This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0715
Case C-715/21 P: Appeal brought on 25 November 2021 by Gerardo Galeote (T-243/20) against the judgment of the General Court (Fifth Chamber) delivered on 15 September 2021 in Joined Cases T-240/20 to T-245/20, Arnaoutakis and Others v Parliament
Kawża C-715/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Gerardo Galeote (T-243/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs il-Parlament
Kawża C-715/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Gerardo Galeote (T-243/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs il-Parlament
ĠU C 37, 24.1.2022, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/22 |
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Gerardo Galeote (T-243/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs il-Parlament
(Kawża C-715/21 P)
(2022/C 37/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Gerardo Galeote (rappreżentanti: J. M. Martínez Gimeno, avukat, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukat, E. Arnaldos Orts, avukat, F. Doumont, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
Tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha; |
— |
Tiddeċiedi fuq il-kawża u tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament sa fejn ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent peress li ma laħaqx l-età rikjesta ta’ 65 sena, li jingħata dritt ta’ pensjoni kumplimentari volontarja; |
— |
Tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-proċedura fl-istadju tal-appell u l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-243/20. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-aggravji huma bbażati fuq: (i) in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau li jieħu d-deċiżjoni tal-Bureau 2018, b’mod partikolari, peress li jistabbilixxi Kundizzjonijiet materjali tad-dritt li qed jiġu miksuba qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (ii) il-ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet li jagħtu titolu prospettiv qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (iii) ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; (iv) ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali (nuqqas ta’ miżuri tranżitorji) u tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.