This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TB0671(01)
Case T-671/15: Order of the General Court of 19 October 2016 — E-Control v ACER (Action for annulment — Energy — Regulation (EC) No 713/2009 — Regulation (EC) No 714/2009 — Opinion of ACER — National regulatory authorities’ decisions approving the methods of allocation of cross-border electricity transmission capacity — Central-East Europe region — Compatibility — Act not open to challenge — Inadmissibility)
Kawża T-671/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2016 – E-Control vs ACER “Rikors għal annullament — Enerġija — Regolament (KE) Nru 713/2009 — Regolament (KE) Nru 714/2009 — Avviż tal-ACER — Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali ta’ elettriku — Reġjun Ewropa ċentrali u tal-Lvant — Kompatibbiltà — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”
Kawża T-671/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2016 – E-Control vs ACER “Rikors għal annullament — Enerġija — Regolament (KE) Nru 713/2009 — Regolament (KE) Nru 714/2009 — Avviż tal-ACER — Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali ta’ elettriku — Reġjun Ewropa ċentrali u tal-Lvant — Kompatibbiltà — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”
ĠU C 462, 12.12.2016, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/23 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2016 – E-Control vs ACER
(Kawża T-671/15) (1)
(“Rikors għal annullament - Enerġija - Regolament (KE) Nru 713/2009 - Regolament (KE) Nru 714/2009 - Avviż tal-ACER - Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali ta’ elettriku - Reġjun Ewropa ċentrali u tal-Lvant - Kompatibbiltà - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)
(2016/C 462/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentant: E. Tremmel, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Avviż tal-ACER Nru 09/2015, tat-23 ta’ Settembru 2015, dwar il-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ regolazzjoni li japprovaw il-metodi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transkonfinali fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant bir-Regolament (KE) Nru 714/2009, inklużi l-linji gwida dwar il-ġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ trasferiment disponibbli ta’ interkonnessjonijiet bejn sistemi nazzjonali, li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-regolament.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, ta’ Wirtschaftskammer Österreich, ta’ Verbund AG u ta’ Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. |
3) |
Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), inklużi dawk marbuti mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
4) |
Ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, Wirtschaftskammer Österreich, Verbund AG u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent. |