Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0627(01)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2018 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

    ST/9712/2018/REV/2

    ĠU C 223, 27.6.2018, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    27.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 223/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-22 ta’ Ġunju 2018

    li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018

    (2018/C 223/06)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018 ġie adottat definittivament fit-30 ta’ Novembru 2017 (2),

    fit-23 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2018,

    sabiex ikunu jistgħu jiġu koperti l-bżonnijiet ta’ finanzjament marbuta mal-estensjoni tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija u b’hekk tkun żgurata l-kontinwità, jenħtieġ li l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2018 jiġi adottat mingħajr dewmien. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 ġiet adottata fit-22 ta’ Ġunju 2018.

    Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. GORANOV


    (1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 57, 28.2.2018, p. 1.


    Top