Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0263

    Kawża C-263/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ Ġunju 2015 – Lajvér Meliorációs Nonprofit Kft. u Lajvér Csapadékvízrendezési Nonprofit Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

    ĠU C 294, 7.9.2015, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ Ġunju 2015 – Lajvér Meliorációs Nonprofit Kft. u Lajvér Csapadékvízrendezési Nonprofit Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

    (Kawża C-263/15)

    (2015/C 294/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Kúria

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Lajvér Meliorációs Nonprofit Kft. u Lajvér Csapadékvízrendezési Nonprofit Kft.

    Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

    Domandi preliminari

    1)

    Fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, ir-rikorrenti jaġixxu bħala persuni taxxabbli, fid-dawl tal-fatt li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-VAT (1) ma teskludix mill-ambitu tal-kunċett ta’ attività ekonomika l-attivitajiet eżerċitati mill-kumpanniji kummerċjali, inkluż meta dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw attività ekonomika bħala professjoni li trendi qligħ b’mod komplementari biss?

    2)

    Il-fatt li parti sostanzjali mill-investimenti tar-rikorrenti hija ffinanzjata minn għajnuna mill-Istat u li, fil-kuntest tal-ġestjoni, jirċievu dħul li joriġina minn ħlas ta’ tariffa f’ammont imnaqqas, għandu effett fuq il-kwalità tagħhom ta’ persuni taxxabbli?

    3)

    F’każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, għandu jiġi kkunsidrat li din it-“tariffa” tikkostitwixxi l-korrispettiv ta’ provvista ta’ servizzi, u li teżisti rabta diretta bejn il-provvista ta’ servizzi u l-ħlas ta’ korrispettiv?

    4)

    Ir-rikorrenti, minħabba l-ġestjoni tal-investimenti magħmula, iwettqu provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-VAT, kif ġie interpretat, jew din l-attività ma tistax tiġi kkunsidrata bħala provvista ta’ servizzi, peress li tikkostitwixxi t-twettiq ta’ obbligu legali?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Top