This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0195
Case T-195/11, T-458/11, T-448/12 and T-41/13: Judgment of the General Court of 18 March 2015 — Cahier and Others v Council and Commission (Non-contractual liability — Prohibition for producers of wine obtained from dual-purpose vine varieties from themselves distilling spirits from quantities of wine obtained from dual-purpose vine varieties produced in excess of the quantity normally produced — Application of that legislation by national authorities)
Kawżi T-195/11, T-458/11, T-448/12 u T-41/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2015 – Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Projbizzjoni għall-produtturi tal-inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju li jagħmlu d-distillazzjoni fi spirti, huma stess, ta’ kwantitajiet tal-inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju prodotti li jeċċedu l-kwantità normalment prodotta — Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali”)
Kawżi T-195/11, T-458/11, T-448/12 u T-41/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2015 – Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Projbizzjoni għall-produtturi tal-inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju li jagħmlu d-distillazzjoni fi spirti, huma stess, ta’ kwantitajiet tal-inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju prodotti li jeċċedu l-kwantità normalment prodotta — Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali”)
ĠU C 146, 4.5.2015, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 146/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2015 – Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawżi T-195/11, T-458/11, T-448/12 u T-41/13) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Projbizzjoni għall-produtturi tal-inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju li jagħmlu d-distillazzjoni fi spirti, huma stess, ta’ kwantitajiet tal-inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju prodotti li jeċċedu l-kwantità normalment prodotta - Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali”))
(2015/C 146/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean-Marie Cahier (Montchaude, Franza) u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness għas-sentenza (rappreżentant: C.-É. Gudin, avuat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawżi T-195/11 u T-458/11, inizjalment minn É. Sitbon u P. Mahnič Bruni, sussegwentement minn É. Sitbon u S. Barbagallo, fil-Kawża T-448/12, inizjalment minn E. Karlsson u É. Sitbon, sussegwentement minn E. Karlsson u A. Westerhof Löfflerová u finalment minn E. Karlsson u S. Barbagallo u, fil-Kawża T-41/13, S. Barbagallo u E. Karlsson, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-195/11, inizjalment minn D. Bianchi, B. Schima u M. Vollkommer, sussegwentement minn D. Bianchi u B. Schima, fil-Kawża T-458/11, B. Schima, fil-Kawża T-448/12, I. Galindo Martin u B. Schima u, fil-Kawża T-41/13, inizjalment minn A. Marcoulli u B. Schima, sussegwentement minn D. Bianchi, B. Schima u A. Marcoulli, aġenti)
Suġġett
Rikors sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti insegwitu għal proċeduri u għal kundanni ġudizzjarji li Franza kienet suġġetta għalihom, minħabba li ma kinux ikkonformaw matul numru ta’ snin tal-inbid, mal-mekkaniżmu ta’ distillazzjoni obbligatorju stabbilit mill-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 25), u kif implementat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1623/2000, tal-25 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 182).
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T-195/11, T-458/11, T-448/12 u T-41/13 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza. |
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
3) |
Jean-Marie Cahier u r-rikorrenti l-oħra li isimihom jinsab fl-Anness huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess li huma relatati mal-kawża prinċipali kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
Jean-Marie Cahier u r-rikorrenti l-oħra fil-Kawża T-195/11 huma kkundannati għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-195/11 R. |
5) |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |