This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0540
2004/540/CFSP: Political and Security Committee Decision THEMIS/1/2004 of 30 June 2004 concerning the appointment of the Head of Mission of the EU Rule of Law Mission in Georgia, in the context of ESDP, EUJUST THEMIS
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' sigurtà THEMIS/1/2004 tat- 30 ta' Ġunju 2004 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja, fil-kuntest tal-PESD, EUJUST THEMIS
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' sigurtà THEMIS/1/2004 tat- 30 ta' Ġunju 2004 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja, fil-kuntest tal-PESD, EUJUST THEMIS
ĠU L 239, 9.7.2004, p. 35–35
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 112–112
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2005
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
112 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ THEMIS/1/2004
tat-30 ta' Ġunju 2004
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja, fil-kuntest tal-PESD, EUJUST THEMIS
(2004/540/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/523/PESK tat-28 ta' Ġunju 2004 tal dwar il-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUJUST THEMIS (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 (1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 9(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/523/PESK jistabbilixxi li l-Kunsill, jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti bi qbil ma' l-Artikolu 25 tat-TEU. inklużi s-setgħat biex jaħtar, fuq proposta mis-Segretarju ġenerali/ir-Rappreżentant Għoli, Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra ta' Mme PANTZ Sylvie, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Mme PANTZ Sylvie hija hawnhekk maħtura bħala Kap tal-Missjoni, Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-UE fil-Ġeorġja, fil-kuntest tal-PESD, EUJUST THEMIS.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi adottata.
Tibqa' tapplika sa l-14 ta' Lulju 2005.
Magħmula fi Brussell, fit-30 ta' Ġunju 2004.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. KELLEHER
(1) ĠU L 228, tad-29.6.2004, p. 21.