This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AR2077
Opinion of the Committee of the Regions on ‘The European Capitals of Culture (2020-2033)’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-Snin 2020 sal-2033”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-Snin 2020 sal-2033”
ĠU C 17, 19.1.2013, p. 97–103
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/97 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-Snin 2020 sal-2033”
2013/C 17/15
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jappoġġja bil-qawwa t-tkomplija tal-inizjattiva li tinkorpora r-rikkezza kulturali Ewropea fid-diversità sħiħa tagħha u li permezz tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tappoġġja l-iżvilupp fit-tul ta’ spazju kulturali komuni Ewropew; |
— |
jenfasizza l-bżonn li l-bliet applikanti jiżviluppaw programm kulturali speċifiku skont ir-riżorsi lokali u reġjonali tagħhom u jagħtuh dimensjoni Ewropea b’saħħitha. Dan il-programm għandu jkun ibbażat fuq direzzjoni strateġika effettiva u sostenibbli u għandu jkollu effetti pożittivi fit-tul fuq is-settur tal-kultura u l-post li qed iġorr it-titlu lil hinn mit-tul ta’ sena tal-inizjattiva; |
— |
isejjaħ għall-parteċipazzjoni attiva tal-gruppi soċjali, reliġjużi, etniċi u kulturali kollha u ta’ kull età anki fl-implimentazzjoni tal-programm kulturali. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ sabiex dawn jitjibulhom l-opportunitajiet li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali; |
— |
jerġa’ jinsisti fuq il-bżonn li jiġu involuti ż-żoni ta’ madwar il-kapitali tal-kultura kif ukoll ir-reġjun estiż tal-madwar sabiex tiġi ffaċilitata wkoll il-parteċipazzjoni taż-żoni ġeografiċi li kibru u li ħafna drabi jestendu lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri; |
— |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji li ġejjin mir-rwol importanti tal-Kumitat tar-Reġjuni b’rabta ma’ din l-inizjattiva. Għalhekk iqis raġonevoli u bżonjużi l-ħatra u l-parteċipazzjoni ta’ mill-inqas membru elett wieħed tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-Bord Ewropew. |
Relatur |
Is-Sinjura VITOUCH (AT/PSE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Vjenna |
Dokument ta’ referenza |
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 COM(2012) 407 final |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Kuntest ġenerali
1. |
iqis l-inizjattiva tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura bħala waħda mill-iktar miżuri ambizzjużi, estiżi u effettivi tal-UE fil-qasam tal-kultura li tenfasizza r-rikkezza, d-diversità u l-karatteristiċi komuni tal-iżvilupp kulturali lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew; |
2. |
jappoġġja bil-qawwa t-tkomplija tal-inizjattiva li tinkorpora r-rikkezza kulturali Ewropea fid-diversità sħiħa tagħha u li permezz tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tappoġġja l-iżvilupp fit-tul ta’ spazju kulturali komuni Ewropew; |
3. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji li ġejjin mir-rwol importanti tal-Kumitat tar-Reġjuni b’rabta ma’ din l-inizjattiva. Għalhekk iqis raġonevoli u bżonjużi l-ħatra u l-parteċipazzjoni ta’ mill-inqas membru elett wieħed tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-Bord Ewropew; |
4. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea u jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bil-kunsiderazzjoni estensiva li ngħataw l-aspetti lokali u reġjonali, billi dawn ġew enfasizzati fl-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KtR dwar “Il-Ġejjieni tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura” (1), li ser tħaffef il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
5. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-kultura, skont l-Artikolu 6 tat-TFUE, hija responsabbli biss mill-miżuri, l-appoġġ, il-koordinazzjoni jew il-komplementarjetà tal-miżuri tal-Istati Membri u li skont l-Artikolu 3(3) tat-TUE għandha d-dmir li tħares ir-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u tipprovdi għall-ħarsien u l-iżvilupp tal-wirt kulturali tal-Ewropa; |
6. |
jinnota li l-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza madanakollu li dan il-prinċipju u t-tip ta’ kompetenza għandu jkollhom impatt fuq il-proċeduri proposti (post fuq il-Bord Ewropew, nomina, kriterji) sabiex b’hekk jirriflettu l-ispirtu tat-Trattati; |
Kummenti ġenerali
7. |
jenfasizza l-bżonn li l-bliet applikanti jiżviluppaw programm kulturali speċifiku skont ir-riżorsi lokali u reġjonali tagħhom u jagħtuh dimensjoni Ewropea b’saħħitha. Dan il-programm għandu jkun ibbażat fuq direzzjoni strateġika effettiva u sostenibbli u għandu jkollu effetti pożittivi fit-tul fuq is-settur tal-kultura u l-post li qed iġorr it-titlu lil hinn mit-tul ta’ sena tal-inizjattiva; |
8. |
isejjaħ għall-parteċipazzjoni attiva tal-gruppi soċjali, reliġjużi, etniċi u kulturali kollha u ta’ kull età anki fl-implimentazzjoni tal-programm kulturali. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ sabiex dawn jitjibulhom l-opportunitajiet li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali; |
9. |
jenfasizza mill-ġdid il-fehma tiegħu li b’mod partikolari l-kunċett tad-djalogu interkulturali flimkien mal-koeżjoni soċjali u territorjali jistgħu jagħtu kontribut fit-trażmissjoni tal-prinċipji tal-ħajja privata, soċjali u taċ-ċittadini bħas-solidarjetà, ir-responsabbiltà, it-tolleranza u r-rispett (2). Dawn il-prijoritajiet jippermettu lill-individwi kif ukoll lill-gruppi soċjali differenti li minkejja l-isfond kulturali differenti tagħhom jikkomunikaw flimkien u jgħixu flimkien abbażi tal-valuri Ewropej; |
10. |
fl-inizjattiva jara wkoll appoġġ sostenibbli u effettiv tal-industriji kulturali u kreattivi lokali u reġjonali u jenfasizza fl-istess waqt il-valur intrinsiku tal-produzzjoni artistika u kulturali Ewropea u l-promozzjoni u l-adozzjoni tagħha; |
11. |
jenfasizza l-bżonn ta’ żmien ta’ tħejjija profonda mifruxa fuq bosta snin, appoġġ espert (tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet, evalwazzjoni u monitoraġġ) kif ukoll iż-żamma tal-istruttura li fuqha hija mibnija l-inizjattiva, jiġifieri dik ta’ sena sħiħa. Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ b’rabta ma’ dan it-titjib tal-evalwazzjoni mill-belt ikkonċernata stess b’akkumpanjament fuq livell Ewropew; |
12. |
jappoġġja l-proċess attwali ta’ selezzjoni li huwa magħmul minn żewġ fażijiet. L-ewwel fażi hija bbażata fuq sistema ta’ rotazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE. Din tipprovdi lill-bliet u r-reġjuni tal-Istati Membri tal-UE kollha l-istess opportunitajiet huma u japplikaw u tipprovdi wkoll bilanċ ġeografiku bejn il-postijiet tal-bliet ospitanti fl-UE; |
13. |
jiġbed l-attenzjoni lejn is-sinifikat ta’ strateġija fit-tul permezz tal-kapitali tal-kultura. Is-suċċess tagħha jiddependi fost elementi oħra mill-appoġġ politiku tal-livelli kollha, governanza tajba fl-oqsma kkonċernati kollha, il-ħatra ta’ tmexxija artistikament indipendenti u d-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji affidabbli u għal bosta snin; |
14. |
jirrakkomanda li jsiru sforzi partikolari sabiex fil-qafas tal-proċess tal-għażla u permezz tal-miżuri adatti, jiġu mħeġġa japplikaw firxa wiesgħa ta’ bliet u reġjuni; |
15. |
jaqbel ma’ żieda fil-viżibbiltà tal-miżuri bħala inizjattiva tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tkun element vinkolanti tal-istrateġija tal-Komunikazzjoni tal-Kapitali tal-Kultura li tintgħażel; |
16. |
jerġa’ jinsisti fuq il-bżonn li jiġu involuti ż-żoni ta’ madwar il-kapitali tal-kultura kif ukoll ir-reġjun estiż tal-madwar sabiex tiġi ffaċilitata wkoll il-parteċipazzjoni taż-żoni ġeografiċi li kibru u li ħafna drabi jestendu lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri; |
17. |
jittama li l-Kummissjoni Ewropea tinkoraġġixxi l-użu tal-esperjenzi tal-kapitali kulturali Ewropej fid-dimensjonijiet transnazzjonali u transkonfinali tagħhom, peress li minn naħa dawn il-kapitali kulturali jaħdmu bħala “binomi transnazzjonali” u barra minn hekk il-kunċett ta’ “kapitali kulturali” qed ikollu dejjem aktar komponent transkonfinali fundamentali; |
18. |
iqis l-inizjattiva bħala kontribut potenzjali fil-Politika Ewropea tal-Viċinat kif ukoll fir-relazzjoni ma’ pajjiżi Ewropej oħra billi ma tgħinx biss biex issaħħaħ il-kooperazzjoni kulturali fl-UE iżda anki tgħin sabiex jiġu żviluppati rabtiet iktar mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi qraba tagħha fil-Lvant u n-Nofsinhar bil-għan tal-promozzjoni tal-prosperità, l-istabbiltà u s-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE. Għalhekk il-parteċipazzjoni fl-inizjattiva m’għandhiex tkun miftuħa biss għall-bliet mill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali iżda anki għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat kif ukoll il-pajjiżi tal-EFTA. |
19. |
jirrakkomanda li s-sinerġiji jintużaw bl-iktar mod effettiv possibbli bil-għan li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi finanzjarji disponibbli. B’rabta ma’ dan il-Kumitat jappella għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmu affidabbli li jipprovdi l-inizjattiva b’appoġġ interkonness fil-qafas tal-bosta programmi tal-iżvilupp tal-UE; |
20. |
jilqa’ l-possibbiltà li fl-assenza ta’ kandidati bil-kwalifiki meħtieġa ma tinħatar l-ebda belt għat-titlu; |
Kummenti dwar artikoli speċifiċi
21. |
jaqbel mal-iżvilupp ta’ kriterji tal-għażla espliċiti, trasparenti u ċari li jipprovdu lill-applikanti potenzjali b’iktar ċertezza huma u jħejju l-istrateġiji fit-tul tagħhom u b’mira strateġika mtejba huma u jwettquhom; |
22. |
jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta’ miżuri ġodda u sostenibbli li jippermettu lil bosta gruppi soċjali li jieħdu sehem u jaġixxu fl-attivitajiet kulturali b’mod partikolari ż-żgħażagħ, l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll għall-aċċessibbiltà tal-attivitajiet tal-programm għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani; |
23. |
jenfasizza li l-kriterji m’għandhomx iwasslu għall-influwenza tal-Unjoni Ewropea fuq il-kontenut kulturali anki jekk din ma tkunx diretta; |
24. |
jenfasizza l-importanza tal-Bord Ewropew għal din l-inizjattiva u huwa kritiku tar-riformi li tipproponi l-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-bord. Huwa, b’mod partikolari, ma jilqax il-preselezzjoni tal-membri tal-bord kif ukoll it-telfa sħiħa tal-membri mill-Istati Membru kkonċernat; |
25. |
jenfasizza b’mod partikolari li l-introduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ forma ġdida ta’ nomina, li ġiet proposta wkoll fl-abbozz għal deċiżjoni u li tieħu post is-sistema attwali ta’ nomina mill-Kunsill, tista’ toħloq ir-riskju ta’ effett negattiv fuq l-identifikazzjoni simbolika u materjali tal-Istati Membri ma’ din l-inizjattiva u kemm jilqugħa; |
26. |
jipproponi għalhekk li tinżamm il-proċedura attwali tal-għażla tal-membri tal-bord Ewropew iżda f’forma modifikata. Barra minn hekk il-Kunsill għandu jkompli jaħtar il-Kapitali tal-Kultura; |
27. |
huwa favur li l-inizjattiva tinfetaħ għal pajjiżi Ewropej oħra (il-pajjiżi tal-EFTA) u l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat flimkien ma’ applikazzjonijiet mill-bliet fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali; |
28. |
jemmen li flimkien mal-inizjattiva tal-Premju Melina Mercouri, li huwa l-kontribut finanzjarju tal-UE għal kull Kapitali tal-Kultura għandhom ikunu eżaminati l-possibilitajiet ta’ fondi oħra tal-UE u r-rikors għal finanzjamenti innovattivi, inkluż permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); |
29. |
fid-dawl ta’ bilanċ bejn il-bliet tal-Istati Membri jitlob li fil-perjodu ta’ bejn l-2020 u l-2033, kull belt tipparteċipa biss f’kompetizzjoni waħda għall-pajjiżi kandidati, għall-kandidati potenzjali, għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-EFTA. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
Artikolu 3(3)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali għandhom ukoll ikollhom il-possibbiltà li japplikaw għat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena fl-istess żmien mal-kompetizzjonijiet fiż-żewġ Stati Membri, b’konformità mal-kalendarju fl-anness. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali huma stabbiliti fl-Artikolu 10. |
L-ibliet f’pajjiżi kandidati, u pajjiżi kandidati potenzjali, pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-EFTA għandhom ukoll ikollhom il-possibbiltà li japplikaw għat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena fl-istess żmien mal-kompetizzjonijiet fiż-żewġ Stati Membri, b’konformità mal-kalendarju fl-anness. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn il-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali huma stabbiliti fl-Artikolu 10. |
Raġuni
Lista ta’ parteċipanti differenti skont il-programm ta’ appoġġ jew inizjattiva ftit li xejn tagħmel sens. Qed nipproponu għalhekk estensjoni tal-lista tal-Istati li jistgħu jipparteċipaw.
Emenda 2
Artikolu 4(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Il-kompetizzjoni għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun miftuħa biss għall-ibliet. L-ibliet kandidati jistgħu jinvolvu r-reġjuni fil-madwar tagħhom. Madankollu, l-applikazzjonijiet għandhom isiru taħt l-isem tal-belt ewlenija u, jekk tingħażel, it-titolu jingħata lil din il-belt. |
Il-kompetizzjoni għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun miftuħa biss għall-ibliet. L-ibliet kandidati jistgħu jinvolvu r-reġjuni fil-madwar tagħhom jew iż-żona tal-madwar. Madankollu, l-applikazzjonijiet għandhom isiru taħt l-isem tal-belt ewlenija u, jekk tingħażel, it-titolu jingħata lil din il-belt. |
Raġuni
Apparti r-reġjuni fil-madwar immedjat għandu jkun possibbli wkoll li tiġi involuta ż-żona tal-madwar.
Emenda 3
Artikoli 5(5b)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda u sostenibbli għal firxa wiesgħa ta’ ċittadini biex jattendu jew jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali, partikolarment iż-żgħażagħ u l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Attenzjoni speċjali għandha tingħata wkoll, fejn ikun possibli, għall-aċċessibbiltà ta’ dawn l-attivitajiet għall-persuni b'diżabilità u għall-anzjani; |
il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda u sostenibbli għal firxa wiesgħa ta’ ċittadini biex jattendu jew jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali, partikolarment iż-żgħażagħ u l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Attenzjoni speċjali għandha tingħata wkoll, fejn ikun possibli, għall-aċċessibbiltà tal-attivitajiet għall-persuni b'diżabilità u għall-anzjani; |
Raġuni
L-aċċess għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani m’għandux ikun limitat mill-bidu.
Emenda 4
Artikolu 6(1-3)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||
|
|
Raġuni
Il-KtR iqis b’mod kritiku l-preselezzjoni tal-membri tal-bord tal-għażla mill-Kummissjoni. Qed jipproponi bażikament għalhekk li tinżamm is-sistema attwali iżda f’forma kemxejn mibdula. Ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri rilevanti fil-bord tal-għażla jeħtieġ li jiġi pruvat li hija ta’ valur.
Emenda 5
Artikolu 10 (1), (2) u (3)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||
Dispożizzjonijiet dwar pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali
|
Dispożizzjonijiet dwar pajjiżi oħra kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali
|
Raġuni
Lista ta’ parteċipanti differenti skont il-programm ta’ appoġġ jew inizjattiva ftit li xejn tagħmel sens. Qed nipproponu għalhekk estensjoni tal-lista tal-Istati li jistgħu jipparteċipaw. Piż finanzjarju eċċessiv għandu jiġi evitat permezz tas-soluzzjonijiet adatti.
Emenda 6
Artikolu 11
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina uffiċjalment il-Kapitali Ewropej tal-Kultura, wara li tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-għażla tagħha. |
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina uffiċjalment il-Kapitali Ewropej tal-Kultura, wara li tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-għażla tagħha.
|
Raġuni
In-nomina tal-Kunsill hija ġustifikata abbażi tas-sinifikat tal-ħatra tal-Kapitali tal-Kultura. Artikolu 291(2) tat-TFUE jipprovdi espliċitament għall-possibbiltà li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jingħataw lill-Kunsill fil-każijiet ġustifikati.
Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
(1) CdR 191/2011 fin.
(2) CdR 191/2011 fin.