Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0014

Kawża F-14/15: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 89, 16.3.2015, pp. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-14/15)

(2015/C 089/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1024/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u inapplikabbli;

tannulla d-deċiżjonijiet jistabbilixxu l-ammont għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar annwali mogħti lir-rikorrenti għas-sena 2004;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top