Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0481

Kawża T-481/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2021 – Magnetec vs EUIPO (CoolTUBE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CoolTUBE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 310, 2.8.2021, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2021 – Magnetec vs EUIPO (CoolTUBE)

(Kawża T-481/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CoolTUBE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 310/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Magnetec – Gesellschaft für Magnettechnologie mbH (Langenselbold. il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Havel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1755/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CoolTUBE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1755/2019-1), hija annullata.

2)

L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn Magnetec – Gesellschaft für Magnettechnologie mbH, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bord ta’ Appell.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.


Top