Il-ħidma tal-grupp għandha tkun li jagħti parir lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis ta’ Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea li l-għan tiegħu hu li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji li jinqalgħu b’konsegwenza tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE b’25 % sa l-2012.
B'mod partikolari il-grupp għandu:
— |
jipprovdi parir fuq miżuri ta’ tnaqqis ta’ piż amministrattiv suġġerit minn konsulenti, permezz ta’ konsultazzjoni fuq l-internet u workshops lokali fl-Istati Membri; |
— |
jagħti parir lill-Kummissjoni fuq talba tagħha dwar kwistjonijiet metodoloġiċi li jistgħu jinqalgħu fil-Programm ta' Azzjoni; |
— |
jissuġġerixxi liema biċċiet addizzjonali ta’ leġiżlazzjoni eżistenti jistgħu jiġu inklużi fl-eżerċizzju ta’ kejl ta’ l-UE kollha, kif meħtieġ. |
Il-mandat huwa mogħti għal tliet snin: jista' jiġi estiż b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Konsultazzjoni
1. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-grupp dwar kull suġġett relatat ma' l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis ta' Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea.
2. Il-President tal-grupp jista’ jagħti parir lill-Kummissjoni li jkun mixtieq li jiġi kkonsultat il-Grupp dwar kwistjoni speċifika. Il-grupp m’għandux jipprovdi parir bħal dan sakemm ma jiġix mitlub bil-miktub mill-Kummissjoni.
Artikolu 4
Sħubija - Ħatra
1. Il-grupp għandu jkollu mhux aktar minn ħmistax-il membru.
2. Il-Kummissjoni għandha l-ewwel tinnomina l-President tal-grupp. Il-membri tal-grupp għandhom imbagħad jinħatru mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-President minn partijiet interessati ta’ livell għoli b’kompetenza fl-oqsma rreferuti fl-Artikolu 2 u 3(1).
Il-membri għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ l-għarfien espert tagħhom f’dak li għandu x'jaqsam ma' Regolazzjoni Aħjar u/jew l-oqsma politiċi koperti mill-Programm ta’ Azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interessi tan-negozji żgħar u kbar, ta’ l-imsieħba soċjali, ta’ l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ta' l-ambjent, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, ikunu rappreżentati b’mod xieraq.
3. Il-membri għandhom jinħatru f'kapaċità personali u għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni indipendentement minn kull influwenza esterna skond din id-deċiżjoni.
4. Il-membri tal-grupp jinħatru għal terminu ta' kariga ta’ tliet snin. Għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew jispiċċalhom il-mandat.
5. Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jew ta’ l-Artikolu 287 tat-Trattat jistgħu jiġu ssostitwiti għall-kumplament tal-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom.
6. Il-membri għandhom jiffirmaw kull sena dikjarazzjoni fejn jistqarru li huma jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta' kull interess li jista' jaffettwa l-indipendenza tagħhom.
7. L-ismijiet tal-membri għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit ta' l-Internet tad-Direttorat Ġenerali ta' l-Intrapriża u l-Industrija. L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Operat
1. Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw il-mistoqsijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Kif jintlaħqu l-għanijiet tagħhom, it-tali sottogruppi għandhom ixolju. Fejn xieraq, għandha tiġi kkonsultata l-opinjoni tal-gruppi eżistenti ta' partijiet interessati b'għarfien espert settorjali u trasmessa lill-grupp u lis-sottogruppi.
2. Il-Kummissjoni jew il-President, fi qbil mal-Kummissjoni, jista' jistaqsi lill-esperti jew lill-osservaturi ta' kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.
3. L-informazzjoni miksuba mis-sehem fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew is-sottogrupp ma tistax tiġi żvelata, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.
4. Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti minnha. Id-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija għandu jipprovdi s-servizz segretarjali.
5. Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni (4).
6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika b’mod ġenerali fuq l-Internet, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju rilevanti jew konklużjoni li jirriżultaw mill-ħidma tal-grupp.
Artikolu 6
Spejjeż tal-laqgħat
L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn meħtieġ, tas-sussistenza għall-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni b’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż ta' spejjeż għal esperti esterni.
Il-membri, l-esperti u l-osservaturi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi mogħtija.
L-ispejjeż tal-laqgħat jiġu rimborżati fil-limiti tal-finanzi allokati kull sena mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.
Artikolu 7
Applikabilità
Din id-deċiżjoni għandha tapplika sa tliet snin wara l-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) COM(2007), 23 finali, 24 ta' Jannar 2007
(2) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendta bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p.38).
(4) Ara r-regoli standard ta’ proċedura – Anness III tad-dokument SEC(2005) 1004.