This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0272
Case T-272/14: Order of the General Court of 9 June 2015 — P-D Glasseiden and Others v Commission (State aid — Measures adopted by Germany in favour of electricity generated from renewable energy sources and of energy-intensive undertakings — Decision to open the procedure under Article 108(2) TFEU — Adoption of the final decision after the action was brought — No need to adjudicate)
Kawża T-272/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – P-D Glasseiden et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Kawża T-272/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – P-D Glasseiden et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
ĠU C 294, 7.9.2015, p. 62–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 294/62 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – P-D Glasseiden et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-272/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 294/75)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: P-D Glasseiden GmbH Oschatz (Oschatz, il-Ġermanja); P-D Interglas Technologies GmbH (Erbach, il-Ġermanja); P-D Industriegesellschaft mbH (Wilsdruff, il-Ġermanja); u Glashütte Freital GmbH (Freital, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Janssen u G.-R. Engel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami. |
2) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. |
3) |
P-D Glasseiden GmbH Oschatz, P-D Interglas Technologies GmbH, P-D Industriegesellschaft mbH u Glashütte Freital GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |