This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0058
Joined Cases C-58/20 and C-59/20: Judgment of the Court (First Chamber) of 17 June 2021 (request for a preliminary ruling from the Bundesfinanzgericht — Austria) — K (C-58/20), DBKAG (C-59/20) v Finanzamt Österreich, formerly Finanzamt Linz (References for a preliminary ruling — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 135(1) — Exemptions — Management of special investment funds — Outsourcing — Services provided by a third party)
Kawżi magħqudaC-58/20 u C-59/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – K (C-58/20), DBKAG (C-59/20) vs Finanzamt Österreich, li qabel kienet Finanzamt Linz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 135(1) – Eżenzjonijiet – Immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment – Esternalizzazzjoni – Servizzi pprovduti minn terz)
Kawżi magħqudaC-58/20 u C-59/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – K (C-58/20), DBKAG (C-59/20) vs Finanzamt Österreich, li qabel kienet Finanzamt Linz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 135(1) – Eżenzjonijiet – Immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment – Esternalizzazzjoni – Servizzi pprovduti minn terz)
ĠU C 310, 2.8.2021, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – K (C-58/20), DBKAG (C-59/20) vs Finanzamt Österreich, li qabel kienet Finanzamt Linz
(Kawżi magħqudaC-58/20 u C-59/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1) - Eżenzjonijiet - Immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment - Esternalizzazzjoni - Servizzi pprovduti minn terz)
(2021/C 310/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: K (C-58/20), DBKAG (C-59/20)
Konvenut: Finanzamt Österreich, li qabel kienet Finanzamt Linz
Dispożittiv
L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvisti ta’ servizzi pprovduti minn terzi lil kumpanniji ta’ ġestjoni ta’ fondi speċjali ta’ investiment, bħal responsabbiltajiet fiskali li jikkonsistu f’li tiġi żgurata t-tassazzjoni skont il-liġi nazzjonali tad-dħul mill-fondi rċevut mill-parteċipanti u l-għoti ta’ dritt ta’ użu ta’ software li jservi esklużivament sabiex jitwettqu kalkoli essenzjali għall-ġestjoni ta’ riskji u għall-kejl tal-prestazzjonijiet, jaqgħu taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, jekk huma jkollhom rabta intrinsika mal-immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment u jekk ikunu pprovduti esklużivament għall-finijiet tal-ġestjoni ta’ tali fondi, anki jekk dawn is-servizzi ma jkunux esternalizzati kollha kemm huma.